This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 52019M9357
Prior notification of a concentration (Case M.9357 — FIS/Worldpay) (Text with EEA relevance.)
Notifika minn qabel ta’ konċentrazzjoni (Il-Każ M.9357 — FIS/Worldpay) (Test b'rilevanza għaż-ŻEE.)
Notifika minn qabel ta’ konċentrazzjoni (Il-Każ M.9357 — FIS/Worldpay) (Test b'rilevanza għaż-ŻEE.)
ĠU C 192, 7.6.2019, p. 42–42
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
7.6.2019 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 192/42 |
Notifika minn qabel ta’ konċentrazzjoni
(Il-Każ M.9357 — FIS/Worldpay)
(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
(2019/C 192/17)
1.
Fit-28 ta’ Mejju 2019, il-Kummissjoni rċeviet avviż ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1).Dan l-avviż jikkonċerna l-impriżi li ġejjin:
— |
Fidelity National Information Services, Inc. (“FIS”, l-Istati Uniti tal-Amerika), |
— |
Worldpay Inc. (“Worldpay”, l-Istati Uniti tal-Amerika). |
FIS takkwista, fis-sens tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll ta’ Worldplay kollha kemm hi.
Il-konċentrazzjoni hija mwettqa permezz ta’ xiri ta’ ishma.
2.
L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:
— |
FIS hija fornitur dinji tat-teknoloġija tas-servizzi finanzjarji b’iffukar fuq l-operazzjonijiet bankarji għallġ-konsumatur u għall-istituzzjonijiet, il-pagamenti, il-ġestjoni tal-assi u tal-ġid, ir-riskju u l-konformità, u s-soluzzjonijiet ta’ outsourcing; |
— |
Worldpay hija fornitur dinji ta’ akkwist merkantili u servizzi tat-teknoloġija tal-ħlas relatati. |
3.
Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.
4.
Il-Kummissjoni tistieden lil terzi persuni interessati biex jibagħtulha l-kummenti li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta.Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Jinħtieġ li r-referenza li ġejja dejjem tiġi speċifikata:
M.9357 — FIS/Worldpay
Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz tal-email, permezz tal-faks jew permezz tal-posta. Uża d-dettalji ta’ kuntatt ta’ hawn taħt:
Email: COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu |
Faks +32 22964301 |
Indirizz postali: |
European Commission |
Directorate-General for Competition |
Merger Registry |
1049 Bruxelles/Brussel |
BELGIQUE/BELGIË |
(1) ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).