EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62006CA0414

Kawża C-414/06: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Ir-Raba' Awla) tal- 15 ta' Mejju 2008 (talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Bundesfinanzhof — Il-Ġermanja) — Lidl Belgium GmbH & Co. KG vs Finanzamt Heilbronn (Libertà ta' stabbiliment — Tassazzjoni diretta — Teħid in kunsiderazzjoni tat-telf sostnut minn stabbiliment permanenti li jinsab fi Stat Membru u li huwa ta' kumpannija li għandha l-uffiċċju rreġistrat fi Stat Membru ieħor)

ĠU C 171, 5.7.2008, p. 6–6 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

5.7.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 171/6


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Ir-Raba' Awla) tal-15 ta' Mejju 2008 (talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Bundesfinanzhof — Il-Ġermanja) — Lidl Belgium GmbH & Co. KG vs Finanzamt Heilbronn

(Kawża C-414/06) (1)

(Libertà ta' stabbiliment - Tassazzjoni diretta - Teħid in kunsiderazzjoni tat-telf sostnut minn stabbiliment permanenti li jinsab fi Stat Membru u li huwa ta' kumpannija li għandha l-uffiċċju rreġistrat fi Stat Membru ieħor)

(2008/C 171/09)

Lingwa tal-kawża: Il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Bundesfinanzhof

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Lidl Belgium GmbH & Co. KG

Konvenut: Finanzamt Heilbronn

Suġġett

Talba għal deċiżjoni preliminari — Bundesfinanzhof — Interpretazzjoni ta' l-Artikoli 43 u 56 KE — Tnaqqis mill-profitti taxxabbli ta' kumpannija nazzjonali tat-telf li jirriżulta mill-attività ta' stabbiliment permanenti stabbilit fi Stat Membru ieħor — Rifjut ta' tnaqqis ibbażat fuq ftehim bilaterali intiż sabiex jipprevjeni t-tassazzjoni doppja konkluż ma' dan l-Istat Membru l-ieħor.

Dispożittiv

L-Artikolu 43 KE ma jipprekludix li kumpannija stabbilita fi Stat Membru ma tkunx tista' tnaqqas mill-bażi ta' taxxa tagħha t-telf ta' stabbiliment permanenti tagħha li jinsab fi Stat Membru ieħor, safejn, skond ftehim dwar il-prevenzjoni ta' tassazzjoni doppja, id-dħul ta' dan l-istabbiliment huwa taxxabbli f'dan l-aħħar Stat Membru fejn l-imsemmi telf jista' jittieħed in kunsiderazzjoni fil-kuntest tat-tassazzjoni tad-dħul ta' dan l-istabbiliment permanenti fi snin finanzjarji sussegwenti.


(1)  ĠU C 326, 30.12.2006.


Top