EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62008CA0002

Kawża C-2/08: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tieni Awla) tat- 3 ta’ Settembru 2009 (talba għal deċiżjoni preliminari mill-Corte suprema di cassazione (l-Italja) — Amministrazione dell’Economia e delle Finanze, Agenzia delle Entrate vs Fallimento Olimpiclub Srl ( VAT — Supremazija tad-dritt Komunitarju — Dispożizzjoni tad-dritt nazzjonali li tistabilixxi l-prinċipju ta’ res judicata )

ĠU C 256, 24.10.2009, p. 5–6 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

24.10.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 256/5


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tieni Awla) tat-3 ta’ Settembru 2009 (talba għal deċiżjoni preliminari mill-Corte suprema di cassazione (l-Italja) — Amministrazione dell’Economia e delle Finanze, Agenzia delle Entrate vs Fallimento Olimpiclub Srl

(Kawża C-2/08) (1)

(“VAT - Supremazija tad-dritt Komunitarju - Dispożizzjoni tad-dritt nazzjonali li tistabilixxi l-prinċipju ta’ res judicata”)

2009/C 256/09

Lingwa tal-kawża: It-Taljan

Qorti tar-rinviju

Corte suprema di cassazione

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Amministrazione dell’economia e delle Finanze, Agenzia delle Entrate

Konvenuta: Fallimento Olimpiclub Srl

Suġġett

Talba għal deċiżjoni preliminari — Corte suprema di cassazione — Interpretazzjoni tad-Direttiva 77/338/KEE: Is-Sitt Direttiva tal-Kunsill, tas-17 ta’ Mejju 1977, fuq l-armonizzazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri dwar taxxi fuq id-dħul mill-bejgħ — Sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud: bażi uniformi ta’ stima (ĠU L 145, p. 1) — Supremazija tad-dritt Komunitarju — Dispożizzjoni tad-dritt nazzjonali intiża sabiex tistabbilixxi l-prinċipju ta’ res judicata li twassal għal riżultat li jmur kontra d-dritt Komunitarju fil-qasam tal-VAT

Dispożittiv

Id-dritt Komunitarju jipprekludi l-applikazzjoni, f’ċirkustanzi bħal dawk fil-kawża prinċipali, ta’ dispożizzjoni ta’ dritt nazzjonali bħall-Artikolu 2909 tal-Kodiċi Ċivili Taljan (codice civile) f’kawża dwar it-taxxa fuq il-valur miżjud li tirrigwarda sena ta’ tassazzjoni li għaliha tkun għadha ma ngħatat l-ebda sentenza ġudizzjarja definittiva inkwantu timpedixxi lill-qorti nazzjonali adita b’din il-kawża milli tikkunsidra regoli tad-dritt Komunitarju dwar il-prattiki abbużivi marbuta mal-imsemmija taxxa.


(1)  ĠU C 79, 29.03.2008.


Top