Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62006TA0205

    Kawża T-205/06: Sentenza tal-Qorti tal-Prim'Istanza tat- 22 ta' Mejju 2008 — NewSoft Technology vs L-UASI — Soft (Presto! BizCard Reader) ( Trade mark Komunitarja — Proċediment għal dikjarazzjoni ta' invalidità — Trade mark Komunitarja verbali Presto! BizCard Reader — Trade marks figurattivi nazzjonali preċedenti Presto — Raġuni relattiva għal rifjut — Riskju ta' konfużjoni — Artikolu 8(1)(b), u Artikolu 52(1)(a) tar-Regolament (KE) Nru 40/94 )

    ĠU C 171, 5.7.2008, p. 31–32 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    5.7.2008   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

    C 171/31


    Sentenza tal-Qorti tal-Prim'Istanza tat-22 ta' Mejju 2008 — NewSoft Technology vs L-UASI — Soft (Presto! BizCard Reader)

    (Kawża T-205/06) (1)

    (“Trade mark Komunitarja - Proċediment għal dikjarazzjoni ta' invalidità - Trade mark Komunitarja verbali Presto! BizCard Reader - Trade marks figurattivi nazzjonali preċedenti Presto - Raġuni relattiva għal rifjut - Riskju ta' konfużjoni - Artikolu 8(1)(b), u Artikolu 52(1)(a) tar-Regolament (KE) Nru 40/94’)

    (2008/C 171/56)

    Lingwa tal-kawża: Il-Ġermaniż

    Partijiet

    Rikorrenti: NewSoft Technology Corp. (Taipei, Tajwan) (rappreżentanti: M. Dirksen-Schwanenland, U. von Sothen u M. Di Stefano, avocats)

    Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: G. Schneider, aġent)

    Parti oħra fil-kawża quddiem il-Bord ta' l-Appell ta' l-UASI, intervenjenti quddiem il-Qorti tal-Prim'Istanza: Soft, SA (Madrid, Spanja) (rappreżentanti: A. Velázquez Ibáñez u P. Merino Baylos, avocats)

    Suġġett

    Rikors imressaq kontra d-deċiżjoni tat-Tieni Bord ta' l-Appell ta' l-UASI tad-19 ta' Mejju 2006 (Każ R 601/2005-2) dwar proċediment għal dikjarazzjoni ta' invalidità bejn Soft, SA u NewSoft Technology Corp.

    Dispożittiv

    1)

    Ir-rikors huwa miċħud.

    2)

    NewSoft Technology Corp. hija kkundannata għall-ispejjeż.


    (1)  ĠU C 237, 30.9.2006.


    Top