EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 52020DC0607

KOMUNIKAZZJONI TAL-KUMMISSJONI LILL-PARLAMENT EWROPEW, LILL-KUNSILL, LILL-KUMITAT EKONOMIKU U SOĊJALI EWROPEW U LILL-KUMITAT TAR-REĠJUNI Strateġija tal-UE għal ġlieda aktar effettiva kontra l-abbuż sesswali tat-tfal

COM/2020/607 final

Brussell, 24.7.2020

COM(2020) 607 final

KOMUNIKAZZJONI TAL-KUMMISSJONI LILL-PARLAMENT EWROPEW, LILL-KUNSILL, LILL-KUMITAT EKONOMIKU U SOĊJALI EWROPEW U LILL-KUMITAT TAR-REĠJUNI

Strateġija tal-UE għal ġlieda aktar effettiva kontra l-abbuż sesswali tat-tfal



INTRODUZZJONI

Il-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-UE tirrikonoxxi li t-tfal għandhom id-dritt għall-protezzjoni u l-kura meħtieġa għall-benesseri tagħhom, fost dispożizzjonijiet oħra. Il-Konvenzjoni tan-NU tal-1989 dwar id-Drittijiet tat-Tfal tistabbilixxi d-dritt tat-tfal li jkunu protetti minn kull forma ta’ vjolenza 1 .

L-abbuż sesswali tat-tfal huwa reat partikolarment serju li għandu konsegwenzi mifruxa u serji tul il-ħajja tal-vittmi. Meta jagħmlu ħsara lit-tfal, dawn ir-reati jikkawżaw ukoll ħsara soċjali sinifikanti u fit-tul. F’ħafna każijiet, it-tfal jiġu abbużati sesswalment minn persuni li jkunu jafu u jafdaw, u li jkunu jiddependu fuqhom 2 . Dan jagħmel lil dawn ir-reati partikolarment diffiċli biex jiġu evitati u identifikati. Hemm indikazzjonijiet li l-kriżi tal-COVID-19 aggravat il-problema 3 , speċjalment għat-tfal li jgħixu ma’ dawk li jabbużaw minnhom 4 . Barra minn hekk, it-tfal qed iqattgħu aktar ħin online minn qabel, possibbilment mingħajr superviżjoni. Filwaqt li dan ippermettielhom ikomplu l-edukazzjoni tagħhom u jżommu kuntatt ma’ sħabhom, hemm sinjali ta’ riskju akbar li t-tfal jiġu f’kuntatt ma’ predaturi online 5 . Hekk kif aktar trasgressuri qed ikunu iżolati d-dar, id-domanda għal materjal pedopornografiku żdiedet (pereżempju b’25 % f’xi Stati Membri 6 ), li min-naħa tagħha twassal għal żieda fid-domanda għal materjal ġdid, u għalhekk għal abbużi ġodda 7 .

Il-Kunsill tal-Ewropa jikkalkula li, fl-Ewropa, wieħed minn kull ħamest itfal jisfa vittma ta’ xi forma ta’ vjolenza sesswali 8 . L-abbuż sesswali u l-isfruttament sesswali tat-tfal jistgħu jieħdu diversi forom u jistgħu jseħħu kemm online (eż. billi t-tfal jiġu sfurzati jwettqu attivitajiet sesswali permezz ta’ streaming dirett jew l-iskambju ta’ materjal pedopornografiku online) kif ukoll offline (eż. l-involviment f’attivitajiet sesswali ma’ tfal jew l-isfurzar tat-tfal biex jipparteċipaw fil-prostituzzjoni tat-tfal) 9 . Meta l-abbuż jiġi rreġistrat u kondiviż fuq l-internet ukoll, il-ħsara tiġi pperpetwata. Il-vittmi jridu jgħixu bl-għarfien li qed jiġu ċċirkolati immaġni u filmati tar-reati li juru l-agħar mumenti ta’ ħajjithom u li jista’ jarahom kulħadd, inklużi l-ħbieb jew il-qraba tagħhom.

L-iżvilupp esponenzjali tad-dinja diġitali ġie abbużat biex dan ir-reat isir wieħed verament dinji, u sfortunatament iffaċilita l-ħolqien ta’ suq dinji għall-materjal pedopornografiku. F’dawn l-aħħar ftit snin kien hemm żieda drammatika fir-rapporti dwar l-abbuż sesswali tat-tfal online f’dak li jirrigwarda l-UE (pereżempju skambjar ta’ immaġni fl-UE, vittmi fl-UE, eċċ.): minn 23 000 fl-2010 għal aktar minn 725 000 fl-2019, li kienu jinkludu aktar minn tliet miljun immaġni u filmat 10 . Żieda drammatika simili seħħet f’livell mondjali: minn miljun rapport fl-2010 għal kważi 17-il miljun fl-2019, li kienu jinkludu kważi 70 miljun immaġni u filmat 11 . Ir-rapporti jindikaw li l-UE saret l-akbar ospitant fid-dinja ta’ materjal pedopornografiku (minn aktar minn nofs fl-2016 għal aktar minn żewġ terzi fl-2019) 12 .

Dan l-aħħar, investigazzjoni dwar l-abbuż sesswali tat-tfal fil-Ġermanja skopriet li hemm potenzjalment aktar minn 30 000 persuna suspettata li jużaw chats fi gruppi u servizzi ta’ messaġġi biex jikkondividu l-materjali, jinċitaw lil xulxin biex joħolqu materjali ġodda, u jiskambjaw pariri u suġġerimenti dwar kif għandhom jittrattaw lill-vittmi u jaħbu l-azzjonijiet tagħhom 13 . L-użu ta’ kriptaġġ minn tarf sa tarf jagħmel l-identifikazzjoni tal-awturi aktar diffiċli jekk mhux impossibbli. F’dan l-eżempju partikolari, sal-lum, huma biss 72 persuna suspettata u 44 vittma li ġew identifikati fil-Ġermanja.

L-introduzzjoni ta’ kriptaġġ minn tarf sa tarf, filwaqt li ta’ benefiċċju biex għall-iżgurar tal-privatezza u s-sigurtà tal-komunikazzjonijiet, tiffaċilita wkoll l-aċċess tal-awturi tar-reati għal kanali sikuri fejn jistgħu jaħbu l-azzjonijiet tagħhom mill-awtoritajiet tal-infurzar tal-liġi, pereżempju bħall-iskambjar ta’ immaġini u filmati. L-użu tat-teknoloġija tal-kriptaġġ għal finijiet kriminali għalhekk irid jiġi indirizzat minnufih permezz ta’ soluzzjonijiet possibbli li jistgħu jippermettu lill-kumpaniji jidentifikaw u jirrapportaw abbuż sesswali tat-tfal f’komunikazzjonijiet elettroniċi kriptati minn tarf sa tarf. Kull soluzzjoni tkun teħtieġ li tiżgura kemm il-privatezza tal-komunikazzjonijiet elettroniċi u l-protezzjoni tat-tfal mill-abbuż sesswali u l-isfruttament sesswali, kif ukoll il-protezzjoni tal-privatezza tat-tfal li jidhru fil-materjal pedopornografiku.

Il-ġlieda kontra l-abbuż sesswali tat-tfal hija prijorità għall-UE. Kemm il-Parlament Ewropew 14 kif ukoll il-Kunsill 15 talbu għal aktar azzjoni konkreta. Saru sejħiet simili madwar id-dinja f’diversi fora 16 , inkluż mill-midja 17 , peress li sar evidenti li d-dinja kollha kemm hi qed titlef il-ġlieda kontra dawn ir-reati, u qed tonqos milli tipproteġi b’mod effikaċi d-dritt ta’ kull tifel jew tifla li jgħixu ħielsa mill-vjolenza. Għalhekk l-UE teħtieġ li tevalwa mill-ġdid u ssaħħaħ l-isforzi tagħha.

L-għan ta’ din l-istrateġija huwa li tipprovdi rispons effikaċi, fil-livell tal-UE, għall-ġlieda kontra l-abbuż sesswali tat-tfal. Hija tipprovdi qafas għall-iżvilupp ta’ rispons qawwi u komprensiv għal dawn ir-reati, fil-forma tagħhom kemm online kif ukoll offline. L-istrateġija tistabbilixxi tmien inizjattivi biex jiġi implimentat u żviluppat il-qafas legali adegwat, jissaħħaħ ir-rispons tal-infurzar tal-liġi u tiġi ġġenerata azzjoni kkoordinata minn diversi partijiet ikkonċernati b’rabta mal-prevenzjoni, l-investigazzjoni u l-assistenza għall-vittmi. L-inizjattivi jagħmlu użu mill-għodod disponibbli kollha fil-livell tal-UE, kemm fir-rigward tal-liġi sostantiva tal-UE(it-taqsima I), kif ukoll rigward il-finanzjament u l-kooperazzjoni (it-taqsima II) 18 .. Din l-istrateġija għandha tiġi implimentata matul il-ħames snin li ġejjin (2020-2025) 19 .

I. IMPLIMENTAZZJONI U ŻVILUPP TAL-QAFAS LEGALI ADEGWAT GĦALL-PROTEZZJONI TAT-TFAL

Fl-2011, l-UE ħadet pass importanti permezz tal-adozzjoni tad-Direttiva dwar l-Abbuż Sesswali tat-Tfal (2011/93/UE 20 ), li l-implimentazzjoni tagħha fl-Istati Membri issa TRID tiġi ffinalizzata b’urġenza. B’mod parallel, kull diskrepanza leġiżlattiva identifikata jenħtieġ li tiġi indirizzata permezz tal-aktar mezzi xierqa.

1.L-iżgurar tal-implimentazzjoni sħiħa tal-leġiżlazzjoni attwali (id-Direttiva 2011/93/UE)

Id-Direttiva dwar l-Abbuż Sesswali tat-Tfal kienet l-ewwel strument legali komprensiv tal-UE li jistabbilixxi regoli minimi li jikkonċernaw id-definizzjoni ta’ reati kriminali u sanzjonijiet fil-qasam tal-abbuż sesswali u l-isfruttament sesswali tat-tfal u materjal dwar l-abbuż sesswali tat-tfal, li jkopri l-prevenzjoni, l-investigazzjoni u l-prosekuzzjoni ta’ reati, kif ukoll l-assistenza lill-vittmi u l-protezzjoni tagħhom.

Ir-reati kriminali jkopru sitwazzjonijiet offline u online bħalma huma li persuna tara u tqassam online materjal ta’ abbuż sesswali tat-tfal, il-grooming (jiġifieri il-ħolqien ta’ konnessjoni emozzjonali mat-tfal online bl-iskop ta’ abbuż sesswali) u l-abbuż sesswali permezz tal-webcam. Lil hinn mil-liġi kriminali sostantiva u proċedurali, id-Direttiva tirrikjedi wkoll li l-Istati Membri jdaħħlu fis-seħħ miżuri amministrattivi (jiġifieri mhux leġiżlattivi) estensivi, bħal pereżempju dwar l-iskambju ta’ rekords kriminali bejn l-Istati Membri permezz tas-Sistema Ewropea ta’ Informazzjoni ta’ Rekords Kriminali (ECRIS) bħala parti mill-iskrinjar ta’ qabel ir-reklutaġġ għal pożizzjonijiet li jinvolvu kuntatti diretti u regolari mat-tfal, jew it-taħriġ ta’ professjonisti li x’aktarx jiġu f’kuntatt ma’ tfal vittmi ta’ abbuż sesswali. Dawn il-miżuri jeħtieġu l-involviment u l-koordinazzjoni ta’ għadd ta’ atturi minn diversi oqsma tal-gvern (pereżempju l-infurzar tal-liġi, il-kura tas-saħħa, l-edukazzjoni, is-servizzi soċjali, l-awtoritajiet tal-protezzjoni tat-tfal, il-ġudikatura u l-professjonisti legali), kif ukoll entitajiet privati (pereżempju l-industrija u s-soċjetà ċivili).

L-Istati Membri għamlu progress sostanzjali fl-implimentazzjoni tad-Direttiva. Madankollu, għad hemm ħafna xi jsir sakemm id-Direttiva tilħaq il-potenzjal kollu tagħha permezz tal-implimentazzjoni sħiħa tad-dispożizzjonijiet kollha tagħha mill-Istati Membri. Għad fadal sfidi fl-oqsma tal-prevenzjoni (b’mod partikolari programmi ta’ prevenzjoni għat-trasgressuri u għal persuni li jibżgħu li jistgħu jwettqu reat), tal-liġi kriminali (speċjalment id-definizzjoni ta’ reati u l-livell ta’ pieni), u tal-miżuri ta’ assistenza, appoġġ u protezzjoni għal tfal vittmi 21 . Sabiex tiżgura implimentazzjoni kompleta, fl-2019 il-Kummissjoni fetħet proċeduri ta’ ksur kontra 23 Stat Membru 22 .

Il-Kummissjoni se tkompli taħdem mill-qrib mal-Istati Membri biex tirrisolvi l-kwistjonijiet kollha pendenti bħala prijorità u biex tiżgura l-implimentazzjoni kompleta u l-konformità sħiħa mad-Direttiva madwar l-UE. Il-Kummissjoni se tappoġġa wkoll il-ħidma tal-Istati Membri f’dan il-qasam billi tkompli tiffaċilita l-iskambju tal-aħjar prattiki u t-tagħlimiet meħuda 23 .

Azzjoni qofol:

ðL-Istati Membri jridu jiffinalizzaw l-implimentazzjoni tad-Direttiva dwar l-Abbuż Sesswali tat-Tfal bħala prijorità . Il-Kummissjoni se tkompli tagħmel użu mis-setgħat ta’ infurzar tagħha skont it-Trattati permezz ta’ proċeduri ta’ ksur kif meħtieġ biex tiggarantixxi implimentazzjoni rapida.

2.Jiġi żgurat li l-leġiżlazzjoni tal-UE tippermetti rispons effikaċi

Il-Kummissjoni se tivvaluta jekk jeħtieġx li d-Direttiva dwar l-Abbuż Sesswali tat-Tfal tiġi aġġornata, filwaqt li tqis l-istudju msemmi fl-inizjattiva #3 hawn taħt. Minbarra d-Direttiva dwar l-Abbuż Sesswali tat-Tfal, hemm diversi strumenti leġiżlattivi fil-livell tal-UE li jappoġġaw u jsawru l-ġlieda kontra l-abbuż sesswali tat-tfal, b’mod partikolari fir-rigward tar-rwol li għandu s-settur privat fil-prevenzjoni u l-ġlieda kontra l-abbuż sesswali tat-tfal.

Il-proposti dwar l-evidenza elettronika 24 mressqa mill-Kummissjoni f’April 2018, għandhom rwol ewlieni fl-iffaċilitar ta’ aċċess rapidu għal evidenza qofol miżmuma mis-settur privat, bħall-identità ta’ individwi li jkunu tellgħu u qasmu ma oħrajn materjal ta’ abbuż sesswali tat-tfal. Il-Kummissjoni ttenni l-appell tagħha għal adozzjoni rapida.

Barra minn hekk, il-qafas rilevanti jinkludi d-Direttiva dwar il-kummerċ elettroniku 25 , li tiddetermina r-regoli ta’ responsabbiltà eżistenti għall-intermedjarji online u tawtorizza l-mekkaniżmi ta’ notifika u ta’ tneħħija ta’ kontenut illegali kif ukoll id-Direttiva dwar il-privatezza elettronika 26 . Il-proposta tal-Kummissjoni għal Regolament dwar il-Privatezza u l-Komunikazzjonijiet Elettroniċi 27 , li bħalissa qed tiġi diskussa mill-Parlament Ewropew u mill-Kunsill, se taġġorna l-qafas legali u tissostitwixxi d-Direttiva dwar il-Privatezza elettronika. B’seħħ minn Diċembru 2020, se jitwessa’ l-kamp ta’ applikazzjoni tad-Direttiva dwar il-privatezza elettronika bħala riżultat tal-Kodiċi għall-Komunikazzjonijiet Elettroniċi 28 . Dan ikun jipprevjeni ċerti kumpaniji (fin-nuqqas ta’ miżuri leġiżlattivi nazzjonali adottati skont l-Artikolu 15(1) tad-Direttiva dwar il-privatezza elettronika) milli jkomplu bil-miżuri volontarji tagħhom stess dwar id-detezzjoni, it-tneħħija u r-rappurtar tal-abbuż sesswali tat-tfal online. Il-Kummissjoni tqis li huwa essenzjali li tittieħed azzjoni immedjata biex dan jiġi indirizzat. Għalhekk se tipproponi soluzzjoni leġiżlattiva b’mira ffukata bl-objettiv uniku li tippermetti jitkomplew l-attivitajiet volontarji attwali. Din is-soluzzjoni tippermetti ż-żmien meħtieġ għall-adozzjoni ta’ qafas legali ġdid aktar fit-tul, filwaqt li tiżgura r-rispett tad-drittijiet fundamentali, inklużi d-drittijiet għall-privatezza u l-protezzjoni tad-data personali.

Il-Kummissjoni impenjat ruħha li tagħmel proposti dwar il-qafas leġiżlattiv għas-servizzi diġitali, li jkollhom implikazzjonijiet għall-indirizzar ta’ materjal ta’ abbuż sesswali tat-tfal fuq l-internet. Il-pakkett tal-Att dwar is-Servizzi Diġitali, li għandu jiġi propost sa tmiem l-2020 29 , se jiċċara u jaġġorna r-regoli dwar ir-responsabbiltà u s-sikurezza għas-servizzi diġitali. F’dan il-kuntest, il-Kummissjoni se tqis il-ħtieġa li tneħħi d-diżinċentivi għal azzjonijiet volontarji biex jiġu indirizzati l-kontenut, il-prodotti jew is-servizzi illegali intermedjati online, b’mod partikolari f’dak li jikkonċerna s-servizzi ta’ pjattaformi online.

Il-Kummissjoni tqis li l-ġlieda kontra l-abbuż sesswali tat-tfal online teħtieġ obbligi mandatorji ċari biex jiġi identifikat u rrappurtat l-abbuż sesswali tat-tfal online biex ikun hemm aktar ċarezza u ċertezza fil-ħidma kemm tal-infurzar tal-liġi kif ukoll tal-atturi rilevanti fis-settur privat biex jiġi indirizzat l-abbuż online. Hija se tibda tħejji leġiżlazzjoni speċifika għas-settur sabiex tindirizza l-abbuż sesswali tat-tfal online b’mod aktar effikaċi, b’rispett sħiħ għad-drittijiet fundamentali, inkluż b’mod partikolari d-dritt għal-libertà tal-espressjoni, il-protezzjoni tad-data personali u l-privatezza. Il-mekkaniżmi li jiggarantixxu r-responsabbiltà u t-trasparenza se jkunu elementi qofol tal-leġiżlazzjoni li fiha jista’ jkun involut iċ-ċentru msemmi fl-inizjattiva #6.

Ir-Regolament tal-Europol 30 , li jiddetermina l-kamp ta’ applikazzjoni tal-attivitajiet tal-Europol, huwa rilevanti wkoll 31 . Il-Kummissjoni ħabbret fil-programm ta’ ħidma tagħha għall-2020 proposta leġiżlattiva biex issaħħaħ il-mandat tal-Europol sabiex tittejjeb il-kooperazzjoni operazzjonali tal-pulizija. L-Europol sabet limiti fl-appoġġ li tista’ tipprovdi minħabba l-isfida dejjem tikber b’mod mgħaġġel tal-abbuż sesswali tat-tfal. Barra minn hekk, il-kapaċità tal-Europol li tappoġġa lill-Istati Membri hija mxekkla mill-inkapaċità tagħha li tirċievi data personali direttament mis-settur privat, li l-infrastruttura tiegħu hija abbużata mill-awturi tar-reati biex jospitaw u jaqsmu ma’ ħaddieħor materjal pedopornografiku. Il-Kummissjoni Ewropea se tivvaluta ulterjorment dawn il-kwistjonijiet bħala parti mir-rieżami li jmiss tal-mandat tal-Europol, ippjanat għall-adozzjoni fir-raba’ trimestru tal-2020.

Dawn il-modifiki leġiżlattivi possibbli se jkunu konsistenti mal-politika tal-UE dwar il-ġlieda kontra l-abbuż sesswali tat-tfal u għandhom jiżguraw li jkun hemm qafas leġiżlattiv li jippermetti u jappoġġa partijiet ikkonċernati rilevanti fil-prevenzjoni, id-detezzjoni, ir-rappurtar u t-teħid ta’ azzjoni effikaċi għall-protezzjoni tat-tfal fi kwalunkwe każ ta’ abbuż sesswali tat-tfal.

Azzjonijiet qofol:

ðFl-ewwel stadju, bħala prijorità , il-Kummissjoni se tipproponi l-leġiżlazzjoni meħtieġa biex tiżgura li wara Diċembru 2020 il-fornituri tas-servizzi ta’ komunikazzjoni elettronika jkunu jistgħu jkomplu l-prattiki volontarji attwali tagħhom biex jiskopru fis-sistemi tagħhom l-abbuż sesswali tat-tfal.

ðFit-tieni stadju, sal-ewwel trimestru tal-2021, il-Kummissjoni se tipproponi l-leġiżlazzjoni meħtieġa biex tindirizza l-abbuż sesswali tat-tfal online b’mod effikaċi, inkluż billi titlob lill-fornituri tas-servizzi online rilevanti jidentifikaw materjal magħruf pedopornografiku u titlobhom jirrapportaw dan il-materjal lill-awtoritajiet pubbliċi.

3.L-identifikazzjoni ta’ lakuni leġiżlattivi, l-aħjar prattiki u azzjonijiet prijoritarji

Il-miżuri ta’ traspożizzjoni li l-Istati Membri kkomunikaw lill-Kummissjoni jinkludu miżuri li mhumiex speċifikament mitluba mid-Direttiva dwar l-Abbuż Sesswali tat-Tfal iżda li kienu kkunsidrati bħala meħtieġa fil-ġlieda kontra l-abbuż sesswali tat-tfal mill-Istati Membri 32 . Dan jissuġġerixxi li jista’ jkun hemm kwistjonijiet rilevanti li d-Direttiva ma tindirizzahomx biżżejjed. F’Settembru 2019 il-Kummissjoni laqqgħet sessjoni ta’ ħidma bejn l-esperti biex tiġbor aktar informazzjoni dwar dawn id-diskrepanzi leġiżlattivi possibbli u kkonkludiet li kien hemm bżonn ta’ aktar ħidma biex tinġabar evidenza addizzjonali.

Billi d-Direttiva ġiet adottata fl-2011, jenħtieġ li jkun hemm ukoll valutazzjoni tal-implimentazzjoni tagħha fil-prattika, f’termini ta’ effikaċja, effiċjenza, rilevanza, koerenza u valur miżjud tal-UE, fost kriterji oħra. Din il-valutazzjoni jenħtieġ li tqis b’mod partikolari l-aspetti online ta’ dawn ir-reati, fejn jeżistu dubji dwar jekk il-qafas attwali huwiex adattat għall-iskop tiegħu wara disa’ snin li raw bidliet teknoloġiċi sinifikanti u t-tkabbir esponenzjali tal-kondiviżjoni online. It-teknoloġija għamlitha aktar faċli minn qatt qabel għal dawk li jwettqu r-reat biex jagħmlu kuntatt mat-tfal, jaqsmu ma’ oħrajn immaġni ta’ abbuż, jaħbu l-identità u l-profitti tagħhom, u jikkonfoffaw flimkien biex iwettqu aktar reati 33 .

Barra minn hekk, it-trasgressuri saru dejjem aktar sofistikati fl-użu tagħhom tat-teknoloġija u l-kapaċitajiet tekniċi inkluż il-kriptaġġ u l-anonimità (eż. il-kondiviżjoni ta’ fajls bejn il-pari u l-użu tad-darket). Din l-attività kriminali toħloq problemi għas-soċjetà inġenerali u għas-servizzi ta-infurzar tal-liġi b’mod partikolari fir-rwol tagħhom li jipproteġu s-soċjetà 34 .

Fid-dawl ta’ dan ta’ hawn fuq, il-Kummissjoni se tniedi bħala prijorità studju biex jiġu identifikati d-diskrepanzi leġiżlattivi, l-aħjar prattiki u l-azzjonijiet prijoritarji fil-livell tal-UE, li jivvaluta:

·jekk il-leġiżlazzjoni attwali tal-UE ssolvix il-kwistjonijiet li ġiet stabbilita għalihom; u

·jekk hemmx kwistjonijiet ġodda fir-rigward ta’ dawn ir-reati li l-leġiżlazzjoni attwali tindirizzahom parzjalment biss jew xejn. 

L-istudju se jqis il-ħidma attwali tal-Kunsill tal-UE biex jiżgura l-implimentazzjoni effikaċi tal-konklużjonijiet tiegħu ta’ Ottubru 2019 dwar il-ġlieda kontra l-abbuż sesswali tat-tfal, li jista’ jwassal għall-ħolqien jew għall-aġġornament ta’ pjanijiet ta’ azzjoni nazzjonali għall-koordinazzjoni ta’ azzjoni fil-livell nazzjonali. Se jqis ukoll ir-riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew ta’ Novembru 2019 35 , ir-rapport tal-Parlament Ewropew ta’ Diċembru 2017 dwar it-traspożizzjoni tad-Direttiva dwar l-Abbuż Sesswali tat-Tfal 36 , u l-ħidma tal-Kumitat ta’ Lanzarote tal-Kunsill tal-Ewropa 37 .

Azzjoni qofol:

ðSa tmiem l-2020, il-Kummissjoni se tniedi studju estensiv biex tidentifika lakuni leġiżlattivi, l-aħjar prattiki u azzjonijiet prijoritarji fil-livell tal-UE fil-ġlieda kontra l-abbuż sesswali tat-tfal online u offline.

TISĦIĦ TAR-RISPONS TAL-INFURZAR TAL-LIĠI U TITJIB TAL-KOOPERAZZJONI FOST IL-PARTIJIET IKKONĊERNATI KOLLHA

Il-ġlieda kontra l-abbuż sesswali tat-tfal għandha tiġi miġġielda fuq bosta fronti, inkluż mis-soċjetà inġenerali. Progress veru u proprju jista’ jsir biss meta tiġi intensifikata l-ħidma fir-rigward tal-prevenzjoni, ir-rappurtar, ir-riferiment, l-investigazzjoni, il-protezzjoni u l-identifikazzjoni, it-trattament u s-segwitu ta’ kull każ. Is-servizzi soċjali, il-professjonisti tal-kura tas-saħħa, l-akkademiċi, ir-riċerkaturi, l-edukaturi, il-ġudikatura, is-servizzi tal-infurzar tal-liġi, it-tfal, il-familji, l-NGOs, il-midja u s-soċjetà usa’ kollha għandhom rwol x’jaqdu, f’approċċ tassew multidixxiplinarju u li jinvolvi diversi partijiet ikkonċernati.

4.It-tisħiħ tal-isforzi tas-servizzi tal-infurzar tal-liġi fil-livell nazzjonali u tal-UE

L-abbuż sesswali tat-tfal jenħtieġ rispons kompetenti u komprensiv mis-servizzi tal-infurzar tal-liġi, kemm fil-livell nazzjonali kif ukoll fil-livell Ewropew. Il-kriżi tal-COVID-19 ħarġet fid-deher il-ħtieġa li jitjiebu l-kapaċitajiet diġitali tas-servizzi tal-infurzar tal-liġi u dawk ġudizzjarji biex jippreservaw il-kapaċità tagħhom li jipproteġu liċ-ċittadini b’mod effikaċi, kif enfasizza l-Pjan ta’ Rkupru ta’ Mejju 2020 38 .

L-aġenziji tal-infurzar tal-liġi fl-Istati Membri jvarjaw fl-istruttura meta jiġu biex jindirizzaw l-abbuż sesswali tat-tfal. Sabiex tiġi żgurata l-protezzjoni tat-tfal fil-fruntieri tagħhom u lil hinn minnhom, huwa importanti li l-Istati Membri jkunu jistgħu jibbażaw fuq unitajiet speċjalizzati li jkunu mgħammra kif suppost u li jkollhom persunal b’uffiċjali mħarrġa tajjeb fl-istrutturi nazzjonali tal-pulizija. Bi tweġiba għal mewġa reċenti ta’ każijiet fuq skala kbira, għadd ta’ Stati Membri għażlu li jżidu l-persunal tagħhom li jaħdem fuq il-prevenzjoni u l-ġlieda kontra l-abbuż sesswali tat-tfal, li l-Kummissjoni tilqa’ b’sodisfazzjon kbir.

Bħala parti minn dawn l-unitajiet, l-Istati Membri jenħtieġ li jikkunsidraw it-twaqqif ta’ timijiet nazzjonali għall-identifikazzjoni tal-vittmi. Fejn dawn it-timijiet diġà jeżistu, l-Istati Membri jenħtieġ li jikkunsidraw li jestendu l-kapaċità fil-livell nazzjonali għat-timijiet reġjonali u lokali rilevanti.

Biex jiġġieldu dawn ir-reati b’mod effikaċi, jenħtieġ li l-Istati Membri jkunu jistgħu jipparteċipaw ukoll fi sforzi kollaborattivi tal-UE u dawk internazzjonali biex jidentifikaw it-tfal maċ-Ċentru Ewropew taċ-Ċiberkriminalità (EC3) tal-Europol jew permezz tal-bażi tad-data Internazzjonali dwar l-Isfruttament Sesswali tat-Tfal (ICSE) ospitata fl-Interpol. Ir-riżorsi li kull Stat Membru jalloka biex jilqa’ kontra t-theddida tal-abbuż sesswali tat-tfal jenħtieġ li jqisu wkoll il-kapaċità tal-pajjiż li jappoġġa l-kollaborazzjoni internazzjonali f’dan il-qasam.

Każijiet ta’ abbuż sesswali tat-tfal, speċjalment dawk li jinvolvu materjali diġitali, rari jkunu limitati għal Stat Membru wieħed. Minbarra li jżommu bażijiet ta’ data nazzjonali tal-intelligence, l-Istati Membri għalhekk jenħtieġ li jinvestu biex l-intelligence rilevanti tiġi indirizzata b’mod sistematiku lill-Europol, bħala l-hub tal-informazzjoni kriminali tal-UE, biex jappoġġaw lil xulxin meta jindirizzaw każijiet transfruntiera 39 .

Il-ġlieda effettiva kontra l-abbuż sesswali tat-tfal teħtieġ ukoll kapaċitajiet tekniċi mill-aktar avvanzati. Xi timijiet ta’ investigazzjoni nazzjonali ma għandhomx l-għarfien u / jew l-għodod meħtieġa, pereżempju biex isibu materjal pedopornografiku f’għadd kbir ta’ immaġni jew filmati maqbuda, biex isibu vittmi jew trasgressuri, jew biex iwettqu investigazzjonijiet fid-darknet jew f’networks bejn il-pari. Biex tappoġġa l-iżvilupp tal-kapaċitajiet nazzjonali biex ilaħħqu mal-iżviluppi teknoloġiċi, il-Kummissjoni tipprovdi finanzjament lill-Istati Membri permezz tal-Fond għas-Sigurtà Interna ((Internal Security Fund)), ISF-Police) 40 . Barra minn hekk, il-Kummissjoni tipprovdi wkoll taħt l-ISF-Police, fondi permezz ta’ azzjonijiet tal-Unjoni, li jinkludu, pereżempju, sejħiet għal proposti u akkwist għall-ġlieda kontra l-aspetti online u offline tal-abbuż sesswali tat-tfal 41 . Fl-2020 se ssir sejħa ġdida għal proposti fil-qasam tal-ġlieda kontra l-abbuż sesswali tat-tfal. Il-Kummissjoni tiffinanzja wkoll proġetti ta’ riċerka taħt Orizzont 2020 biex tappoġġa l-iżvilupp tal-kapaċitajiet nazzjonali (fl-infurzar tal-liġi u oqsma oħra) fil-ġlieda kontra l-abbuż sesswali tat-tfal 42 . Is-sejħiet għall-proposti futuri għall-ġlieda kontra dawn ir-reati se jinfetħu taħt il-programm qafas il-ġdid Orizzont Ewropa dwar ir-riċerka u l-innovazzjoni 43 .

L-użu ta’ tekniki ta’ investigazzjoni incognito online huwa assi importanti biex jiġu infiltrati n-networks li huma moħbija wara din it-tip ta’ teknoloġija. Dawn il-metodi wrew li huma effikaċi ħafna biex tinftiehem l-imġiba u l-interazzjoni tal-awturi tar-reati fuq il-fornituri tas-servizzi online, u fl-aħħar mill-aħħar iffaċilitaw l-għeluq tal-kanali ta’ komunikazzjoni użati minn dawn it-trasgressuri, kif ukoll il-prosekuzzjoni tagħhom. Ħtieġa dejjem aktar importanti għall-attività tal-infurzar tal-liġi f’dawn l-ispazji hija l-kapaċità li jiġu infiltrati b’mod effikaċi gruppi online partikolarment perikolużi ta’ awturi ta’ reati. Dan jista’ jsir permezz ta’ għadd ta’ metodi differenti li bħalissa huma disponibbli biss għal għadd żgħir ta’ Stati Membri u sħab mhux tal-UE. Jenħtieġ li jkun previst li din il-kapaċità ssir disponibbli madwar l-UE kollha sabiex dawn it-trasgressuri jkunu mmirati b’mod aktar effikaċi mingħajr ma sieħeb ikun jiddependi fuq sħab oħra. Il-valuri tal-UE u d-drittijiet fundamentali jibqgħu fil-qalba ta’ kull miżura futura.

L-Europol se twaqqaf Ċentru u Laboratorju ta’ Innovazzjoni 44 biex tiffaċilita l-aċċess tal-Istati Membri għall-għodod tekniċi u l-għarfien żviluppati fil-livell tal-UE. Din l-inizjattiva se tippermetti wkoll li jiġu identifikati l-ħtiġijiet fl-Istati Membri biex ikunu jistgħu jindirizzaw l-isfidi tal-investigazzjonijiet diġitali, li se jgħin biex tiġi ddeterminata l-allokazzjoni tal-finanzjament tal-UE għar-riċerka, l-innovazzjoni u l-iżvilupp tal-kapaċitajiet tal-pulizija.

Iċ-Ċentru u l-Laboratorju ta’ Innovazzjoni se jkomplu jiffaċilitaw l-aċċess tal-Istati Membri għar-riżorsi u l-esperjenza taċ-Ċentru Ewropew taċ-Ċiberkriminalità (EC3) tal-Europol. L-EC3 kellu rwol importanti biex jappoġġa l-Istati Membri fil-ġlieda kontra l-abbuż sesswali tat-tfal, sa mill-ħolqien tiegħu. Dan l-appoġġ jieħu diversi forom, pereżempju:

·L-EC3 ikkontribwixxa għall-isforzi tal-identifikazzjoni tal-vittmi sa mill-2014. Azzjonijiet kollaborattivi mal-Istati Membri u mas-sħab bi ftehimiet operazzjonali permezz tat-Task Forces tal-Europol għall-Identifikazzjoni tal-Vittmi 45 u l-użu ta’ diversi approċċi investigattivi flimkien mal-bażi tad-data tal-ICSE wasslu għall-identifikazzjoni ta’ kważi 360 tifel u tifla u 150 trasgressur.

·L-Europol (ta’ spiss f’kooperazzjoni mal-Eurojust) għenet sabiex jiġu kkoordinati bosta investigazzjonijiet li rnexxew 46 .

·Pjanijiet ta’ Azzjoni Operazzjonali (OAPs) speċifiċi dwar il-ġlieda kontra l-abbuż u l-isfruttament sesswali tat-tfal, huma implimentati kull sena skont iċ-Ċiklu ta’ Politika tal-UE / EMPACT għall-ġlieda kontra l-kriminalità organizzata serja u internazzjonali, bl-appoġġ tal-Europol 47 .

·L-Europol kienet strumentali fil-ġbir, l-organizzazzjoni u l-pubblikazzjoni ta’ rapporti bħal ma huma r-rapporti dwar il-Valutazzjoni ta’ Theddid mill-Kriminalità Serja u Organizzata (SOCTA) 48 u dwar il-Valutazzjoni tal-Europol dwar it-Theddida mill-Kriminalità Organizzata ffaċilitata mill-Internet (IOCTA) 49 , li jinkludu taqsimiet speċifiċi dwar il-ġlieda kontra l-abbuż sesswali tat-tfal.

·L-Europol ħadmet ukoll mas-sħab internazzjonali tagħha biex tipprovdi konsulenza online dwar is-sikurezza għall-ġenituri u l-persuni li jieħdu ħsieb it-tfal 50 biex jgħinu jżommu t-tfal sikuri online matul il-kriżi tal-COVID19, flimkien ma’ tliet rapporti ta’ intelligence kull ġimgħa għal udjenzi speċifiċi  51 .. 

Azzjoni qofol:

ðIl-Europol se twaqqaf Hub ta’ Innovazzjoni u Laboratorju u l-Kummissjoni se tipprovdi finanzjament biex jiġi ffaċilitat l-iżvilupp ta’ kapaċitajiet nazzjonali biex jinżamm il-pass mal-iżviluppi teknoloġiċi u jiġi ggarantit rispons effikaċi tas-servizzi tal-infurzar tal-liġi kontra dawn ir-reati.

5.Tingħata l-kapaċità lill-Istati Membri biex ikunu jistgħu jipproteġu aħjar lit-tfal permezz tal-prevenzjoni

Xi wħud mill-Artikoli tad-Direttiva dwar l-Abbuż Sesswali tat-Tfal li l-Istati Membri qed idumu aktar biex jimplimentawhom għalkollox huma dawk li jirrikjedu l-implimentazzjoni ta’ programmi ta’ prevenzjoni 52 , fejn diversi tipi ta’ partijiet ikkonċernati jeħtieġ li jieħdu azzjoni.

Fir-rigward tal-prevenzjoni mmirata lejn trasgressuri (potenzjali), id-diffikultajiet tal-Istati Membri jikkonċernaw programmi fl-istadji kollha: qabel ma persuna twettaq reat għall-ewwel darba, matul jew wara proċedimenti kriminali, ġewwa u barra l-ħabs.

Ir-riċerka f’dak li jimmotiva l-individwi biex isiru trasgressuri hija skarsa u frammentata u l-komunikazzjoni bejn l-ispeċjalisti u r-riċerkaturi hija waħda minima: 

·In-nuqqas ta’ riċerka attwali jagħmilha diffiċli biex jitfasslu u jiddaħħlu fis-seħħ programmi effikaċi fl-istadji kollha. Il-ftit programmi li huma fis-seħħ 53  rarament jiġu evalwati biex tiġi vvalutata l-effikaċja tagħhom.

·Barra minn hekk, id-diversi tipi ta’ speċjalisti f’dan il-qasam (pereżempju awtoritajiet tal-kura tas-saħħa li jipprovdu programmi ta’ prevenzjoni għal persuni li jibżgħu li jistgħu jwettqu reati, awtoritajiet pubbliċi inkarigati minn programmi ta’ prevenzjoni fil-ħabsijiet, NGOs li joffru programmi ta’ prevenzjoni biex jappoġġaw ir-riintegrazzjoni fil-komunità ta’ trasgressuri sesswali) ma jikkomunikawx biżżejjed ma’ xulxin dwar l-effikaċja tal-programmi, inklużi t-tagħlimiet meħuda u l-aħjar prattiki.

Biex tindirizza dawn id-diffikultajiet, il-Kummissjoni se taħdem biex tistabbilixxi network ta’ prevenzjoni ta’ speċjalisti u riċerkaturi rilevanti u rinomati biex jappoġġa lill-Istati Membri jistabbilixxu miżuri ta’ prevenzjoni li jistgħu jintużaw, jiġu evalwati b’mod rigoruż u li jkunu effikaċi biex titnaqqas il-prevalenza tal-abbuż sesswali tat-tfal fl-UE. Speċifikament, in-network ikun:

1.Jippermetti ċ-ċiklu virtwuż ta’ prattika għar-riċerka u riċerka għall-prattika: 

·Ir-riċerkaturi jipprovdu lill-ispeċjalisti b’inizjattivi ttestjati xjentifikament, u l-ispeċjalisti jipprovdu lir-riċerkaturi b’rispons kontinwu dwar l-inizjattivi ta’ prevenzjoni biex jikkontribwixxu aktar għat-tisħiħ tal-bażi ta’ evidenza. Il-perspettivi u l-fehmiet tal-vittmi jiddaħħlu wkoll fil-ħidma tan-network.

·Għalkemm ix-xogħol tan-network ikun ikopri l-oqsma kollha relatati mal-prevenzjoni tal-abbuż sesswali tat-tfal, ikun jiffoka b’mod qawwi fuq programmi ta’ prevenzjoni għat-trasgressuri u għal persuni li jibżgħu li jistgħu jwettqu reati, peress li dan huwa l-qasam li fih l-Istati Membri jsibu l-akbar diffikultà.

·Huwa magħruf li mhux it-trasgressuri kollha għandhom disturb ta’ pedofilija 54 (motivazzjonijiet oħrajn biex jikkommettu abbuż jinkludu l-isfruttament għall-qligħ finanzjarju), u mhux kull min għandu disturb ta’ pedofilija jispiċċa jkun trasgressur (xi wħud ifittxu għajnuna biex jittrattaw il-pedofilija tagħhom). Hemm bżonn ta’ riċerka sostanzjali biex jinftiehem il-proċess li bih persuna tispiċċa tkun trasgressur, inklużi fatturi u skattaturi tar-riskju. Xi statistika tissuġġerixxi li sa 85 % minn dawk li jaraw l-immaġni ta’ abbuż sesswali tat-tfal ukoll jabbużaw fiżikament mit-tfal 55 . Li persuna tara materjal pedopornografiku huwa wkoll reat kriminali, li jiġġenera wkoll domanda għal materjal ġdid u għalhekk għal abbuż fiżiku ġdid 56 .

·In-network ikun jsegwi approċċ xjentifiku għall-prevenzjoni. Għalkemm id-data dwar il-prevalenza hija skarsa, l-istudji jindikaw li madwar 3 % tal-popolazzjoni maskili tista’ tkun tbati minn disturb ta’ pedofilija. L-ispeċjalisti jirrikonoxxu li l-indirizzar tal-problema mill-għeruq tagħha, billi jiġi rikonoxxut dan il-fatt diffiċli u jitqiegħdu fis-seħħ miżuri preventivi, huwa l-iktar mod effikaċi biex jiġu protetti l-vittmi u jittaffa l-piż tax-xogħol tal-awtoritajiet tal-infurzar tal-liġi.

2.Il-ħidma tal-Istati Membri biex jissensibilizzaw billi joħolqu kampanji ffukati tal-midja u materjali ta’ taħriġ:

·Dan ikun jiffaċilita l-iskambju ta’ informazzjoni dwar il-materjal ta’ taħriġ u l-bini tal-kapaċitajiet u jiġbor eżempji tal-“aħjar prattiki” biex jispira kampanji tal-midja u taħriġ madwar l-Istati Membri. Dan ikun jgħin biex tiġi evitata d-duplikazzjoni tal-isforzi billi, pereżempju, jiġu ffaċilitati l-adattament u t-traduzzjoni għall-kuntest nazzjonali tal-materjali maħluqa fi Stati Membri oħra.

·Il-Kummissjoni, bl-appoġġ tan-network, tniedi u tappoġġa wkoll kampanji ta’ sensibilizzazzjoni biex tgħin tinforma lit-tfal, lill-ġenituri, lil dawk li jieħdu ħsieb it-tfal, u lill-edukaturi dwar ir-riskji u l-mekkaniżmi u l-proċeduri preventivi. Dawn jiġu żviluppati flimkien man-network.

·Huma meħtieġa sforzi ta’ prevenzjoni fir-rigward ta’ organizzazzjonijiet li jaħdmu mat-tfal – iċ-ċentri u l-klabbs sportivi, l-istituzzjonijiet reliġjużi, is-servizzi tal-kura tas-saħħa, l-iskejjel, l-attivitajiet ta’ wara l-iskola – biex jissensibilizzaw u jipprovdu informazzjoni dwar modi kif jiġi evitat l-abbuż, pereżempju billi jipprovdu taħriġ 57 iffukat, jiżguraw li jkollhom fis-seħħ proċeduri xierqa u li jagħmlu użu mis-setgħa legali li tagħtihom il-liġi tal-UE biex jitolbu rekords kriminali f’livell transfruntiera permezz tas-Sistema Ewropea ta’ Informazzjoni ta’ Rekords Kriminali 58 . Din is-sistema effikaċi ħafna tal-UE hija kruċjali fil-prevenzjoni ta’ abbużi sesswali peress li tippermetti li jsiru kontrolli ta’ sfond tal-istorja kriminali possibbli ta’ individwu meta jkunu qed jirreklutaw għal attivitajiet volontarji professjonali jew organizzati li jinvolvu kuntatti diretti u regolari mat-tfal. Professjonisti mis-setturi kollha, li jistgħu jiġu f’kuntatt mat-tfal, iridu jiġu mħarrġa u mgħammra bl-għodod biex jipprevjenu u jidentifikaw sinjali bikrin ta’ vjolenza u abbuż sesswali possibbli, u li jinteraġixxu mat-tfal u l-familji tagħhom b’mod xieraq, iggwidati mill-ħtiġijiet speċifiċi u l-aħjar interessi tat-tfal. Dan jinkludi wkoll lill-awtoritajiet tal-infurzar tal-liġi u lill-ġudikatura fejn vittmi tfal ikunu involuti f’investigazzjonijiet kriminali kontra dawk li jabbużaw minnhom. Il-familji u l-persuni li jieħdu ħsieb it-tfal, il-professjonisti u s-soċjetà usa’ jeħtieġ li jifhmu s-serjetà ta’ dawn ir-reati u l-effett devastanti li għandhom fuq it-tfal, u jingħataw l-appoġġ meħtieġ biex jirrappurtaw dawn ir-reati u jappoġġaw lit-tfal vittmi. Dan jeħtieġ informazzjoni speċjalizzata, kampanji fil-midja u taħriġ.

·It-tfal infushom jenħtieġ li jkollhom l-għarfien u l-għodod li jistgħu jgħinuhom ma jiffaċċjawx l-abbuż meta dan ikun possibbli (pereżempju dwar kif jużaw l-internet b’mod sikur), u jenħtieġ li jkunu infurmati li ċerta mġiba mhijiex aċċettabbli. In-network iffinanzjat mill-Kummissjoni taċ-Ċentri għal Internet Aktar Sikur 59 jissensibilizza dwar is-sikurezza online u jipprovdi informazzjoni, riżorsi u assistenza permezz ta’ linji telefoniċi għall-għajnuna u hotlines dwar firxa wiesgħa ta’ suġġetti ta’ sikurezza diġitali inkluż il-grooming u s-sexting 60 . Il-kampanja Wieħed minn kull Ħamsa mill-Kunsill tal-Ewropa 61 u l-inizjattiva “#SayNo” tal-Europol 62 huma eżempji oħra ta’ kif jista’ jsir dan. Meta jseħħ abbuż, it-tfal iridu jħossuhom kunfidenti u bis-setgħa li jitkellmu, jirreaġixxu u jirrappurtaw 63 , anke meta l-abbuż jiġi miċ-ċirku ta’ fiduċja tagħhom (jiġifieri minn dawk li huma jgħożżu jew minn persuni oħra li jkunu jafu u jafdaw), kif spiss ikun il-każ. Hemm bżonn ukoll li jkollhom aċċess għal mezzi sikuri, aċċessibbli u adatti għall-età tagħhom biex jirrappurtaw l-abbuż mingħajr biża’. L-isforzi ta’ prevenzjoni jeħtieġ ukoll li jqisu ċ-ċirkostanzi u l-ħtiġijiet speċifiċi ta’ diversi gruppi ta’ tfal li huma partikolarment esposti għar-riskji ta’ abbuż sesswali, bħal tfal b’diżabbiltajiet 64 , tfal migranti (b’mod partikolari minorenni mhux akkumpanjati) u tfal vittmi tat-traffikar (li l-maġġoranza tagħhom ikunu bniet).

L-għan huwa li jiġi organizzat network fi gruppi ta’ ħidma li jiffaċilita l-iskambju tal-aħjar prattiki u l-ħidma dwar inizjattivi konkreti biex jiġġeneraw riżultati tanġibbli. Il-gruppi ta’ ħidma jistgħu jkunu organizzati skont il-prattika (jiġifieri skont l-isfond professjonali, eż. il-kura tas-saħħa, il-ħaddiema soċjali, l-ispeċjalisti edukattivi, l-awtoritajiet tal-infurzar tal-liġi, l-awtoritajiet ġudizzjarji, l-awtoritajiet tal-ħabsijiet, dawk li jfasslu l-politika u r-riċerkaturi) u skont il-programm (jiġifieri skont it-tip ta’ grupp fil-mira tal-programm ta’ prevenzjoni, pereżempju t-trasgressuri u l-persuni li jibżgħu li jistgħu jwettqu reati, jew it-taħriġ u l-programmi ta’ sensibilizzazzjoni għat-tfal, il-familji u l-komunità).

Il-massimizzazzjoni tal-ħidma biex jiġi evitat l-abbuż sesswali tat-tfal hija essenzjali. Kemm fl-UE kif ukoll madwar id-dinja, l-awtoritajiet tal-infurzar tal-liġi mhux qed ilaħħqu maż-żieda esponenzjali tar-rapporti dwar l-abbuż sesswali tat-tfal, u dan jirrikkonferma il-kunsens li hemm fost l-ispeċjalisti (inkluż l-awtoritajiet tal-infurzar tal-liġi) li din il-problema impossibbli tissolva permezz ta’ azzjoni ta’ infurzar tal-liġi biss u teħtieġ koordinazzjoni bejn atturi differenti.

In-network ikollu l-għan li jsaħħaħ il-kapaċità fl-UE fil-prevenzjoni tal-abbuż sesswali tat-tfal u jkollu firxa mondjali biex juża l-għarfien espert kollu rilevanti fl-UE u barra minnha. Ikollu wkoll preżenza online importanti biex jiffaċilita l-kondiviżjoni tal-ħidma tiegħu fl-UE u globalment sabiex il-pajjiżi kollha jkunu jistgħu jibbenefikaw minn riċerka u approċċi mill-aktar avvanzati.

Fil-qosor, in-network ta’ prevenzjoni jippermetti: a) azzjoni aktar effikaċi fil-ġlieda kontra l-abbuż sesswali tat-tfal (online u offline) fl-UE; b) użu aktar effettiv u effiċjenti tar-riżorsi eżistenti (limitati) fl-UE allokati għall-prevenzjoni tal-abbuż sesswali tat-tfal; u c) kooperazzjoni aktar effikaċi mas-sħab madwar id-dinja, sabiex l-UE tkun tista’ tibbenefika minn għarfien espert mondjali mingħajr ma tiddupplika l-isforzi.

Azzjoni qofol:

ðIl-Kummissjoni se tibda minnufih tħejji network ta’ prevenzjoni fil-livell tal-UE biex tiffaċilita l-iskambju tal-aħjar prattiki u tappoġġa lill-Istati Membri biex jistabbilixxu miżuri ta’ prevenzjoni li jistgħu jintużaw, jiġu evalwati b’mod rigoruż u effikaċi biex titnaqqas il-prevalenza tal-abbuż sesswali tat-tfal fl-UE.

6.Ċentru Ewropew għall-prevenzjoni u l-ġlieda kontra l-abbuż sesswali tat-tfal

Il-Kummissjoni se tibda taħdem lejn il-ħolqien possibbli ta’ ċentru Ewropew għall-prevenzjoni u l-ġlieda kontra l-abbuż sesswali tat-tfal, abbażi ta’ studju bir-reqqa u valutazzjoni tal-impatt. Iċ-ċentru jista’ jipprovdi appoġġ olistiku lill-Istati Membri fil-ġlieda kontra l-abbuż sesswali tat-tfal, online u offline, filwaqt li jiżgura l-koordinazzjoni biex jiġi mmassimizzat l-użu effiċjenti tar-riżorsi u tiġi evitata d-duplikazzjoni tal-isforzi.

Il-Parlament Ewropew appella għall-ħolqien ta’ ċentru fir-riżoluzzjoni 65 tiegħu ta’ Novembru 2019, u l-Istati Membri enfasizzaw fil-konklużjonijiet tagħhom tal-Kunsill ta’ Ottubru 2019 il-ħtieġa għal approċċ koordinat u bejn ħafna partijiet ikkonċernati 66 . Iċ-ċentru jista’ jibni fuq l-aħjar prattiki u tagħlimiet meħuda minn ċentri simili madwar id-dinja, bħaċ-Ċentru Nazzjonali għat-Tfal Neqsin u Sfruttati (National Centre for Missing and Exploited Childen (NCMEC)) fl-Istati Uniti, iċ-Ċentru Kanadiż għall-Protezzjoni tat-Tfal (Canadian Centre for Child Protection, CCCP) u ċ-Ċentru Awstraljan għall-Ġlieda Kontra l-Isfruttament tat-Tfal (Australian Centre to Counter Child Exploitation, ACCCE).

Biex jiġi żgurat appoġġ olistiku lill-Istati Membri fil-ġlieda kontra l-abbuż sesswali tat-tfal, u soġġett għal valutazzjoni ulterjuri, il-funzjonijiet taċ-ċentru jistgħu jkopru tliet oqsma:

1.Infurzar tal-liġi: Il-Europol huwa attur ewlieni fil-ġlieda kontra l-abbuż sesswali tat-tfal, b’mod partikolari permezz tal-analiżi u t-tqassim ta’ rapporti ta’ abbużi li waslu mingħand l-Istati Uniti. Billi jibni fuq ir-rwol u l-esperjenza tal-Europol, iċ-ċentru jista’ jaħdem mal-aġenziji tal-infurzar tal-liġi fl-UE u f’pajjiżi terzi biex jiżgura li l-vittmi jiġu identifikati u assistiti mill-aktar fis possibbli u li t-trasgressuri jitressqu quddiem il-ġustizzja. Din tista’ tappoġġa lill-Istati Membri billi tirċievi rapporti minn kumpaniji li joffru s-servizzi tagħhom fl-UE fir-rigward tal-abbuż sesswali tat-tfal fl-UE, tiżgura r-rilevanza tagħhom, u tgħaddihom lis-servizzi tal-infurzar tal-liġi għal azzjoni. Iċ-ċentru jista’ wkoll jappoġġa lill-kumpaniji billi, pereżempju, iżomm bażi tad-data unika fl-UE ta’ materjal magħruf pedopornografiku biex jiffaċilita d-detezzjoni tiegħu fis-sistemi tal-kumpaniji, f’konformità mar-regoli tal-UE dwar il-protezzjoni tad-data. Barra minn hekk, iċ-ċentru jista’ jappoġġa wkoll l-infurzar tal-liġi billi jikkoordina u jiffaċilita t-tneħħija ta’ materjal pedopornografiku online identifikat permezz ta’ hotlines.

Iċ-ċentru jista’ jopera skont mekkaniżmi ta’ kontroll strett biex jiżgura r-responsabbiltà u t-trasparenza. B’mod partikolari, iċ-ċentru jista’ potenzjalment ikollu rwol biex jgħin fl-iżgurar li ma jkunx hemm tneħħija bi żball jew abbuż tal-għodod ta’ tiftix biex jiġi rrapportat kontenut leġittimu (inkluż l-użu ħażin tal-għodod għal skopijiet oħra għajr il-ġlieda kontra l-abbuż sesswali tat-tfal) u biex jirċievi lmenti minn utenti li jħossu li l-kontenut tagħhom tneħħa bi żball. Ir-responsabbiltà u t-trasparenza se jkunu elementi ewlenin tal-leġiżlazzjoni msemmija fl-azzjonijiet qofol tal-inizjattiva # 2.

2.Prevenzjoni: billi jibni fuq ix-xogħol tan-network ta’ prevenzjoni, iċ-ċentru jista’ jappoġġa lill-Istati Membri biex jistabbilixxu miżuri ta’ prevenzjoni multidixxiplinarji li jistgħu jintużaw, jiġu evalwati b’mod rigoruż u jkunu effikaċi biex titnaqqas il-prevalenza tal-abbuż sesswali tat-tfal fl-UE, filwaqt li jitqiesu l-vulnerabbiltajiet differenti tat-tfal skont l-età, is-sess, l-iżvilupp u ċ-ċirkostanzi speċifiċi tagħhom. Jista’ jiffaċilita l-koordinazzjoni biex jappoġġa l-aktar użu effiċjenti tar-riżorsi investiti u l-għarfien espert disponibbli dwar il-prevenzjoni madwar l-UE, filwaqt li jevita d-duplikazzjoni tal-isforzi. Bħala ċentru għall-kollegament, l-iżvilupp u t-tixrid ta’ riċerka u ħila esperta, jista’ jiffaċilita u jinkoraġġixxi d-djalogu fost il-partijiet ikkonċernati rilevanti kollha u jgħin fl-iżvilupp ta’ riċerka u għarfien mill-aktar avvanzati, inkluża data aħjar. Jista’ wkoll jipprovdi kontribut lil dawk li jfasslu l-politika fil-livell nazzjonali u tal-UE dwar id-diskrepanzi fil-prevenzjoni u s-soluzzjonijiet possibbli biex dawn jiġu indirizzati.

3.Assistenza lill-vittmi: Iċ-Ċentru jista’ jaħdem mill-qrib mal-awtoritajiet nazzjonali u l-esperti mondjali biex jiżgura li l-vittmi jirċievu appoġġ xieraq u olistiku, kif jirrikjedu d-Direttiva dwar l-Abbuż Sesswali tat-Tfal 67 u d-Direttiva dwar id-Drittijiet tal-Vittmi 68 . Jista’ wkoll jaħdem fuq l-appoġġ għall-iskambju tal-aħjar prattiki dwar miżuri ta’ protezzjoni għall-vittmi tfal. Jista’ wkoll jappoġġa lill-Istati Membri billi jiffaċilita billi jwettaq riċerka (pereżempju dwar l-effetti fuq perjodu qasir u fit-tul tal-abbuż sesswali tat-tfal fuq il-vittmi) biex jappoġġa politika bbażata fuq l-evidenza dwar l-assistenza u l-appoġġ lill-vittmi u jservi bħala ċentru ta’ għarfien espert biex il-koordinazzjoni titjieb u tiġi evitata d-duplikazzjoni tal-isforzi. Iċ-ċentru jista’ wkoll jappoġġa lill-vittmi fit-tneħħija tal-immaġni u l-filmati tagħhom biex tiġi ssalvagwardjata l-privatezza tagħhom, inkluż permezz ta’ tiftix proattiv għal materjal online u n-notifika ta’ kumpaniji 69 .

Iċ-ċentru jista’ jgħaqqad l-inizjattivi kollha fl-istrateġija billi jippermetti kooperazzjoni aktar effikaċi bejn l-awtoritajiet pubbliċi (inklużi dawk tal-infurzar tal-liġi), l-industrija u s-soċjetà ċivili fl-UE u globalment, u jsir l-entità ta’ referenza fl-UE għall-kompetenza f’dan il-qasam:

·Inizjattivi ffokati fuq il-leġiżlazzjoni: iċ-ċentru jista’ jassisti bl-għarfien espert tiegħu lill-Kummissjoni fir-rwol tagħha li tappoġġa lill-Istati Membri fl-implimentazzjoni tad-Direttiva dwar l-Abbuż Sesswali tat-Tfal. Dan l-għarfien espert, li jiżdied maż-żmien hekk kif iċ-ċentru jkompli jidentifika d-diskrepanzi u l-aħjar prattiki fl-UE u lil hinn minnha, jiffaċilita l-politika bbażata fuq l-evidenza mill-Kummissjoni li jista’ jiggarantixxi wkoll li l-leġiżlazzjoni tal-UE tkun aġġornata biex tippermetti rispons effikaċi.

·Kooperazzjoni u inizjattivi ffokati fuq il-finanzjament: billi jaħdem mill-qrib mal-Kummissjoni u ma’ ċentri simili f’pajjiżi oħra u mal-Alleanza Dinjija WePROTECT biex jintemm l-isfruttament sesswali tat-tfal, iċ-ċentru jista’ jiżgura li kull Stat Membru jkollu aċċess immedjat u ċentralizzat għall-aħjar prattiki f’livell dinji, u li t-tfal madwar id-dinja jkunu jistgħu jibbenefikaw mill-aħjar prattiki tal-UE. Iċ-ċentru jista’ wkoll juża r-riżultati tan-network ta’ prevenzjoni, u l-esperjenza taċ-Ċentri għal Internet Aktar Sikur.

Il-Kummissjoni se taħdem mill-qrib mal-Parlament Ewropew u mal-Istati Membri biex tesplora l-opzjonijiet varji ta’ implimentazzjoni, inkluż l-użu ta’ strutturi eżistenti għall-funzjonijiet taċ-ċentru fejn xieraq, bil-ħsieb li jiġu massimizzati l-valur miżjud, l-effikaċja u s-sostenibbiltà taċ-ċentru. Il-Kummissjoni se twettaq valutazzjoni tal-impatt, bi studju li għandu jitnieda immedjatament, biex tidentifika l-aħjar triq ’il quddiem inkluża l-aħjar forma legali li għandu jieħu dan iċ-ċentru.

Azzjoni qofol:

ðIl-Kummissjoni se tniedi immedjatament studju biex taħdem għall-ħolqien ta’ ċentru Ewropew biex jipprevjeni u jiġġieled l-abbuż sesswali tat-tfal biex jippermetti reazzjoni komprensiva u effikaċi tal-UE kontra l-abbuż sesswali online u offline tat-tfal.

7.Il-galvanizzar tal-isforzi tal-industriji sabiex tiġi żgurata l-protezzjoni tat-tfal fil-prodotti tagħhom

Il-fornituri ta’ ċerti servizzi online jinsabu f’pożizzjoni tajba u unika biex jipprevjenu, jidentifikaw u jirrapportaw l-abbuż sesswali tat-tfal li jseħħ bl-użu tal-infrastruttura tagħhom.

Fil-preżent, għadd ta’ kumpaniji volontarjament jidentifikaw l-abbuż sesswali tat-tfal. L-NCMEC irċieva kważi 17-il miljun rapport ta’ abbuż sesswali tat-tfal minn dawn il-kumpaniji fl-2019 biss 70 . Dawn ir-rapporti ma jinkludux biss immaġni u filmati abbużivi iżda wkoll sitwazzjonijiet li jinvolvu periklu imminenti għat-tfal (eż. dettalji tal-arranġamenti biex jiltaqgħu biex jabbużaw fiżikament mit-tfal jew theddid ta’ suwiċidju mit-tifel jew tifla wara li jiġu rikattati mill-awtur tar-reat). Dawn ir-rapporti kienu strumentali għal snin biex tfal fl-UE jiġu salvati minn abbuż kontinwat. Dawn wasslu, pereżempju:

·is-salvataġġ ta’ 11-il tifel u tifla, xi wħud ta’ età żgħira ta’ sentejn, li kienu sfruttati minn network ta’ trasgressuri fl-Iżvezja 71 ;

·l-akbar operazzjoni li qatt saret kontra l-abbuż sesswali tat-tfal fid-Danimarka 72 ;

·is-salvataġġ ta’ tifla ta’ disa’ snin fir-Rumanija, li kienet ġiet abbużata minn missierha għal aktar minn sena 73 ;

·is-salvataġġ ta’ tifla ta’ erba’ snin u ħuha ta’ 10 snin fil-Ġermanja, li kienu ġew abbużati minn missierhom 74 ;

·l-arrest ta’ awtur ta’ reat fi Franza li wettaq grooming fuq 100 tifel u tifla biex jikseb materjal pedopornografiku minn għandhom 75 ;

·is-salvataġġ ta’ żewġ bniet fiċ-Ċekja, abbużati minn raġel ta’ 52 sena, li rrekordja l-abbuż u xerrdu online 76 .

L-isforzi li jagħmlu l-kumpaniji biex jidentifikaw u jirrappurtaw l-abbuż sesswali tat-tfal ivarjaw ħafna. Fl-2019, kumpanija waħda, Facebook, bagħtet kważi 16-il miljun rapport (94 % tat-total ta’ dik is-sena), filwaqt li kumpaniji oħrajn ibbażati fl-Istati Uniti bagħtu inqas minn 1 000 rapport, u xi wħud inqas minn 10 77 .

Is-sena l-oħra, Facebook ħabbret pjanijiet biex timplimenta kriptaġġ minn tarf sa tarf awtomatiku fis-servizz ta’ messaġġi istantanji tagħha. Fin-nuqqas ta’ miżuri ta’ sostenn, huwa stmat li dan jista’ jnaqqas l-għadd ta’ rapporti totali ta’ abbuż sesswali tat-tfal fl-UE (u globalment) b’aktar minn nofs 78  sa madwar żewġ terzi 79 , peress li l-għodod ta’ individwazzjoni kif użati bħalissa ma jaħdmux fuq komunikazzjonijiet kriptati minn tarf sa tarf.

Minħabba r-rwol ewlieni li għandhom ċerti servizzi online fid-distribuzzjoni ta’ materjal pedopornografiku, u l-importanza attwali u potenzjali tal-industrija fil-ġlieda kontra l-abbuż sesswali tat-tfal, huwa essenzjali li l-industrija tassumi r-responsabbiltà għall-protezzjoni tat-tfal fil-prodotti tagħha, f’konformità mad-drittijiet fundamentali tal-UE, inkluż dwar il-privatezza u l-protezzjoni tad-data personali.

Fl-2020, il-Kummissjoni bdiet taħdem biex tappoġġa l-isforzi tal-industrija fil-ġlieda kontra l-abbuż sesswali tat-tfal online fil-kuntest tal-Forum tal-UE dwar l-Internet. Il-forum, li jlaqqa’ l-Ministri tal-Intern kollha tal-UE, ir-rappreżentanti ta’ livell għoli ta’ kumpaniji ewlenin tal-internet, lill-Parlament Ewropew u lill-Europol, ilu mill-2015 iservi bħala mudell għal kollaborazzjoni transsettorjali ta’ suċċess fil-ġlieda kontra l-kontenut terroristiku online u issa espanda biex ikopri wkoll l-abbuż sesswali tat-tfal online 80 .  

Barra milli jkompli jappoġġa l-ġlieda kontra l-kontenut terroristiku fuq l-internet, il-Forum tal-UE dwar l-Internet se jipprovdi spazju komuni fejn jiġu kondiviżi l-aħjar prattiki u l-isfidi li l-atturi privati u pubbliċi jiltaqgħu magħhom fil-ġlieda tagħhom kontra l-abbuż sesswali tat-tfal online biex iżidu l-għarfien reċiproku u jsibu soluzzjonijiet flimkien. Dan se jippermetti wkoll koordinazzjoni politika ta’ livell għoli biex jiġu massimizzati l-effiċjenza u l-effikaċja tal-azzjonijiet madwar l-UE.

Waħda mill-inizjattivi speċifiċi fil-kuntest tal-Forum tal-UE dwar l-Internet fl-2020 hija l-ħolqien ta’proċess ta’ esperti tekniċi biex jiġu traċċati u vvalutati soluzzjonijiet possibbli li jistgħu jippermettu lill-kumpaniji jidentifikaw u jirrappurtaw l-abbuż sesswali tat-tfal f’komunikazzjonijiet elettroniċi kriptati minn tarf sa tarf, f’rispett sħiħ tad-drittijiet fundamentali u mingħajr ma joħolqu vulnerabbiltajiet ġodda li jistgħu jiġu sfruttati mill-kriminali. Esperti tekniċi mid-dinja akkademika, mill-industrija, mill-awtoritajiet pubbliċi u mill-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili se jeżaminaw soluzzjonijiet possibbli ffukati fuq l-apparat, is-server u l-protokoll tal-kriptaġġ li jistgħu jiggarantixxu l-privatezza tal-komunikazzjonijiet elettroniċi u l-protezzjoni tat-tfal mill-abbuż sesswali u mill-isfruttament sesswali.

Azzjoni qofol:

ðFil-kuntest tal-Forum tal-UE dwar l-Internet, il-Kummissjoni varat proċess ta’ esperti flimkien mal-industrija biex jiġu traċċati u preliminarjament ivvalutati, sal-aħħar tal-2020, soluzzjonijiet tekniċi possibbli għall-identifikazzjoni u r-rapportar tal-abbuż sesswali tat-tfal fil-komunikazzjonijiet elettroniċi kriptati minn tarf sa tarf, u sabiex jindirizzaw l-isfidi u l-opportunitajiet regolatorji u operazzjonali fil-ġlieda kontra dawn ir-reati.

8.Titjib tal-protezzjoni tat-tfal fid-dinja permezz ta’ kooperazzjoni bejn bosta partijiet ikkonċernati

L-abbuż sesswali tat-tfal huwa realtà dinjija fil-pajjiżi u fil-gruppi soċjali kollha u jseħħ kemm offline kif ukoll online. Huwa stmat li, fi kwalunkwe mument, madwar id-dinja hemm aktar minn 750 000 predatur online li jiskambjaw materjal pedopornografiku, jistrimjaw dirett l-abbuż fuq it-tfal, jużaw estorsjoni fuq it-tfal biex jipproduċu materjal sesswali jew jiggrumjaw lit-tfal għal abbuż sesswali fil-ġejjieni 81 .

Il-mappa ta’ hawn taħt turi t-tniżżil f’ħin reali f’ġurnata partikolari ta’ kampjun ta’ materjal pedopornografiku 82 :

Hemm ukoll evidenza li t-trasgressuri jivvjaġġaw lejn pajjiżi terzi biex japprofittaw minn oqfsa leġiżlattivi aktar laxki jew minn inqas kapaċitajiet ta’ infurzar u biex iwettqu abbuż mingħajr il-biża’ tal-infurzar tal-liġi. Il-kapaċità li dawk li jwettqu reati sesswali kontra t-tfal jiġu mitluba jirreġistraw u jikkonformaw ma’ ċerti kundizzjonijiet imposti mill-qorti jew mis-servizzi ta’ probation wara li jinħelsu mill-ħabs għandha rwol importanti fil-protezzjoni tat-tfal 83 .

Il-Kummissjoni ilha snin tappoġġa l-isforzi f’livell dinji permezz ta’ kooperazzjoni bejn bosta partijiet ikkonċernati 84 , konxja sew mill-fatt li trid network biex tegħleb network. Eżempju ta’ dan hija l-bażi tad-data tal-ICSE ffinanzjata mill-Kummissjoni, ospitata mill-Interpol, li għandha aktar minn 1,5 miljun immaġni u filmat u għenet biex jiġu identifikati 20 000 vittma madwar id-dinja, permezz tal-isforzi kollaborattivi ta’ aktar minn 60 pajjiż (u l-Europol) li huma kkollegati magħha 85 . Il-Kummissjoni tikkofinanzja wkoll in-network ta’ hotlines INHOPE 86 minn aktar minn 40 pajjiż biex tiffaċilita t-tneħħija ta’ materjal pedopornografiku online rrappurtat b’mod anonimu mill-pubbliku 87 . Il-Kummissjoni se tkompli tappoġġa l-azzjoni dinjija b’finanzjament biex tissaħħaħ il-kooperazzjoni internazzjonali. B’mod partikolari, l-UE se tkompli tappoġġa l-Inizjattiva Spotlight tal-UE-NU 88 sabiex tipprevjeni u telimina kull forma ta’ vjolenza kontra n-nisa u l-bniet f’ħames reġjuni madwar id-dinja 89 .

Fl-2012, il-Kummissjoni flimkien mal-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Uniti waqqfet l-Alleanza Dinjija Kontra l-Abbuż Sesswali tat-Tfal Online 90 , li laqqgħet flimkien 54 pajjiż biex ittejjeb il-protezzjoni tal-vittmi, tidentifika u tħarrek lit-trasgressuri, tqajjem kuxjenza, u tnaqqas id-disponibbiltà ta’ materjal pedopornografiku online. Din l-inizjattiva ngħaqdet ma’ waħda simili mir-Renju Unit, WePROTECT, li nħolqot fl-2014, li laqqgħet flimkien il-gvernijiet, l-industrija u l-NGOs. Fl-2016, iż-żewġ inizjattivi qablu li jingħaqdu u li jiffurmaw il-WePROTECT Global Alliance to End Child Sexual Exploitation Online (l-Alleanza Dinjija WePROTECT biex Jintemm l-Isfruttament Sesswali tat-Tfal Online), li bħalissa tinkludi 97 gvern, 32 kumpanija tat-teknoloġija mondjali, 33 organizzazzjoni tas-soċjetà ċivili u istituzzjoni internazzjonali, u ħames organizzazzjonijiet reġjonali 91 . Fl-aħħar tal-2019, l-organizzazzjoni saret entità legali indipendenti fil-forma ta’ fondazzjoni b’responsabbiltà limitata, stabbilita fin-Netherlands.

L-Alleanza Dinjija WePROTECT avvanzat l-impenn tal-pajjiżi lejn rispons aktar koordinat għall-ġlieda dinjija kontra l-abbuż sesswali tat-tfal, ibbażata fuq valutazzjonijiet tat-theddid f’livell dinji, u mudell ta’ rispons nazzjonali. Dawn għenu biex jiċċaraw l-isfidi u jgħinu lill-pajjiżi membri biex jistabbilixxu għanijiet prattiċi li jistgħu jintlaħqu.

Il-Kummissjoni se tkompli tappoġġa l-alleanza bħala membru tal-bord ta’ politika tagħha, minħabba l-istatus tagħha ta’ kofundatur, inkluż permezz ta’ finanzjament. Dan se jippermetti lill-Kummissjoni tiżgura koerenza mal-inizjattivi mondjali (b’mod partikolari dawk regolatorji), li min-naħa tagħhom se jappoġġaw u jsaħħu l-effikaċja tal-azzjonijiet fl-UE billi jipprovdu lill-Istati Membri aċċess għall-aħjar prattiki f’livell dinji. B’mod partikolari, bil-parteċipazzjoni tagħha fil-bord ta’ politika tal-Alleanza Dinjija WePROTECT, il-Kummissjoni tikkontribwixxi b’mod attiv biex jogħlew l-istandards għall-protezzjoni tat-tfal, l-identifikazzjoni tal-awturi tar-reati, u l-appoġġ għall-vittmi tfal madwar id-dinja. Dan jiffaċilita l-isforzi tal-UE biex tikkondividi l-aħjar prattiki mal-awtoritajiet nazzjonali f’pajjiżi terzi kif ukoll tapoġġahom fl-implimentazzjoni ta’ standards internazzjonali fl-ispazju online (jiġifieri l-protezzjoni tat-tfal), f’konformità mal-Pjan ta’ Azzjoni tal-UE dwar id-Drittijiet tal-Bniedem u d-Demokrazija 2020–2024 92 . Il-Kummissjoni appoġġat din it-tip ta’ kooperazzjoni dinjija għal diversi snin u tikkunsidra l-Alleanza Dinjija WePROTECT bħala l-organizzazzjoni ċentrali għall-koordinazzjoni u r-razzjonalizzazzjoni tal-isforzi dinjin u għat-titjib regolatorju, u li tiġġenera rispons dinji aktar effikaċi.

Azzjoni qofol:

ðIl-Kummissjoni se tkompli tikkontribwixxi biex iżżid l-istandards dinjin għall-protezzjoni tat-tfal kontra l-abbuż sesswali billi tippromwovi l-kooperazzjoni bejn diversi partijiet ikkonċernati permezz tal-Alleanza Dinjija WePROTECT , u permezz ta’ finanzjament iddedikat.

IL-PASSI LI JMISS

Din l-istrateġija tippreżenta qafas biex iwieġeb b’mod komprensiv għat-theddida dejjem tikber tal-abbuż sesswali tat-tfal, kemm online kif ukoll offline. Din l-istrateġija se tkun il-qafas ta’ referenza għall-azzjoni tal-UE fil-ġlieda kontra l-abbuż sesswali tat-tfal għall-perjodu 2020-2025. Hija se tinforma wkoll l-inizjattivi relatati tal-Kummissjoni bħall-istrateġija tal-UE dwar id-drittijiet tat-tfal, li għandha tiġi adottata kmieni fl-2021.

Il-Kummissjoni se taħdem mill-qrib ma’ kumpaniji, organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili, id-dinja akkademika, l-Ispeċjalisti, ir-riċerkaturi, l-awtoritajiet tal-infurzar tal-liġi u awtoritajiet pubbliċi oħra, u partijiet ikkonċernati rilevanti oħra, fl-UE (inkluż il-Parlament Ewropew u l-Kunsill) u fid-dinja, matul ix-xhur u s-snin li ġejjin biex tiżgura li jkun hemm esplorazzjoni u implimentazzjoni effikaċi tat-tmien inizjattivi ppreżentati fl-istrateġija.

Jenħtieġ li l-qafas legali adattat jiġi implimentat biex jippermetti rispons effikaċi, inkluż dwar investigazzjonijiet, prevenzjoni u assistenza lill-vittmi, mill-atturi rilevanti, flimkien mal-kumpaniji.

L-abbuż sesswali tat-tfal huwa kwistjoni kumplessa li teħtieġ il-kooperazzjoni massima bejn il-partijiet ikkonċernati kollha, li jridu jkunu kapaċi, disposti, u lesti li jaġixxu. Il-Kummissjoni se tagħmel kull sforz possibbli biex tiżgura li dan ikun il-każ, meta hemm il-ħtieġa urġenti li tittieħed azzjoni effikaċi.

Uliedna huma l-preżent u l-futur tagħna. Il-Kummissjoni se tkompli tuża l-għodod kollha disponibbli biex tiggarantixxi li xejn ma jisirqilhom dak il-futur.

(1)

     F’dak li jirrigwarda l-abbuż sesswali tat-tfal fil-kuntest domestiku hija rilevanti wkoll Il-Konvenzjoni tal-Kunsill tal-Ewropea dwar il-prevenzjoni u l-ġlieda kontra l-vjolenza fuq in-nisa u l-vjolenza domestika ( CETS. 210 ; COM 2016(111) final ).

(2)

     Dan jinkludi b’mod partikolari t-tfal b’diżabbiltà li jgħixu f’kura istituzzjonali.

(3)

     L-Europol, Exploiting isolation: Offenders and victims of online child sexual abuse during the COVID-19 pandemic , 19 ta’ Ġunju 2020.

(4)

     WePROTECT Global Alliance, World Childhood Foundation, Unicef, UNDOC, WHO, ITU, End Violence Against Children and UNESCO, COVID-19 and its implications for protecting children online , April 2020.

(5)

     Ibid.

(6)

     Europol, Exploiting isolation: Offenders and victims of online child sexual abuse during the COVID-19 pandemic , 19 ta’ Ġunju 2020.

(7)

     L-għadd ta’ rapporti ta’ abbuż sesswali tat-tfal globalment żdied erba’ darbiet aktar f’April 2020 (4.1 miljun rapport) meta mqabbla ma’ April 2019 (madwar miljun), kif irrappurtat liċ-Ċentru Nazzjonali tal-Istati Uniti għat-Tfal Neqsin u Sfruttati (US National Centre for Missing and Exploited Children, NCMEC).

(8)

     Il-Kunsill tal-Ewropa, Kampanja Wieħed minn kull Ħamsa .

(9)

     Din l-istrateġija tirreferi għall-abbuż sesswali tat-tfal għas-sempliċità iżda għandha tinftiehem li tkopri wkoll l-isfruttament sesswali tat-tfal u l-materjal ta’ pedopornografija (imsemmi fil-leġiżlazzjoni bħala “pedopornografija”).

(10)

     Kif irrappurtat lin- National Centre for Missing and Exploited Children (NCMEC) tal-Istati Uniti. Il-liġi tal-Istati Uniti tirrikjedi li kumpaniji tal-internet ibbażati fl-Istati Uniti jirrapportaw lill-NCMEC kull każ ta’ abbuż sesswali tat-tfal li jsibu fin-networks tagħhom. Imbagħad. l-NCMEC jibgħat dawn ir-rapporti lill-awtoritajiet pubbliċi rilevanti madwar id-dinja għal azzjoni. Peress li l-akbar kumpaniji tal-internet huma bbażati fl-Istati Uniti, l-NCMEC de facto jiċċentralizza r-rappurtar tal-abbuż sesswali tat-tfal f’livell mondjali.

(11)

     Ibid.

(12)

     Internet Watch Foundation, Rapporti Annwali mill-2016 sal-2019 .

(13)

     BBC, Germany investigates 30,000 suspects over paedophile network , 29 ta’ Ġunju 2020;

   Frankfurter Allgemeine, Die schockierende Zahl des Tages: 30.000 Verdächtige , id-29 ta’ Ġunju 2020.

(14)

      Riżoluzzjoni dwar it-30 anniversarju tal-Konvenzjoni tan-NU dwar id-Drittijiet tat-Tfal , Novembru 2019.

(15)

      Konklużjonijiet tal-Kunsill dwar il-ġlieda kontra l-abbuż sesswali tat-tfal , Ottubru 2019.

(16)

     Pereżempju, fis- Summit ta’ Diċembru 2019 tal-Alleanza Dinjija WePROTECT sabiex Jintemm l-Isfruttament Sesswali tat-Tfal Online , jew bil- “Five Eyes” (l-Istati Uniti, ir-Renju Unit, il-Kanada, l-Awstralja u New Zealand) f’ Lulju 2019 .

(17)

     Ara, pereżempju, is-serje ta’ artikoli tan-New York Times ippubblikati minn Settembru 2019 sa Frar 2020 , li esponew għall-pubbliku l-profondità u l-kumplessità tal-problema.

(18)

     Ara l-pjan direzzjonali għal din il-Komunikazzjoni għal aktar dettalji dwar il-konsultazzjonijiet immirati li saru.

(19)

     L-implimentazzjoni ta’ din l-istrateġija se tkun ikkoordinata mal-implimentazzjoni ta’ strateġiji rilevanti oħra li l-Kummissjoni adottat reċentement jew li dalwaqt se tadotta, inkluż dwar id-drittijiet tat-tfal, dwar id-drittijiet tal-vittmi, dwar it-traffikar tal-bnedmin, dwar l-unjoni tas-sigurtà u l-ugwaljanza bejn il-ġeneri.

(20)

      Id-Direttiva 2011/93/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta’ Diċembru 2011 dwar il-ġlieda kontra l-abbuż sesswali u l-isfruttament sesswali tat-tfal u l-pedopornografija, u li tissostitwixxi d-Deċiżjoni Kwadru tal-Kunsill, ĠU L 335, 17.12.2011. Għas-sempliċità, id-dokument jirreferi għal din bħala d-“Direttiva dwar l-Abbuż Sesswali tat-Tfal”.

(21)

     Għal aktar dettalji, ara r- Rapport tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill li jivvaluta kemm l-Istati Membri ħadu l-miżuri meħtieġa sabiex ikunu konformi mad-Direttiva 2011/93/UE tat-13 ta’ Diċembru 2011 dwar il-ġlieda kontra l-abbuż sesswali u l-isfruttament sesswali tat-tfal u l-pedopornografija , COM/2016/0871 final, kif ukoll ir- Rapport tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill li jivvaluta l-implimentazzjoni tal-miżuri msemmija fl-Artikolu 25 tad-Direttiva 2011/93/UE tat-13 ta’ Diċembru 2011 dwar il-ġlieda kontra l-abbuż sesswali u l-isfruttament sesswali tat-tfal u l-pedopornografija , COM/2016/0872 final.

(22)

     L-Istati Membri kollha minbarra d-Danimarka (li mhix marbuta bid-Direttiva), u Ċipru, l-Irlanda u n-Netherlands (li magħhom għadu għaddej djalogu dwar il-konformità).

(23)

     Mill-2017, il-Kummissjoni organizzat sitt sessjonijiet ta’ ħidma ta’ esperti biex tappoġġa lill-Istati Membri fl-implimentazzjoni tad-Direttiva. Sessjoni ta’ ħidma oħra dwar il-prevenzjoni se ssir sal-aħħar trimestru tal-2020.

(24)

      Il-Proposta għal Regolament dwar l-Ordnijiet ta’ Produzzjoni u ta’ Preservazzjoni Ewropej għall-evidenza elettronika f’materji kriminali, COM/2018/225; u

Il-Proposta għal Direttiva li tistabbilixxi regoli armonizzati dwar il-ħatra ta’ rappreżentanti legali għall-finijiet tal-ġbir tal-evidenza fi proċeduri kriminali, COM/2018/226.

(25)

      Id-Direttiva 2000/31/KE dwar ċerti aspetti legali tas-servizzi minn soċjetà ta’ l-informazzjoni, partikolarment il-kummerċ elettroniku, fis-Suq Intern (“Direttiva dwar il-kummerċ elettroniku”), ĠU L 178, 17.7.2000.

(26)

      Id-Direttiva 2002/58/KE dwar l-ipproċessar tad-data personali u l-protezzjoni tal-privatezza fis-settur tal-komunikazzjoni elettronika (Direttiva dwar il-privatezza u l-komunikazzjoni elettronika), ĠU L 201, 31.7.2002.

(27)

      Il-Proposta għal Regolament dwar ir-rispett għall-ħajja privata u l-protezzjoni ta’ data personali f’komunikazzjoni elettronika (ir-Regolament dwar il-Privatezza u l-Komunikazzjoni Elettronika), COM/2017/010 final.

(28)

      Id-Direttiva (UE) 2018/1972 li tistabbilixxi l-Kodiċi Ewropew tal-Komunikazzjonijiet elettroniċi, ĠU L 321, 17.12.2018. Din id-Direttiva testendi l-kamp ta’ applikazzjoni tad-Direttiva dwar il-privatezza elettronika għal servizzi ta’ komunikazzjoni interpersonali “over the top” (OTT) bħal servizzi ta’ messaġġi u emails. Id-Direttiva dwar il-Privatezza Elettronika ma fihiex bażi legali għall-ipproċessar volontarju ta’ data dwar il-kontenut u t-traffiku għall-fini tad-detezzjoni tal-abbuż sesswali tat-tfal. Il-fornituri jistgħu japplikaw tali miżuri biss jekk ikunu bbażati fuq miżura leġiżlattiva nazzjonali, li tissodisfa r-rekwiżiti tal-Artikolu 15 tad-Direttiva (proporzjonalità eċċ.), għar-restrizzjoni tad-dritt għall-kunfidenzjalità. Fin-nuqqas ta’ tali miżuri leġiżlattivi, il-miżuri mwettqa minn dawn il-fornituri biex jidentifikaw l-abbuż sesswali tat-tfal, li jipproċessaw data dwar il-kontenut jew it-traffiku, ma jkollhomx bażi legali.

(29)

     Fit-2 ta’ Ġunju 2020, il-Kummissjoni nediet konsultazzjoni pubblika miftuħa dwar l-Att dwar is-Servizzi Diġitali.

(30)

      Ir-Regolament (UE) 2016/794 dwar l-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Kooperazzjoni fl-infurzar tal-Liġi (Europol), ĠU L 135, 24.5.2016. Ir- Regolament tal-Eurojust (ir-Regolament (UE) 2018/1727 dwar l-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Kooperazzjoni fil-Ġustizzja Kriminali (Eurojust), ĠU L 295,/138, 21.11.2018) huwa wkoll rilevanti.

(31)

     Rilevanti wkoll f’dan il-qafas huma:

- Ir-Regolament (UE) 2016/679 tas-27 ta’ April 2016 dwar il-protezzjoni tal-persuni fiżiċi fir-rigward tal-ipproċessar ta’ data personali u dwar il-moviment liberu ta’ tali data, u li jħassar id-Direttiva 95/46/KE (Regolament Ġenerali dwar il-Protezzjoni tad-Data), ĠU L 119, 4.5.2016, u b’mod partikolari l-Artikoli 6, 23 u l-Premessa 50.

- Id-Direttiva (UE) 2018/1808 tal-14 ta’ Novembru 2018 li temenda d-Direttiva 2010/13/UE dwar il-koordinazzjoni ta’ ċerti dispożizzjonijiet stabbiliti bil-liġi, b’regolament jew b’azzjoni amministrattiva fi Stati Membri dwar il-forniment ta’ servizzi tal-media awdjoviżiva (Direttiva dwar is-Servizzi tal-Media Awdjoviżiva), fid-dawl ta’ realtajiet tas-suq li qed jinbidlu, ĠU L 303, 28.11.2018, introduċiet regoli ġodda li jirrikjedu li l-pjattaformi jaġixxu b’mod responsabbli fir-rigward tal-kontenut ta’ parti terza li jospitaw bil-ħsieb li l-pubbliku jiġi protett aħjar mit-tixrid ta’ kontenut illegali jew ta’ ħsara speċifiku (inkluż materjal pedopornografiku).

(32)

     Pereżempju, miżuri li jobbligaw lil dawk li jimpjegaw fil-professjonijiet li jinvolvu kuntatt dirett u regolari mat-tfal biex jitolbu r-rekords kriminali tal-kandidati meta jkunu qed jirreklutaw għal pożizzjoni.

(33)

      ECPAT.org - What we do , aċċessat fil-5 ta’ April 2020.

(34)

     Europol, Internet Organised Crime Threat Assessment (IOCTA) 2019 ; Independent Inquiry into Child Sexual Abuse, The Internet Investigation Report 2020 ; Virtual Global Taskforce Online Child Sexual Exploitation, 2019 Environmental Scan .

(35)

      Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew  tas-26 ta’ Novembru 2019 dwar id-drittijiet tat-tfal fl-okkażjoni tat-30 anniversarju tal-Konvenzjoni tan-NU dwar id-Drittijiet tat-tfal, 2019/2876(RSP).

(36)

      Rapport tal-Parlament Ewropew dwar l-implimentazzjoni tad-Direttiva 2011/93/UE , Diċembru 2017.

(37)

      https://www.coe.int/en/web/children/lanzarote-committee .

(38)

     Il-mument tal-Ewropa: Tiswija u Tħejjija għall-Ġenerazzjoni li Jmiss, COM(2020) 456 .

(39)

     Il-każijiet transfruntiera jistgħu jiġu bżonn l-appoġġ tal-Eurojust. Barra minn hekk, huwa importanti li l-awtoritajiet ġudizzjarji jitħarrġu kif jittrattaw każijiet ta’ abbuż sesswali tat-tfal, inkluż dwar l-aspetti online tal-problema.

(40)

     Iżjed informazzjoni hija disponibbli hawnhekk .

(41)

     Eżempji ta’ proġetti ffinanzjati fis-sejħa għall-proposti tal-2018 jinkludu AviaTor , 4NSEEK u VERBUM_SAT .

(42)

     Eżempji ta’ proġetti jinkludu ASGARD , GRACE , LOCARD u INSPECTr .

(43)

     Ara hawnhekk għal eżempju ta’ sejħa għall-proposti dwar ir-riċerka, miftuħa sat-22 ta’ Awwissu 2020.

(44)

     Kif diskuss fil- Kunsill tal-Ġustizzja u l-Affarijiet Interni, fis-7-8 ta’ Ottubru 2019 .

(45)

     Aktar informazzjoni hija disponibbli f’dawn l-istqarrijiet għall-istampa mill-Europol tas- 27/05/2019 u l- 25/10/2019 .

(46)

     Ara pereżempju dawn l-istqarrijiet għall-istampa mill-Europol tat- 12/03/2020 , il- 31/03/2020 , u l- 21/04/2020 , kif ukoll ir-Rapport Annwali tal-Eurojust 2019 , eż. p.13.

(47)

     Mejju 2017 Konklużjonijiet tal-Kunsill li jistabbilixxu l-prijoritajiet tal-UE għall-ġlieda kontra l-kriminalità internazzjonali organizzata u serja bejn l-2018 u l-2021 .

(48)

     L-aħħar rapport tas-SOCTA huwa disponibbli hawnhekk .

(49)

     L-aħħar rapport tal-IOCTA huwa disponibbli hawnhekk .

(50)

     Iżjed informazzjoni hija disponibbli hawnhekk .

(51)

     Inizjattivi importanti oħra fil-livell tal-UE dwar il-protezzjoni tat-tfal waqt il-COVID 19 jinkludu l-kampanja  Betterinternetforkids.eu COVID19 .

(52)

     B’mod partikolari l-Artikoli 22, 23 u 24. Għal iktar dettalji, ara r- Rapport tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill li jivvaluta kemm l-Istati Membri ħadu l-miżuri meħtieġa sabiex ikunu konformi mad-Direttiva 2011/93/UE tat-13 ta’ Diċembru 2011 dwar il-ġlieda kontra l-abbuż sesswali u l-isfruttament sesswali tat-tfal u l-pedopornografija , COM/2016/0871 final.

(53)

     Għal prospett tal-programmi ta’ prevenzjoni fl-UE u f’pajjiżi terzi, ara Di Gioia R., Beslay, L. (2018) Fighting child sexual abuse: prevention policies for offenders – Inception Report, EUR 29344 EN, doi:10.2760/48791.

(54)

     Fi stħarriġ ta’ awtorappurtar b’kampjun ta’ 1 978 raġel żagħżugħ mill-Iżvezja, 4,2 % irrappurtaw li kienu raw materjal pedopornografiku ( Seto, et al, 2015 ). Fi stħarriġ ieħor ta’ awtorappurtar b’kampjun ta’ 8 718-il raġel żagħżugħ fil-Ġermanja, 2,4 % ta’ dawk li wieġbu rrapportaw li għamlu użu minn dan il-materjal ( Dombert, et al, 2016 ).

(55)

      https://childrescuecoalition.org/the-issue/ .

(56)

     The Atlantic, I, Pedophile, David Goldberg, 26 ta’ Awwissu 2013.

(57)

     Ara, pereżempju, Erasmus + , il-programm tal-UE li jappoġġa l-edukazzjoni, it-taħriġ, iż-żgħażagħ u l-isport fl-Ewropa.

(58)

     Is-Sistema Ewropea ta’ Informazzjoni ta’ Rekords Kriminali (ECRIS). Iżjed informazzjoni hija disponibbli hawnhekk .

(59)

Iżjed informazzjoni hija disponibbli hawnhekk .

(60)

     Ara pereżempju ċ-Ċentru Irlandiż għal Internet Aktar Sikur hawnhekk .

(61)

     Iżjed informazzjoni hija disponibbli hawnhekk .

(62)

     Iżjed informazzjoni hija disponibbli hawnhekk .

(63)

     Il- Pjan ta’ Azzjoni għall-Edukazzjoni Diġitali li jmiss se jkopri wkoll l-abbuż sesswali tat-tfal fuq l-internet.

(64)

      Ir-rapport tal-Aġenzija għad-Drittijiet Fundamentali tal-UE : Il-vjolenza kontra t-tfal b’diżabbiltà, 2015.

(65)

     Novembru 2019 Riżoluzzjoni dwar it-30 anniversarju tal-Konvenzjoni tan-NU dwar id-Drittijiet tat-Tfal .

(66)

     Ottubru 2019 Konklużjonijiet tal-Kunsill dwar il-ġlieda kontra l-abbuż sesswali tat-tfal .

(67)

      Id-Direttiva 2012/29/UE tal-25 ta’ Ottubru 2012 li tistabbilixxi standards minimi fir-rigward tad-drittijiet, l-appoġġ u l-protezzjoni tal-vittmi tal-kriminalità, ĠU L 315, 14.11.2012. Din id-Direttiva tissumplimenta d-dispożizzjonijiet speċifiċi għall-vittmi ta’ abbuż sesswali tat-tfal li jinsabu fid-Direttiva dwar l-Abbuż Sesswali tat-Tfal bid-drittijiet ġenerali tal-vittmi.

(68)

     Sabiex jiġi żgurat approċċ koerenti għall-politika dwar id-drittijiet tal-vittmi tal-UE, iċ-ċentru jista’ wkoll jikkoopera mal-Pjattaforma tad-Drittijiet tal-Vittmi stabbilita skont L-Istrateġija tal-UE dwar id-drittijiet tal-vittmi (2020–2025) , COM/2020/258 final.

(69)

     Fl-aħħar nett, iċ-ċentru jista’ jservi ta’ difensur għat-tfal vittmi biex jiżgura li l-ilħna tagħhom jinstemgħu u jitqiesu fit-tfassil tal-politika fil-livell tal-UE u f’dik nazzjonali, biex titqajjem kuxjenza dwar id-drittijiet tat-tfal u dwar il-ħtiġijiet tat-tfal vittmi.

(70)

     Ara hawnhekk il-lista ta’ kumpaniji li rrappurtaw lill-NCMEC fl-2019, u l-għadd ta’ rapporti mibgħuta minn kull wieħed minnhom.

(71)

     Iċ-Ċentru ta’ Ċiberkriminalità Żvediż SC3, il-Pulizija Żvediża.

(72)

      Valutazzjoni tat-Theddida tal-Kriminalità Organizzata fuq l-Internet tal-2018 , Europol, paġna 32.

(73)

     Kif rappurtat fil-midja Rumena, ara hawnhekk u hawnhekk .

(74)

     Kif irrappurtat mill-Pulizija Federali Ġermaniża (BKA).

(75)

     Kif irrappurtat mill-pulizija Franċiża.

(76)

     Kif irrappurtat mill-pulizija Ċeka.

(77)

     National Centre for Missing and Exploited Children, 2019 Rapporti minn Fornituri tas-Servizz Elettroniċi .

(78)

     National Centre for Missing and Exploited Children, End-to-end encryption: ignoring abuse won’t stop it.

(79)

     The New York Times, An Explosion in Online Child Sex Abuse: What You Need to Know , 29/09/2019.

(80)

      Valutazzjoni tat-Theddida tal-Kriminalità Organizzata fuq l-Internet tal-2019 , Europol, paġna 34.    

(81)

     L-Assemblea Ġenerali tan-N.U, il-Kunsill tad-Drittijiet tal-Bniedem, Rapport tar-Rapporteur Speċjali dwar il-bejgħ tat-tfal, il-prostituzzjoni tat-tfal u l-pornografija tat-tfal, 13 ta’ Lulju 2009.

(82)

      Child Rescue Coalition , tniżżil f’ħin reali ta’ kampjun ta’ materjal dwar l-abbuż sesswali tat-tfal fit-13 ta’ Lulju 2020. Il-kuluri differenti tat-tikek jindikaw networks differenti minn fejn tniżżel il-materjal.

(83)

     Ara l-premessa 43 tad-Direttiva dwar l-Abbuż Sesswali tat-Tfal (2011/93).

(84)

     Pereżempju, l- Alleanza għal protezzjoni aħjar tal-minorenni online tlaqqa’ flimkien il-Kummissjoni Ewropea, il-kumpaniji ewlenin tal-ICT u tal-midja, l-NGOs u l-UNICEF biex ittejjeb l-ambjent online għat-tfal u ż-żgħażagħ billi tiffoka fuq ir-responsabbilizzazzjoni tal-utenti, il-kollaborazzjoni msaħħa u s-sensibilizzazzjoni.

(85)

      Il-bażi tad-data Internazzjonali tal-Interpol dwar l-Isfruttament Sesswali tat-Tfal , minn Mejju 2019.

(86)

     Għal aktar minn 20 sena, bħala parti mill-politika għal Internet Aktar Sikur (ara Strateġija Ewropea għal Internet Aħjar għat-Tfal , COM/2012/0196, Pilastru 4), l-UE appoġġat il-kooperazzjoni bejn l-awtoritajiet tal-infurzar tal-liġi, l-industriji tal-internet u l-NGOs, fl-UE u fid-dinja, biex tiġġieled dan ir-reat, flimkien mal-finanzjament tal-UE għall-hotlines.

(87)

     Il-finanzjament tal-Kummissjoni għall-hotlines u għall-bażi tad-data ċentrali dwar il-hashes “ICCAM” bħalissa qed jingħata fil-qafas tal-Faċilità Nikkollegaw l-Ewropa; finanzjament futur ġie propost mill-Kummissjoni fil-qafas tal-Programm Ewropa Diġitali. Il-hotlines janalizzaw ir-rapporti u l-post fejn jinsabu l-fornituri tas-servizzi tal-hosting, u jibagħtu d-dettalji tal-kontenut pedopornografiku kkonfermat lill-aġenzija rilevanti tal-infurzar tal-liġi, għall-investigazzjoni kriminali u l-identifikazzjoni tal-vittmi, u lill-fornituri tas-servizzi tal-hosting għat-tneħħija tal-kontenut. Ara hawnhekk għal aktar informazzjoni.

(88)

     Aktar informazzjoni dwar l-Inizjattiva Spotlight hija disponibbli hawnhekk .

(89)

     L-UE se tiddjaloga wkoll mal-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili (l-Inizjattiva Joining Forces) fl-Afrika Sub-Saħarjana biex jitnaqqsu l-livelli ta’ vjolenza, abbuż, sfruttament u negliġenza kontra t-tfal u l-adolexxenti, speċjalment fil-pajjiżi l-aktar milquta mill-COVID-19.

(90)

     Aktar informazzjoni dwar l-Alleanza Dinjija Kontra l-Abbuż Sesswali tat-Tfal Online hija disponibbli hawnhekk .

(91)

     Mis-17 ta’ Ġunju 2020 ’quddiem. Aktar informazzjoni dwar l-Alleanza Dinjija WePROTECT hija disponibbli hawnhekk .

(92)

     Aktar informazzjoni dwar il-Pjan ta’ Azzjoni tal-UE dwar id-Drittijiet tal-Bniedem u d-Demokrazija 2020–2024 hija disponibbli hawnhekk .

Top