Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 52012BP0378

    Il-Fond Ewropew ta' Aġġustament għall-Globalizzazzjoni: applikazzjoni EGF/2011/009 NL/Gelderland Construction Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tat- 23 ta' Ottubru 2012 dwar il-proposta għal deċiżjoni tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-mobilizzazzjoni tal-Fond Ewropew ta' Aġġustament għall-Globalizzazzjoni, f'konformità mal-punt 28 tal-Ftehim Interistituzzjonali tas- 17 ta' Mejju 2006 bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni dwar id-dixxiplina baġitarja u l-ġestjoni finanzjarja soda (applikazzjoni EGF/2011/009 NL/Gelderland Construction 41 mill-Pajjiżi l-Baxxi) (COM(2012)0395 – C7-0190/2012 – 2012/2154(BUD))
    ANNESS

    ĠU C 68E, 7.3.2014, p. 96–99 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    7.3.2014   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    CE 68/96


    It-Tlieta 23 ta’ Ottubru 2012
    Il-Fond Ewropew ta' Aġġustament għall-Globalizzazzjoni: applikazzjoni EGF/2011/009 NL/Gelderland Construction

    P7_TA(2012)0378

    Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tat-23 ta' Ottubru 2012 dwar il-proposta għal deċiżjoni tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-mobilizzazzjoni tal-Fond Ewropew ta' Aġġustament għall-Globalizzazzjoni, f'konformità mal-punt 28 tal-Ftehim Interistituzzjonali tas-17 ta' Mejju 2006 bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni dwar id-dixxiplina baġitarja u l-ġestjoni finanzjarja soda (applikazzjoni EGF/2011/009 NL/Gelderland Construction 41 mill-Pajjiżi l-Baxxi) (COM(2012)0395 – C7-0190/2012 – 2012/2154(BUD))

    2014/C 68 E/20

    Il-Parlament Ewropew,

    wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament u lill-Kunsill (COM(2012)0395 – C7-0190/2012),

    wara li kkunsidra l-Ftehim Interistituzzjonali tas-17 ta' Mejju 2006 bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni dwar id-dixxiplina baġitarja u l-amministrazzjoni finanzjarja soda (1) (FII tas-17 ta' Mejju 2006), u b'mod partikulari l-punt 28 tiegħu,

    wara li kkunsidra r-Regolament (KE) Nru 1927/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta' Diċembru 2006 li jistabbilixxi l-Fond Ewropew ta' Aġġustament għall-Globalizzazzjoni (Regolament FEG) (2),

    wara li kkunsidra l-proċedura ta' trilogu stipulata fil-punt 28 tal-FII tas-17 ta' Mejju 2006,

    wara li kkunsidra l-ittra tal-Kumitat għall-Impjiegi u l-Affarijiet Soċjali,

    wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Baġits (A7-0334/2012),

    A.

    billi l-Unjoni Ewropea stabbiliet l-istrumenti leġiżlattivi u baġitarji xierqa biex tagħti appoġġ addizzjonali lill-ħaddiema li qed ibatu l-konsegwenzi ta' bidliet strutturali kbar fl-andament kummerċjali dinji u biex tgħinhom jerġgħu jintegraw fis-suq tax-xogħol,

    B.

    billi l-ambitu tal-Fond Ewropew ta' Aġġustament għall-Globalizzazzjoni (FEG) twessa’ għall-applikazzjonijiet imressqa mill-1 ta’ Mejju 2009 ’l quddiem biex jinkludi sostenn għall-ħaddiema ssensjati b'riżultat dirett tal-kriżi finanzjarja u ekonomika globali,

    C.

    billi l-għajnuna finanzjarja tal-Unjoni lill-ħaddiema ssensjati għandha tkun dinamika u disponibbli malajr u b’mod effiċjenti kemm jista’ jkun, skont id-Dikjarazzjoni Konġunta tal-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni adottata waqt il-laqgħa ta' konċiljazzjoni fis-17 ta' Lulju 2008, u b'kunsiderazzjoni xierqa għall-FII tas-17 ta’ Mejju 2006 dwar l-adozzjoni ta' deċiżjonijiet biex jiġi mobilizzat il-FEG,

    D.

    billi r-Renju tal-Pajjiżi l-Baxxi talab għajnuna għal 516-il sensja, li 435 minnhom huma fil-mira tal-għajnuna, f'54 intrapriża li joperaw fid-Diviżjoni 41 (''Kostruzzjoni ta' binjiet'') (3) tan-NACE Reviżjoni 2 fir-reġjun NUTS II ta’ Gelderland (NL22) fil-Pajjiżi l-Baxxi.

    E.

    billi l-applikazzjoni tissodisfa l-kriterji ta' eliġibilità stabbiliti mir-Regolament FEG,

    1.

    Jaqbel mal-Kummissjoni li l-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 2(b) tar-Regolament FEG huma ssodisfati u li, għalhekk, ir-Renju tal-Pajjiżi l-Baxxi huwa intitolat għal kontribuzzjoni finanzjarja skont dan ir-Regolament;

    2.

    Jilqa' din it-talba għal kontribuzzjoni finanzjarja mill-FEG mill-Gvern Olandiż allavolja dan l-Istat Membru oppona l-estensjoni tad-deroga għall-kriżi fir-rigward tal-FEG attwali u qed jipperikola l-ġejjieni tal-FEG wara l-2013;

    3.

    Jinnota li l-awtoritajiet tal-Pajjiżi l-Baxxi ressqu l-applikazzjoni għal kontribuzzjoni finanzjarja FEG fil-15 ta' Diċembru 2011 u li l-valutazzjoni tagħha saret disponibbli min-naħa tal-Kummissjoni fis-16 ta' Lulju 2012; josserva li l-proċess ta' evalwazzjoni u t-tressiq ta' informazzjoni addizzjonali min-naħa tal-Istat Membru setgħu kienu aktar rapidi;

    4.

    Jinnota li, fid-dawl tal-importanza tas-settur tal-kostruzzjoni f'Gelderland, is-sensji jinħassu sew; hemm relattivament ħafna nies li jaħdmu fil-kostruzzjoni (madwar 60 000 fl-2011) meta mqabbla ma' setturi oħra tal-industrija bħall-industrija tal-kimika (9 000), l-industrija tal-ikel (15 000) u l-industrija tal-metall/tal-elettriku (40 300); ir-rata tal-qgħad fl-2011 f'Gelderland kienet ta' 5.9 %, frazzjoni ogħla mill-medja tal-Pajjiżi l-Baxxi; fl-2010, intilfu 4 100 impjieg fis-settur tal-kostruzzjoni (tnaqqis b'6.5 %); il-qgħad fost iż-żgħażagħ żdied b'10 % fl-2011;

    5.

    Jinnota li Gelderland hija l-akbar provinċja tal-Pajjiżi l-Baxxi b'madwar 2 miljun abitant; ir-reġjun għandu popolazzjoni b'edukazzjoni tajba u fih 146 000 kumpanija; il-maġġoranza tal-ħaddiema ssensjati ġejjin minn professjonijiet elementari; għaldaqstant, hemm il-ħtieġa ta' taħriġ u edukazzjoni ulterjuri sabiex dawn ikunu jistgħu jintegraw mill-ġdid fis-suq tax-xogħol;

    6.

    Jinnota madankollu li, skont il-Eurostat, ir-rata nazzjonali tal-qgħad fil-Pajjiżi l-Baxxi f'Lulju 2012 kienet ta' 5.3 % u kienet it-tieni l-aktar baxxa fl-UE;

    7.

    Jilqa’ l-fatt li, sabiex il-ħaddiema jkunu pprovduti b’assistenza rapida, l-awtoritajiet tal-Pajjiżi l-Baxxi ddeċidew li jibdew l-implimentazzjoni tal-miżuri qabel id-deċiżjoni finali dwar l-għoti tal-appoġġ tal-FEG għall-pakkett koordinat propost;

    8.

    Ifakkar fl-importanza li titjieb l-impjegabbiltà tal-ħaddiema b'mod partikolari, fi professjonijiet elementari, permezz ta' taħriġ adatt u r-rikonoxximent tal-ħiliet u l-kompetenzi miksuba tul il-karriera professjonali; jistenna li t-taħriġ offrut fil-pakkett koordinat jiġi adattat għal-livell u l-bżonnijiet tal-ħaddiema ssensjati;

    9.

    Jilqa' l-involviment tas-sħab soċjali fit-tfassil u l-implimentazzjoni tal-pakkett ikkoordinat li jifforma parti minn pjan soċjali miftiehem mis-sħab soċjali;

    10.

    Jilqa' l-ispjegazzjonijiet aktar estensivi tal-moduli inklużi fil-pakkett ikkoordinat meta mqabbel mal-applikazzjonijiet Olandiżi preċedenti; jinnota madankollu l-kost għoli ħafna tat-taħriġ, li jammonta għal EUR 18 000 għal kull ħaddiem (hu mbassar għal 75 ħaddiem), u tal-assistenza għar-rikollokament – EUR 8 500 għal kull ħaddiem (hi mbassra għal 150 ħaddiem) – u jitlob aktar informazzjoni dwar dawk iż-żewġ miżuri u l-operaturi li jwettquhom;

    11.

    Jenfasizza l-fatt li għandhom jinsiltu tagħlimiet mit-tħejjija u l-implimentazzjoni ta’ din l-applikazzjoni u oħrajn li jindirizzaw sensji tal-massa f’għadd kbir ta’ impriżi żgħar u ta' daqs medju (SMEs) f’settur wieħed, b’mod partikolari f’termini ta’ eliġibilità ta’ dawk li jaħdmu għal rashom u s-sidien tal-SMEs għall-appoġġ tal-FEG fir-regolament futur u l-arranġamenti użati mir-reġjuni u l-Istati Membri sabiex jippreżentaw malajr applikazzjonijiet settorjali li jkopru għadd kbir ta' impriżi;

    12.

    Jilqa' l-fatt li l-kontribuzzjoni tal-FEG hija ppjanata biex tappoġġa biss il-miżuri attivi tax-xogħol (it-taħriġ u l-konsulenza) u li mhix se tintuża għall-benefiċċji għas-sussistenza;

    13.

    Jitlob lill-istituzzjonijiet involuti jagħmlu l-isforzi neċessarji biex itejbu l-arranġamenti proċedurali u baġitarji sabiex jaċċeleraw il-mobilizzazzjoni tal-FEG; japprezza l-proċedura mtejba li ddaħħlet fis-seħħ mill-Kummissjoni, wara t-talba tal-Parlament biex jitħaffef ir-rilaxx tal-għotjiet, bl-għan li tiġi ppreżentata lill-awtorità baġitarja l-valutazzjoni tal-Kummissjoni dwar l-eliġibilità ta' applikazzjoni għall-FEG flimkien mal-proposta biex jiġi mmobilizzat il-Fond; jittama li fir-Regolament dwar il-Fond Ewropew ta' Aġġustament għall-Globalizzazzjoni (2014-2020) il-ġdid jiġi integrat aktar titjib proċedurali, u li jintlaħqu effiċjenza, trasparenza u viżibbiltà akbar tal-FEG;

    14.

    Jilqa’ l-fatt li, biex il-ħaddiema jingħataw assistenza rapida, l-awtoritajiet Olandiżi ddeċidew li jibdew l-implimentazzjoni tal-miżuri fl-1 ta' Jannar 2012, ferm qabel id-deċiżjoni finali dwar l-għoti tal-appoġġ tal-FEG għall-pakkett koordinat propost;

    15.

    Ifakkar fl-impenn li għandhom l-istituzzjonijiet li jiżguraw proċedura rapida u bla xkiel għall-adozzjoni tad-deċiżjonijiet dwar il-mobilizzazzjoni tal-FEG, biex jiġi pprovdut appoġġ individwali ta’ darba u limitat fiż-żmien, immirat biex jgħin lill-ħaddiema ssensjati minħabba l-globalizzazzjoni u l-kriżi finanzjarja u ekonomika; jenfasizza r-rwol li jista' jkollu l-FEG fir-reintegrazzjoni fis-suq tax-xogħol ta' ħaddiema ssensjati;

    16.

    Jenfasizza li, skont l-Artikolu 6 tar-Regolament dwar il-FEG, għandu jkun żgurat li l-FEG jappoġġa r-reintegrazzjoni fix-xogħol fuq tul ta' żmien twil ta' ħaddiema individwali ssensjati; barra dan jenfasizza li l-assistenza mill-FEG tista' tikkofinanzja biss miżuri għas-suq tax-xogħol attivi li jwasslu għal impjiegi fit-tul; itenni li l-għajnuna mill-FEG m'għandhiex tieħu post azzjonijiet li huma r-responsabilità tal-kumpaniji skont il-liġi nazzjonali jew ftehimiet kollettivi, u lanqas ma għandha tissostitwixxi miżuri għar-ristrutturar ta’ kumpaniji jew setturi; jiddeplora l-fatt li l-FEG jista’ jipprovdi inċentiv għall-kumpaniji sabiex jissostitwixxu l-forza tax-xogħol kuntrattwali tagħhom b’ħaddiema oħra aktar flessibbli u għal terminu ta' żmien qasir;

    17.

    Jinnota li l-informazzjoni pprovduta dwar il-pakkett koordinat ta' servizzi personalizzati li għandu jiġi ffinanzjat mill-FEG tinkludi informazzjoni dwar il-komplementarjetà ma' azzjonijiet iffinanzjati mill-Fondi Strutturali; itenni l-appell tiegħu lill-Kummissjoni biex tippreżenta evalwazzjoni komparattiva ta’ dik id-data fir-rapporti annwali tagħha sabiex ikun żgurat ir-rispett sħiħ tar-regolamenti eżistenti u li ma jkunx jista' jkun hemm duplikazzjoni tas-servizzi ffinanzjati mill-Unjoni;

    18.

    Jilqa' l-fatt li wara talbiet ripetuti mill-Parlament, il-baġit tal-2012 juri approprjazzjonijiet ta' pagament ta' EUR 50 000 000 fil-linja baġitarja 04 05 01 tal-FEG; ifakkar li l-FEG nħoloq bħala strument speċifiku separat bl-objettivi u bl-iskadenzi tiegħu stess u ligħalhekk jistħoqqlu allokazzjoni ddedikata, li tevita t-trasferimenti minn linji baġitarji oħra, kif ġara fl-imgħoddi, ħaġa li tista' tkun ta' ħsara għall-ilħiq tal-objettivi tal-politika tal-FEG;

    19.

    Jiddispjaċih bid-deċiżjoni tal-Kunsill li jibblokka l-estensjoni tad-"deroga marbuta mal-kriżi" li tippermetti l-għoti ta' assistenza finanzjarja lill-ħaddiema ssensjati minħabba l-kriżi finanzjarja u ekonomika attwali flimkien ma’ dawk li tilfu l-impjieg tagħhom minħabba bidliet fix-xejriet kummerċjali dinjija, u li tippermetti żieda tar-rata ta’ kofinanzjament tal-Unjoni għal 65 % tal-ispejjeż tal-programm, għall-applikazzjonijiet ippreżentati wara l-iskadenza tal-31 ta' Diċembru 2011, u jitlob lill-Kunsill jerġa’ jintroduċi din il-miżura mingħajr dewmien;

    20.

    Japprova d-deċiżjoni annessa ma' din ir-riżoluzzjoni;

    21.

    Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jiffirma din id-deċiżjoni flimkien mal-President tal-Kunsill u biex jiżgura li tiġi ppubblikata f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea;

    22.

    Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni, flimkien mal-anness tagħha, lill-Kunsill u lill-Kummissjoni.


    (1)  ĠU C 139, 14.6.2006, p. 1.

    (2)  ĠU L 406, 30.12.2006, p. 1.

    (3)  Ir-Regolament (KE) Nru 1893/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta’ Diċembru 2006 li jistabbilixxi l-klassifikazzjoni tal-istatistika ta' attivitajiet ekonomiċi tan-NACE Reviżjoni 2 u li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 3037/90 kif ukoll ċerti Regolamenti tal-KE dwar setturi speċifiċi tal-istatistika (ĠU L 393, 30.12.2006, p. 1).


    It-Tlieta 23 ta’ Ottubru 2012
    ANNESS

    DEĊIŻJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL

    dwar il-mobilizzazzjoni tal-Fond Ewropew ta' Aġġustament għall-Globalizzazzjoni, f'konformità mal-punt 28 tal-Ftehim Interistituzzjonali tas-17 ta' Mejju 2006 bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni dwar id-dixxiplina baġitarja u l-ġestjoni finanzjarja soda (l-applikazzjoni EGF/2011/009 NL/Gelderland Construction 41 mill-Pajjiżi l-Baxxi)

    (It-test ta' dan l-anness mhux riprodott hawnhekk billi jikkorrispondi mal-att finali, Deċiżjoni 2012/681/UE.)


    Top