EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62008CA0373

Kawża C-373/08: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) tal- 11 ta’ Frar 2010 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Finanzgericht Düsseldorf — Il-Ġermanja) — Hoesch Metals and Alloys GmbH vs Hauptzollamt Aachen (Kodiċi Doganali tal-Komunità Artikolu 24 — Oriġini mhux preferenzjali tal-prodotti — Proċessar jew xogħol li jikkonferixxi l-oriġini — Blokok tas-silikon li ġejjien miċ-Ċina — Separazzjoni, titħin u purifikazzjoni tal-blokok kif ukoll iffiltrar u tisfif tal-kristalli skont id-daqs tagħhom u l-ippakkjar tagħhom fl-Indja — Dumping — Validità tar-Regolament (KE) Nru 398/2004)

ĠU C 80, 27.3.2010, p. 2–2 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

27.3.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 80/2


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) tal-11 ta’ Frar 2010 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Finanzgericht Düsseldorf — Il-Ġermanja) — Hoesch Metals and Alloys GmbH vs Hauptzollamt Aachen

(Kawża C-373/08) (1)

(Kodiċi Doganali tal-Komunità Artikolu 24 - Oriġini mhux preferenzjali tal-prodotti - Proċessar jew xogħol li jikkonferixxi l-oriġini - Blokok tas-silikon li ġejjien miċ-Ċina - Separazzjoni, titħin u purifikazzjoni tal-blokok kif ukoll iffiltrar u tisfif tal-kristalli skont id-daqs tagħhom u l-ippakkjar tagħhom fl-Indja - Dumping - Validità tar-Regolament (KE) Nru 398/2004)

2010/C 80/03

Lingwa tal-kawża: Il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Finanzgericht Düsseldorf

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Hoesch Metals and Alloys GmbH

Konvenuta: Hauptzollamt Aachen

Suġġett

Talba għal deċiżjoni preliminari — Finanzgericht Düsseldorf — Interpretazzjoni tal-Artikolu 24 tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2913/92, tat-12 ta’ Ottubru 1992, li jwaqqaf il-Kodiċi Doganali tal-Komunità (Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 2, Vol. 4, p. 307) — Validità tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 398/2004, tat-2 ta’ Marzu 2004, li jimponi dazju definit kontra d-dumping fuq l-importazzjoni tas-silikon li joriġina mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina (Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 11, Vol. 50 p. 40) — Kunċett ta’ “pproċessar jew xogħol sostanzjali” li jiddetermina l-oriġini tal-prodott — Tindif u titħin ta’ blokok tal-metall tas-silikon miċ-Ċina, kif ukoll it-tisfif, is-separazzjoni u l-ippakkjar tal-kristalli tas-silikon hekk miksuba

Dispożittiv

(1)

Is-separazzjoni, it-titħin u l-purifikazzjoni tal-blokok tas-silikon kif ukoll l-iffiltrar, it-tisfif u l-ippakkjar sussegwenti tal-kristalli tas-silikon li jirriżultaw mit-titħin, kif magħmul fil-kawża prinċipali, ma jikkostitwixxux proċessar jew xogħol li jikkonferixxi l-oriġini fis-sens tal-Artikolu 24 tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2913/92, tat-12 ta’ Ottubru 1992, li jwaqqaf il-Kodiċi Doganali tal-Komunità.

(2)

L-evalwazzjoni tat-tieni domanda magħmula mill-qorti tar-rinviju ma żvelat ebda element tali li jaffettwa l-validità tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 398/2004, li timponi dazju definit kontra d-dumping fuq l-importazzjoni tas-silikon li joriġina mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina.


(1)  ĠU C 272, 25.10.2008.


Top