EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 52016DC0871

RAPPORT TAL-KUMMISSJONI LILL-PARLAMENT EWROPEW U LILL-KUNSILL li jivvaluta kemm l-Istati Membri ħadu l-miżuri meħtieġa sabiex ikunu konformi mad-Direttiva 2011/93/UE tat-13 ta' Diċembru 2011 dwar il-ġlieda kontra l-abbuż sesswali u l-isfruttament sesswali tat-tfal u l-pedopornografija

COM/2016/0871 final

Brussell, 16.12.2016

COM(2016) 871 final

RAPPORT TAL-KUMMISSJONI LILL-PARLAMENT EWROPEW U LILL-KUNSILL

li jivvaluta kemm l-Istati Membri ħadu l-miżuri meħtieġa sabiex ikunu konformi mad-Direttiva 2011/93/UE tat-13 ta' Diċembru 2011 dwar il-ġlieda kontra l-abbuż sesswali u l-isfruttament sesswali tat-tfal u l-pedopornografija


Kontenut

1.INTRODUZZJONI

1.1.Objettivi u kamp ta’ applikazzjoni tad-Direttiva

1.2.Skop u metodoloġija tar-rapport

2.MIŻURI TA’ TRASPOŻIZZJONI

2.1.Investigazzjoni u prosekuzzjoni ta’ reati (l-Artikoli 2 sa 9 u 11 sa 17)

2.1.1.Definizzjonijiet (l-Artikolu 2)

2.1.2.Reati dwar l-abbuż sesswali (l-Artikolu 3)

2.1.3.Reati li jikkonċernaw sfruttament sesswali (l-Artikolu 4)

2.1.4.Reati li jikkonċernaw il-pedopornografija (l-Artikolu 5)

2.1.5.Solleċitazzjoni tat-tfal għal finijiet sesswali (l-Artikolu 6)

2.1.6.Inċitament, għajnuna u faċilitazzjoni, u tentattiv (l-Artikolu 7)

2.1.7.Attivitajiet sesswali kunsenswali (l-Artikolu 8)

2.1.8.Ċirkostanzi aggravanti (l-Artikolu 9)

2.1.9.Qbid u konfiska (l-Artikolu 11)

2.1.10.Responsabbiltà ta’ persuni ġuridiċi (l-Artikolu 12)

2.1.11.Sanzjonijiet kontra persuni ġuridiċi (l-Artikolu 13)

2.1.12.Nonprosekuzzjoni jew nonapplikazzjoni fir-rigward ta’ penali għall-vittma (l-Artikolu 14)

2.1.13.Investigazzjoni u prosekuzzjoni (l-Artikolu 15)

2.1.14.Rappurtar ta’ suspett ta’ abbuż sesswali jew sfruttament sesswali (l-Artikolu 16)

2.1.15.Ġurisdizzjoni u koordinazzjoni tal-prosekuzzjoni (l-Artikolu 17)

2.2.Assistenza u appoġġ għall-vittmi (l-Artikolu 18 sa 20)

2.2.1.Dispożizzjonijiet ġenerali dwar assistenza, appoġġ u miżuri ta’ protezzjoni għal tfal vittmi (l-Artikolu 18)

2.2.2.Assistenza u appoġġ għall-vittmi (l-Artikolu 19)

2.2.3.Protezzjoni ta’ tfal vittmi f’investigazzjonijiet u proċedimenti kriminali (l-Artikolu 20)

2.3.Prevenzjoni (l-Artikoli 10 u 21 sa 25)

2.3.1.Skwalifika li tirriżulta minn kundanni (l-Artikolu 10)

2.3.2.Miżuri kontra r-reklamar ta’ opportunitajiet ta’ abbuż u ta’ turiżmu sesswali mat-tfal (l-Artikolu 21)

2.3.3.Programmi jew miżuri ta’ intervent preventiv (l-Artikolu 22)

2.3.4.Prevenzjoni (l-Artikolu 23)

2.3.5.Programmi jew miżuri ta’ intervent fuq bażi volontarja matul jew wara proċedimenti kriminali (l-Artikolu 24)

2.3.6.Miżuri kontra siti elettroniċi li jkollhom fihom jew li jxerrdu l-pedopornografija (l-Artikolu 25)

3.KONKLUŻJONIJIET U PASSI LI JMISS


1.INTRODUZZJONI

L-abbuż sesswali u l-isfruttament sesswali tat-tfal huma reati partikolarment serji. Huma jagħmlu ħsara fiżika, psikoloġika u soċjali fit-tul lil vittmi vulnerabbli li għandhom id-drittijiet, kif ukoll il-ħtiġijiet ta’ protezzjoni u kura speċjali. Barra minn hekk, il-materjal ta’ abbuż sesswali tat-tfal, li fil-leġiżlazzjoni jissemma bħala “pornografija tat-tfal”, jirrappreżenta reati multipli kontra kull vittma. L-ewwel nett, l-abbuż sesswali li jkun ġie ffotografat jew irreġistrat. Konsegwentement, kull darba li l-immaġini u l-vidjows jiġu ppowstjati, iċċirkolati jew jarahom xi ħadd, jitwettaq ksur gravi tal-privatezza tat-tfal. It-trawma tiżdied meta t-tfal ikunu jafu li l-immaġini u l-vidjows qed jiġu ċċirkolati u li l-ħbieb jew qraba jistgħu jarawhom.

Sabiex dawn ir-reati jiġu miġġielda b’mod effettiv, jeħtieġ approċċ olistiku, li jinkludi l-investigazzjoni u l-prosekuzzjoni tar-reati, l-assistenza lill-vittmi u l-protezzjoni tagħhom, u l-prevenzjoni.

1.1.Objettivi u kamp ta’ applikazzjoni tad-Direttiva

Id-Direttiva ssegwi approċċ olistiku li hu meħtieġ biex jiġġieled dawn ir-reati b’mod effettiv, li jinkorporad-dispożizzjonijiet li jkopru l-investigazzjoni u l-prosekuzzjoni tar-reati (l-Artikoli 2 sa 9 u 11 sa 17), assistenza lill-vittmi u l-protezzjoni tagħhom (l-Artikoli 18 sa 20), u l-prevenzjoni (l-Artikoli 10 u 21 sa 25) fi strument legali komprensiv

Sabiex ir-reati jiġu investigati u jittieħdu passi kontrihom, id-Direttiva tinkludi b’mod speċjali:

L-inkriminazzjoni ta’ firxa wiesgħa ta’ sitwazzjonijiet ta’ abbuż sesswali u sfruttament tat-tfal, onlajn u offlajn (20 reat differenti, l-Artikoli 2 sa 7). Dawn jinkludu żewġ fenomeni ġodda bħall-grooming fuq l-internet (l-Artikolu 6) u l-abbuż sesswali bil-webcam u li persuna tara onlajn l-immaġini ta’ abbuż tat-tfal mingħajr ma dawn jitniżżlu (l-Artikolu 5, b’mod partikolari l-paragrafu 3).

Il-livelli ta’ penali miżjuda. Il-penali massimi stabbiliti mil-leġiżlazzjoni nazzjonali ma jridux ikunu anqas minn ċertu livelli (li jvarja minn sena sa 10 snin ħabs), skont il-gravità tar-reat (l-Artikoli 3 sa 6). Iridu jiġu kkunsidrati wkoll għadd ta’ ċirkostanzi aggravanti (l-Artikolu 9).

L-estensjoni tal-limitazzjonijiet tal-istatut wara li l-vittma tkun laħqet l-età maġġuri (l-Artikolu 15(2)).

L-obbligu li jipprovdu servizzi ta’ infurzar tal-liġi u tal-prosekuzzjoni b’għodod effettivi biex jinvestigaw l-abbuż sesswali tat-tfal, l-isfruttament sesswali tat-tfal, bħal dawk użati biex jinvestigaw il-kriminalità organizzata u serja (l-Artikolu 15(3)). L-infurzar tal-liġi irid jitqiegħed f’pożizzjoni biex jidentifika l-vittmi ta’ dawn ir-reati (l-Artikolu 15(4)).

It-tneħħija tal-ostakli (maħluqa b'regoli ta’ kunfidenzjalità) għar-rappurtar minn professjonisti li l-kompitu ewlieni tagħhom huwa li jaħdmu mat-tfal (l-Artikolu 16).

Ġuriżdizzjoni għal każijiet imwettqa minn trasgressuri li huma persuni bin-nazzjonalità tal-pajjiż li qed jinvestiga, sabiex ikunu jistgħu jiġu mħarrka fil-pajjiż tagħhom għal reati li wettqu fi Stati Membri jew f’pajjiżi terzi oħrajn (l-Artikoli 17(1) sa (3)).

It-tneħħija tal-kundizzjonijiet ta’ kriminalità doppja u r-rappurtar fil-post fejn twettaq ir-reat meta jiġu prosekutati reati mwettqa fi Stati Membri jew pajjiżi terzi oħrajn (l-Artikolu 17(4) u 17(5)).

Fir-rigward tal-assistenza u l-protezzjoni għal tfal vittmi, id-Direttiva tinkludi notevolment dispożizzjonijiet li jeżiġu:

Assistenza, appoġġ u miżuri ta’ protezzjoni estensivi, b’mod partikolari biex jevitaw li tfal vittmi jsofru minn trawma addizzjonali permezz tal-involviment tagħhom f’investigazzjonijiet u proċedimenti kriminali, fost l-oħrajn billi jistabbilixxu standards speċifiċi għall-intervisti mat-tfal vittmi (l-Artikoli 18 sa 20).

L-assistenza u l-appoġġ hekk kif ikun hemm raġunijiet raġonevoli biex jiġi sospettat reat (l-Artikolu 18(2)).

Protezzjoni speċjali għat-tfal li jirrapportaw abbuż fi ħdan il-familja (l-Artikolu 19(1)).

L-assistenza u l-appoġġ ma humiex fuq il-kundizzjoni ta’ kooperazzjoni ma’ proċedimenti kriminali (l-Artikolu 19(2)).

Il-protezzjoni tal-privatezza, l-identità u l-immaġni tal-vittma (l-Artikolu 20(6)).

Finalment, sabiex jiġu evitati dawn ir-reati, id-Direttiva tinkludi b’mod partikolari:

Mekkaniżmi biex jippermettu li t-trasgressuri kkundannati jiġu esklużi minn attivitajiet professjonali li jinvolvu kuntatt dirett u regolari mat-tfal (l-Artikolu 10(1)).

Id-dritt tal-impjegaturi li jitolbu informazzjoni dwar kundanni u diskwalifiki għal attivitajiet volontarji professjonali jew organizzati li jinvolvu kuntatt dirett u regolari mat-tfal (l-Artikolu 10(2)).

L-iffaċilitar tal-iskambju ta’ informazzjoni bejn reġistri kriminali nazzjonali (permezz tas-sistema ECRIS 1 ), biex jiġi żgurat li l-verifiki tal-preċedenti personali jkunu kompluti u jinkludu informazzjoni dwar ir-reati mwettqa mit-trasgressuri jkun fejn ikun fl-UE (l-Artikolu 10(3)).

Rekwiżit li l-Istati Membri jagħmlu programmi ta’ intervent jew miżuri bħal trattament disponibbli għal trasgressuri kkundannati u oħrajn li jibżgħu li jistgħu jwettqu reati (l-Artikoli 22 u 24).

Obbligu fuq l-Istati Membri li jwettqu attivitajiet ta’ prevenzjoni bħall-edukazzjoni, s-sensibilizzazzjoni u t-taħriġ lill-uffiċjali (l-Artikolu 23).

Valutazzjoni mandatorja għat-trasgressuri kollha kkundannati dwar il-periklu li jirrappreżentaw u r-riskju ta’ reċidiviżmu (l-Artikolu 24(4)).

Obbligu fuq l-Istati Membri li jiżguraw it-tneħħija rapida ta’ paġni web li jkun fihom jew li jxerrdu l-pedopornografija fit-territorju tagħhom u li jaħdmu biex jiksbu t-tneħħija jekk ikunu ospitati barra mit-territorju tagħhom (l-Artikolu 25(1)).

Għażla biex l-Istati Membri jimblokkaw l-aċċess mill-utenti fit-territorju tagħhom għal paġni web li jkun fihom jew li jxerrdu l-pedopornografija permezz ta’ mezzi differenti, inkluż l-azzjoni pubblika u l-awtoregolamentazzjoni mill-industrija (l-Artikolu 25(2)).

1.2.Skop u metodoloġija tar-rapport

L-Artikolu 27 tad-Direttiva jobbliga lill-Istati Membri 2 jdaħħlu fis-seħħ il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi neċessarji biex jikkonformaw mad-Direttiva u jikkomunikawhom lill-Kummissjoni sat-18 ta’ Diċembru 2013.

Dan ir-rapport iwieġeb għar-rekwiżit taħt l-Artikolu 28(1) tad-Direttiva li l-Kummissjoni tirrapporta lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill filwaqt li tivvaluta kemm l-Istati Membri ħadu l-miżuri neċessarji sabiex ikunu konformi mad-Direttiva 3 . Ir-rapport jimmira li jipprovdi ħarsa ġenerali konċiża iżda informattiva lejn il-miżuri ewlenin ta’ traspożizzjoni li ttieħdu mill-Istati Membri.

L-Istati Membri ffaċċjaw sfidi sinifikanti inerenti fit-traspożizzjoni u l-implimentazzjoni ta’ Direttiva komprensiva u ambizzjuża bħal din, li:

tobbliga l-adozzjoni tal-leġiżlazzjoni f’oqsma differenti, inkluż id-dritt penali sostantiv (jiġifieri d-definizzjonijiet ta’ reati u l-livelli ta’ penali, l-istatut tal-limitazzjonijiet tar-responsabbiltà tal-persuni ġuridiċi) u d-dritt tal-proċedura kriminali (jiġifieri ġurisdizzjoni extraterritorjali, il-parteċipazzjoni tat-tfal fi proċedimenti kriminali, u r-rappreżentazzjoni legali);

tinvolvi miżuri amministrattivi biex jikkomplementaw il-leġiżlazzjoni (eż. dwar l-aċċess għall-informazzjoni u l-iskambju ta’ rekords kriminali bejn l-Istati Membri, it-taħriġ tal-pulizija u l-ġudikatura, u regoli dwar il-protezzjoni tat-tfal, l-infurzar tal-liġi u l-ħabsijiet); u

tinvolvi diversi atturi, mhux biss fi ħdan l-awtoritajiet tal-Istat Membru (jiġifieri f’livelli differenti tal-gvern, bħal dak nazzjonali u dak reġjonali), iżda wkoll f’kooperazzjoni ma’ organizzazzjonijiet nongovernattivi (jiġifieri biex tiġi mfixkla d-distribuzzjoni tal-materjal tal-abbuż sesswali tat-tfal permezz ta’ hotlines u kampanji ta’ sensibilizzazzjoni), fornituri tas-servizz tal-Internet (eż. biex tiġi mfixkla d-distribuzzjoni ta’ materjal ta’ abbuż sesswali tat-tfal), psikologi kliniċi (eż. fi programmi ta’ intervent għat-trasgressuri), u oħrajn.

It-traspożizzjoni mill-Istati Membri tinvolvi l-ġbir ta’ informazzjoni dwar il-leġiżlazzjoni rilevanti u l-miżuri amministrattivi, l-analiżi tagħha, l-abbozzar ta’ leġiżlazzjoni ġdida jew l-emendar ta' atti attwali, it-tkomplija tagħha sal-adozzjoni, u finalment ir-rapportar lill-Kummissjoni.

Fuq il-bażi ta’ miżuri ta’ traspożizzjoni fil-liġi nazzjonali kkomunikati uffiċjalment lill-Kummissjoni, id-Direttiva ġiet trasposta permezz ta’ aktar minn 330 att fis-seħħ qabel id-Direttiva u b’madwar 300 att ġdid introdotti mill-2012 fl-Istati Membri kollha.

L-Istati Membri bagħtu madwar 700 notifika lill-Kummissjoni. Minn dawn, 70 % ġew irċevuti wara l-iskadenza tat-traspożizzjoni tat-18 ta’ Diċembru 2013. Il-kontenut kopra leġiżlazzjoni (atti ġodda u emendatorji), dispożizzjonijiet amministrattivi u arranġamenti tax-xogħol. Spiss, huma inkludew kodiċi kriminali u atti emendatorji sħaħ.

Sal-iskadenza tat-traspożizzjoni, 12-il Stat Membru biss kienu nnotifikaw lill-Kummissjoni li kienu lestew it-traspożizzjoni tad-Direttiva. Il-Kummissjoni, għalhekk, fetħet proċedimenti ta’ ksur għal nuqqas ta’ komunikazzjoni tal-miżuri ta’ traspożizzjoni fil-liġi nazzjonali kontra l-oħrajn: BE, BG, IE, EL, ES, IT, CY, LT, HU, MT, NL, PT, RO, SI u UK 4 . Dawn il-proċedimenti ta’ ksur kollha ingħalqu sat-8 ta’ Diċembru 2016. L-adozzjoni u n-notifika tard tal-miżuri tat-traspożizzjoni fil-liġi nazzjonali wasslu għal dewmien fl-analiżi tal-Kummissjoni u fil-pubblikazzjoni tar-rapporti ta’ traspożizzjoni.

Id-deskrizzjoni u l-analiżi f’dan ir-rapport huma fuq il-bażi tal-informazzjoni li ġiet ipprovduta mill-Istati Membri sal-1 ta’ Novembru 2016. In-notifiki li waslu wara dik id-data ma ġewx ikkunsidrati. Lill hinn mill-kwistjonijiet identifikati f’dan ir-rapport, jista’ jkun hemm kemm sfidi ulterjuri fit-traspożizzjoni u dispożizzjonijiet oħrajn mhux rapportati lill-Kummissjoni, kif ukoll żviluppi leġiżlattivi u mhux leġiżlattivi ulterjuri. Għalhekk, dan ir-rapport ma jżommx lill-Kummissjoni milli tkompli tevalwa xi dispożizzjonijiet, biex tkompli tappoġġa lill-Istati Membri fit-traspożizzjoni u l-implimentazzjoni tad-Direttiva.

2.MIŻURI TA’ TRASPOŻIZZJONI

2.1.Investigazzjoni u prosekuzzjoni ta’ reati (l-Artikoli 2 sa 9 u 11 sa 17)

2.1.1.Definizzjonijiet (l-Artikolu 2)

L-Artikolu 2 jistabbilixxi definizzjonijiet għal termini użati fid-Direttiva; tfal, età ta’ kunsens sesswali, pedopornografija, prostituzzjoni tat-tfal, prestazzjoni pornografika u persuna ġurdika.

L-Istati Membri kollha minbarra HU jiddefinixxu t-tfal bħala kwalunkwe persuna taħt l-età ta’ 18-il sena.

L-eta’ ta’ kunsens sesswali tvarja fl-Istati Membri: 14-il sena (AT, BG, DE, EE, HU u PT), 15-il sena (CZ, FR, HR, PL, SE, SI u SK), 16-il sena (BE, ES, LT, LU, LV, NL u UK), 17-il sena (CY u IE) u 18-il sena (MT). FI, IT u RO għandhom etajiet differenti ta’ kunsens sesswali skont in-natura tar-reat. F’EL, l-età ta’ kunsens hija differenti għal attivitajiet omosesswali bejn l-irġiel (17-il sena), u għal attivitajiet etersoesswali konsenswali u attivitajiet omosesswali bejn in-nisa (15-il sena).

BE, CY, EE, EL, ES, HR, IE, IT, LV, PT, RO, SE, SK u UK (Ġibiltà) jużaw it-terminu “pedopornograija” fil-leġiżlazzjoni tagħhom. L-Istati Membri l-oħra kollha jużaw termini differenti, bħal rappreżentazzjonijiet pornografiċi(AT), materjal pornografiku(BG), xogħol pornografiku (CZ), stampa jew rappreżentazzjoni pornografika (FR), u oħrajn.

Fir-rigward tal-prostituzzjoni ta’ tfal, CY u SK inkludew definizzjoni espliċita fil-leġiżlazzjoni ta’ traspożizzjoni tagħhom li tinkludi l-elementi kollha tal-Artikolu 2(d). Min-naħa l-oħra, f’AT, BG, CZ, DE, EL, LT, LU, SE, SI u UK it-traspożizzjoni tirriżulta mill-każistika u minn sorsi oħrajn b’rabta mar-reati ta’ prostituzzjoni ta’ tfal (l-Artikoli 4(5) sa 4(7)), filwaqt li fil-każ ta’ BE, EE, ES, FI, FR, HR, IT, MT, NL, PL, PT u RO tirriżulta biss mir-reati ta’ prostituzzjoni ta’ tfal.

Fil-leġiżlazzjoni ta’ AT, BG, CY, EL, HU, IE, RO, SK u UK (Ġibiltà) hija inkluża definizzjoni espliċita ta' prestazzjoni pornografika. L-Istati Membri l-oħra jittrasponu l-Artikolu 2 b’rabta mar-reati fl-Artikolu 4(2) sa 4(4) u b’referenza diretta għat-teknoloġija tal-informazzjoni u l-komunikazzjoni, jew il-każistika.

L-ebda wieħed mill-Istati Membri ma jinkludi Stati jew korpi pubbliċi fl-eżerċizzju tal-awtorità statali u l-organizzazzjonijiet internazzjonali pubbliċi fl-ambitu tal-kunċett ta’ “persuna ġuridika”.

2.1.2.Reati dwar l-abbuż sesswali (l-Artikolu 3)

L-Artikolu 3 jiddefinixxi l-imġiba intenzjonali li tikkostitwixxi reat rigward l-abbuż sesswali.

Il-maġġorparti tal-Istati Membri adottaw dispożizzjonijiet li jippenalizzaw l-imġiba li, għal finijiet sesswali, iġġiegħel lit-tfal li ma jkunux laħqu l-età ta’ kunsens sesswali jaraw attivitajiet sesswali (l-Artikolu 2(2)) jew l-abbuż sesswali (l-Artikolu 3(3)), bil-livelli ta’ piena mitluba fid-Direttiva.

CY, CZ, DE, EE, FR, IE, IT, LT, LV, MT, PL, SI u SK jinkludu reati li jippenalizzaw il-parteċipazzjoni fi kwalunkwe att sesswali ma’ tfal taħt l-età b’mod li jixbah dak tal-Artikolu 3(4). AT, BE, BG, ES, HR, LU RO, PT u SE jagħmlu differenza bejn atti sesswali li jinvolvu penetrazzjoni u dawk li ma jinvolvu ebda penetrazzjoni.

Fir-rigward tal-involviment f’attivitajiet sesswali mat-tfal fejn l-abbuż isir minn pożizzjoni rikonoxxuta ta’ fiduċja, awtorità jew influwenza (l-Artikolu 3(5)(i)) jew minn sitwazzjoni partikolarment vulnerabbli tat-tfal (l-Artikolu 3(5)(ii)), il-maġġorparti tal-Istati Membri adottaw leġiżlazzjoni li ma tidhirx li tkopri dawn is-sitwazzjonijiet, jew adottaw livelli ta’ pieni li huma baxxi wisq.

Min-naħa l-oħra, il-maġġorparti tal-Istati Membri adottaw leġiżlazzjoni li tippenalizza l-involviment f’attivitajiet sesswali mat-tfal fejn isir użu minn ġegħil, forza jew theddid, bil-livell ta’ pieni mitluba mid-Direttiva (l-Artikolu 3(5)(iii)). Filwaqt li CY, DE, LU u MT isemmu “ġegħil, forza u theddid”, Stati Membri oħrajn jirreferu għal “vjolenza u theddid” (CZ, EL, FI, FR, LT, LU, LV, NL, PT, SE u SK), “forza u theddid” (BE, BG, DE, HR, HU, IT, PL u SI), “vjolenza u intimidazzjoni”(ES), “kontra r-rieda ta’ tfal” (EE), “ġegħil bl-użu tal-forza” (AT) u terminoloġija oħra.

Fir-rigward ta’ imġiba li b’ġegħil, forza jew theddid iddaħħal tfal f’attivitajiet sesswali ma’ parti terza (l-Artikolu 3(6)), CY, DE, FR, LU, MT, NL u PT jirreferu espliċitament fil-leġiżlazzjoni tagħhom għat-twettiq tar-reat ma’ terza persuna, filwaqt li AT, BG, CZ, ES, HU, IE, IT, LT, RO, SE u SI ikopru dan b’mod impliċitu jew permezz tad-dispożizzjoni dwar stupru, attakk sesswali jew abbuż sesswali permezz ta’ ġegħil, forza jew theddida.

2.1.3.Reati li jikkonċernaw sfruttament sesswali (l-Artikolu 4)

L-Artikolu 4 jiddefinixxi l-imġiba intenzjonali li tikkostitwixxi reat li jikkonċerna l-isfruttament sesswali.

Fir-rigward tal-imġiba li twassal jew tirrekluta lil tfal biex jipparteċipaw fi prestazzjonijiet pornografiċi (l-Artikolu 4(2)),AT, BG, CY, DE, EL, ES, IT, LT, MT, NL, RO, SK u UK (Ġibiltà) ippromulgaw leġiżlazzjoni li tittrasponi din id-dispożizzjoni tad-Direttiva. L-informazzjoni mill-Istati Membri l-oħrajn ma kinitx konklussiva.

Skont l-Artikolu 4(3), l-Istati Membri għandhom jissanzjonaw l-imġiba li ġġiegħel jew tisforza lil tfal biex jipparteċipaw fi prestazzjonijiet pornografiċi, jew li thedded lil tfal għal tali finijiet. AT, BG, CY, DE, EL, ES, IE, IT, LT, MT, NL, SI, SK u UK (Ġibiltà) għandhom fis-seħħ leġiżlazzjoni li tittrasponi din id-dispożizzjoni tad-Direttiva. L-Istati Membri jużaw kliem differenti sabiex juru “ġegħil, forza u theddid”. Pereżempju BG, DE, HR, HU, IT, PL u SI jirreferu għal “forza u theddid”, BG għal “forza, theddid ta’ dannu serju”, EL għal “ġegħil jew vjolenza jew theddid” u ES għal “użu ta’ vjolenza jew intimidazzjoni”.

L-Artikolu 4(4) jippenalizza attendenza konxja ta’ prestazzjonijiet pornografiċi li jinvolvu l-parteċipazzjoni tat-tfal. AT, BG, CY, DE, ES, FI, IE, IT, LT, MT, RO, SI, SK u UK (Ġibiltà) għandhom fis-seħħ leġiżlazzjoni li tittrasponi din id-dispożizzjoni tad-Direttiva. L-informazzjoni minn Stati Membri oħra ma kinitx konklussiva.

Skont l-Artikolu 4(5), l-Istati Membri għandhom jippenalizzaw imġiba li twassal jew tirrekluta lil tfal biex jipparteċipaw fil-prostituzzjoni tat-tfal, jew li tagħmel qligħ minn tfal għal dawn il-finijiet jew li tisfruttahom b’xi mod ieħor. BE, BG, CY, CZ, DE, EL, ES, FR, HR, IT, LT, LU, MT, NL, PT, RO, SE, SI, SK u UK għandhom fis-seħħ leġiżlazzjoni li tittrasponi din id-dispożizzjoni tad-Direttiva. L-informazzjoni minn Stati Membri oħra ma kinitx konklussiva.

L-Artikolu 4(6) jippenalizza imġiba li ġġiegħel jew tisforza lil tfal fil-prostituzzjoni tat-tfal, jew li thedded lil tfal għal dawn il-finijiet. AT, BG, CY, CZ, DE, EE, EL, ES, FR, HR, IT, LT, LU, MT, NL, PT, RO, SI, SK u UK (l-Iskozja) għandhom fis-seħħ leġiżlazzjoni li tittrasponi din id-dispożizzjoni tad-Direttiva. L-informazzjoni minn Stati Membri oħra ma kinitx konklussiva.

L-Artikolu 4(7) jippenalizza l-parteċipazzjoni f’attivitajiet sesswali ma’ tfal meta jsir rikors għall-prostituzzjoni tat-tfal. Il-maġġorparti tal-Istati Membri għandhom fis-seħħ leġiżlazzjoni li tittrasponi din id-dispożizzjoni. Għal HU, IE, LV, PL, PT, RO u SE l-informazzjoni ma kinitx konklussiva.

2.1.4.Reati li jikkonċernaw il-pedopornografija (l-Artikolu 5)

L-Artikolu 5 jiddefinixxi l-imġiba intenzjonata li tikkostitwixxi reat li jikkonċerna l-pedopornografija.

L-Artikolu 5(2) jippenalizza l-akkwist jew il-pussess ta’ pedopornografija. L-informazzjoni pprovduta mill-maġġorparti tal-Istati Membri ma kinitx konklussiva, minbarra fi AT, BG, CY, ES, FI, FR, LT, MT, RO u SI.

L-Artikolu 5(3) jippenalizza l-akkwist konxju ta’ aċċess għall-pedopornografija permezz tat-teknoloġija tal-informazzjoni u tal-komunikazzjoni. Il-maġġorparti tal-Istati Membri ttrasponew ir-rekwiżit ta’ “l-akkwist konxju tal-aċċess”, minkejja li xi wħud jużaw terminoloġija differenti. Pereżempju, DE tuża t-terminu “l-impenn biex wieħed isib” u HU tirreferi għal “l-akkwist u ż-żamma”.

L-Artikolu 5(4) jippenalizza d-distribuzzjoni, it-tixrid jew it-trasmissjoni tal-pedopornografija. Il-maġġorparti tal-Istati Membri jimpjegaw terminoloġija differenti meta jirreferu għad-“distribuzzjoni”, it-“tixrid” jew it-“trasmissjoni” tal-pedopornografija. Pereżempju, it-terminu “trasmissjoni” ġie interpretat bħala ekwivalenti għal “medjazzjoni” (CZ), “xandir” (BG u DE), “tixrid” (IT) jew “l-għoti ta’ aċċess” (LT). 

L-Artikolu 5(5) jippenalizza l-offerta, il-forniment jew l-imġiba li tagħmel disponibbli l-pedopornografija. Il-maġġoranza tal-Istati Membri jużaw termini differenti għall-“offerta”, il-“forniment” u “l-imġiba li tagħmel disponibbli”. Pereżempju, CZ tuża t-termini “importazzjoni”, “bejgħ” jew “provvista b’xi mod ieħor”, minflok it-terminu “forniment”, filwaqt li SE tuża terminu ġenerali “l-imġiba li tagħmel [il-pedopornografija] disponibbli”.

L-Artikolu 5(6) jippenalizza l-produzzjoni tal-pedopornografija. L-Istati Membri jużaw it-terminu “produzzjoni” fit-traspożizzjoni tagħhom, minbarra FR (“l-issettjar u r-rekordjar”) u UK (“it-teħid”, “il-produzzjoni” u “imġiba li tippermetti t-teħid”).

L-Artikoli 5(7) u 5(8) huma dispożizzjonijiet fakultattivi li jikkonċernaw l-applikabbiltà tal-Artikolu 5 f’sitwazzjonijiet speċifiċi. L-Istati Membri minbarra AT, DE, ES, SE u UK (l-Artikolu 5(7)) u AT u DE (l-Artikolu 5(8)) ddeċiedew li ma japplikawhomx.

2.1.5.Solleċitazzjoni tat-tfal għal finijiet sesswali (l-Artikolu 6)

L-Artikolu 6 jiddefinixxi l-imġiba intenzjonata li tikkostitwixxi reat li jikkonċerna s-solleċitazzjoni tat-tfal għal finijiet sesswali.

Il-maġġorparti tal-Istati Membri għandhom fis-seħħ leġiżlazzjoni li tittrasponi dan l-Artikolu. L-informazzjoni ma kinitx konklussiva f’CY, HR, HU, IE, LU, LV, PL, RO u UK (l-Artikolu 6(1)) u lanqas f'BE, CY, LV u PL (l-Artikolu 6(2)).

2.1.6.Inċitament, għajnuna u faċilitazzjoni, u tentattiv (l-Artikolu 7)

L-Artikolu 7 jobbliga lill-Istati Membri jippenalizzaw l-inċitament, l-għajnuna u l-faċilitazzjoni, u t-tentattiv li jitwettqu r-reati inklużi fl-Artikoli 3 sa 6.

L-Istati Membri kollha ħadu miżuri biex jittrasponu l-Artikolu 7(1).

L-Artikolu 7(2) ġie traspost permezz ta’ dispożizzjonijiet ġenerali dwar tentattiv, minbarra f’CY, DE, FI, FR, HR, IE, LU, PT, RO u SE, li introduċew dispożizzjonijiet speċifiċi li jippenalizzaw it-tentattiv tar-reati sesswali elenkati fl-Artikolu 7(2).

2.1.7.Attivitajiet sesswali kunsenswali (l-Artikolu 8)

L-Artikolu 8 jistabbilixxi tliet dispożizzjonijiet fakultattivi li jikkonċernaw l-attivitajiet sesswali kunsenswali. CY u UK (l-Ingilterra/Wales) għażlu li japplikaw it-tlieta li huma, filwaqt li BE, BG, CZ, EE, IE, LU, LV, MT, NL, PL, SK għażlu li ma japplikaw l-ebda waħda minnhom.

AT, CY, FI, EL, ES, HR, HU, IT, LT, LV, PT, RO, SE, SI u UK (l-Ingilterra/Wales u l-Irlanda ta’ Fuq) għażlu li japplikaw l-Artikolu 8(1).

CY, HR, SE u UK (l-Ingilterra/Wales u l-Iskozja) għażlu li japplikaw l-Artikolu 8(2).

AT, CY, DE, FI, HR u UK għażlu li japplikaw l-Artikolu 8(3). DE, FI u UK japplikaw l-għażla kemm għal-pussess u l-produzzjoni tal-pedopornografija, filwaqt liFR tapplikaha biss għall-produzzjoni tal-pedopornografija.

2.1.8.Ċirkostanzi aggravanti (l-Artikolu 9)

L-Artikolu 9 jiddefinixxi s-sitwazzjonijiet li jistgħu jiġu kkunsidrati bħala ċirkostanzi aggravanti fir-rigward tar-reati msemmija fl-Artikoli 3 sa 7.

Fil-maġġorparti tal-Istati Membri, is-sitwazzjonijiet tal-applikazzjoni taċ-ċirkostanzi aggravanti huma deskritti fil-liġi. Dan ma kienx il-każ għal xi dispożizzjonijiet ta’ dan l-Artikolu f'IE u UK (l-Ingilterra/Wales, l-Irlanda ta’ Fuq, u l-Iskozja) fejn il-qrati għandhom diskrezzjoni akbar fil-kunsiderazzjoni taċ-ċirkostanzi aggravanti meta jagħtu s-sentenza.

L-Artikolu 9(a) jirreferi għal reati mwettqa kontra tfal f’sitwazzjoni partikolarment vulnerabbli, sitwazzjoni ta’ dipendenza jew fi stat ta’ inkapaċità mentali jew fiżika. Il-maġġorparti tal-Istati Membri għandhom fis-seħħ leġiżlazzjoni li tittrasponi din id-dispożizzjoni. Għal BE, DE, ES, IE, LU, PL, SI u UK (l-Ingilterra/Wales, l-Iskozjau Ġibiltà) l-informazzjoni ma kinitx konklussiva.

L-Artikolu 9(b) jirreferi għal reati mwettqa minn membru tal-familja tat-tfal, persuna li tkun tgħix mat-tfal jew persuna li tkun abbużat mill-pożizzjoni rikonoxxuta ta’ fiduċja jew awtorità tagħha; Il-maġġorparti tal-Istati Membri għandhom fis-seħħ leġiżlazzjoni li tittrasponi din id-dispożizzjoni. Għal AT, BE, BG, DE, ES, IE, LT, LU, PL, RO, SI u UK (l-Ingilterra/Wales, l-Iskozja u Ġibiltà) l-informazzjoni ma kinitx konklussiva.

Taħt l-Artikolu 9(c), jekk ir-reat twettaq minn diversi persuni li kienu qed jaġixxu flimkien, din setgħet tiġi kkunsidrata bħala ċirkostanza aggravanti. Filwaqt li CY, HR u IT rreferew espliċitament għal “diversi persuni” li jaġixxu flimkien, Stati Membri oħra jużaw terminoloġija differenti. Pereżempju, BE isemmi “persuna waħda jew aktar”, BG, EL, MT, NL u PT, “żewġ persuni jew aktar”, DE u SE “aktar minn persuna waħda”.

Skont l-Artikolu 9(d), reat għandu jiġi penalizzat b’mod aktar sever jekk kien imwettaq fil-qafas ta’ organizzazzjoni kriminali. Il-maġġorparti tal-Istati Membri għandhom fis-seħħ leġiżlazzjoni li tittrasponi din id-dispożizzjoni, inkluż it-traspożizzjoni tad-definizzjoni “organizzazzjoni kriminali”, fejn MT tagħmel referenza diretta għad-Deċiżjoni Kwadru tal-Kunsill 2008/841/ĠAI tal-24 ta’ Ottubru 2008 dwar il-ġlieda kontra l-kriminalità organizzata.

Skont l-Artikolu 9(e), jekk it-trasgressur ikun diġà kkundannat b’reati tal-istess natura, dan il-fatt għandu jikkostitwixxi ċirkostanza aggravanti. AT, BE, CZ, HR, IT, LV, PT u SK jipprevedu ċirkostanza aggravanti ġenerali, irrispettivament minn jekk ir-reat sussegwenti jkunx ta’ natura simili jew le. Min-naħa l-oħra, huwa meħtieġ il-kummissjoni ta’ reat tal-istess natura f’BG, CY, EE, ES, FI, HU, MT, u PL Hija prevista kunsiderazzjoni separata għaż-żewġ għażliet (reati simili u reati mhux relatati) fi FR u LT.

L-Artikolu 9(f) jipprevedi ċirkostanza aggravanti meta t-trasgressur ikun deliberatament jew b’nuqqas ta’ ħsieb ipperikola l-ħajja tat-tfal. Il-maġġorparti tal-Istati Membri għandhom fis-seħħ leġiżlazzjoni li tittrasponi din id-dispożizzjoni. Għal BE, CZ, ES, FI, FR, IE, IT, LV, SK u UK l-informazzjoni ma kinitx konklussiva.

Skont l-Artikolu 9(g), għandha tiġi kkunsidrata piena aktar severa jekk ir-reat ikun involva vjolenza serja jew ikkaġuna ħsara serja għat-tfal. Il-maġġorparti tal-Istati Membri għandhom fis-seħħ leġiżlazzjoni li tittrasponi din id-dispożizzjoni. Għal BG, ES, FI, IE, LT u UK (l-Iskozja) l-informazzjoni ma kinitx konklussiva.

2.1.9.Qbid u konfiska (l-Artikolu 11)

Skont l-Artikolu 11, l-Istati Membri jridu jiżguraw li l-awtoritajiet kompetenti tagħhom ikunu intitolati li jaqbdu u jikkonfiskaw l-istrumenti u r-rikavat mir-reati msemmija fl-Artikoli 3, 4 u 5.

Waqt li xi Stati Membri (BG, CY, DE, HR, FR, IT, LU u SI) introduċew dispożizzjonijiet speċifiċi li jindirizzaw il-qbid u l-konfiska fil-każ tar-reati msemmija fl-Artikoli 3, 4 u 5, il-bqija tal-Istati Membri jiddependu fuq regoli ġenerali dwar il-qbid u l-konfiska taħt il-liġi kriminali, li japplikaw għar-reati kriminali kollha.

Il-liġijiet nazzjonali tal-Istati Membri kollha jindirizzaw kemm l-istrumenti użati, kif ukoll ir-rikavat li jsir mir-reat.

2.1.10.Responsabbiltà ta’ persuni ġuridiċi (l-Artikolu 12)

L-Artikolu 12 jobbliga lill-Istati Membri jiżguraw li persuni ġuridiċi jistgħu jinżammu responabbli għal kwalunkwe reat imsemmi fl-Artikoli 3 sa 7.

Fir-rigward tal-Artikoli 12(1)(a) sa (c), CY, LT u PL jużaw l-istess kliem, jew kważi l-istess kliem bħad-Direttiva, filwaqt li Stati Membri oħra jużaw termini differenti. Pereżempju, meta jiġi traspost l-Artikolu 12(1)(b), l-Istati Membri jirreferu għal “maniġers”, “diretturi” jew “bord tad-diretturi”, minflok għal “awtorità li tieħu deċiżjonijiet f’isem il-persuna ġuridika”.

Ir-responsabbiltà (imputabilità) meħtieġa fl-Artikolu 12(2) ġiet introdotta minn kważi l-Istati Membri kollha. Għal BG, CZ, IE, LU, NL u PT l-informazzjoni ma kinitx konklussiva.

Fir-rigward tal-Artikolu 12(3), l-Istati Membri kollha jipprevedu l-possibbiltà li jiġu segwiti proċedimenti kriminali kontra l-persuni fiżiċi li jkunu kkommettew jew inċitaw ir-reati jew li jkunu aċċessorji għar-reat, flimkien mal-infurzar tar-responsabbiltà ta’ persuni ġuridiċi. Madankollu, l-informazzjoni pprovduta minn IE u PT ma kinitx konklussiva għar-reati koperti.

2.1.11.Sanzjonijiet kontra persuni ġuridiċi (l-Artikolu 13)

Skont l-Artikolu 13, l-Istati Membri għandhom jintroduċu sanzjonijiet għall-persuni ġuridiċi li jinżammu responsabbli skont l-Artikolu 12(1) jew (2) u jistgħu jagħżlu li jimponu s-sanzjonijiet previsti fl-Artikoli 13(1)(a) sa (e).

Fir-rigward tal-Artikolu 13(1), l-Istati Membri kollha introduċew pieni amministrattivi jew kriminali li huma applikabbli għal persuni ġuridiċi. Xi Stati Membri (BE, CZ, FR, PL, RO u SK) għażlu wkoll li jintroduċu s-sanzjoni addizzjonali tal-pubblikazzjoni jew il-wiri tad-deċiżjoni/is-sentenza li biha l-persuna ġuridika tkun instabet ħatja tar-reat. Il-maġġorparti tal-Istati Membri, bl-eċċezzjoni ta’ BG, DE, EE, FI, IE u UK (l-Ingilterra/Wales, l-Irlanda ta’ Fuq u Ġibiltà) għażlu li jittrasponu tal-anqas waħda mill-għażliet stipulati fl-Artikoli 13(1)(a) sa (e).

Il-maġġorparti tal-leġiżlazzjoni tal-Istati Membri ma tinkludix dispożizzjonijiet biex l-Artikolu 13(2) jiġi traspost speċifikament, iżda timponi l-istess sanzjonijiet fuq persuni ġuridiċi miżmuma responsabbli taħt l-Artikolu 12(2) bħal fuq persuni responsabbli taħt l-Artikolu 12(1). EL biss introduċiet miżura ta’ traspożizzjoni speċifika u b’hekk ma applikatx l-istess sanzjonijiet fiż-żewġ każijiet.

2.1.12.Nonprosekuzzjoni jew nonapplikazzjoni fir-rigward ta’ penali għall-vittma (l-Artikolu 14)

L-Artikolu 14 jobbliga lill-Istati Membri jieħdu l-miżuri meħtieġa biex jiżguraw li l-awtoritajiet nazzjonali kompetenti jkunu intitolati li ma jipproċedux jew jimponu sanzjonijiet kontra t-tfal vittmi tal-abbuż sesswali u l-isfruttament sesswali għall-involviment tagħhom f'attivitajiet kriminali li ġew sfurzati jwettqu bħala konsegwenza diretta tal-fatt li jkunu suġġetti għal reati bħal dawn.

Il-maġġorparti tal-Istati Membri għandhom fis-seħħ leġiżlazzjoni li tittrasponi din id-dispożizzjoni. Għal ES, LU, MT, PL u SK l-informazzjoni ma kinitx konklussiva.

2.1.13.Investigazzjoni u prosekuzzjoni (l-Artikolu 15)

L-Artikolu 15 jistabbilixxi miżuri għall-investigazzjoni u l-prosekuzzjoni tar-reati msemmijin fl-Artikoli 3 sa 7.

Skont l-Artikolu 15(1), l-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri meħtieġa biex jiżguraw li l-investigazzjonijiet jew il-prosekuzzjoni tar-reati msemmijin fl-Artikoli 3 sa 7 ma jkunux jiddependu minn rapport jew akkuża mill-vittma jew mir-rappreżentant tagħha, u li l-proċedimenti kriminali jistgħu jitkomplew anke jekk dik il-persuna tkun irtirat id-dikjarazzjonijiet tagħha. Billi l-liġijiet nazzjonali ta’ CY, NL, PL u PT isegwu espliċitament il-prinċipju tal-Artikolu 15(1), AT, BE, BG, CZ, DE, EE, EL, ES, FI, FR, HR, HU, IT, LT, LU, LV, MT, RO, SE, SI u SK ittrasponew din id-dispożizzjoni permezz ta’ regoli ġenerali ta’ liġi kriminali li jirregolaw il-ftuħ tal-investigazzjonijiet jew il-prosekuzzjonijiet. F’UK (l-Ingilterra/Wales, l-Irlanda ta’ Fuq u l-Iskozja), il-prosekuturi jistgħu jibdew jew ikomplu l-proċedimenti kriminali jekk isibu li hemm evidenza biżżejjed li tipprovdi prospett realistiku tal-kundanna u li l-prosekuzzjoni hija fl-interess pubbliku. IE applikat l-istess prinċipju ta’ interess pubbliku.

L-Artikolu 15(2) jeħtieġ li l-Istati Membri jagħmluha possibbli li jipproċedu kontra reati għal żmien suffiċjenti wara li l-vittma tkun laħqet l-età maġġuri. AT, BE, CY, EE, EL, ES, HR, HU, IE, LV, MT, PL, RO, SE, SI u UK għandhom leġiżlazzjoni fis-seħħ li tittrasponi din id-dispożizzjoni. F’BG, CZ, DE, FI, IT, LT, NL u SK, l-istatut tal-limitazzjonijiet għal xi reati jibda mid-data meta twettaq ir-reat. Dan ifisser li t-tfal vittmi, partikolarment dawk abbużati f’età żgħira ħafna, jista’ ma jkollhomx biżżejjed żmien wara li jkunu laħqu l-età maġġuri biex jiksbu l-prosekuzzjoni.

Skont l-Artikolu 15(3), l-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-għodod investigattivi effettivi jkunu disponibbli għall-investigazzjoni u l-prosekuzzjoni tar-reati. Waqt li CY u EL jirriflettu b’mod espliċitu l-Artikolu 15(3) fil-leġiżlazzjoni tagħhom, il-maġġorparti tal-Istati Membri jittrasponuh permezz ta’ diversi dispożizzjonijiet minn kodiċi ta’ proċedura kriminali.

L-Artikolu 15(4) jeħtieġ lill-Istati Membri jieħdu l-miżuri meħtieġa biex jippermettu lil-unitajiet jew is-servizzi investigattivi jippruvaw jidentifikaw il-vittmi, b’mod partikolari billi janalizzaw materjal tal-pedopornografija. Il-maġġorparti tal-Istati Membri għandhom fis-seħħ miżuri li jittrasponu din id-dispożizzjoni. Għal BG, CZ, EE, FR, HU, IE, LT, PT, SK u UK (Ġibiltà) l-informazzjoni pprovduta ma kinitx konklussiva.

2.1.14.Rappurtar ta’ suspett ta’ abbuż sesswali jew sfruttament sesswali (l-Artikolu 16)

L-Artikolu 16 huwa mmirat li jiggarantixxi li l-professjonisti li għandhom il-kompitu prinċipali li jaħdmu mat-tfal ikunu jistgħu jirrapportaw ir-reati (l-Artikolu 16(1)) u li kull persuna li tkun taf jew tissuspetta li qed jitwettqu dawn ir-reati, tiġi inkoraġġita tirrapportahom (l-Artikolu 16(2))

Fir-rigward tal-Artikolu 16(1), il-leġiżlazzjoni f’HR, MT, PT, SI u UK (l-Ingilterra/Wales, l-Irlanda ta’ Fuq u Ġibilta) tistabbilixxi obbligu ġenerali li jiġu rrapportati r-reati. Madankollu, il-leġiżlazzjoni tal-maġġorparti tal-Istati Membri tinkludi dispożizzjoni speċifika dwar ir-rapportar ta’ reati sabiex tipproteġi lit-tfal (AT, BG, CY, CZ, DE, EE, EL, ES, FI, HU, IT, LT, LV, NL, RO u SE B’mod addizzjonali, BG, CY, CZ, DE, EL, FI, HU, IT, LV, RO, SE, u SK jipprevedu obbligu speċifiku għal ċerti professjonijiet (bħal għalliema, tobba, psikologi, infermiera) biex jinnotifikaw lill-awtoritajiet kompetenti.

Xi Stati Membri (AT, BE, BG, EL, FI, HR, HU, IT, LU, PL u SI) ittrasponew l-Artikolu 16(2) permezz ta’ dispożizzjoni ġenerali li tobbliga jew tinkoraġġixxi r-rapportar ta’ reati u/jew l-għajnuna lil persuni fil-bżonn. Stati Membri oħrajn (BG, CY, CZ, EE, ES, FR, HR, LT, LV, NL, PT, RO, SE u SK) ittrasponewh permezz ta’ dispożizzjoni legali aktar speċifika sabiex ikun obbligatorju li jiġu rapportati r-reati kontra t-tfal. UK (l-Ingilterra/Wales, l-Irlanda ta' Fuq u l-Iskozja) jużaw miżuri nonleġiżlattivi.

In-nies huma inkoraġġuti jirrapportaw l-abbuż prinċipalment permezz ta’ helplines/hotlines bħal Child Focus (numru tat-telefown 116000) f’BE jew Linja għat-Tfal (116111) f’LT.

2.1.15.Ġurisdizzjoni u koordinazzjoni tal-prosekuzzjoni (l-Artikolu 17)

L-Artikolu 17 jistabbilixxi regoli dwar l-istabbiliment ta’ ġurisdizzjoni minn Stati Membri dwar ir-reati elenkati fid-Direttiva.

L-Artikolu 17(1) ikopri ġurisdizzjoni fejn ir-reat ikun twettaq totalment jew parzjalment fit-territorju ta’ Stat Membru jew it-trasgressur ikun wieħed miċ-ċittadini tiegħu. Il-maġġorparti tal-Istati Membri għandhom fis-seħħ leġiżlazzjoni li tittrasponi din id-dispożizzjoni. Għal CY, IE, LV, NL, SI, PT u UK (Ġibiltà) l-informazzjoni ma kinitx konklussiva.

Skont l-Artikolu 17(2), Stat Membru għandu l-għażla li jistabbilixxi ġurisdizzjoni ulterjuri fuq reat li jkun twettaq barra mit-territorju tiegħu. Pereżempju, jekk ir-reat jitwettaq kontra wieħed min-nazzjonali tiegħu jew kontra persuna li għanda r-residenza abitwali fit-territorju tiegħu (17(2)(a)), ir-reat jitwettaq għall-benefiċċju ta’ persuna ġuridika stabbilita fit-territorju tiegħu (17(2)(b)), jew it-trasgressur ikollu r-residenza abitwali fit-territorju tiegħu (17(2)(c)). Il-maġġorparti tal-Istati Membri ddeċidew li japplikaw l-għażliet previsti skont l-Artikolu 17(2)(a) (AT, BE, BG, CZ, EE, EL, ES, FI, FR, HR, HU, IT, MT, NL, PL, PT, RO, SI u SK) u 17(2)(c) (AT, BE, ES, FI, FR, HR, IE, LT, LU, LV, MT, NL, PT, RO, SE u SK), filwaqt li ammont inqas minnhom iddeċidew li japplikaw l-għażliet skont l-Artikolu17(2)(b) (CY, CZ, ES, HR, IT, LV, MT, PL, PT, RO u SI).

L-Artikolu 17(3) jobbliga lill-Istati Membri jiżguraw li l-ġurisdizzjoni tagħhom tinkludi sitwazzjonijiet fejn reat jitwettaq permezz tat-teknoloġija tal-informazzjoni u l-komunikazzjoni aċċessata mit-territorju tagħhom, kemm jekk din tinsab fuq it-territorju tagħhom, kif ukoll jekk le. Filwaqt li CY, EL, MT u PT għandhom dispożizzjoni speċifika li ssegwi l-kliem tad-Direttiva u tirreferi direttament għal reati mwettqa permezz tat-teknoloġija tal-informazzjoni u tal-komunikazzjoni, AT, BE, BG, DE, EE, ES, FI, FR, HR, HU, IE, IT, LT, RO, SI, SK u UK jużaw dispożizzjoni ġenerali li tistabbilixxi ġurisdizzjoni fuq reati mwettqa fuq it-territorju tagħhom.

L-Artikolu 17(4) jipprojbixxi l-istabbiliment ta’ rekwiżit ta’ kriminalità doppja għall-prosekuzzjoni ta’ reati mwettqa barra mit-territorju tal-Istat Membru kkonċernat, meta t-trasgressur huwa wieħed min-nazzjonali tiegħu. BG, CZ, HU, IT, LV, MT, SK u UK (l-Ingilterra/Wales u l-Irlanda ta’ Fuq) ma jipprevdux ir-rekwiżit ta’ kriminalità doppja meta jistabbilixxu l-ġurisdizzjoni tagħhom fuq reat. Minkejja li għandhom il-klawsola tal-kriminalità doppja, AT, BE, DE, EE, EL, ES, FI, FR, HR, LT, LU, NL u SE jipprevedu eċċezzjonijiet speċifiċi għal reati msemmija fl-Artikolu 17(4).

Skont l-Artikolu 17(5), l-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-ġurisdizzjoni tagħhom ma tkunx subordinata għall-kundizzjoni li l-prosekuzzjoni tista’ tinbeda biss wara rapport li jkun sar mill-vittma fil-post fejn ikun sar ir-reat, jew wara denunzja mill-Istat tal-post fejn ikun sar ir-reat. Il-maġġorparti tal-Istati Membri għandhom fis-seħħ leġiżlazzjoni li tittrasponi din id-dispożizzjoni. Għal LU u SI, l-informazzjoni pprovduta ma kinitx konklussiva.

2.2.Assistenza u appoġġ għall-vittmi (l-Artikolu 18 sa 20)

2.2.1.Dispożizzjonijiet ġenerali dwar assistenza, appoġġ u miżuri ta’ protezzjoni għal tfal vittmi (l-Artikolu 18)

L-Artikolu 18 jistabbilixxi dispożizzjonijiet ġenerali dwar assistenza, appoġġ u miżuri ta’ protezzjoni għal tfal vittmi:

Skont l-Artikolu 18(1), it-tfal vittmi għandhom jingħataw assistenza, appoġġ u protezzjoni waqt li jkun ikkunsidrat l-aħjar interessi tat-tfal. Il-maġġorparti tal-Istati Membri għandhom fis-seħħ leġiżlazzjoni li tittrasponi din id-dispożizzjoni. L-informazzjoni pprovduta minn BE, DE, LV u SI ma kinitx konklussiva.

L-Artikolu 18(2) jobbliga li l-Istati Membri jieħdu l-miżuri meħtieġa biex jiżguraw li t-tfal li jkunu vittmi jingħataw assistenza u appoġġ hekk kif l-awtoritajiet kompetenti jkollhom bażi raġonevoli li tindika li t-tfal setgħu kienu vittma. Madwar nofs l-Istati Membri għandhom fis-seħħ miżuri li jittrasponu din id-dispożizzjoni. Għal AT, BE, BG, DE, EL, ES, FR, IT, LU, NL, PL, SI u UK (l-Ingilterra/Wales, l-Irlanda ta' Fuq u l-Iskozja) l-informazzjoni ma kinitx konklussiva.

Meta l-età tal-persuna ma tkunx ċerta u jkun hemm raġunijiet biex wieħed jemmen li huwa/hija tifel jew tifla, l-Artikolu 18(3) jobbliga li l-Istati Membri jiżguraw li l-persuna hi preżunta li hija tifel jew tifla sabiex huwa/hija jirċievi/tirċievi aċċess immedjat għall-assistenza, l-appoġġ u l-protezzjoni. Waqt li l-kliem tal-leġiżlazzjoni f’BG, CY, EL u LT li jittrasponi din id-dispożizzjoni huwa simili ħafna għad-Direttiva, il-leġiżlazzjoni f’ EE, ES, HR, LV, MT, PT, RO u UK (l-Ingilterra/Wales u Ġibiltà) fiha preżunzjoni ġenerali ta’ minoranza favur il-vittma sakemm jiġi pprovat il-kuntrarju. Għal AT, BE, CZ, DE, FI, FR, HU, IE, IT, LU, PL, SE, SI, SK u UK (l-Iskozja) l-informazzjoni ma kinitx konklussiva.

2.2.2.Assistenza u appoġġ għall-vittmi (l-Artikolu 19)

L-Artikolu 19 jistabbilixxi dispożizzjonijiet ġenerali dwar miżuri ta’ assistenza, appoġġ u protezzjoni għat-tfal vittmi u l-familji tagħhom.

Skont l-Artikolu 19(1), l-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-assistenza u l-appoġġ jiġu pprovduti lill-vittmi qabel, matul u għal perjodu ta’ żmien adatt wara l-konklużjoni ta’ proċedimenti kriminali, filwaqt li b’mod partikolari jiżguraw il-protezzjoni tat-tfal li jirrapportaw każijiet ta’ abbuż li qed iseħħu fl-ambjent familjari tagħhom. Il-maġġorparti tal-Istati Membri għandhom fis-seħħ leġiżlazzjoni li tittrasponi din id-dispożizzjoni. L-informazzjoni pprovduta minn DE, HU, IE, IT, LV, PL, RO, SI u SK ma kinitx konklussiva.

L-Artikolu 19(2) jobbliga lill-Istati Membri jiżguraw li l-għajnuna u l-appoġġ lill-vittma ma jingħatawx bil-kundizzjoni li l-vittma minorenni turi rieda li tikkoopera fl-investigazzjoni kriminali, fil-proċeduri jew fil-proċess. Billi l-leġiżlazzjoni f’CY, EL, MT u UK (l-Ingilterra/Wales u Ġibiltà) tuża kliem simili ħafna tad-Direttiva, il-maġġorparti tal-Istati Membri (AT, BE, BG, CZ, EE, ES, FI, FR, HR, HU, IE, IT, LT, LU, LV, NL, PL, PT, RO, SE, SK u UK (l-Irlanda ta’ Fuq u l-Iskozja)) użaw dispożizzjonijiet differenti dwar l-assistenza u l-appoġġ. L-informazzjoni pprovduta minn DE u SI ma kinitx konklussiva.

Skont l-Artikolu 19(3), l-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-assistenza u l-appoġġ għat-tfal vittmi huma pprovduti wara valutazzjoni individwali taċ-ċirkostanzi speċjali ta’ kull vittma, u jitqiesu l-fehmiet, il-ħtiġijiet u l-interessi tat-tfal. Il-maġġorparti tal-Istati Membri introduċew miżuri li jittrasponu din id-dispożizzjoni 5 . L-informazzjoni pprovduta minn DE, EL, IT, LT, LU, LV, NL, PL, SI u UK (l-Iskozja) ma kinitx konklussiva.

Skont l-Artikolu 19(4), tfal vittmi ta’ reati sesswali għandhom jitqiesu bħala partikolarment vulnerabbli skont id-Deċiżjoni Qafas 2001/220/ĠAI, sostitwita mill-2012 bid-Direttiva dwar id-Drittijiet tal-Vittmi. 6 Il-maġġorparti tal-Istati Membri ħadu miżuri li jittrasponu din id-dispożizzjoni. L-informazzjoni pprovduta minn DE, EL, IE, IT, SI u UK (l-Iskozja) ma kinitx konklussiva.

Ir-rikonoxximent tat-tfal bħala vittmi partikolarment vulnerabbli huwa previst permezz ta’ assistenza speċjali u miżuri ta’ protezzjoni (minbarra UK (Ġibiltà) li ttrasponiet litteralment). Dawn il-miżuri jiżguraw li t-tfal vittmi jkunu intitolati li jixhdu b’mod li jipproteġihom milli jagħtu evidenza f’qorti miftuħa u li jiġu trattati biss minn persuni li ġew imħarrġa speċjalment għal dan il-għan.

L-Artikolu 19(5) jeħtieġ lill-Istati Membri, fejn ikun adegwat u possibbli, li jipprovdu assistenza u appoġġ għall-familja tat-tfal vittmi meta l-familja tkun fit-territorju tagħhom. AT, BE, BG, CY, EE, FI, HR, IE, LT, MT, NL, PT, SK u UK ħadu miżuri biex jittrasponu din id-dispożizzjoni, filwaqt li fl-Istati Membri l-oħra l-informazzjoni ma kinitx konklussiva.

2.2.3.Protezzjoni ta’ tfal vittmi f’investigazzjonijiet u proċedimenti kriminali (l-Artikolu 20)

L-Artikolu 20 jistabbilixxi r-rekwiżiti għall-Istati Membri li jikkonċernaw il-protezzjoni tal-vittmi fl-investigazzjonijiet u fil-proċedimenti kriminali.

Il-maġġoranza tal-Istati Membri (BG, CY, CZ, DE, EE, EL, ES, FR, FI, HR, HU, IE, IT, LT, LU, LV, MT, NL, PL, PT, RO, SE, SI, SK u UK (Ġibiltà)) ħadu miżuri li jiżguraw li f’investigazzjonijiet u proċedimenti kriminali l-awtoritajiet kompetenti jaħtru rappreżentant speċjali għat-tfal vittmi, f’konformità mal-Artikolu 20(1). L-informazzjoni pprovduta minn AT, BE u UK (l-Irlanda ta’ Fuq, l-Iskozja u l-Ingilterra/Wales) ma kinitx konklussiva.

Skont l-Artikolu 20(2), l-Istati Membri għandhom jiżguraw li t-tfal vittmi jkollhom aċċess għal konsulenza legali u rappreżentanza legali, li għandhom ikunu mingħajr ħlas fejn il-vittma ma jkollhiex riżorsi finanzjarji suffiċjenti. Il-maġġorparti tal-Istati Membri għandhom fis-seħħ leġiżlazzjoni li tittrasponi din id-dispożizzjoni. Għal AT, CZ, DE, EE, IE, LT, PL, RO u UK (l-Ingilterra/Wales, l-Iskozja u l-Irlanda ta’ Fuq) l-informazzjoni pprovduta ma kinitx konklussiva.

L-Artikolu 20(3) jiddeskrivi serje ta’ rekwiżiti li għandhom jiġu kkunsidrati meta jitwettqu investigazzjonijiet kriminali li jinvolvu tfal vittmi, u b’mod partikolari waqt intervisti. Filwaqt li EL, HR, LT, MT, PT, RO, SE u UK (l-Ingilterra/Wales, l-Irlanda ta’ Fuq u Ġibiltà) implimentaw il-miżuri meħtieġa biex jittrasponu l-Artikolu 20(3), l-informazzjoni pprovduta mill-Istati Membri l-oħra ma kinitx konklussiva.

Il-maġġorparti tal-Istati Membri ħadu miżuri biex jiżguraw li l-intervisti mat-tfal vittmi jew ma’ xhieda tfal jiġu rreġistrati b’mod awdjoviżiv u li dawn ir-reġistrazzjonijiet awdjoviżivi tal-intervisti jkunu jistgħu jintużaw bħala evidenza fi proċedimenti tal-qorti kriminali, skont l-Artikolu 20(4). L-informazzjoni pprovduta minn AT, FI, IE, MT u PL ma kinitx konklussiva.

L-Artikolu 20(5) jitlob lill-Istati Membri jimplimentaw miżuri li jiżguraw li jista’ jiġi ordnat li s-smigħ isir mingħajr il-preżenza tal-pubbliku jew mingħajr il-preżenza tat-tfal. Il-maġġoranza tal-Istati Membri ttrasponew dan l-Artikolu għalkemm l-informazzjoni pprovduta minn BE, FI, PL u UK (l-Iskozja) ma kinitx konklussiva.

F’konformità mal-Artikolu 20(5), il-maġġorparti tal-Istati Membri ħadu miżuri li jipproteġu l-privatezza, l-identità u l-immaġni tat-tfal vittmi, u jimpedixxu d-disseminazzjoni pubblika ta’ kwalunkwe informazzjoni li tista’ twassal għall-identifikazzjoni tagħhom. L-informazzjoni pprovduta minn BE, DE, PL, PT u SI ma kinitx konklussiva.

2.3.Prevenzjoni (l-Artikoli 10 u 21 sa 25)

2.3.1.Skwalifika li tirriżulta minn kundanni (l-Artikolu 10)

L-Artikolu 10 jindirizza l-prevenzjoni tar-reati kontra t-tfal permezz ta’ skwalifika li tirriżulta minn kundanni.

L-Artikolu 10(1) jobbliga lill-Istati Membri jimplimentaw miżuri biex jiżguraw li persuna fiżika li ġiet ikkundannata għal reati sesswali fuq it-tfal, tkun tista’ tiġi temporanjament jew permanentement impedita milli twettaq mill-inqas attivitajiet professjonali li jinvolvu kuntatt dirett u regolari mat-tfal. Xi Stati Membri (BE, BG, EL, ES, LT, PT u RO) għażlu skwalifika temporanja, filwaqt li LU u SK għażlu skwalifika permanenti. F’DE, FR, HR, HU, IE, MT u UK (l-Ingilterra/Wales, l-Irlanda ta’ Fuqu l-Iskozja), kemm l-iskwalifiki temporanji, kif ukoll dawk permanenti huma possibbli. Min-naħa l-oħra, mhuwiex ċar mil-leġiżlazzjoni ta’ CY, EE, FI, LV u NL jekk tali skwalifika hijiex permanenti jew temporanja. SE jittrasponi dan l-Artikolu permezz ta’ verifiki sistematiċi tal-preċedenti personali għal xogħol li jinvolvi kuntatt mat-tfal minflok permezz ta' dispożizzjoni speċifika għal skwalifika.

L-informazzjoni pprovduta minn AT, CZ, IT, PL, SI u UK (Ġibiltà) ma kinitx konklussiva.

Taħt l-Artikolu 10(2), l-Istati Membri għandhom jistabbilixxu miżuri biex jiżguraw li min iħaddem ikun intitolat li jitlob informazzjoni dwar kundanni kriminali jew skwalifiki meta jkun qed jirrekluta għal attivitajiet professjonali jew volontarji. Il-maġġorparti tal-Istati Membri ttrasponew din id-dispożizzjoni. L-informazzjoni tista' tinkiseb, pereżempju, billi tiġi rikjesta l-preżentazzjoni tar-rekord kriminali tal-persuna (BE, ES, FI, HR, HU, IE, IT, LU, MT, NL, PT, RO, SE, SK u UK), ir-reġistru tal-kundanni (LT), ir-reġistru tal-pieni (LV), ir-rekord ta' imġiba tajba (DE), ir-rekord tal-pulizija (CY), ir-rekord li jinkludi dejta ta' pieni kriminali (EE) jew il-fajl nazzjonali awtomatizzat ta' awturi ta' reati sesswali jew vjolenti (FR).

Fir-rigward tal-Artikolu 10(3), il-maġġorparti tal-Istati Membri ttrasponew ir-rekwiżit li tiġi trażmessa informazzjoni dwar kundanni kriminali u skwalifiki f'konfomità mal-proċeduri stabbiliti fid-Deċiżjoni Qafas 2009/315/ĠAI dwar l-iskambju ta' informazzjoni ta' rekords kriminali 7 . Madankollu, jidher li xi Stati Membri għadhom ma jiżgurawx li l-informazzjoni tkun trażmessa jekk Stati Membri oħrajn jirrikjedu informazzjoni dwar kundanni kriminali preċedenti. F'xi każijiet, huma ma jagħmluhx obbligu legali li din l-informazzjoni tintbagħat (BE, CZ, IE, LV, MT u SE). F'każijiet oħra, huma jmorru lil hinn mir-rekwiżit tad-Direttorat li l-persuna kkonċernata (ċittadin mill-Istat Membru A) trid tagħti kunsens għall-ħruġ ta' ċertifikat kriminali mill-pajjiż fejn biħsiebu jaħdem jew ikun voluntier (Stat Membru B) billi jirrikjedu speċifikament kunsens addizzjonali mill-persuna kkonċernata sabiex l-informazzjoni dwar il-kundanna tintbagħat minn Stat Membru A għal Stat Membru B (FI, LU u UK (l-Ingilterra/Wales, l-Irlanda ta' Fuq u l-Iskozja)).

2.3.2.Miżuri kontra r-reklamar ta’ opportunitajiet ta’ abbuż u ta’ turiżmu sesswali mat-tfal (l-Artikolu 21)

L-Artikolu 21 jipprevedi l-adozzjoni ta' miżuri ta' prevenzjoni/projbizzjoni kontra r-reklamar ta' opportunitajiet ta' abbuż u turiżmu sesswali mat-tfal.

L-Artikolu 21(a) jirrigwarda l-projbizzjoni/ il-prevenzjoni tat-tixrid ta' materjal li jirreklama l-opportunità għat-twettiq ta' reati sesswali mat-tfal. Filwaqt li AT, BE, CY, EE, EL, IT, LV, MT u SK għandhom fis-seħħ reat kriminali li jippenalizza r-reklamar speċifikat fl-Artikolu 21(a), DE, FI, FR, LV, PL, PT u RO ittrasponew din id-dispożizzjoni tad-Direttiva permezz ta' reat kriminali ta' inċitament pubbliku.

L-Artikolu 21(b) jirrigwarda l-projbizzjoni/ il-prevenzjoni tal-organizzazzjoni għal oħrajn ta' arranġamenti ta' vjaġġar bil-fini li jitwettaq reat. Il-maġġorparti tal-Istati Membri għandhom fis-seħħ miżuri nazzjonali biex jittrasponu din id-dispożizzjoni. Pereżempju, AT, BG u FI jikkriminalizzaw din l-imġiba permezz ta' dispożizzjonijiet li japplikaw għal assistenti/kompliċi u miżuri prattiki, filwaqt li għal CZ, LT u SK tali imġiba hija penalizzata biss permezz tad-dispożizzjoni li tapplika għall-parteċipanti, anki jekk ir-reat prinċipali ma jkunx twettaq. CY, EL, IT u MT adottaw reat speċifiku li jikkastiga l-organizzazzjoni ta' vjaġġi għal partijiet terzi bil-għan li jwettqu reati mat-tfal.

2.3.3.Programmi jew miżuri ta’ intervent preventiv (l-Artikolu 22)

L-Artikolu 22 jobbliga li l-Istati Membri jiżguraw li persuni li jkollhom il-biża' li jistgħu jwettqu reat jista' jkollhom aċċess għal programmi ta' intervent effettivi mfassla biex jevalwaw u jipprevjenu r-riskju li jitwettqu dawn ir-reati. AT, BG, DE, FI, NL, SK uUK (l-Ingilterra, l-Irlanda ta' Fuq u l-Iskozja) stabbilew miżuri biex jittrasponu din id-dispożizzjoni, filwaqt li l-informazzjoni pprovduta mill-Istati Membri l-oħrajn ma kinitx konklussiva.

2.3.4.Prevenzjoni (l-Artikolu 23)

L-Artikolu 23 jeħtieġ li l-Istati Membri jieħdu l-miżuri xierqa biex jipprevjenu l-abbuż sesswali u l-isfruttament sesswali tat-tfal.

L-Artikolu 23(1) jikkonċerna miżuri ta' edukazzjoni u taħriġ. Filwaqt li CY, EL, ES, u LT ttrasponew dan l-Artikolu permezz ta' dispożizzjonijiet leġiżlattivi speċifiċi, BG, CZ u PT użaw miżuri oħrajn bħal pjanijiet ta' azzjoni/strateġiji nazzjonali. NL, PL, RO, SE u UK (l-Ingilterra/Wales, l-Irlanda ta' Fuq u l-Iskozja), użaw miżuri leġiżlattivi ġenerali flimkien ma' kampanji u proġetti.

L-Artikolu 23(2) jikkonċerna kampanji ta' informazzjoni u sensibilizzazzjoni, possibilment f'kooperazzjoni mal-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili. L-Istati Membri kollha ttrasponew din id-dispożizzjoni, pereżempju permezz ta' programmi edukattivi (AT, BE, CY, FR, LU, LV, MT, PT, SK u UK (l-Ingilterra/Wales u l-Irlanda ta' Fuq)).

L-Artikolu 23(3) jikkonċerna t-taħriġ regolari ta' uffiċjali li x'aktarx ikunu f'kuntatt mat-tfal vittmi. Il-maġġoranza tal-Istati Membri ħadu l-miżuri biex jittrasponu din id-dispożizzjoni. L-informazzjoni minn EL, HU, IE, IT u UK (l-Iskozja) ma kinitx konklussiva.

2.3.5.Programmi jew miżuri ta’ intervent fuq bażi volontarja matul jew wara proċedimenti kriminali (l-Artikolu 24)

L-Artikolu 24 jirregola l-provvista ta' programmi jew miżuri ta' intervent matul jew wara l-proċedimenti kriminali.

L-Artikolu 24(1) jitlob li l-Istati Membri jiżguraw li programmi jew miżuri ta' intervent effettivi jkunu aċċessibbli fi kwalunkwe ħin matul il-proċedimenti kriminali, kemm ġewwa u kif ukoll barra mill-ħabs, biex jimpedixxu u jimminimizzaw ir-riskji ta' reati repetuti. Waqt li għadd ta' Stat Membri ħadu miżuri biex jittrasponu din id-dispożizzjoni, l-informazzjoni pprovduta minn AT, CY, CZ, DE, ES, FI, FR, HU, IE, IT, LU, LV, PL, PT, RO, SE, SI, SK u UK (l-Irlanda ta' Fuq, l-Iskozja u Ġibiltà) ma kinitx konklussiva.

L-Artikolu 24(2) jobbliga li l-programmi jew miżuri ta' intervent jissodisfaw il-ħtiġijiet speċifiċi tal-iżvilupp tat-tfal li jwettqu reat sesswali. L-Istati Membri ttrasponew din id-dispożizzjoni permezz ta' mezzi differenti bħal leġiżlazzjoni (BG, HR u RO), kumbinament ta' leġiżlazzjoni u miżuri oħrajn (HU, LT u MT), jew miżuri oħrajn (FI, NL u UK (l-Ingilterra/Wales, l-Irlanda ta' Fuq u l-Iskozja)).

L-Artikolu 24(3) jobbliga li l-aċċess għal programmi jew miżuri ta' intervent jiġi żgurat għal persuni soġġetti għal proċedimenti kriminali (l-Artikolu 24(3)(a)) u għal persuni kkundannati (l-Artikolu 24(3)(b)). CY, EL, MT, NL, RO u UK ħadu miżuri biex jittrasponu l-Artikolu 24(3)(a) u BG, CY, DE, EL, ES, FI, HR, IT, LT, MT, NL, RO u UK ħadu miżuri biex jittrasponu l-Artikolu 24(3)(b). L-informazzjoni pprovduta mill-bqija tal-Istati Membri ma kinitx konklussiva.

Taħt l-Artikolu 24(4), l-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-persuni li jista' jkollhom aċċess għal programmi jew miżuri ta' intervent ikunu suġġetti għal valutazzjoni tal-periklu li jirrappreżentaw u tar-riskju li jkunu reċidivi , bil-għan li jiġu identifikati l-programm jew il-miżura adatti ta' intervent. AT, EL, HR, LT, MT, RO u SE ħadu miżuri biex jittrasponu din id-dispożizzjoni filwaqt li l-informazzjoni pprovduta mill-bqija tal-Istati Membri ma kinitx konklussiva.

L-Artikolu 24(5) jitlob li l-Istati Membri jiżguraw li l-persuni li jista' jkollhom aċċess għal programmi jew miżuri ta' intervent ikunu informati bis-sħiħ dwar ir-raġunijiet għall-proposta (l-Artikolu 24(5)(a)), jagħtu l-kunsens tagħhom biex jipparteċipaw fil-programmi bl-għarfien sħiħ tal-fatti (l-Artikolu 25(5)(b)) u jistgħu jirrifjutaw u jkunu mgħarrfa bil-konsegwenzi fil-każ ta' persuni kkundannati (l-Artikolu 24(5)(c)). AT, BG, CY, EE, FI, LT, MT u UK (Ġibiltà) ħadu miżuri biex jittrasponu l-Artikoli 24(5)(a) u (b) u CY, EE, FI, FR, LT, MT u UK (Ġibiltà) biex jittrasponu l-Artikolu 24(5)(c). L-informazzjoni pprovduta minn Stati Membri oħrajn ma kinitx konklussiva.

2.3.6.Miżuri kontra siti elettroniċi li jkollhom fihom jew li jxerrdu l-pedopornografija (l-Artikolu 25)

Jekk jogħġbok irreferi għar-rapport speċifiku separat dwar it-traspożizzjoni ta' dan l-Artikolu 8 .

3.KONKLUŻJONIJIET U PASSI LI JMISS

Id-Direttiva hija qafas leġiżlattiv komprensiv li wassal għal progress sostanzjali fl-Istati Membri billi emenda l-kodiċi kriminali, il-proċeduri kriminali u l-leġiżlazzjoni settorjali, jissimplifika l-proċeduri, iwaqqaf jew itejjeb skemi ta' kooperazzjoni u jtejjeb il-koordinazzjoni ta' atturi nazzjonali. Il-Kummissjoni tirrikonoxxi l-isforzi ewlenin magħmula mill-Istati Membri biex jittrasponu d-Direttiva.

Madankollu, għad hemm ambitu konsiderevoli għad-Direttiva sakemm din tilħaq il-potenzjal sħiħ tagħha permezz tal-implimentazzjoni sħiħa tad-dispożizzjonijiet kollha tagħha mill-Istati Membri.

L-analiżi sa issa tissuġġerixxi li xi wħud mill-isfidi ewlenin għall-Istati Membri jistgħu ikunu relatati mal-programmi ta' prevenzjoni u ta' intervent għat-trasgressuri (l-Artikoli 22, 23 u 24), liġi kriminali sostanzjali (l-Artikoli 3, 4 u 5) u miżuri ta' assistenza, appoġġ u protezzjoni għat-tfal vittmi (l-Artikoli 18, 19 u 20).

Jidher li dispożizzjonijiet anqas diffikultużi jinkludu dawk relatati mal-inċitament, l-għajnuna u l-faċilitazzjoni, u t-tentattiv (l-Artikolu 7), attivitajiet sesswali kunsenswali (l-Artikolu 8), qbid u konfiska (l-Artikolu 11) u responsabbiltà ta' persuni ġuridiċi u sanzjonijiet kontra persuni ġuridiċi (l-Artikoli 12 u 13).

Minħabba n-natura komprensiva tad-Direttiva, il-Kummissjoni se tiffoka fuq li tiżgura li t-traspożizzjoni tiġi finalizzata fl-UE kollha u li d-dispożizzjonijiet jiġu implimentati b'mod korrett. Għalhekk, għalissa, il-Kummissjoni ma għandha ebda pjan li tipproponi emendi għad-Direttiva jew kull leġiżlazzjoni kumplimentari. Il-Kummissjoni, minflok, se tiffoka l-isforzi tagħha biex tiżgura li t-tfal jibbenefikaw mill-valur miżjud sħiħ tad-Direttiva, permezz tat-traspożizzjoni u l-implimentazzjoni sħiħa tagħha mill-Istati Membri.

Il-Kummissjoni se tkompli tipprovdi appoġġ lill-Istati Membri biex tiżgura livell sodisfaċenti ta' traspożizzjoni u implimentazzjoni. Dan jinkludi monitoraġġ li l-miżuri nazzjonali jkunu konformi mad-dispożizzjonijiet rispettivi fid-Direttiva. Fejn ikun meħtieġ, il-Kummissjoni se tagħmel użu mis-setgħat ta' infurzar taħt it-Trattati permezz ta' proċeduri ta' ksur. Hija se tappoġġa wkoll l-implimentazzjoni tad-Direttiva billi tiffaċilita l-iżvilupp u l-iskambju tal-aħjar prattiki f'oqsma speċifiċi bħall-programmi ta' prevenzjoni u ta' intervent għat-trasgressuri.

(1)

 Is-Sistema Ewropea ta’ Informazzjoni ta’ Rekords Kriminali, irregolata mid-Deċiżjoni Qafas tal-Kunsill 2009/315/ĠAI tas-26 ta’ Frar 2009 dwar l-organizzazzjoni u l-kontenut tal-iskambju bejn l-Istati Membri, ta’ informazzjoni estratta mir-rekords kriminali, u d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2009/316/ĠAI tas-6 ta’ April 2009 dwar l-istabbiliment ta’ Sistema Ewropea ta’ Informazzjoni ta’ Rekords Kriminali (ECRIS) fl-applikazzjoni tal-Artikolu 11 tad-Deċiżjoni Qafas 2009/315/ĠAI. Aktar informazzjoni dwar l-ECRIS tinsab fi http://ec.europa.eu/justice/criminal/european-e-justice/ecris/index_en.htm.

(2)

 Minn dan il-punt ’il quddiem, l-“Istati Membri” jew l-“Istati Membri” kollha jirreferu għall-Istati Membri marbutin bid-Direttiva (jiġifieri l-Istati Membri tal-UE kollha minbarra d-Danimarka). F’konformità mal-Artikoli 1 u 2 tal-Protokoll 22 dwar il-Pożizzjoni tad-Danimarka, id-Danimarka la ħadet sehem fl-adozzjoni tad-Direttiva, u lanqas ma tapplika għaliha d-Direttiva. Madankollu d-Deċiżjoni Kwadru tal-Kunsill 2004/68/ĠAI tibqa’ tapplika għad-Danimarka u tibqa’ mandatorja għaliha. F’konformità mal-Artikolu 3 tal-Protokoll 21 dwar il-pożizzjoni tar-Renju Unit u l-Irlanda, it-tnejn li huma ħadu sehem fl-adozzjoni tad-Direttiva u huma marbutin biha.

(3)

 F’konformità mal-Artikolu 28(2) tad-Direttiva, l-implimentazzjoni tal-Artikolu 25 dwar miżuri kontra siti web li jkun fihom jew li jxerrdu l-pedopornografija hija vvalutata f’rapport separat (COM(2016)872) ippubblikat b’mod konġunt ma’ dan.

(4) L-Istati Membri f'dan id-dokument huma mqassra skont dawn ir-regoli: http://publications.europa.eu/code/mt/mt-370100.htm
(5) Pereżempju, il-valutazzjoni tista’ tinkludi l-evalwazzjoni tas-sitwazzjoni tat-tfal vittmi fuq il-bażi tal-informazzjoni miġbura mill-familja, mit-tfal, mill-iskola, miċ-ċentri li jieħdu ħsieb it-tfal, mill-qraba jew awtoritajiet oħra, mill-iżvilupp u s-sodisfazzjoni tal-bżonnijiet tat-tfal, il-kapaċità parentali, l-ambjent soċjali tat-tfal u tal-familja, l-opinjonijiet u x-xewqat tat-tfal, u l-età tat-tfal, il-kundizzjoni tas-saħħa, il-maturità intellettwali u l-identità kulturali.
(6) Id-Deċiżjoni Qafas tal-Kunsill 2011/220/ĠAI tal-15 ta’ Marzu 2001 dwar id-drittijiet tal-vittmi fil-proċeduri kriminali, sostitwita bid-Direttiva 2012/29/UE tal-25 ta’ Ottubru 2012 li tistabbilixxi standards minimi fir-rigward tad-drittijiet, l-appoġġ u l-protezzjoni tal-vittmi tal-kriminalità.
(7) Ara n-nota f'qiegħ il-paġna.
(8) Ara n-nota f'qiegħ il-paġna 3.
Top