This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 52016XC1210(04)
Publication of an amendment application pursuant to Article 50(2)(a) of Regulation (EU) No 1151/2012 of the European Parliament and of the Council on quality schemes for agricultural products and foodstuffs
Pubblikazzjoni ta’ applikazzjoni għal emenda skont l-Artikolu 50(2)(a), tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar skemi tal-kwalità għal prodotti agrikoli u oġġetti tal-ikel
Pubblikazzjoni ta’ applikazzjoni għal emenda skont l-Artikolu 50(2)(a), tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar skemi tal-kwalità għal prodotti agrikoli u oġġetti tal-ikel
ĠU C 461, 10.12.2016, p. 35–45
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
10.12.2016 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 461/35 |
Pubblikazzjoni ta’ applikazzjoni għal emenda skont l-Artikolu 50(2)(a), tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar skemi tal-kwalità għal prodotti agrikoli u oġġetti tal-ikel
(2016/C 461/10)
Din il-pubblikazzjoni tikkonferixxi d-dritt ta’ oppożizzjoni għall-applikazzjoni skont l-Artikolu 51 tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (1).
TALBA GĦALL-APPROVAZZJONI TA’ EMENDA MHUX MINURI FL-ISPEĊIFIKAZZJONI TA’ DENOMINAZZJONI TAL-ORIĠINI PROTETTA JEW TA’ INDIKAZZJONI ĠEOGRAFIKA PROTETTA
Applikazzjoni għall-approvazzjoni ta’ emenda skont l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 53(2) tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012
“MOGETTE DE VENDÉE”
Nru tal-UE: PGI-FR-02129 — 18.3.2016
DOP ( ) IĠP ( X )
1. Grupp applikant u interess leġittimu
Vendée Qualité - Section Mogette |
Indirizz: Maison de l’Agriculture |
21 Boulevard Réaumur |
85013 La Roche-sur-Yon cedex |
FRANCE |
Tel. +33 251368251 |
Fax +33 251368454 |
Posta elettronika: contact@vendeequalite.fr |
Kompożizzjoni u interess leġittimu: Produtturi ta’ Mogette, grupp ta’ produtturi, kolletturi/separaturi, industriji tal-ikel ippreżervat u manifatturi miġbura f’assoċjazzjoni rregolata mil-liġi tal-1 ta’ Lulju 1901. Peress li jiġbor l-operaturi kollha involuti fl-IĠP “Mogette de Vendée”, il-grupp huwa leġittimu li jressaq l-applikazzjoni għal emenda tal-ispeċifikazzjoni.
2. Stat Membru jew pajjiż terz
Franza
3. L-intestatura fl-ispeċifikazzjoni tal-prodott affettwat mill-emenda(i)
— |
☐ |
Isem il-prodott |
— |
☒ |
Deskrizzjoni tal-prodott |
— |
☐ |
Żona ġeografika |
— |
☒ |
Prova tal-oriġini |
— |
☒ |
Metodu ta’ produzzjoni |
— |
☒ |
Rabta |
— |
☒ |
Tikkettar |
— |
☒ |
Oħrajn: Grupp applikant/Struttura ta’ kontroll/Rekwiżiti nazzjonali/Żona ġeografika |
4. Tip ta’ emenda(i)
— |
☒ |
Emenda għall-Ispeċifikazzjoni tal-prodott ta’ DOP jew IĠP irreġistrata li ma għandhiex tikkwalifika bħala minuri skont it-tielet subparagrafu tal-Artikolu 53(2) tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012. |
— |
☐ |
Emenda għall-Ispeċifikazzjoni ta’ DOP jew IĠP irreġistrata li għaliha ma jkun ġie rreġistrat l-ebda Dokument Uniku (jew ekwivalenti) u li ma għandhiex tikkwalifika bħala minuri skont it-tielet subparagrafu tal-Artikolu 53(2) tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012 |
5. Emenda(i)
Deskrizzjoni tal-prodott
— |
Il-karatteristiċi tal-pjanta ġew imħassra għaliex il-prodott li jibbenefika mill-IĠP huwa l-ħabba. Id-deskrizzjoni tal-ħabba ma tinbidilx. Għalhekk, dawn il-karatteristiċi ġew imħassra wkoll mill-punt 3.2 tad-Dokument Uniku. |
— |
Id-deskrizzjoni tal-“Mogette de Vendée” hija mifruxa fi tliet paragrafi li fihom hija deskritta bħala żerriegħa niexfa, żerriegħa nofsha niexfa ffriżata, jew “Mogette de Vendée” pasturizzata jew sterilizzata. Kull deskrizzjoni tinkludi l-mod ta’ preżentazzjoni u l-imballaġġ. Din ir-riorganizzazzjoni tikkjarifika d-deskrizzjoni tal-“Mogette de Vendée”. |
— |
Diversi dispożizzjonijiet huma emendati:
|
— |
Il-firxa tar-rata ta’ umdità tal-ħabba niexfa minn 10 sa 16 % tinbidel għal 12 sa 17 % għall-preservazzjoni ottima tal-kwalità. Wara ħafna snin ta’ implimentazzjoni tal-Ispeċifikazzjoni, jidher fil-fatt li r-rata ta’umdità baxxa wisq (< 12 %) mhijiex favorevoli għall-kwalità tal-prodott: meta jintlaħaq il-limitu ta’ 10 %, jkun hemm iktar ħbub maqsuma u l-ħin tat-tisjir tal-ħbub jiżdied; min-naħa l-oħra, rata ta’ umdità tal-ħabba li tkun aktar għolja (17 %) tiffavorixxi t-tisjir u l-irtubija tagħha. Għaldaqstant, ir-rata ta’ umdità tal-ħabba niexfa msemmija fil-punt 3.2 tad-Dokument Uniku hija bejn 12 u 17 %. |
— |
Għall-ħabba nofsha niexfa, is-sentenza “ir-rata ta’ umdità tagħha hija medja ta’ 50 %” titħassar. Ir-rata ta’ umdità ġiet ipprovduta b’mod indikattiv u mhux bħala valur mira. Dan ma jżid xejn aktar mad-deskrizzjoni tal-prodott. |
— |
Il-paragrafu “Il-profil sensorjali tal-Mogette de Vendée msajra ppreżentat fl-Anness 10 jenfasizza l-karatteristiċi partikolari tal-prodott:
jinbidel bil-paragrafu li ġej: “Deskrizzjoni tal-‘Mogette de Vendée’ pasturizzata jew sterilizzata:
Din l-emenda tirriżulta mix-xogħlijiet imwettqa mill-grupp sabiex jiġi ddefinit aħjar il-profil sensorjali tal-“Mogette de Vendée”. Din timmira li tiġbor l-informazzjoni sensorjali essenzjali. Barra minn hekk, minħabba r-riorganizzazzjoni tal-paragrafi, it-test il-ġdid jinkludi l-kundizzjonijiet ta’ preżentazzjoni. |
Prova tal-oriġini
— |
Għandu jiżdied paragrafu “Żamma ta’ reġistri”. Dan jispeċifika l-informazzjoni li għandha tkun fil-fajl tal-kultivazzjoni: il-varjetà, id-dati taż-żrigħ, tat-tħammil u/jew tad-dris, u l-kultivazzjoni preċedenti. |
— |
Id-dijagrammi relatati mat-traċċabilità tal-prodotti differenti jiġu sostitwiti minn tabelli. B’hekk il-preżentazzjoni tiġi ssimplifikata u kjarifikata. Tabella unika tiddeskrivi t-traċċabilità tal-prodott niexef u tal-prodott nofsu niexef iffriżat. Tabella oħra tiddeskrivi t-traċċabilità tal-prodott pasturizzat u tal-prodott sterilizzat. Dawn l-emendi tal-forma ma jaffettwawx il-mezzi implimentati sabiex tiġi garantita t-traċċabilità. |
— |
Fir-rigward tal-evoluzzjonijiet regolamentari nazzjonali, l-inizjali DLUO (id-data limitu tal-użu ottimali) jiġu sostitwiti mill-inizjali DDM (id-data tad-durabbiltà minima). |
Metodu ta’ produzzjoni
Id-dijagrammi tal-ħajja
— |
Għal aktar ċarezza, id-dijagrammi tal-ħajja tal-kultivazzjoni u tal-imballaġġ tal-prodott niexef u nofsu niexef iffriżat jiġu sostitwiti minn dijagrammi simplifikati. Iż-żewġ dijagrammi tal-ħajja dwar il-preparazzjoni tal-“Mogette de Vendée” msajra mingħajr ingredjenti miżjuda u pasturizzata minn naħa u sterilizzat fuq in-naħa l-oħra jiġu sostitwiti minn dijagramma komuni għall-prodott pasturizzat u għall-prodott sterilizzat. |
Il-karatteristiċi tar-roqgħa:
— |
Il-paragrafu dwar il-karatteristiċi tar-roqgħa għandu jiġi ssimplifikat. L-elementi deskrittivi mhux vinkolanti ġew imħassra, dan il-paragrafu għandu jiġi riformulat sabiex jinftiehem aħjar. L-elementi li jistgħu jitkejlu biss ġew ippreservati u f’ċerti każijiet ippreċiżati. Dawn huma:
|
— |
Ir-rekwiżit ta’ analiżi granulometrika għall-kwalifikazzjoni tar-roqgħa għandu jiġi mħassar mill-Ispeċifikazzjoni, din id-dispożizzjoni tirriżulta minn modalitajiet ta’ kontroll u għalhekk mill-pjan ta’ kontroll. |
— |
Ir-rekwiżit li jinżamm fajl ta’ referenza u reġistru tal-irqajja’ kwalifikati skont l-istaġuni tal-fażola jiġi mħassar. Iż-żamma ta’ dan ir-reġistru ma tirriżultax minn kundizzjoni ta’ produzzjoni iżda mill-ġestjoni tad-dokumentazzjoni interna tal-grupp. |
— |
Il-paragrafu “Preparazzjoni tal-ħamrija – Fertilizzant” jiġi ssimplifikat, jinżamm biss il-kriterju objettiv relatat mal-provvista ta’ klorur tal-potassju (ipprojbita matul it-3 xhur qabel iż-żrigħ). Il-punt li jiddeskrivi l-modalitajiet ta’ preparazzjoni tal-ħamrija sabiex tinkiseb “ħamrija fina” jirriżulta minn prattiki agrikoli tajbin. Mhuwiex assoċjat ma’ valur mira u għandu jitħassar. Is-sentenza li tindika li l-fertilizzazzjoni bin-nitroġenu hija “razzjonali u li d-doża tiġi stabbilita mill-produttur bl-għajnuna tal-metodu tal-bilanċ”, tirreferi għar-regolamentazzjoni fis-seħħ, u għalhekk tiġi mħassra. |
Iż-żrigħ:
— |
Il-paragrafu “Iż-żrigħ għandu jsir mill-10 ta’ Mejju bil-varjetajiet attwali, sabiex jiġi garantit li jsir f’ħamrija sħuna u niexfa biżżejjed. L-iżgurar tal-omoġeneità tat-tkabbir jipprovdi garanzija supplimentari tal-omoġeneità tal-ħsad. Qabel din id-data hemm riskju li l-ħamrija tkun kiesħa wisq, il-Mogette tikber b’mod imqassam, ma tiżviluppax b’mod korrett u l-prodott finali ma jkollux il-kwalità mistennija. Jekk iż-żewġ kriterji, it-temperatura u l-umdità, ma jiġux rispettati, il-kultivazzjoni ssofri dewmien fl-iżvilupp, tkabbir eteroġenu u gradwali. Id-data ta’ 20 ta’ Ġunju ġiet stabbilita għaliex il-klima ta’ Vendée, b’ħarifa fejn tagħmel ħafna xita, twassal biex il-ħsad li jsir minn Ottubru jkun ipotetiku ħafna. Il-perjodu taż-żrigħ huwa limitat mill-10 ta’ Mejju sal-20 ta’ Ġunju.” jiġi sostitwit bi: “Iż-żrigħ għandu jsir mill-10 ta’ Mejju sal-20 ta’ Ġunju. Il-produttur huwa awtorizzat li jiżra’ qabel id-data tal-10 ta’ Mejju jekk it-temperatura tal-ħamrija fil-fond taż-żrigħ (bejn 1 u 4 cm) tkun mill-inqas 12 °C”. Din id-dispożizzjoni hija aktar preċiża u tippermetti ż-żrigħ qabel l-10 ta’ Mejju fis-snin fejn il-kundizzjonijiet tal-klima jiġu ssodisfati qabel din id-data. |
Il-varjetajiet:
— |
Il-paragrafu “Il-varjetajiet taż-żrieragħ użati huma magħżula fuq bażi regolari minn fergħa interna ta’ organizzazzjoni responsabbli mill-Mogette de Vendée, minn fost il-varjetajiet kummerċjali disponibbli fil-katalogu uffiċjali tal-varjetajiet li jikkorrispondu għall-kriterji mistennija għall-Mogette de Vendée u li jaqblu mal-kriterji tradizzjonali tal-Mogette de Vendée magħrufa f’Vendée. Il-lista tal-varjetajiet tiġi elenkata kull sena u titqassam lill-produtturi. Il-fergħa interna tal-organizzazzjoni responsabbli tibbaża l-għażliet tagħha fuq bosta elementi:
jiġi sostitwit minn proċedura ta’ selezzjoni tal-varjetajiet aktar preċiża, li tgħid hekk: “Il-‘Mogette de Vendée’ tiġi prodotta minn żrieragħ standard:
L-użu ta’ żrieragħ tal-irziezet huwa pprojbit. Ir-reġistrazzjoni ta’ varjetà ġdida għandha tirrispetta proċedura li tippermetti li jiġi garantit li:
Varjetà ġdida ma tistax tiġi rreġistrata fil-lista tal-varjetajiet rikonoxxuti mill-grupp ħlief jekk:
Varjetà diġà rreġistrata tista’ tiġi eskluża jekk tkun soġġetta għal opinjoni mhux favorevoli ta’ kumitat ta’ dewqan imsemmi ‘kumitat ta’ esperti’ tal-grupp, wara l-kampjunar u d-dewqan ta’ kampjuni rappreżentattivi. Il-‘kumitat ta’ esperti’ huwa magħmul minn mill-inqas 5 persuni li jirrappreżentaw minimu ta’ 2 mit-3 assoċjazzjonijiet li ġejjin: konsumaturi, persuni li eżerċitaw jew jeżerċitaw attività fid-dinja agrikola u sidien ta’ ristoranti. Id-deċiżjonijiet finali ta’ reġistrazzjoni jew esklużjoni ta’ varjetà fil-lista tal-varjetajiet rikonoxxuti għandhom jittieħdu mill-grupp. Il-lista ta’ varjetajiet awtorizzati hija disponibbli fi ħdan il-grupp u tiġi trażmessa lill-korp ta’ kontroll kull sena.” L-objettiv ta’ din il-modifika huwa l-użu esklussiv ta’ żrieragħ iċċertifikati għal raġunijiet sanitarji. Fil-fatt, l-użu ta’ żrieragħ iċċertifikati huwa l-aktar mezz effikaċi sabiex jiġi garantit l-użu ta’ żerriegħa ħielsa mill-mard. Dan jippermetti fost oħrajn il-ġlieda kontra l-grass batterjali. Din il-marda tal-fażola hija partikolarment diffiċli li tinqered, għaliex tniġġes il-ħamrija matul is-snin u tittrażmetti ruħha minn roqgħa għal oħra. Mingħajr aktar viġilanza, il-ħamrija tat-territorju tista’ tiġi infestata malajr u tikkomprometti l-ħsad u l-futur tal-fażola fiż-żona. Barra minn hekk, l-użu ta’ żrieragħ iċċertifikati għandu impatt dirett fuq l-omoġeneità tal-prodott għall-kuntrarju taż-żerriegħa tal-irziezet li jistgħu jiddeġeneraw matul is-snin. Il-produttur taż-żerriegħa għall-“Mogette de Vendée” għandu jkun iċċertifikat sabiex tiġi garantita żerriegħa b’saħħitha u stabbli. Fil-każ ta’ produzzjoni ta’ żerriegħa tal-irziezet, ir-riskji ta’ deġenerazzjoni u r-riskji sanitarji huma aktar importanti, għaliex jikkompromettu wkoll il-ħsad. |
— |
Il-proċedura li twassal għar-reġistrazzjoni ta’ varjetà ġdida tiġi speċifikata: l-obbligu li jiġu rrispettati żewġ perjodi ta’ ttestjar, ir-rispett tal-karatteristiċi fiżiċi u organolettiċi tal-prodott u l-opinjoni tal-kumitat ta’ esperti. Din il-proċedura tikkodifika l-prattika normali tal-grupp. |
Il-ġestjoni tal-kultivazzjoni:
— |
Peress li dan il-paragrafu ma fih l-ebda valur mira, għandu jitħassar. Id-dispożizzjonijiet deskritti jagħmlu parti mill-prattiki tajbin tal-produzzjoni minbarra r-rekwiżiti dokumentarji li jiġu trasferiti fil-paragrafu “Żamma ta’ reġistri”. |
Il-ħsad u l-imballaġġ tal-“Mogette de Vendée” niexfa:
— |
It-teknika tal-ħsad “dirett”, diġà awtorizzata għall-produzzjoni ta’ fażola nofsha niexfa, tiżdied għall-ħsad tal-fażola niexfa. L-evoluzzjonijiet tekniċi jippermettu minn hawn ‘il quddiem il-ħsad dirett (dris mingħajr il-fażi ta’ tħammil iżda b’fażi ta’ tnixxif fil-pjanta) għall-fażola niexfa. Għoxrin sena ilu, il-fażola nofsha niexfa biss setgħet tiġi midrusa bil-metodu ta’ dris dirett. L-użu ta’ dan il-metodu għad-dris tal-ħbub niexfa seta’ jiżnaturahom: il-ħbub niexfa huma fraġli ħafna u d-dris dirett mal-materjal tal-epoka kien ikisser il-ħbub. Għalhekk il-kamra tad-dris evolviet. Qabel kienet qasira u d-dris kien isir b’mod mekkaniku mingħajr il-possibilità li jiġu rfinati l-aġġustamenti. Illum, il-kamra tad-dris hija twila (5 m). Il-materja veġetali għalhekk tibqa’ aktar fit-tul fil-magna u l-ħabba tista’ tiġi estratta b’mod aktar ġentili, mingħajr ma ssir l-ebda ħsara lill-prodott, bl-użu ta’ parametri differenti bħall-inklinazzjoni tal-kamra. Dan it-tip ta’ materjal jippermetti l-adattament għall-umdità tal-prodott u għall-kwantità tal-veġetazzjoni: għalhekk l-imżiewed ma għandhomx isofru minn tnixxif komplut permezz tal-fażi ta’ tnixxif fuq is-superfiċe. Fil-ħsad dirett, il-fażola tibqa’ fil-medja bejn 6 u 10 ijiem supplimentari fil-ħamrija. It-tnixxif huwa aktar progressiv u kkontrollat aħjar minn meta l-pjanta tiġi mqaċċta u mitluqa fuq il-ħamrija fil-ħsad indirett (meta l-pjanta tibqa’ fil-ħamrija, din terġa’ tassorbi l-umdità billejl). Għalhekk ġiet introdotta l-possibilità tal-ħsad dirett għall-fażola niexfa, filwaqt li tinżamm it-teknika ta’ ħsad indirett. |
— |
Id-dispożizzjonijiet relatati mal-valutazzjoni tal-istadju tal-ħsad (“meta l-biċċa l-kbira tal-weraq ħodor tinxef u ż-żerriegħa tkun kisbet ir-rata ta’ umdità (stmata) adegwata (10-20 %)”) jiġu sostitwiti b’dispożizzjoni aktar oġġettiva u aktar faċli biex tiġi kkontrollata: “Minimu ta’ 90 % ta’ mżiewed niexfa”. Din ir-riformulazzjoni ma timmodifikax l-istadju tal-ħsad. |
— |
Ir-rata ta’ umdità tal-ħbub meta jaslu fil-post tal-ħsad tgħaddi minn 10-20 % għal 12-25 %, sabiex titqies il-modernizzazzjoni tal-apparat ta’ tnixxif fil-post. Fil-fatt, il-preċiżjoni tal-parametri ta’ aġġustament tal-materjal eżistenti minn hawn ‘il quddiem tippermetti t-tnixxif ta’ prodott li l-umdità tiegħu tilħaq 25 % f’kundizzjonijiet ottimali li jippreservaw il-kwalitajiet tal-ħabba. Barra minn hekk, bl-esperjenza, jidher li r-rata ta’ umdità ta’ 10 % mhijiex favorevoli għall-kwalità tal-prodott. Fil-fatt, b’tali umdità, il-ħbub li jinqasmu huma aktar numerużi u t-tisjir huwa itwal. Il-limitu ta’ umdità huwa għalhekk limitat għal 12 %. |
— |
L-obbligi tat-tnixxif huma modifikati: l-umdità teħtieġ tnixxif obbligatorju bejn 16 sa 20 % tiġi sostitwita minn umdità ta’ aktar minn 17 % peress li rata aktar għolja tiffavorixxi t-tisjir tal-ħabba u l-irtubija tagħha. |
— |
Il-fażi tat-tindif minn qabel taż-żerriegħa niexfa ssir fakultattiva. It-twettiq tagħha ma jaffettwax il-kwalità tal-prodott finali. Sabiex tiġi preċiżata r-referenza “perċentwali ta’ impuritajiet dgħajfa ħafna”, għandhom jiżdiedu karatteristiċi fiżiċi preċiżi li l-lottijiet issortjati għandhom jissodisfaw: massimu ta’ 0,4 % (fil-massa) ta’ materjali barranin, trab, żrieragħ barranin, fdalijiet veġetali, ħbub mhux adegwati għall-konsum u massimu ta’ 4 % (fil-massa) ta’ ħbub imtebba’, imkemmxa, mgħawġin, u maqsumin. |
Ħsad u imballaġġ tal-“Mogette de Vendée” nofsha niexfa:
— |
Id-dispożizzjonijiet relatati mal-valutazzjoni tal-istadju tal-ħsad (“Meta l-maġġoranza tal-pjanti tkun kisbet l-istadju tajjeb ta’ ħsad (…). L-imżiewed ma għandhomx ikunu ħodor wisq: l-istadju nofsu niexef ma jkunx jista’ jinkiseb. Lanqas ma għandhom ikunu niexfa wisq,”) għandhom jiġu sostitwiti minn dispożizzjoni aktar preċiża “fl-istadju fejn mill-inqas 65 % tal-ħbub ikunu bojod”. Din ir-riformulazzjoni ma timmodifikax l-istadju tal-ħsad. |
— |
It-titolu tal-Parti 7.6 “Produzzjoni tal-Mogette de Vendée nofsha niexfa ffriżata” jitħassar. Il-kontenut ta’ din il-parti jiġi integrat fil-Parti 5.4. “Ħsad u imballaġġ tal-‘Mogette de Vendée’ nofsha niexfa ffriżata”. |
— |
Għandu jiżdied obbligu relatat mat-temperatura tal-prodott nofsu niexef malli jasal: din għandha tkun inqas jew ugwali għal 30 °C malli jasal il-prodott. Din iż-żieda tikkontribwixxi għall-kwalità tal-prodott għaliex timmira li jiġi garantit in-nuqqas ta’ fermentazzjoni tal-ħbub u għalhekk in-nuqqas ta’ degradazzjoni fil-kwalità tagħhom. |
— |
Il-proċess tal-ħasil attwali jsir fi 3 stadji: ħasil/ħżin tal-ħbub mingħajr ilma f’kontenituri apposta. L-obbligu li jsiru 2 ħasliet distinti separati minn perjodu ta’ ħżin jitħassar:
Għalhekk, il-preċiżjoni tal-“ewwel” ħasil titħassar ukoll. |
— |
Id-deskrizzjoni kompluta tal-proċess tal-iffriżar għandha tiġi sostitwita mill-isem tal-metodu “Il-prodott huwa ffriżat IQF” li d-definizzjoni tiegħu tinsab f’qiegħ il-paġna tal-ispeċifikazzjoni (“IQF (Individually Quick Frozen): teknika ta’ manifattura tal-prodotti ffriżati adattata għall-prodotti fraġli żgħar li tevita li l-biċċiet jeħlu flimkien.”). L-isem ta’ dan il-metodu jinsab diġà fl-Ispeċifikazzjoni fis-seħħ fil-paragrafu “Rekwiżiti nazzjonali”. |
— |
Sabiex tiġi preċiżata r-referenza “rata ta’ impuritajiet dgħajfa”, għandhom jiżdiedu karatteristiċi fiżiċi preċiżi li l-lottijiet issortjati għandhom jissodisfaw: massimu ta’ 0,4 % (fil-massa) ta’ materjali barranin, trab, żrieragħ barranin, fdalijiet veġetali, ħbub mhux adegwati għall-konsum u massimu ta’ 4 % (fil-massa) ta’ ħbub imtebba’, imkemmxa, mgħawġin, u maqsumin. |
“Mogette de Vendée” msajra mingħajr ingredjenti miżjuda, pasturizzata u sterilizzata:
— |
Id-dispożizzjonijiet relatati mal-meraq li fih hija ppreservata l-fażola għandhom jiġu riformulati sabiex jinftiehmu aħjar. Fil-fatt, il-formulazzjoni “meraq magħmul minn ilma u melħ tal-baħar (jew le)” ma tippermettix li jinftiehem jekk hijiex il-preżenza tal-melħ jew l-oriġini tal-baħar li hija fakultattiva. Din l-espressjoni għandha tiġi sostitwita minn “meraq magħmula minn ilma bil-melħ tal-baħar jew mingħajru”. |
— |
Fir-rigward tal-evoluzzjonijiet leġiżlattivi u regolamentari u partikolarment tar-Regolament (KE) Nru 852/2004, l-iskali ta’ pasturizzazzjoni u sterilizzazzjoni għandhom jitħallew għall-valutazzjoni tal-operaturi li huma responsabbli li japplikaw trattament termali li jiggarantixxi l-istabbilità batterjoloġika tal-prodott sad-DLC (id-data limitu ta’ konsum) jew DDM (id-data tad-durabbiltà minima). Għalhekk, ir-referenzi li ġejjin għandhom jitħassru: “It-temperatura ta’ pasturizzazzjoni tinsab madwar 98 °C. Il-valur minimu ta’ pasturizzazzjoni huwa 1 000.” u “Il-valur minimu ta’ sterilizzazzjoni huwa ugwali għal 10.”. |
— |
Il-formulazzjoni “Il-ħin ta’ smit huwa minn 30 sa 40 minuta” tiġi sostitwita minn “Il-ħin ta’ smit għandu jkun massimu ta’ 40 minuta”. Fil-fatt, ħin ta’ smit imtawwal għandu impatt negattiv fuq it-tessut tal-prodott li jitkemmex faċilment. Min-naħa l-oħra, ħin ta’ smit qasir ma jaffettwax it-tessut tal-prodott li l-irtubija tiegħu hija garantita għat-trattament termali li jsegwi. Għalhekk, hekk kif inhu l-każ bħalissa għall-prodott pasturizzat, għandu jinżamm biss ħin ta’ smit massimu għall-prodott sterilizzat. |
— |
Huwa speċifikat għall-prodotti sterilizzati li l-imballaġġ f’vażetti tal-ħġieġ huwa obbligatorju biss għall-prodotti maħsuba għall-bejgħ UVC. Fil-fatt, tipi oħra ta’ imballaġġi huma awtorizzati sakemm il-prodott ikun maħsub, pereżempju, għall-bejjiegħa bl-ingrossa. |
— |
L-obbligu li jinħażnu l-prodotti sterilizzati fid-dell jitħassar ladarba jitqiegħdu fuq l-ixkafef fl-istadju tad-distribuzzjoni, dan ir-rekwiżit ma jkunx jista’ jiġi implimentat. |
— |
Il-punti li ġejjin li jagħmlu parti mir-regolamentazzjoni ġenerali jitħassru: “L-unitajiet ta’ bejgħ wara jiġu tikkettati”, “Il-katina tal-kesħa għandha tiġi rrispettata sal-punt tal-bejgħ billi tinżamm it-temperatura taħt + 4 °C.”, “Il-vażetti wara jiġu tikkettati.”. |
— |
Ir-referenzi mhux preċiżi li ma jirreferu għal ebda valur mira jitħassru: “il-kwalità tas-smit għandha tiġi verifikata b’mod viżiv”, “it-temperatura ta’ pasturizzazzjoni tinsab madwar 98 °C”, “test tat-tisjir għandu jsir sabiex tiġi verifikata l-koerenza mal-karatteristiċi tal-Mogette de Vendée”, “Il-prodotti pasturizzati u sterilizzati jagħtu l-possibilità lill-konsumatur li jkollu fl-istess ħin prodott ta’ kwalità u rapidità ta’ preparazzjoni. Il-proċessi jippreservaw il-karatteristiċi tal-Mogette de Vendée”. |
— |
Dispożizzjonijiet oħra li jagħmlu parti mill-pjan ta’ kontroll jitħassru: “Il-kompatibbiltà tal-materja u t-traċċabilità tal-lottijiet tal-Mogette de Vendée għandhom jiġu verifikati. Kontrolli dokumentarji għandhom isiru sabiex jiġi verifikat ir-rispett tal-Ispeċifikazzjoni fl-istadji differenti tal-proċess. Il-fażola ta’ grad inferjuri għandha tiġi kummerċjalizzata taħt l-isem ‘Fażola bajda’.” |
Rabta mal-oriġini
— |
Ir-“Rabta mal-oriġini” reġgħet inkitbet sabiex jiġu karatterizzati aħjar l-ispeċifiċitajiet taż-żona ġeografika, l-ispeċifiċitajiet tal-prodott u r-rabta kawżali. Il-formulazzjoni tal-punt 5 tad-Dokument Uniku ġiet armonizzata mar-riformulazzjoni tar-rabta mal-oriġini fl-Ispeċifikazzjoni. |
— |
Il-modifika ta’ din il-parti hija marbuta mal-introduzzjoni tal-ħsad dirett tal-fażola niexfa u tikkonċerna t-tnixxif tal-prodott niexef fuq ir-roqgħa. Bl-integrazzjoni tal-metodu tal-ħsad dirett, it-tnixxif tal-prodott ma’ dan it-tip ta’ ħsad isir minn hawn ‘il quddiem “fil-pjanta” minflok ma jsir biss fuq is-superfiċe tal-art. L-introduzzjoni ta’ possibilità ġdida ta’ ħsad għalhekk tippermetti li l-Mogettes jinħasdu wara t-tnixxif “fl-għalqa”“fil-ħamrija” (metodu ta’ ħsad indirett ippreservat), jew “fil-pjanta” (metodu ta’ ħsad dirett miżjud). Il-“Mogette de Vendée” maħsuda skont dan l-aħħar metodu għandha ċiklu ta’ kultivazzjoni (miż-żrigħ għall-ħsad) ta’ madwar 6 sa 10 ijiem addizzjonali. Madankollu ma timmodifikax ir-rabta mal-oriġini għaliex hija tirriżulta mill-evoluzzjoni tal-għarfien lokali u mit-titjib tat-tagħmir, partikolarment tal-apparat ta’ ħsad. Hija ma tippreġudikax l-ispeċifiċitajiet tal-prodott. |
Tikkettar
Iż-żewġ sentenzi li ġejjin:
— |
“Il-prodotti koperti mill-IĠP għandhom jinbiegħu bid-denominazzjoni Mogette de Vendée”. |
— |
“It-tikketta “Indication géographique protégée” (Indikazzjoni Ġeografika Protetta) u/jew il-logo Komunitarju għandhom jidhru fuq l-imballaġġ”. |
jitħassru mid-Dokument Uniku. Id-denominazzjoni IĠP “Mogette de Vendée” u s-simbolu IĠP tal-Unjoni Ewropea minn issa ‘l quddiem huma obbligatorji skont ir-Regolament (UE) Nru 1151/2012.
Intestaturi oħra
Grupp applikant:
L-isem tal-grupp applikant kif ukoll id-dettalji ta’ kuntatt tiegħu jiġu aġġornati:
— |
il-grupp applikant “Vendée Qualité – Section Mogette”. |
— |
id-dettalji ta’ kuntatt tiegħu huma:
|
L-informazzjoni dwar l-organizzazzjoni tal-katina titħassar għaliex ma tikkonċernax id-dispożizzjonijiet relatati mal-“Mogette de Vendée”
Intestaturi oħra
Referenzi li jikkonċernaw l-istrutturi ta’ kontroll
Struttura ta’ kontroll: skont l-applikazzjoni tar-regoli fis-seħħ fil-livell nazzjonali li jimmiraw li jarmonizzaw il-formulazzjoni tal-Ispeċifikazzjonijiet, l-isem u d-dettalji ta’ kuntatt tal-korp ta’ ċertifikazzjoni jitħassru. Din l-intestatura ssemmi minn hawn ‘il quddiem id-dettalji ta’ kuntatt tal-awtoritajiet kompetenti fir-rigward tal-kontroll fil-livell Franċiż: Institut national de l’origine et de la qualité (INAO) u Direction générale de la concurrence, de la consommation et de la répression des fraudes (DGCCRF). L-isem u d-dettalji tal-korp ta’ ċertifikazzjoni jistgħu jiġu kkonsultati fuq is-sit tal-INAO u fuq il-bażi tad-dejta tal-Kummissjoni Ewropea.
Intestaturi oħra
Rekwiżiti nazzjonali:
Fir-rigward tal-evoluzzjonijiet leġiżlattivi u regolamentarji nazzjonali, din l-intestatura għandha tiġi riveduta u r-rekwiżiti ffokati mill-ġdid fuq il-punti prinċipali li għandhom jiġu kkontrollati.
Intestaturi oħra
Żona ġeografika:
— |
Il-mappa li tippreżenta ż-żona ġeografika għandha tiġi sostitwita minn mappa simplifikata. It-tqassim tal-operaturi differenti fit-territorju jitħassar għaliex huwa soġġett għal tibdil. |
— |
Il-preżentazzjoni tal-muniċipalitajiet skont id-distrett tiġi sostitwita minn lista tal-muniċipalitajiet (fużjonijiet, bidliet tal-ismijiet…). Fil-formulazzjoni tal-Ispeċifikazzjoni fis-seħħ, tneħħew tliet muniċipalitajiet. Dawn jagħmlu parti minn tliet distretti interament fiż-żona ġeografika kif imsemmija fil-fajl ta’ sommarju rreġistrat. Il-belt ta’ Mallièvre tħalliet barra mil-lista tal-muniċipalitajiet tad-distrett ta’ Mortagne-sur-Sèvre. Il-belt ta’ Montaigu tħalliet barra mil-lista tal-muniċipalitajiet tad-distrett ta’ Montaigu. Il-belt ta’ Longève tħalliet barra mil-lista tal-muniċipalitajiet tad-distrett ta’ Fontenay-le-Comte. Għalhekk il-muniċipalitajiet ta’ Montaigu, Mallièvre, Longèves għandhom jerġgħu jiġu inklużi fil-lista tal-muniċipalitajiet imsemmija fl-Ispeċifikazzjoni. Il-limiti taż-żona ġeografika ta’ produzzjoni jibqgħu l-istess. |
— |
L-argumenti dwar iż-żoni esklużi miż-żona għandhom jitħassru għaliex mhumiex ta’ interess għall-karatterizzazzjoni taż-żona ġeografika tal-isem. L-istadji speċifiċi tal-produzzjoni li għandhom iseħħu fiż-żona ġeografika ddefinita, definiti fil-Kapitolu 3 tal-Ispeċifikazzjoni relatata mad-delimitazzjoni taż-żona ġeografika, u mhux mibdula, huma speċifikati fid-Dokument Uniku. Fil-punt 3.4, li issa sar 3.5, tad-Dokument Uniku, is-sentenza “Il-Mogette de Vendée għandha tkun ikkultivata fiż-żona ġeografika tal-indikazzjonijiet ġeografiċi protetti (IĠP)” għandha tiġi sostitwita minn “L-istadji li għandhom jitwettqu fiż-żona ġeografika huma l-istadji tal-kultivazzjoni tal-‘Mogette de Vendée’, sal-ħsad”. Din il-modifika tirriżulta minn garanzija tal-konsistenza mal-Ispeċifikazzjoni. |
DOKUMENT UNIKU
“MOGETTE DE VENDÉE”
Nru tal-UE: PGI-FR-02129 — 18.3.2016
DOP ( ) IĠP ( X )
1. Isem/Ismijiet
“Mogette de Vendée”
2. Stat Membru jew pajjiż terz
Franza
3. Deskrizzjoni tal-prodott agrikolu jew tal-oġġett tal-ikel
3.1. Tip ta’ prodott
Klassi 1.6. Frott, ħaxix u ċereali friski jew ipproċessati
3.2. Deskrizzjoni tal-prodott li għalih japplika l-isem f’(1)
Il-“Mogette de Vendée” hija fażola bajda tal-ispeċi Phaseolus vulgaris tat-tip lingot. Din tinħasad fl-istadju niexef (maturità sħiħa) jew fl-istadju nofsu niexef.
Il-ħabba għandha forma regolari ellittika simili ħafna għal kilwa, twila bejn ċentimetru u 2 ċentimetri, rettangolari u ħafna drabi bil-ponta ċatta u bi ħxuna ta’ 4,5 mm jew aktar.
Deskrizzjoni tal-“Mogette de Vendée” bħala ħbub niexef:
— |
Il-kulur abjad huwa konsistenti, mingħajr ħafna vini viżibbli. |
— |
Il-qoxra tagħha hija rqiqa u tleqq. |
— |
Il-ħabba hija niexfa, ir-rata ta’ umdità tagħha hija bejn 12 u 17 %. |
— |
Il-piż ta’ elf ħabba huwa ta’ bejn 400 g u 650 g. |
Deskrizzjoni tal-“Mogette de Vendée” bħala ħbub nofshom niexfa ffriżati
— |
Forma regolari, ellittika simili ħafna għal kilwa, ta’ daqs ftit akbar minn ħabba niexfa. |
— |
Il-kulur huwa bejn abjad u aħdar ċar ħafna skont l-istadju ta’ maturità tagħha. |
— |
Il-qoxra hija lixxa u tleqq. |
— |
Il-ħabba hija prodott frisk u ma hemmx għalfejn titħalla tixxarrab qabel tintuża. |
— |
Il-ħabba tkun kisbet il-maturità fiżjoloġika iżda tkun għadha ma nixfitx, u r-rata ta’ umdità tagħha tkun ta’ medja ta’ 50 %. |
Deskrizzjoni tal-“Mogette de Vendée” pasturizzata jew sterilizzata:
— |
Il-ħbub huma ta’ lewn abjad krema ċar (bi sfumaturi). |
— |
Jistgħu jkunu f’forma daqsxejn maqsuma minħabba l-irtubija tagħhom. |
— |
Il-ħbub jiġu ppreżentati f’meraq li jinxtorob magħmul biss minn ilma (mielaħ jew le). |
— |
Dawn jippreżentaw sawra ratba, b’forom u b’daqsijiet omoġenji. |
3.3. Għalf (għall-prodotti li joriġinaw mill-annimali biss) u materja prima (għall-prodotti pproċessati biss)
—
3.4. Passi speċifiċi tal-produzzjoni li jridu jsiru fiż-żona ġeografika ddefinita
L-istadji li għandhom jitwettqu fiż-żona ġeografika huma l-istadji tal-kultivazzjoni tal-“Mogette de Vendée”, sal-ħsad.
3.5. Regoli speċifiċi dwar it-tqattigħ, it-tħakkik, l-ippakkjar, eċċ.,
|
Il-bejgħ bl-ingrossa b’mod partikolari tal-“Mogette de Vendée” bħala ħbub niexef għandu jiġi eskluż: il-prodott għandu jiġi ppreżentat bħala UVC (unità ta’ bejgħ tal-konsumatur): boroż, xbieki jew oġġetti oħra għall-imballaġġ ta’ piżijiet differenti. |
|
Il-bejgħ bl-ingrossa b’mod partikolari tal-“Mogette de Vendée” bħala ħbub nofshom niexfa ffriżati għandu jiġi eskluż: il-prodott għandu jiġi ppreżentat bħala UVC (unità ta’ bejgħ tal-konsumatur): boroż, jew oġġetti oħra għall-imballaġġ ta’ piżijiet differenti. |
|
Il-“Mogette de Vendée” msajra mingħajr ingredjenti miżjuda u pasturizzata tiġi offruta f’kontenitur magħluq jew pakkett UVC. |
|
Il-“Mogette de Vendée” msajra mingħajr ingredjenti miżjuda u sterilizzata, għall-bejgħ UVC, tiġi ppakkjata f’vażetti tal-ħġieġ. |
3.6. Regoli speċifiċi dwar it-tikkettar
—
4. Deskrizzjoni fil-qosor taż-żona ġeografika
Id-dipartiment ta’ Loire-Atlantique:
— |
il-muniċipalitajiet ta’ Geneston, Legé, La Limouzinière, La Marne, Montbert, Paulx, La Planche, Saint-Colomban, Corcoué-sur-Logne, Saint-Étienne-de-Mer-Morte, Saint Philbert-de-Grand-Lieu (minbarra l-lag), Touvois u Vieillevigne. |
Id-dipartiment ta’ Vendée:
— |
id-distretti ta’: Aizenay, Challans (minbarra l-muniċipalitajiet ta’ Bois-de-Cené, Chateauneuf, Sallertaine), Chantonnay, La Châtaigneraie, Fontenay-le-Comte (minbarra l-muniċipalitajiet ta’ Damvix, Maillé, Le Mazeau, Saint Sigismond u Vix), Les Herbiers, Mareuil-sur-Lay-Dissay (minbarra l-muniċipalitajiet ta’ Angles, La Jonchère, St Benoist-sur-Mer, La Tranche-sur-Mer), Montaigu, Mortagne-sur-Sèvre, La Roche-sur-Yon Nord, La Roche-sur-Yon Sud. |
— |
il-muniċipalitajiet ta’: Beaulieu-sous-la-Roche, La Chapelle-Achard, La Chapelle-Hermier, Chasnais, Coëx, Le Girouard, Lairoux, Landeronde, Luçon, Les Magnils-Reigniers, Martinet, La Mothe-Achard, Mouzeuil-Saint-Martin, Nalliers, Nieul-le-Dolent, Pouillé, Sainte-Flaive-des-Loups, Sainte-Gemme-la-Plaine, Saint-Georges-de-Pointindoux, Saint-Julien-des-Landes, Saint-Mathurin. |
5. Rabta maż-żona ġeografika
Iż-żona tal-“Mogette de Vendée” hija karatterizzata minn ġeoloġija, klima u fatturi umani li jikkostitwixxu l-ispeċifiċità ta’ din iż-żona.
Billi hija estensjoni ‘l isfel tal-Massif Armoricain, Vendée tidher essenzjalment bħala reġjun ta’ foresti (70 % tal-wiċċ totali tad-dipartiment) b’riżalt daqsxejn ondulat, karatterizzat minn xibka tal-għollieq fluttwanti - li għandhom rwol ta’ lqugħ kontra l-flussi tal-Grigal spiss attivi fir-rebbiegħa. Il-ħamrija hija ħamrija kannella ta’ profondità medja spiss tat-tip kannella tal-foresti jew ħamrija li jgħaddi l-ilma minnha. Hija tippreżenta bilanċ tajjeb ta’ tafal u ħama li minnu tirriżulta riżerva utli tal-ilma medja (bejn 120 u 160 mm).
It-temperaturi medji huma moderati fir-rebbiegħa (15-16 °C f’Mejju) u b’varjazzjonijiet baxxi tat-temperatura kuljum. Matul l-aktar xhur sħan (Ġunju sa Awwissu), it-temperaturi minimi medji tal-ħamrija li tinsab lejn it-tarf tal-kosta jvarjaw minn 12 sa 16 °C u l-medji massimi tal-gżejjer ta’ Vendée lejn l-artijiet interni jvarjaw minn 22 sa 26 °C. Minbarra din il-klima partikolarment moderata u bix-xemx, tagħmel ukoll xita biżżejjed (medja ta’ 1 000 mm fiż-żona) bi kwantitajiet kumulattivi minn Ġunju sa Awwissu bejn 120 u 150 mm. Awwissu huwa karatterizzat minn nuqqas ta’ xita, medja ta’ 44 mm fiż-żona. Ix-xita li tagħmel fil-perjodu minn Ottubru sa Marzu, konsistenti u regolari, tippermetti li l-ħamrija terġa’ tibni r-riżerva tal-ilma tagħha. Fir-rigward tax-xemx fiż-żona, Vendée tibbenefika minn għadd ta’ sigħat ta’ xemx ta’ 10 % aktar mill-bqija tar-reġjun, jiġifieri 2 000 sa 2 500 siegħa fis-sena.
F’dan it-territorju, ideali għall-kultivazzjoni tal-fażola bajda, il-persuni żviluppaw għarfien li ġie trażmess minn ġenerazzjoni għal oħra u mtejjeb b’mod li jippermetti produzzjoni ta’ kwalità. Dan l-għarfien jippermetti, fost oħrajn lill-produtturi, li jintervjenu b’mod preċiż u rigoruż ħafna fl-istadji ewlenin tal-kultivazzjoni tal-fażola niexfa u tal-fażola nofsha niexfa. L-ewwel nett, protokoll ta’ selezzjoni ta’ varjetajiet permezz ta’ testijiet tal-kultivazzjoni, skambji u dewqan jippermetti l-garanzija u ż-żamma, sena wara sena, tal-awtentiċità tal-“Mogette de Vendée”. Barra minn hekk, dan l-għarfien huwa espress fl-għażla tal-ħamrija li r-rata ta’ tafal u ħama tagħha tiffavorixxi l-kultivazzjoni tal-“Mogette de Vendée”. Fl-aħħar nett, id-determinazzjoni tad-data adegwata għaż-żrigħ (f’ħamrija sħuna biżżejjed) u d-dijanjostika tal-istadju ottimali tad-dris (90 % ta’ mżiewed niexfa għall-fażola niexfa jew 65 % taż-żerriegħa bajda għall-fażola nofsha niexfa) huma l-frott ta’ ħafna snin ta’ xogħol fil-ħamrija, tal-kultivazzjoni u tal-għarfien tal-prodott.
Il-“Mogette de Vendée” hija fażola bajda tat-tip lingot, b’forma regolari simili ħafna għal kilwa. Il-prodott finali niexef (12 sa 17 % ta’ umdità) għandu kulur abjad. Il-prodott maħsud nofsu niexef huwa kombinazzjoni ta’ ħbub bojod u ta’ ħbub ħodor ċari. Il-qoxra hija rqiqa, lixxa u tleqq, li tagħti lill-prodott sawra ratba wara t-tisjir u qoxra ftit iebsa. Il-ħbub huma partikolarment omoġenji fid-daqs, fil-forma u fil-kuluri (bojod għall-ħbub niexfa; bojod u ħodor ċari għall-ħbub nofshom niexfa) jew fir-rigward ta’ imperfezzjonijiet (li jippreżentaw ftit difetti).
L-ispeċifiċità ta-IĠP “Mogette de Vendée” tiddependi mill-kwalità u mir-reputazzjoni tal-prodott matul is-snin. Il-“Mogette de Vendée” tikseb l-identità tagħha kemm mill-karatteristiċi tal-ħamrija u tal-klima taż-żona kif ukoll mill-għarfien speċifiku marbut mal-għarfien ta’ din il-produzzjoni u mill-ambjent li tinteraġixxi miegħu. Is-sawra partikolarment ratba tal-“Mogette de Vendée” u l-omoġeneità tal-ħbub tagħha huma marbuta direttament mal-karatteristiċi tal-ħamrija u tal-klima taż-żona tal-IĠP u mal-għarfien tal-irġiel u tan-nisa li jikkultivawha.
Ix-xita abbondanti tax-xitwa tippermetti li l-ħamrija taż-żona terġa’ takkwista r-riżerva tal-ilma tagħha. Fir-rebbiegħa, id-disponibbiltà ta’ dan l-ilma assoċjata mat-temperaturi baxxi ta’ kuljum tippermetti, meta l-ħamrija tikseb temperatura ideali (madwar 12 °C), t-tinbit u l-iżvilupp omoġenju tal-pjanti kollha. Permezz tal-għarfien tiegħu il-prodottur jista’ jagħżel data ottimali għaż-żrigħ. Fir-rigward tal-preżenza ta’ għollieq, dan għandu r-rwol li jilqa’ r-riħ kontra t-tnixxif tal-ħamrija u b’dan il-mod jiffavorixxi t-tkabbir rapidu u regolari tal-pjanti. Din ir-regolarità tat-tkabbir għandha rwol importanti fl-omoġeneità tal-prodott fil-ħsad.
Il-ħamrija taż-żona għandha bilanċ tajjeb ta’ tafal u ħama li minnu tirriżulta riżerva tal-ilma medja u suffiċjenti sabiex jiġi limitat b’mod naturali l-istress tal-ilma. Meta l-kundizzjonijiet naturali ma jibqgħux sodisfaċenti, l-għarfien tal-produttur jippermettilu li jintervjeni billi jsaqqi l-kultivazzjoni tiegħu. Din il-provvista ta’ ilma regolari għall-pjanti tal-fażola, u għaldaqstant għall-ħbub, tevita li jinbidlu u jibbiesu l-membrani ċellulari. Din għandha rwol importanti fl-iżvilupp tal-kriterju tal-irtubija u tal-omoġeneità tal-fażola.
Il-klima sħuna u xemxija tas-sajf tagħmel it-tnixxif naturali tar-raba’ possibbli, kemm fis-superfiċe tal-ħamrija (fit-tħammil qabel id-dris) jew inkella fl-għeruq (fid-dris dirett), li jippermetti li jitnaqqsu d-differenzi fl-istadji tal-fażola u li għalhekk ikun hemm prodott omoġenju. L-għażla tad-data tat-tħammil u/jew tad-dris hija għalhekk importanti u dan l-istadju għandu jsir fil-mument li l-fażola tkun fi stadju tajjeb ta’ maturità (mill-inqas 90 % ta’ mżiewed niexfa għall-fażola niexfa u 65 % taż-żrieragħ bojod għall-fażola nofsha niexfa) u b’umdità partikolari (bejn 12 u 25 % għall-fażola niexfa; madwar 50 % għall-fażola nofsha niexfa). Esperjenza u għarfien vasti tal-kultivazzjoni biss jistgħu jippermettu li jiġi identifikat dan l-istadju ottimali, stadju finali li jiggarantixxi l-kwalità tipika tal-prodott.
Il-“Mogette de Vendée” hija produzzjoni tradizzjonali, li għandha l-għeruq fit-territorju tagħha. Mill-aħħar tas-seklu XVII, it-tobba jindikaw il-kultivazzjoni tal-“fażola” f’Vendée. “Huwa f’dan ir-reġjun (…) li l-fażola Amerikana tidher fil-fatt li sabet l-art magħżula tagħha, (…). Matul is-seklu, ir-reputazzjoni tal-Mogettes kellha mbagħad testendi għal reġjuni oħra ta’ Vendée billi, fl-1931, il-gwida UNA ma rrakkomandatx biss lill-gastronimi l-fażola ta’ Fontenay-le-Comte, Luçon u Nalliers, fin-Nofsinhar tad-dipartiment, iżda wkoll dik ta’ Pouzauges, fil-foresti ta’ fuq.” (Prom’Agri, 1995; GUICHARD, O. et, 1993).
Fl-1930 T. Sarrazin, li kien responsabbli mill-qasam agrikolu, kien qal fir-rigward tal-kultivazzjoni ortikulturali f’Vendée: “l-iktar importanti minn kollox hija l-fażola li tokkupa madwar 9 000 ettaru ta’ art u li minnhom, varjetà lokali bl-isem Mogette, hija l-bażi tal-ikel tan-nies tal-kampanja ta’ Vendée. Din tinsab imxerrda fid-dipartiment kollu.” Aktar riċenti, f’gazzetta tal-1966 ġie ppubblikat, fir-rigward tal-bejgħ ta’ din il-kampanja: “Minkejja l-fażola importata bi prezz baxx, il-popolarità tal-Mogette baqgħet l-istess u dan huwa dovut għall-kwalità tal-produzzjonijiet ta’ Vendée li hija rikonoxxuta u apprezzata minn numru kbir ta’ xerrejja. (…) Il-produtturi tal-fażola ta’ Vendée, li għandhom ix-xorti li jinsabu f’reġjun privileġġat fejn din il-produzzjoni hija ta’ kwalità inkomparabbli (…).” (COURADETTE, 1966).
Din il-kwalità tal-prodott “Mogette de Vendée” hija kkonfermata wkoll minn uffiċjali nazzjonali: “F’reġjun bħal Vendée, (…) għandna possibilitajiet fir-rigward tal-fażola, fir-rigward tal-lingot, li nistgħu ngħidu huma uniċi fid-dinja. Madankollu għandu jiġi rikonoxxut li l-lingot ta’ Vendée jibqa’, f’dan it-tip ta’ fażola, assolutament inkonsistenti”, indika Wallery-Masson, President tal-Fédération nationale du légume sec, f’wieħed mill-interventi tiegħu (Les légumes secs, Ed. Invuflec, 1978). Jeżistu wkoll fuljetti jew tikketti ta’ aktar minn 20 sena, li jfaħħru l-“Mogette de Vendée”, il-lingot jew il-fażola ta’ Vendée; dan juri d-dinamiżmu fir-rigward tal-“Mogette de Vendée”, ir-reputazzjoni kummerċjali tagħha u l-anterjorità ta’ din id-denominazzjoni.
Referenza għall-pubblikazzjoni tal-Ispeċifikazzjoni
(it-tieni subparagrafu tal-Artikolu 6(1) ta’ dan ir-Regolament)
https://info.agriculture.gouv.fr/gedei/site/bo-agri/document_administratif-96e588fd-319f-431b-9c3e-503a19baa1d3/telechargement
(1) ĠU L 343, 14.12.2012, p. 1.