EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62004TA0495

Kawża T-495/04: Sentenza tal-Qorti tal-Prim'Istanza tal- 21 ta' Mejju 2008 — Belfass vs Il-Kunsill ( Kuntratti pubbliċi ta' servizzi — Proċedura ta' sejħa għal offerti Komunitarja — Żball materjali manifest — Għoti lill-offerta bl-aħjar valur għall-flus maħruġin — Offerta anormalment baxxa — Artikolu 139(1) tar-Regolament (KE, Euratom) Nru 2342/2002 — Eċċezzjoni ta' illegalità — Dokumenti tal-kuntratt — Ammissibbiltà )

ĠU C 171, 5.7.2008, p. 31–31 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

5.7.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 171/31


Sentenza tal-Qorti tal-Prim'Istanza tal-21 ta' Mejju 2008 — Belfass vs Il-Kunsill

(Kawża T-495/04) (1)

(“Kuntratti pubbliċi ta' servizzi - Proċedura ta' sejħa għal offerti Komunitarja - Żball materjali manifest - Għoti lill-offerta bl-aħjar valur għall-flus maħruġin - Offerta anormalment baxxa - Artikolu 139(1) tar-Regolament (KE, Euratom) Nru 2342/2002 - Eċċezzjoni ta' illegalità - Dokumenti tal-kuntratt - Ammissibbiltà’)

(2008/C 171/55)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrenti: Belfass SPRL (Forest, il-Belgju) (rappreżentant: L. Vogel, avukat)

Konvenut: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropej (rappreżentanti: B. Driessen u A. Vitro, agenti)

Suġġett

Minn naħa, talba għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kunsill, tat-13 ta' Ottubru 2004, li tirrifjuta ż-żewġ offerti magħmula mir-rikorrenti fil-kuntest tas-sejħa għal offerti UCA-033/04 u, min-naħa l-oħra, talba għal kumpens tad-dannu allegatament subit mir-rikorrenti minħabba l-aġir tal-Kunsill.

Dispożittiv

1)

Id-deċiżjoni tal-Kunsill ta' l-Unjoni Ewropea tat-13 ta' Ottubru 2004 li jirrifjuta l-offerti ta' Belfass SPRL fil-kuntest tal-proċedura ta' sejħa għal offerti UCA-033/04, hija annullata safejn hija tirrifjuta l-offerta ta' Belfass fir-rigward tal-lott Nru 2.

2)

Il-bqija tar-rikors huwa miċħud.

3)

Kull parti għandha tbati l-ispejjeż rispettivi tagħha.


(1)  ĠU C 57, 5.3.2005.


Top