Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62008CA0405

    Kawża C-405/08: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) tal- 11 ta’ Frar 2010 (talba għal deċiżjoni preliminari mill-Vestre Landsret — id-Danimarka) — Ingeniørforeningen i Danmark, li qed taġixxi għal Bertram Holst vs Dansk Arbejdsgiverforening, li qed taġixxi għal Babcock & Wilcox Vølund ApS (Politika soċjali — Informazzjoni u konsultazzjoni tal-ħaddiema — Direttiva 2002/14/KE — Traspożizzjoni tad-Direttiva permezz ta’ liġi minflok ta’ ftehim kollettiv — Effetti tal-ftehim kollettiv fir-rigward ta’ ħaddiem li mhuwiex membru tal-organizzazzjoni sindakali firmatarja tal-imsemmi ftehim — Artikolu 7 — Protezzjoni tar-rappreżentanti tal-ħaddiema — Ħtieġa ta’ livell għoli ta’ protezzjoni kontra t-tkeċċija mix-xogħol — Assenza)

    ĠU C 80, 27.3.2010, p. 2–3 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    27.3.2010   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 80/2


    Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) tal-11 ta’ Frar 2010 (talba għal deċiżjoni preliminari mill-Vestre Landsret — id-Danimarka) — Ingeniørforeningen i Danmark, li qed taġixxi għal Bertram Holst vs Dansk Arbejdsgiverforening, li qed taġixxi għal Babcock & Wilcox Vølund ApS

    (Kawża C-405/08) (1)

    (Politika soċjali - Informazzjoni u konsultazzjoni tal-ħaddiema - Direttiva 2002/14/KE - Traspożizzjoni tad-Direttiva permezz ta’ liġi minflok ta’ ftehim kollettiv - Effetti tal-ftehim kollettiv fir-rigward ta’ ħaddiem li mhuwiex membru tal-organizzazzjoni sindakali firmatarja tal-imsemmi ftehim - Artikolu 7 - Protezzjoni tar-rappreżentanti tal-ħaddiema - Ħtieġa ta’ livell għoli ta’ protezzjoni kontra t-tkeċċija mix-xogħol - Assenza)

    2010/C 80/04

    Lingwa tal-kawża: id-Daniż

    Qorti tar-rinviju

    Vestre Landsret

    Partijiet fil-kawża prinċipali

    Rikorrenti: Ingeniørforeningen i Danmark, li qed taġixxi għal Bertram Holst

    Konvenuta: Dansk Arbejdsgiverforening, li qed taġixxi għal Babcock & Wilcox Vølund ApS

    Suġġett

    Talba għal-deċiżjoni preliminari mill-Vestre Landsret — Interpretazzjoni tal-Artikolu 7 tad-Direttiva 2002/14/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-11 ta’ Marzu 2002, li tistabbilixxi qafas ġenerali dwar l-informazzjoni u l-konsultazzjoni tal-impjegati (ħaddiema) fil-Komunità Ewropea (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 5, Vol. 4, p. 219) — Traspożizzjoni tad-Direttiva permezz ta’ ftehim kollettiv — Effetti tal-ftehim kollettiv fil-konfront ta’ ħaddiem li mhuwiex membru tal-organizzazzjoni sindakali li kkonkludiet il-ftehim imsemmi — Liġi ta’ traspożizzjoni li ma tinkludix, għal gruppi ta’ ħaddiema mhux koperti mill-ftehim kollettiv, livell għoli ta’ protezzjoni kontra t-tkeċċija mix-xogħol meta mqabbla mal-protezzjoni diġà eżistenti

    Dispożittiv

    (1)

    Id-Direttiva 2002/14/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-11 ta’ Marzu 2002, li tistabbilixxi qafas ġenerali dwar l-informazzjoni u l-konsultazzjoni tal-impjegati [ħaddiema] fil-Komunità Ewropea, għandha tiġi interpretata fis-sens li ma tipprekludix traspożizzjoni ta’ din id-direttiva permezz ta’ ftehim li jwassal sabiex kategorija ta’ ħaddiema tkun koperta mill-ftehim kollettiv inkwistjoni, minkejja li l-ħaddiema li jaqgħu f’din il-kategorija mhumiex membri tal-organizzazzjoni sindakali firmatarja ta’ dan l-imsemmi ftehim u li s-settur tax-xogħol tagħhom mhuwiex irrappreżentat minn l-imsemmija organizzazzjoni, sakemm il-ftehim kollettiv huwa tali li jiggarantixxi lill-ħaddiema li jaqgħu fil-kamp tal-applikazzjoni tiegħu, protezzjoni effettiva tad-drittijiet li tagħtihom din l-istess direttiva.

    (2)

    L-Artikolu 7 tad-Direttiva 2002/14 għandu jiġi interpretat fis-sens li ma jeħtieġx jingħata livell għoli ta’ protezzjoni, kontra t-tkeċċija mix-xogħol, lir-rappreżentanti tal-ħaddiema. Madankollu, kull miżura meħuda għat-traspożizzjoni ta’ din id-direttiva, kemm jekk prevista minn liġi jew minn ftehim kollettiv, għandha tosserva l-protezzjoni minima pprovduta mill-imsemmi Artikolu 7.


    (1)  ĠU C 301, 22.11.2008.


    Top