Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 52017AP0122

    Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tal-5 ta' April 2017 dwar l-abbozz ta' deċiżjoni ta' implimentazzjoni tal-Kunsill dwar l-iskambju awtomatizzat ta' data fir-rigward ta' data tar-reġistrazzjoni tal-vetturi f'Malta, Ċipru u l-Estonja, u li tissostitwixxi d-Deċiżjonijiet tal-Kunsill 2014/731/UE, 2014/743/UE u 2014/744/UE (13499/2016 – C8-0519/2016 – 2016/0822(CNS))

    ĠU C 298, 23.8.2018, p. 318–318 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    23.8.2018   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 298/318


    P8_TA(2017)0122

    L-iskambju awtomatizzat ta' data fir-rigward ta' data tar-reġistrazzjoni tal-vetturi f'Malta, Ċipru u l-Estonja *

    Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tal-5 ta' April 2017 dwar l-abbozz ta' deċiżjoni ta' implimentazzjoni tal-Kunsill dwar l-iskambju awtomatizzat ta' data fir-rigward ta' data tar-reġistrazzjoni tal-vetturi f'Malta, Ċipru u l-Estonja, u li tissostitwixxi d-Deċiżjonijiet tal-Kunsill 2014/731/UE, 2014/743/UE u 2014/744/UE (13499/2016 – C8-0519/2016 – 2016/0822(CNS))

    (Konsultazzjoni)

    (2018/C 298/42)

    Il-Parlament Ewropew,

    wara li kkunsidra l-abbozz tal-Kunsill (13499/2016),

    wara li kkunsidra l-Artikolu 39(1) tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, kif emendat mit-Trattat ta' Amsterdam, u l-Artikolu 9 tal-Protokoll Nru 36 dwar id-dispożizzjonijiet transitorji, li b'mod konformi magħhom il-Parlament ġie kkonsultat mill-Kunsill (C8-0519/2016),

    wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2008/615/ĠAI tat-23 ta' Ġunju 2008 dwar it-titjib tal-koperazzjoni transkonfinali, b'mod partikolari fil-ġlieda kontra t-terroriżmu u l-kriminalità transkonfinali (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 33 tagħha,

    wara li kkunsidra l-Artikolu 78(c) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

    wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern (A8-0090/2017),

    1.

    Japprova l-abbozz tal-Kunsill;

    2.

    Jistieden lill-Kunsill biex jinfurmah jekk ikollu l-ħsieb li jitbiegħed mit-test approvat mill-Parlament;

    3.

    Jitlob lill-Kunsill biex jerġa' jikkonsultah jekk ikollu l-ħsieb li jemenda t-test approvat mill-Parlament b'mod sustanzjali;

    4.

    Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni.

    (1)  ĠU L 210, 6.8.2008, p. 1.


    Top