Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 52013AP0528

    Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tal-10 ta' Diċembru 2013 dwar il-proposta għal regolament tal-Kunsill dwar li jiftaħ u jipprevedi l-amministrazzjoni ta' kwoti tariffarji awtonomi tal-Komunità għal importazzjoni ta’ ċerti prodotti tas-sajd fil-Gżejjer Kanarji mill-2014 sal-2020 (COM(2013)0552 – C7-0262/2013 – 2013/0266(CNS))

    ĠU C 468, 15.12.2016, p. 224–224 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    15.12.2016   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 468/224


    P7_TA(2013)0528

    L-importazzjoni ta’ ċerti prodotti tas-sajd fil-Gżejjer Kanarji mill-2014 sal-2020 *

    Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tal-10 ta' Diċembru 2013 dwar il-proposta għal regolament tal-Kunsill dwar li jiftaħ u jipprevedi l-amministrazzjoni ta' kwoti tariffarji awtonomi tal-Komunità għal importazzjoni ta’ ċerti prodotti tas-sajd fil-Gżejjer Kanarji mill-2014 sal-2020 (COM(2013)0552 – C7-0262/2013 – 2013/0266(CNS))

    (Proċedura leġiżlattiva speċjali – konsultazzjoni)

    (2016/C 468/42)

    Il-Parlament Ewropew,

    wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Kunsill (COM(2013)0552),

    wara li kkunsidra l-Artikolu 349 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, skont liema artikolu ġie kkonsultat mill-Kunsill (C7-0262/2013),

    wara li kkunsidra l-Artikolu 55 tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu,

    wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għas-Sajd (A7-0415/2013),

    1.

    Japprova l-proposta tal-Kummissjoni;

    2.

    Jistieden lill-Kunsill biex jinfurmah jekk ikollu l-ħsieb li jitbiegħed mit-test approvat mill-Parlament;

    3.

    Jitlob lill-Kunsill biex jerġa' jikkonsultah jekk ikollu l-ħsieb li jemenda t-test approvat mill-Parlament b'mod sostanzjali;

    4.

    Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni kif ukoll lill-parlamenti nazzjonali.


    Top