EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 52019M9362

Notifika minn qabel ta’ konċentrazzjoni (Il-Każ M.9362 — Suez Organique/Avril PA/Terrial) — Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata (Test b'rilevanza għaż-ŻEE.)

ĠU C 192, 7.6.2019, p. 40–41 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

7.6.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 192/40


Notifika minn qabel ta’ konċentrazzjoni

(Il-Każ M.9362 — Suez Organique/Avril PA/Terrial)

Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

(2019/C 192/16)

1.   

Fit-28 ta’ Mejju 2019, il-Kummissjoni rċeviet notifika ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1).

Din in-notifika tikkonċerna l-impriżi li ġejjin:

Suez Organique SAS (“Suez Organique”, Franza),

Avril SCA (“Avril”, Franza),

SAS Terrial (“Terrier”, Franza), ikkontrollata biss minn Avril.

Suez Organique u Avril jakkwistaw, fis-sens tal-Artikolu 3(1)(b) u 3(4) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll konġunt ta’ Terrial.

Il-konċentrazzjoni hija mwettqa permezz tax-xiri ta’ ishma u ta’ trasferiment ta’ assi.

2.   

L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:

—   Suez Organique: it-trattament bijoloġiku tal-iskart organiku,

—   Avril: il-produzzjoni u l-bejgħ ta’ prodotti bbażati fuq iż-żejt u l-għalf tal-annimali,

—   Terrial: ġbir ta’ skart organiku kif ukoll produzzjoni u bejgħ ta’ emendi u fertilizzanti organiċi tal-ħamrija.

3.   

Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.

Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar proċedura ssimplifikata għat-trattament ta’ ċerti konċentrazzjonijiet skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (2) jinħtieġ li jiġi nnutat li dan il-każ jista’ jiġi kkunsidrat għal trattament skont il-proċedura stabbilita fl-Avviż.

4.   

Il-Kummissjoni tistieden lil terzi persuni interessati biex jibagħtulha l-kummenti li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta.

Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Jinħtieġ li r-referenza li ġejja dejjem tiġi speċifikata:

M.9362 — Suez Organique/Avril PA/Terrial

Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz tal-email, permezz tal-faks jew permezz tal-posta. Uża d-dettalji ta’ kuntatt ta’ hawn taħt:

Email: COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu

Faks +32 22964301

Indirizz postali:

European Commission

Directorate-General for Competition

Merger Registry

1049 Bruxelles/Brussel

BELGIQUE/BELGIË


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).

(2)  ĠU C 366, 14.12.2013, p. 5.


Top