EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62001TA0030

Kawżi T-30/01 sa T-32/01 u T-86/02 sa T-88/02: Sentenza tal-Qorti tal-Prim’Istanza tad- 9 ta’ Settembru 2009 — Diputación Foral de Álava et vs Il-Kummissjoni (Għajnuna mill-Istat — Benefiċċji fiskali mogħtija minn entità territorjali ta’ Stat Membru — Eżenzjonijiet fiskali — Deċiżjonijiet li jiddikjaraw l-iskemi ta’ għajnuna inkompatibbli mas-suq komuni u li jordnaw l-irkupru tal-għajnuna mogħtija — Kwalifika bħala għajnuna ġdida jew għajnuna eżistenti — Għajnuna għat-tħaddim — Prinċipju tal-protezzjoni tal-aspettattivi leġittimi — Prinċipju ta’ ċertezza legali — Deċiżjoni li tinbeda l-proċedura ta’ investigazzjoni formali prevista fl-Artikolu 88(2) KE — M’hemmx lok li tingħata deċiżjoni)

ĠU C 256, 24.10.2009, p. 18–18 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

24.10.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 256/18


Sentenza tal-Qorti tal-Prim’Istanza tad-9 ta’ Settembru 2009 — Diputación Foral de Álava et vs Il-Kummissjoni

(Kawżi T-30/01 sa T-32/01 u T-86/02 sa T-88/02) (1)

(Għajnuna mill-Istat - Benefiċċji fiskali mogħtija minn entità territorjali ta’ Stat Membru - Eżenzjonijiet fiskali - Deċiżjonijiet li jiddikjaraw l-iskemi ta’ għajnuna inkompatibbli mas-suq komuni u li jordnaw l-irkupru tal-għajnuna mogħtija - Kwalifika bħala għajnuna ġdida jew għajnuna eżistenti - Għajnuna għat-tħaddim - Prinċipju tal-protezzjoni tal-aspettattivi leġittimi - Prinċipju ta’ ċertezza legali - Deċiżjoni li tinbeda l-proċedura ta’ investigazzjoni formali prevista fl-Artikolu 88(2) KE - M’hemmx lok li tingħata deċiżjoni)

2009/C 256/32

Lingwa tal-kawża: L-Ispanjol

Partijiet

Rikorrent fil-Kawżi T-30/01 u T-86/02: Territorio Histórico de Álava — Diputación Foral de Álava (Spanja) (rappreżentanti: M. Morales Isasi u I. Sáenz-Cortabarría Fernández, avukati)

Rikorrent fil-Kawżi T-31/01 u T-88/02: Territorio Histórico de Guipúzcoa — Diputación Foral de Guipúzcoa (Spanja) (rappreżentanti: M. Morales Isasi u I. Sáenz-Cortabarría Fernández, avukati)

Rikorrent fil-Kawżi T-32/01 u T-87/02: Territorio Histórico de Vizcaya — Diputación Foral de Vizcaya (Spanja) (rappreżentanti: M. Morales Isasi u I. Sáenz-Cortabarría Fernández, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej (rappreżentanti: inizjalment, fil-Kawżi T-30/01 sa T-32/01, J. Flett, S. Pardo u J. L. Buendía Sierra u, fil-Kawżi T-86/02 sa T-88/02, J.L. Buendía Sierra u F. Castillo de la Torre, sussegwentement F. Castillo de la Torre u C. Urraca Caviedes, aġenti)

Intervenjenti insostenn tar-rikorrenti fil-Kawżi T-86/02 sa T-88/02: Comunidad autónoma del País Vasco — Gobierno Vasco (Spanja), (rappreżentanti: M. Morales Isasi u I. Sáenz-Cortabarría Fernández, avukati); u Confederación Empresarial Vasca (Confebask) (Bilbao, Spanja) (rappreżentanti: M. Araujo Boyd, L. Ortiz Blanco u V. Sopeña Blanco, avukati)

Intervenjenti insostenn tal-konvenuta: Comunidad autónoma de La Rioja (Spanja) (rappreżentanti: fil-Kawżi T-86/02 u T-87/02, J. M. Criado Gámez u, fil-Kawża T-88/02, I. Serrano Blanco, avukati)

Suġġett

Fil-kawżi T-30/01 sa T-32/01, talba għall-annullament tad-deċiżjoni tal-Kummissjoni tat-28 ta’ Novembru 2000 li tinbeda l-proċedura prevista fl-Artikolu 88(2) KE fir-rigward tal-benefiċċji fiskali mogħtija permezz ta’ dispożizzjonijiet adottati mid-Diputación Foral de Álava, mid-Diputación Foral de Guipúzcoa u mid-Diputación Foral de Vizcaya, taħt forma ta’ eżenzjoni mit-taxxa fuq il-kumpanniji lil ċerti impriżi ġodda, u, fil-kawżi T-86/02 sa T-88/02, talba għall-annullament tad-deċiżjonijiet tal-Kummissjoni 2003/28/KE, 2003/86/KE u 2003/192/KE tal-20 ta’ Diċembru 2001 dwar skema ta’ għajnuna mill-Istat implementata minn Spanja fl-1993 favur ċerti impriżi ġodda fil-provinċja ta’ Álava (T-86/02), ta’ Vizcaya (T-87/02) u ta’ Guipúzcoa (T-88/02) (rispettivament ĠU 2003, L 17, p. 20, ĠU 2003, L 40, p. 11, u ĠU 2003, L 77, p. 1), taħt forma ta’ eżenzjoni mit-taxxa fuq il-kumpanniji.

Dispożittiv

(1)

Il-kawżi T-30/01 sa T-32/01 u T-86/02 sa T-88/02 huma magħquda għall-finijiet tas-sentenza.

(2)

Fil-kawżi T-30/01 sa T-32/01:

m’hemmx iktar lok li tingħata deċiżjoni fuq ir-rikorsi;

it-Territorio Histórico de Álava — Diputación Foral de Álava, it-Territorio Histórico de Guipúzcoa — Diputación Foral de Guipúzcoa u t-Territorio Histórico de Vizcaya — Diputación Foral de Vizcaya għandhom ibatu l-ispejjeż tagħhom, kif ukoll dawk tal-Kummissjoni.

(3)

Fil-kawżi T-86/02 sa T-88/02:

ir-rikorsi huma miċħuda;

it-Territorio Histórico de Álava — Diputación Foral de Álava, it-Territorio Histórico de Guipúzcoa — Diputación Foral de Guipúzcoa u t-Territorio Histórico de Vizcaya — Diputación Foral de Vizcaya għandhom ibatu l-ispejjeż tagħhom, kif ukoll dawk tal-Kummissjoni u tal-Comunidad autónoma de La Rioja;

il-Comunidad autónoma del País Vasco — Gobierno Vasco u l-Confederación Empresarial Vasca (Confebask) għandhom ibatu l-ispejjeż tagħhom.


(1)  ĠU C 108, 07.04.2001.


Top