This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 52017IE0703
Opinion of the European Economic and Social Committee on ‘The counterfeit and pirated products industry’ (own-initiative opinion)
Opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew dwar “L-industrija tal-prodotti ffalsifikati u l-piraterija” (opinjoni fuq inizjattiva proprja)
Opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew dwar “L-industrija tal-prodotti ffalsifikati u l-piraterija” (opinjoni fuq inizjattiva proprja)
ĠU C 345, 13.10.2017, pp. 25–31
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
|
13.10.2017 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 345/25 |
Opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew dwar “L-industrija tal-prodotti ffalsifikati u l-piraterija”
(opinjoni fuq inizjattiva proprja)
(2017/C 345/04)
|
Relatur: |
Antonello PEZZINI |
|
Korelatur: |
Hannes LEO |
|
Deċiżjoni tal-Assemblea Plenarja |
26.1.2017 |
|
Bażi legali |
Artikolu 29(2) tar-Regoli ta’ Proċedura |
|
|
Opinjoni fuq inizjattiva proprja |
|
Sezzjoni kompetenti |
Kummissjoni Konsultattiva dwar il-Bidliet Industrijali (CCMI) |
|
Adottata fis-CCMI |
22.6.2017 |
|
Adottata fil-plenarja |
5.7.2017 |
|
Sessjoni tal-plenarja Nru |
527 |
|
Riżultat tal-votazzjoni (favur/kontra/astensjonijiet) |
119/0/0 |
1. Konklużjonijiet u rakkomandazzjonijiet
|
1.1. |
L-ekonomija Ewropea qed tkun ibbażata dejjem aktar fuq il-kreattività u l-innovazzjoni. L-industriji intensivi tad-drittijiet tal-proprjetà intellettwali (IPR) fl-Ewropa jammontaw għal 39 % tal-PDG tal-UE u 26 % tal-impjiegi tagħha (1). Il-KESE jqis li n-negozji jridu jgawdu minn sensiela ta’ kundizzjonijiet li jiffaċilitaw l-innovazzjoni, l-investiment u l-impjiegi. |
|
1.2. |
Skont l-istimi min-NU (2) u l-OECD, il-prodotti ffalsifikati jirrappreżentaw 5-7 % (UN) jew sa 2,5 % (OECD) tal-kummerċ dinji. Il-parti l-kbira ta’ prodotti ffalsifikati fl-Ewropa huma prodotti barra mill-UE, iżda l-produzzjoni qed tiżdied fl-Istati Membri. L-Internet b’mod konsiderevoli ssemplifika u żied bi kbir l-ambitu għal bejgħ ta’ prodotti ffalsifikati onlajn, filwaqt li r-riskju li jitħarrku għadu baxx ħafna. |
|
1.3. |
L-industrija tal-prodotti ffalsifikati, peress li tieħu vantaġġ kemm tad-differenzi fl-effettività fil-kontrolli doganali fil-punti tad-dħul ewlenin tas-suq uniku, kif ukoll tan-natura frammentata u varjabbli tal-implimentazzjoni nazzjonali tar-regoli u l-istandards tal-UE fil-livell, tiffavorixxi d-dħul fl-UE ta’ prodotti li joħolqu riskju għas-saħħa tal-konsumaturi, is-sigurtà u s-sikurezza pubblika u l-kompetittività tan-negozji. |
|
1.4. |
Konsegwentement, Unjoni Doganali li tiffunzjona b’mod sħiħ u li tkun interoprattiva għandha tiżgura l-operat effiċjenti tas-sistema l-ġdida introdotta mill-kodiċi doganali, waqt li tipproteġi n-negozji kontra l-kompetizzjoni inġusta, speċjalment mill-industrija globali tal-prodotti ffalsifikati u l-piraterija – mhux biss fl-interess tan-negozji iżda minħabba li għandha konsegwenzi diretti fuq is-saħħa globali, is-sigurtà u s-sikurezza, kif ukoll it-tkabbir ekonomiku. |
|
1.5. |
Fil-fehma tal-KESE, peress li għandu jkun hemm distinzzjoni bejn żewġ tipi ta’ falsifikazzjoni – “falsifikazzjoni” bħala ksur tal-IPR, jiġifieri kompetizzjoni inġusta pura b’ebda theddida għas-sikurezza u s-saħħa pubblika, u “reati ta’ falsifikazzjoni” bħala att kriminali, kif definit mill-Konvenzjoni Medicrime (3) – il-ġlieda kontra l-falsifikazzjoni u l-piraterija għandha tkun prijorità ewlenija tal-UE mhux biss bl-għan li jiġi żgurat it-tkabbir b’saħħtu tal-kummerċ ħieles globali mingħajr protezzjoniżmu, iżda wkoll fid-dawl tal-professjonalizzazzjoni tal-kriminalità organizzata fil-kummerċ tal-prodotti ffalsifikati u kkupjati u r-riskji għall-konsumaturi. Dan jista’ jinvolvi proċeduri kriminali xierqa biex jiskoraġġixxu dan it-tip ta’ attivitajiet ta’ “reati ta’ falsifikazzjoni”. |
|
1.6. |
Sabiex jitnaqqas l-impatt negattiv tal-volum dejjem jikber ta’ prodotti ffalsifikati u l-piraterija fis-suq, għandhom jittieħdu miżuri fil-livell settorjali, nazzjonali, Ewropew u multilaterali biex jiġu miġġielda:
|
|
1.7. |
Il-KESE huwa konvint li huwa meħtieġ sforz konġunt mill-atturi pubbliċi u privati kollha biex jidentifikaw u jimplimentaw strateġija konġunta ta’ miżuri koordinati mmirati lejn il-prevenzjoni, id-detezzjoni u l-ġlieda kontra dan il-fenomenu, appoġġjat minn qafas leġislattiv u tekniku komuni adatt. |
|
1.8. |
Madankollu, il-KESE jqis li l-inizjattiva hija primarjament kwistjoni f’idejn is-settur privat tal-UE li jinkludi l-industriji u l-fornituri ta’ servizzi li huma l-aktar ikkonċernati – kif ukoll il-katina ta’ valur kollha, bl-involviment tad-detenturi tad-drittijiet u l-SMEs, filwaqt li l-Kummissjoni Ewropea għandha taġġorna l-qafas regolatorju għall-IPRs, bl-għan li timmodernizza r-regoli eżistenti u tadatta l-opzjonijiet tal-liġi kriminali attwalment disponibbli fl-UE u l-Istati Membri tagħha. Flimkien dawn għandhom jibnu impetu konġunt b’saħħtu, mis-sors tul il-katina tal-provvista kollha, filwaqt li jiġu identifikati l-mekkaniżmi għall-koperazzjoni internazzjonali u l-monitoraġġ ta’ fornituri/klijenti, sabiex jitnaqqas ir-riskju ta’ falsifikazzjoni fil-katina tal-provvista. |
|
1.9. |
Azzjoni konġunta aktar b’saħħitha mis-settur privat hija kruċjali, fil-fehma tal-KESE, biex jiġu żgurati sħubijiet effettivi mal-fornituri tas-siti tal-Internet, il-produtturi tal-kontenut, is-sidien tal-marka kummerċjali, l-operaturi ta’ pagamenti elettroniċi, dawk li jirreklamaw/in-netwerks tar-reklamar u r-reġistri tad-domains tal-Internet, u memorandums volontarji ta’ azzjoni konġunta, li huma kapaċi jiġġeneraw aġġustamenti rapidi għal bidliet mhux mistennija tas-suq. |
|
1.10. |
Il-promozzjoni qawwija mis-settur privat għandha tiġi appoġġjata b’miżuri pubbliċi bħal:
|
|
1.11. |
Il-KESE jqis li kampanja kontra l-falsifikazzjoni Ewropea għandha tiġi ffinanzjata, inkluż Jum Ewropew għall-Ġlieda Kontra l-Falsifikazzjoni u linja telefonika “hotline” speċjali, b’enfasi fuq:
|
|
1.12. |
Il-KESE jqis essenzjali l-koordinazzjoni aktar mill-qrib tad-diversi servizzi tal-Kummissjoni Ewropea mal-aġenziji Ewropej li huma involuti f’din il-kwistjoni mal-kontropartijiet tagħhom fi Stati Membri. Dan jista’ jinkiseb bl-għoti ta’ riżorsi suffiċjenti għal koperazzjoni madwar l-Ewropa u l-isforzi biex tiġi stabbilita kultura reali ta’ koperazzjoni. It-twaqqif ta’ task force ċentrali għall-iffalsifikar għal perjodu adegwat ta’ żmien għandu jgħin biex jinkiseb b’mod effettiv dan l-objettiv. |
|
1.13. |
Il-KESE jħeġġeġ lill-Kunsill u l-PE, bħala kwistjoni ta’ urġenza, biex jinsistu mal-Kummissjoni Ewropea sabiex:
|
2. Introduzzjoni: natura u karatteristiċi kwalitattivi u kwantitattivi tal-fenomenu
|
2.1. |
Biex jiġi definit is-suġġett tal-Opinjoni preżenti, issir referenza għall-kunċetti ta’ falsifikazzjoni stabbiliti fir-Regolament (UE) Nru 608/2013. Il-“piraterija elettronika u diġitali”, il-kummerċ u t-tixrid ta’ softwer tal-IT jew fajls illegali, bi ksur tal-liġijiet ta’ proprjetà intellettwali rilevanti, ma jaqgħux fl-ambitu ta’ din l-Opinjoni, peress li dawn huma marbuta mill-qrib mal-Aġenda Diġitali, li dwarhom il-KESE stabbilixxa Grupp ta’ Studju Permanenti dedikat. |
|
2.2. |
Il-kwantifikazzjoni tal-fenomenu tal-iffalsifikar hija kompitu kumpless, peress li, bħal f’kull qasam ta’ attività illegali, id-data disponibbli hija wisq ibbażata fuq stimi u approssimazzjonijiet, minħabba li l-mezzi ta’ falsifikazzjoni huma fil-parti l-kbira kkontrollati minn organizzazzjonijiet kriminali, li jkunu identifikaw b’mod għaqli l-potenzjal enormi ta’ dan it-tip ta’ attività illegali, bir-riskji minimi li jinqabdu. |
|
2.3. |
Fi snin reċenti, it-tipi ta’ prodotti li kienu l-mira tal-falsifikazzjoni mmultiplikaw sal-punt li ma hemm l-ebda prodott li ma jistax jiġi imitat u mibjugħ: kollox huwa kkuppjat, minn aċċessorji tal-ħwejjeġ, għal parts tal-bdil u għodod mekkaniċi, materjali u tagħmir għall-kostruzzjoni, ġojjelli, żraben, oġġetti ta’ disinn, ġugarelli, kosmetiċi, u mediċina, u l-prodotti foloz issa jidhru li jikkostitwixxu settur parallel fid-dritt tagħhom stess, kompetitur reali li n-negozji jridu jħabbtu wiċċhom miegħu u li minnu jridu jiddefendu s-sehem tas-suq tagħhom. |
|
2.4. |
Il-faċilitazzjoni tax-xiri spiss tfisser li l-konsumaturi jagħżlu l-prodotti ffalsifikati, b’riperkussjonijiet serji fuq in-negozji, partikolarment l-SMEs; regolati ħażin u diffiċli li tikkontrolhom, il-kummerċ elettroniku u l-irkanti onlajn jirrappreżentaw mod effettiv u sikur biex tiġi stabbilita bażi ta’ klijenti wiesgħa u kummerċ ta’ prodotti ffalsifikati bi prezzijiet baxxi. |
|
2.5. |
Il-falsifikazzjoni saret waħda mill-faċilitaturi u finanzjaturi ewlenin tal-kriminalità organizzata. L-involviment tal-organizzazzjonijiet kriminali rriżulta f’żieda drastika fil-livell ta’ professjonaliżmu fl-industrija ta’ prodotti ffalsifikati: il-kriminali organizzati żviluppaw in-netwerks meħtieġa biex jippermettulhom jottimizzaw ir-riżultati tagħhom fuq skala globali. |
|
2.6. |
Il-produzzjoni tal-oġġetti ffalsifikati hija ġeneralment ikkunsidrata fenomenu estern: l-istatistika doganali turi b’mod ċar li l-maġġoranza tal-pajjiżi li minnhom oriġinaw il-prodotti ffalsifikati mhumiex membri tal-UE. Iċ-Ċina, minkejja li għamlet l-ikbar impenn fil-ġlieda kontra l-falsifikazzjoni, tibqa’ waħda mill-atturi ewlenin tal-industrija. |
|
2.7. |
L-iżvilupp tal-Internet ħoloq mezzi ta’ distribuzzjoni ġodda għal prodotti ffalsifikati li jinvolvu livell baxx ta’ riskju għal min qiegħed ibigħ minħabba diffikultajiet fil-prosekuzzjoni ta’ intermedjarji fil-katina ta’ valur. Hemm bżonn ta’ kooperazzjoni akbar tul il-katina ta’ valur kollha sabiex tindirizza b’mod effettiv il-kummerċ ta’ oġġetti ffalsifikati onlajn. |
|
2.8. |
L-industriji intensivi fl-IPR fl-Ewropa jammontaw għal 39 % tal-PDG tal-UE u 26 % tal-impjiegi tagħha (5). Skont studji reċenti (6), l-oġġetti ffalsifikati jirrappreżentaw bejn 5 u 7 % tal-kummerċ dinji, li jammonta għal madwar EUR 600 biljun fis-sena, filwaqt li l-OECD (7) poġġiet il-valur tal-importazzjonijiet ta’ oġġetti foloz għal 2,5 % tal-kummerċ internazzjonali fl-2013, ekwivalenti għal EUR 338 biljun, u tistma li sa 5 %, jew EUR 85 biljun, ta’ oġġetti importati fl-UE huma ffalsifikati jew ikkupjati, minbarra dawk prodotti u mibjugħa fi Stat Membru wieħed, u dawk mixtrija fuq l-Internet u permezz ta’ attività ekonomika indiretta. |
|
2.9. |
Skont statistika internazzjonali oħra mill-2017 (8), il-kummerċ globali tal-oġġetti ffalsifikati u l-piraterija huwa stmat li jiġġenera bejn USD 923 biljun u USD 1,13 triljun fis-sena. |
|
2.10. |
Il-produzzjoni ta’ oġġetti ffalsifikati, fosthom fuq skala kbira, qed tiżdied fl-Istati Membri billi min jiffalsifika jipprova jaħrab il-kontrolli doganali fil-fruntieri esterni tal-UE. |
|
2.11. |
It-tqegħid fis-suq ta’ prodotti ffalsifikati u kkupjati jikkawża ħsara enormi għall-ekonomija, u jiffaċilita l-iżvilupp ta’ “ekonomija sotterranja”, li ċċaħħad mid-dħul (9) meħtieġ għal servizzi pubbliċi essenzjali u tqiegħed piż fiskali ikbar fuq il-kontribwenti, b’telf ta’ impjiegi regolari. |
|
2.12. |
Fl-UE, il-falsifikazzjoni hija responsabbli għal madwar 800 000 impjieg mitluf kull sena u madwar EUR 14,3 biljun f’telf ta’ dħul mit-taxxa fis-sena, inklużi l-VAT u d-dazji tas-sisa (10). |
|
2.13. |
Il-PE adotta sensiela ta’ riżoluzzjonijiet dwar is-suġġett, partikolarment ir-Riżoluzzjoni tiegħu tad-9 ta’ Ġunju 2015 (11), li fiha huwa rrakkomanda li jiġi segwit approċċ li jgħaqqad flimkien l-atturi kollha fil-ġlieda kontra l-falsifikazzjoni, b’hekk titqajjem kuxjenza fost il-konsumaturi u jiġu pprovduti b’aktar informazzjoni, jiġu żviluppati mudelli kummerċjali ġodda, jittejbu l-mekkaniżmi ta’ difiża għall-SMEs, tiġi promossa konverġenza ta’ interessi bejn l-Istati Membri u l-pajjiżi terzi u jsir aktar użu tad-data miġbura mill-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO). |
|
2.14. |
Fid-19 ta’ Marzu 2013, il-Kunsill adotta Riżoluzzjoni dwar il-Pjan ta’ Azzjoni Doganali tal-UE għall-ġlieda kontra l-ksur tad-drittijiet tal-proprjetà intellettwali (mill-2013 sal-2017), li tistabbilixxi objettivi ċari, talloka riżorsi xierqa u tiddefinixxi r-riżultat u l-indikaturi ta’ prestazzjoni skont il-pjan direzzjonali definit b’mod ċar dwar:
|
|
2.15. |
Fit-18 ta’ Mejju 2017, il-konklużjonijiet tal-Kunsill li jistabbilixxu l-prijoritajiet tal-UE għall-ġlieda kontra l-kriminalità internazzjonali organizzata u serja bejn l-2018 u l-2021 jenfasizzaw li “s-swieq kriminali huma dejjem aktar kumplessi u dinamiċi[…]. […] Għalhekk jenħtieġ li tingħata attenzjoni speċjali għall-kummerċ online ta’ oġġetti u servizzi illeċiti, inkluż oġġetti ffalsifikati […]”. |
3. Ħarsa ġenerali internazzjonali
|
3.1. |
L-istatistiċi doganali juru b’mod ċar li l-maġġoranza tal-pajjiżi li minnhom il-prodotti ffalsifikati joriġinaw mhumiex membri tal-UE, peress li l-atturi ewlenin fl-industrija tal-falsifikazzjoni jinkludu mhux biss liċ-Ċina u lil Hong Kong, iżda wkoll pajjiżi oħrajn Asjatiċi speċjalizzati f’setturi speċifiċi: l-Indja fil-farmaċewtiċi, l-Eġittu fil-prodotti tal-ikel u t-Turkija fil-fwejjaħ, il-kosmetiċi u ż-żraben, flimkien mal-Malasja, il-Belarus, l-Emirati Għarab Magħquda, l-Indonesja, it-Tajlandja u l-Filippini. |
|
3.2. |
Fl-2014, l-istatistika doganali tal-UE wriet li aktar minn 66 % ta’ prodotti ffalsifikati tat-tessuti u tal-ħwejjeġ ġew minn barra l-UE. |
|
3.3. |
Il-punti ta’ tranżitu għat-trasport ta’ oġġetti mill-Asja lejn l-Ewropa jaqdu rwol partikolarment importanti, peress li jaġixxu bħala żoni ċentrali għat-trasport ta’ oġġetti fil-kontejners f’netwerk ta’ 3 000 żona ħielsa li jinsabu f’135 pajjiż differenti. Dawn iż-żoni huma użati bħala post biex jiġi skambjat, dokumentat u tingħata tikketta mill-ġdid il-kontenut tal-kontenituri. |
|
3.4. |
Fattur ieħor li għandu jitqies huwa ż-żieda konsiderevoli fil-produzzjoni domestika ta’ oġġetti ffalsifikati u kkupjati fl-UE, attività li, skont l-Europol, qed issir aktar u aktar profittabbli għall-kriminali organizzati u li ġġorr ir-riskji ferm aktar baxxi u hija marbuta ma’ tipi oħra ta’ kriminalità, bħall-frodi, il-falsifikazzjoni tad-dokumenti, l-evażjoni tat-taxxa u t-traffikar tal-bnedmin. |
|
3.5. |
Bir-rilokazzjoni tal-faċilitajiet tal-produzzjoni ta’ oġġetti ffalsifikati u kkupjati fi ħdan l-UE, l-ispejjeż riżultanti aktar baxxi tat-trasport u r-riskji mnaqqsa tal-interċettar, kif ukoll l-iżvilupp ta’ netwerks tal-kriminalità organizzata tajjeb b’riżorsi adegwati, jidher li qed jitfaċċa mudell ġdid: l-espansjoni mistennija taż-żona ħielsa Tanger Med fil-Marokk, 15-il km biss ’il bogħod mill-UE, tista’ toffri lin-netwerks kriminali aktar opportunitajiet biex jitqiegħdu kwantitajiet akbar ta’ oġġetti ffalsifikati fis-suq Ewropew. |
|
3.6. |
Il-pajjiżi li n-negozji tagħhom huma l-iktar affettwati mill-falsifikazzjoni tal-attivitajiet bejn l-2011 u l-2013 huma l-Istati Uniti b’20 %, l-Italja bi 15 %, Franza u l-Isvizzera bi 12 %,, il-Ġappun u l-Ġermanja bi 8 %, ir-Renju Unit u l-Lussemburgu. Telf indirett u spejjeż addizzjonali mġarrba għal soluzzjonijiet ta’ disinn/innovazzjoni ġodda minħabba attivitajiet ta’ falsifikazzjoni m’għandhomx jiġu sottovalutati. |
4. Il-ġlieda kontra l-falsifikazzjoni u l-piraterija fis-suq uniku
|
4.1. |
Il-KESE jappella bil-qawwa lill-Istati Membri biex jintroduċu miżuri mmirati lejn:
|
|
4.2. |
Il-KESE jappella għal qafas ġdid tal-UE 2018-2021, inkluż Pjan ta’ Azzjoni kompletament iffinanzjat u kkoordinat bil-ħsieb li jissaħħu l-leġislazzjoni u l-inizjattivi dwar il-ġlieda kontra l-falsifikazzjoni fil-livell tal-UE, permezz ta’ miżuri bħal:
|
5. Tiġi żgurata governanza ottima
|
5.1. |
Huwa essenzjali, fil-fehma tal-KESE, li tkun żgurata koordinazzjoni aktar mill-qrib bejn id-diversi servizzi tal-Kummissjoni u l-aġenziji Ewropej involuti f’din il-kwistjoni. Dan jista’ jintlaħaq billi titwaqqaf task force li tirrapporta direttament lill-President tal-Kummissjoni, li tkun kapaċi tinteraġixxi mal-partijiet tas-settur privat rilevanti, il-korpi internazzjonali u l-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri. |
|
5.2. |
Din it-task force għall-falsifikazzjoni għandha tippreżenta rapport annwali komprensiv dwar il-progress li jkun sar f’oqsma regolatorji, teknoloġiċi u strutturali, speċjalment fil-livell internazzjonali. |
|
5.3. |
Il-Kummissjoni Ewropea u l-aġenziji Ewropej, speċjalment l-EUIPO, l-Europol u l-OLAF, kif ukoll NGOs involuti fil-ġlieda kontra l-falsifikazzjoni, jeħtieġ li jintensifikaw il-koordinazzjoni internazzjonali, billi jorganizzaw konferenzi internazzjonali annwali. |
Brussell, il-5 ta’ Lulju 2017.
Il-President tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew
Georges DASSIS
(1) Rapport Konġunt EPO-OHIM dwar l-industriji intensivi tal-IPR fl-UE, Settembru 2013.
(2) http://www.springer.com/978-1-4614-5567-7 – Uffiċċju tan-Nazzjonijiet Uniti kontra d-Droga u l-Kriminalità (UNODC).
(3) http://www.coe.int/en/web/conventions/full-list/-/conventions/treaty/211.
(4) http://eur-lex.europa.eu/legal-content/IT/TXT/?uri=uriserv:OJ.C_.2016.487.01.0057.01.ITA&toc=OJ:C:2016:487:TOC.
(5) Rapport Konġunt EPO-OHIM dwar l-industriji intensivi tal-IPR fl-UE, Settembru 2013.
(6) UNODC, The Globalization of Crime. A Transnational Crime Threat Assessment.
(7) OECD/EUIPO (2016), Trade in Counterfeit and Pirated Goods: Mapping the Economic Impact.
(8) Global Financial Integrity, Transnational Crime and the Developing World, Marzu 2017 (statistika kkonfermata minn WAITO – April 2017).
(9) Fl-2013, stima ta’ bejn EUR 90 u 120 biljun f’telf ta’ dħul mit-taxxa – Frontier Economics – 2016.
(10) L-istudji settorjali dwar id-disa’ setturi affettwati mill-falsifikazzjoni: il-kosmetiċi u l-kura personali; ħwejjeġ, żraben u aċċessorji; prodotti tal-isports, ġugarelli u logħob; ġojjelli u arloġġi; basktijiet; mużika rrekordjata; inbid u alkoħol; farmaċewtiċi.
(11) Europarl P8_TA(2015)0219–9.6.2015 — http://www.europarl.europa.eu/sides/getDoc.do?type=TA&reference=P8-TA-2015-0219&language=MT&ring=A8-2015-0161.
(12) Ara COM(2016) 288 final.