This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 52012AR1659
Opinion of the Committee of the Regions on ‘A mechanism for monitoring and reporting greenhouse gas emissions’
Opinjoni tal-Kumitat tar-Reġjuni dwar “Mekkaniżmu għall-monitoraġġ u r-rapportar ta’ emissjonijiet ta’ gassijiet b’effett ta’ serra”
Opinjoni tal-Kumitat tar-Reġjuni dwar “Mekkaniżmu għall-monitoraġġ u r-rapportar ta’ emissjonijiet ta’ gassijiet b’effett ta’ serra”
ĠU C 277, 13.9.2012, pp. 51–60
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
|
13.9.2012 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 277/51 |
Opinjoni tal-Kumitat tar-Reġjuni dwar “Mekkaniżmu għall-monitoraġġ u r-rapportar ta’ emissjonijiet ta’ gassijiet b’effett ta’ serra”
2012/C 277/07
IL-KUMITAT TAR-REĠJUNI
|
— |
jilqa' t-tentattivi tal-Kummissjoni sabiex tinkiseb il-konformità u s-semplifikazzjoni tar-rekwiżiti għall-monitoraġġ u r-rapportar iżda jitlob emendi għall-proposta tal-Kummissjoni sabiex tipprovdi kuntest spazjali/reġjonali għall-emissjonijiet ta’ gassijiet b'effett ta’ serra (GHG), u projezzjonijiet u pjani ta’ żvilupp b'emissjonijiet baxxi ta’ karbonju (PLCD); |
|
— |
jitlob li li d-data/metodoloġiji kollha użati jkunu disponibbli għall-pubbliku u mhux proprjetà privata, li jkunu trasparenti u għaldaqstant replikabbli u mfassla minn korp bħall-EEA sabiex jiġu evitati problemi ta’ multipliċità u sabiex tkun iffaċilitata politika f'ambjent politiku b'governanza f'diversi livelli; |
|
— |
jappella biex l-impatt spazjali fuq l-emissjonijiet ikun konsiderazzjoni materjali fil-politiki, programmi, allokazzjoni tal-fondi u proġetti usa' tal-Kummissjoni; |
|
— |
jirreferi l-Kummissjoni għall-inizjattivi tal-Patt tas-Sindki, ir-Reġjuni ClimAct, carbonn, ICLEI u l-EUCO2 80/50 bħala eżempji ta’ eċċellenza internazzjonali ta’ xogħol li jsir fil-livell reġjonali sabiex jitnaqqsu l-emissjonijiet tas-CO2; |
|
— |
jirrakkomanda l-armonizzazzjoni tal-projezzjonijiet tal-Istati Membri sabiex tipprovdi numru ta’ projezzjonijiet konsistenti, inkluż ir-rapportar dwar l-użu tal-enerġija rinnovabbli u l-effiċjenza enerġetika; |
|
— |
itenni l-appell li kien għamel fil-COP 17 f'Durban, kif ukoll matul konferenzi preċedenti tal-UNFCCC, għar-rikonoxximent tal-mitigazzjoni tal-klima u azzjonijiet ta’ adattament fil-livell lokali u reġjonali. |
|
Relatur |
Is-Sur SWANNICK (UK/PSS), Membru tal-Kunsill tal-Belt ta’ Manchester |
|
Dokument ta’ referenza |
Proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar mekkaniżmu għall-monitoraġġ u r-rapportar ta’ emissjonijiet ta’ gassijiet b'effett ta’ serra u għar-rapportar ta’ informazzjoni oħra relatata mat-tibdil fil-klima fil-livelli nazzjonali u tal-Unjoni COM(2011) 789 final |
I. RAKKOMANDAZZJONIJIET TA' POLITIKA
IL-KUMITAT TAR-REĠJUNI
1. Introduzzjoni
1.1 Il-proposta għal regolament (minn hawn 'il quddiem imsejħa “il-proposta”) “dwar mekkaniżmu għall-monitoraġġ u r-rapportar ta’ emissjonijiet ta’ gassijiet b'effett ta’ serra u għar-rapportar ta’ informazzjoni oħra relatata mat-tibdil fil-klima fil-livelli nazzjonali u tal-Unjoni” kienet żviluppata l-aktar bħala konsegwenza tal-Ftehim ta’ Cancun u parzjalment minħabba d-Deċiżjoni Nru 406/2009/KE u d-Direttiva 2009/29/KE. Il-bażi legali għall-proposta tinsab fi ħdan il-kuntest tal-Artikolu 191 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, minn hawn 'il quddiem imsejjaħ “it-Trattat”.
1.2 Amalgamazzjoni tad-“Deċiżjoni 406/2009/KE, id-Direttiva 2009/29/KE u ‘t-Trattat’ ”, minn hawn 'il quddiem imsejħa “l-qafas reġjonali”, tpoġġi ħtieġa akbar ta’ involviment reġjonali fil-kuntest tal-mitigazzjoni ikbar milli “il-proposta” attwalment tippermetti. Il-KtR jitlob emendi għall-proposta sabiex jipprovdi kuntest spazjali/reġjonali għal:
|
— |
Emissjonijiet ta’ gassijiet b'effett ta’ serra (GHG), u |
|
— |
Projezzjonijiet u pjani ta’ żvilupp b'emissjonijiet baxxi ta’ karbonju (PLCD); |
u li d-data/metodoloġiji kollha użati jkunu:
|
— |
disponibbli għall-pubbliku u mhux proprjetà privata; |
|
— |
trasparenti u għaldaqstant replikabbli; u |
|
— |
imfassla minn korp bħall-EEA sabiex jiġu evitati problemi ta’ multipliċità |
sabiex tkun iffaċilitata politika f'ambjent politiku b'governanza f'diversi livelli.
Il-KtR jitlob li ssir previżjoni għall-“emissjonijiet mill-konsum” fi ħdan il-PLCD – jiġifieri emissjonijiet relatati mal-prodotti u s-servizzi importati. Barra minn hekk, il-PLCDs għandhom jirrikonoxxu kwalunkwe konsegwenza kemm volontarja kif ukoll mhux volontarji li twassal għall-“esportazzjoni” tal-emissjonijiet barra l-Istati Membri. Dan spiss jissejjaħ “rilaxx tal-karbonju” u eżempju tajjeb ta’ dan huwa r-rilokazzjoni tal-industrija tal-manifattura (“heavy industry”) barra mill-pajjiż. Ir-rilaxx tal-karbonju għandu jitqies fi ħdan il-PLCDs u l-azzjonijiet meħuda u sabiex dan jiġi evitat għandhom jiġu ddikjarati b'mod ċar. Dan hu importanti sabiex jitwaqqaf ir-rwol proprju tal-Ewropa fit-tnaqqis tal-emissjonijiet globali.
Barra minn hekk, l-impatt spazjali fuq l-emissjonijiet għandu jkun konsiderazzjoni materjali fil-politiki, il-programmi, l-allokazzjoni tal-fondi u l-proġetti usa' tal-Kummissjoni.
Il-KtR itenni t-talba tiegħu li għamel fil-COP 17 f'Durban, kif ukoll dik fil-konferenzi preċedenti tal-UNFCCC (Konvenzjoni Qafas tan-Nazzjonijiet Uniti dwar it-Tibdil fil-Klima), għar-rikonoxximent tal-mitigazzjoni tal-klima u azzjonijiet ta’ adattament fil-livell lokali u reġjonali.
1.3 Il-Kumitat tar-Reġjuni jaqbel mal-valutazzjoni tal-Kummissjoni li billi l-għanijiet tar-Regolament propost, fil-kuntest tal-impenji tal-UNFCCC, ma jistgħux jintlaħqu b'mod suffiċjenti mill-Istati Membri u li jistgħu għal raġunijiet ta’ skala u effetti jinkisbu aħjar fil-livell tal-Unjoni, l-Unjoni tista' tadotta miżuri b'konformità mal-prinċipju tas-sussidjarjetà stabbilit fl-Artikolu 5 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u li skont il-prinċipju tal-proporzjonalità kif stabbilit f'dak l-Artikolu, dan ir-Regolament ma jmurx lil hinn minn dak li huwa neċessarju biex jinkisbu dawn l-għanijiet.
2. Kummenti ġenerali
2.1 Il-KtR jilqa':
|
— |
il-proposta u l-konsultazzjoni mal-partijiet interessati u l-valutazzjoni tal-impatt preċedenti; |
|
— |
l-inklużjoni ta’ projezzjonijiet u azzjonijiet ta’ mitigazzjoni li jitressqu flimkien mad-data tal-inventarju; |
|
— |
l-impenn li jiġu armonizzati l-monitoraġġ tal-KE u dak internazzjonali u r-rapportar u l-iffaċilitar tal-implimentazzjoni tal-mekkaniżmu ta’ monitoraġġ u rapportar. Madankollu, nistennew li l-KE tuża impenji fi ħdan il-“qafas reġjonali” sabiex testendi l-proposta; |
|
— |
tentattivi sabiex tinkiseb il-konformità u s-simplifikazzjoni tar-rekwiżiti għall-monitoraġġ u r-rapportar fil-proposta; |
|
— |
koerenza bejn l-istima tal-GhG (gassijiet b'effett ta’ serra) u tal-emissjonijiet lokali fl-arja; |
|
— |
il-Mekkaniżmu tal-UE għall-Ikklerjar (Clearinghouse) u jittama li jkun għodda utli għal dawk li jfasslu l-politiki nazzjonali, reġjonali u lokali fl-interess tal-politika dwar il-klima; |
|
— |
l-estensjoni fir-rigward ta’ impatti oħra tal-avjazzjoni fuq it-tisħin globali. |
2.2 Kwistjonijiet finanzjarji
It-twettiq ta’ politika dwar it-tibdil fil-klima spiss iwassal għal kompetizzjoni bejn fondi allokati għall-mitigazzjoni u dawk għall-adozzjoni. Għaldaqstant il-KtR jinsab imħasseb li:
|
— |
il-fatt li l-adattament jissemma fil-“proposta” b'mod espliċitu bħala kwistjoni lokali mingħajr ma tissemma l-mitigazzjoni bħala kwistjoni lokali fit-tul ser jostakola l-effettività tal-politika ta’ mitigazzjoni; |
|
— |
mhemmx gwida fir-rigward tal-espansjoni reali fl-ambitu li l-proposta tressaq lill-Istati Membri. Dan huwa meħtieġ sabiex jiġi evitat infiq żejjed fuq il-prattikanti li fl-aħħar mill-aħħar se jressqu l-maġġoranza ta’ dawn l-emendi fil-proposta; |
|
— |
mhemmx allokazzjoni għar-reġjuni ta’ mill-inqas 30 % mid-dħul mill-irkant tal-kwoti. Dan hu meħtieġ sabiex tiġi megħjuna l-implimentazzjoni tal-miri tal-Ewropa 2020 dwar l-enerġiji rinovabbli u l-effiċjenza enerġetika; |
|
— |
x'aktarx li l-piż amministrattiv, tekniku u finanzjarju ta’ monitoraġġ addizzjonali u r-rekwiżiti ta’ rapportar jiġu estiżi għar-reġjuni, u għaldaqstant għandhom ikunu proporzjonali; |
|
— |
għandha tiġi evitata t-tfittxija tat-titjib marġinali inkrimentali tas-settijiet ta’ data jekk din ixxekkel l-implimentazzjoni tal-politika ta’ mitigazzjoni jew ta’ adattament. |
2.3 Inventarju tal-Emissjonijiet u d-Data
Inventarju dwar l-emissjonijiet jurina fejn konna, jew fejn qegħdin, fir-rigward tal-emissjonijiet tagħna. L-għan tiegħu għandu jkun li jinforma lill-partijiet interessati bis-sitwazzjoni attwali fir-rigward tal-politika ta’ mitigazzjoni. Għaldaqstant:
|
— |
l-utilità ta’ inventarju tingħata spinta kbira minn PLCD b'ħarsa fil-viċin, għal perjodu medju u fit-tul; |
|
— |
id-data dwar l-emissjonijiet li toħroġ mill-“proposta” hi ċentrali sabiex jinftiehmu d-direzzjoni strateġika, il-prijoritajiet u l-prestazzjoni tal-Unjoni Ewropea, l-Istati Membri u r-reġjuni tagħha; |
|
— |
madankollu, għall-aħjar użu possibbli, id-data għandha titressaq flimkien mad-data ewlenija tal-prestazzjoni ekonomika u soċjali li tintuża irregolarment minn dawk li jieħdu d-deċiżjonijiet. |
L-Aġenzija Ewropea għall-Ambjent (EEA) għandha rwol importanti x'taqdi fl-iżvilupp u l-applikazzjoni ta’ metodoloġiji konsistenti u tappoġġja l-Istati Membri fil-produzzjoni ta’ inventarji.
|
— |
Id-data dwar l-emissjonijiet u l-kwalità tagħha għandhom ikunu r-responsabbiltà diretta tas-servizz ċentrali tal-istatistika u d-data tal-Unjoni Ewropea. Dan għandu jinkludi proċess ċentrali b'saħħtu, trasparenti u responsabbli sabiex ikunu vverifikati l-preċiżjoni/ċertezza ta’ settijiet ta’ data nazzjonali u PLCDs. |
|
— |
Kull Stat Membru għandu jagħti t-total kumulattiv tar-rilaxx ta’ emissjonijiet mill-1990 'l quddiem:
|
Dawn iċ-ċifri huma ta’ importanza kbira, filwaqt li jikkumplimentaw l-mira assoluta ta’ 20 %, sabiex it-tisħin globali jinżamm taħt iż-2 °C.
2.4 Implimentazzjoni tal-Politika
Il-KtR irid element stabbilit, kwantifikat, spazjali/reġjonali għall-PLCDs minħabba li:
|
— |
l-element spazjali jipprovdi monitoraġġ tal-progress u evidenza aħjar milli jipprovdu l-preżentazzjonijiet ġeneriċi f'livell nazzjonali; |
|
— |
ir-reġjuni huma eqreb taċ-ċittadini mill-Istati Membri u għaldaqstant ikunu kapaċi jwasslu lill-pubbliku informazzjoni dwar kwistjonijiet relatati mal-klima, li hu wieħed mill-objettivi tal-mekkaniżmu ta’ monitoraġġ u rapportar. |
L-awtoritajiet reġjonali huma sors kruċjali ta’ tagħrif espert u li ppreżentaw ħidmiethom fil-konferenzi tal-UNFCCC. Dawn għandhom jiġu involuti mill-bidu fit-tfassil ta’ azzjonijiet sabiex jitnaqqas u jadattaw ruħhom għat-tibdil fil-klima sabiex isir l-aħjar użu mill-kompetenzi u l-esperjenza tagħhom dwar kif jiġu trattati dawn l-impatti u x'jikkawża t-tibdil fil-klima - li jolqot l-iktar fil-livell lokali.
|
— |
Għal dan il-għan, nirreferu l-KE għall-inizjattivi tal-Patt tas-Sindki, ir-Reġjuni ClimAct, carbonn, ICLEI u l-EUCO2 80/50 bħala eżempji ta’ eċċellenza internazzjonali ta’ xogħol li jsir fil-livell reġjonali sabiex jitnaqqsu l-emissjonijiet tas-CO2. |
|
— |
L-idea ta’ involviment akbar tar-reġjuni hi konformi mal-“qafas reġjonali”. |
|
— |
Jeħtieġ li jintbagħat messaġġ politiku ċar f'din id-direzzjoni. |
|
— |
L-impatt tal-politika nazzjonali, f'termini tat-tnaqqis tal-emissjonijiet, ivarja bejn ir-reġjuni fi ħdan l-Istat Membru u għandu jinftiehem. |
|
— |
Trid tittieħed azzjoni li hi eqreb għas-sorsi tal-emissjonijiet sabiex jekk tingħata li tkun tista' tintuża lokalment ikun iktar probabbli li tittieħed azzjoni dwarha. |
|
— |
Meta jitqiesu l-Artikoli 191 u 192 tat-Trattat ikun proporzjonat li dan isir. |
|
— |
Ir-reġjuni jikkontribwixxu għal livelli differenti tat-tnaqqis tal-emissjonijiet skont l-għamla u l-infrastruttura ekonomika tagħhom. Dawn il-livelli tat-tnaqqis tal-emissjonijiet ivarjaw bejn ir-reġjuni kemm fi ħdan l-Istati Membri u l-Ewropa b'mod usa'. |
|
— |
Minkejja li dawn l-awtoritajiet huma qrib l-implimentazzjoni tal-politika mhux qed jiġu konsultati b'mod konsistenti mill-Istati Membri dwar kwistjonijiet relatati mal-klima. |
|
— |
Li tintlaħaq l-isfida ta’ mitigazzjoni mhix proċess minn fuq għal isfel. |
Barra minn hekk, għandha tiġi rikonoxxuta l-għajnuna teknika u finanzjarja mogħtija lill-pajjiżi li qed jiżviluppaw imwettqa mill-awtoritajiet reġjonali permezz ta’ programmi ta’ kooperazzjoni deċentralizzata.
2.5 Adattament
Attwalment l-istrateġiji ta’ adattament mhumiex obbligatorji u għaldaqstant l-introduzzjoni ta’ obbligi ta’ rapportar fil-qasam tal-adattament (Artikolu 16) tista' titqies bħala inkoerenti – għalkemm hu ċar li dan ma jfissirx li m'għandhiex issir.
Il-KtR itenni t-talba tiegħu għal rappreżentant tal-awtoritajiet lokali u reġjonali f'korpi bħall-Kumitat ta’ Adattament il-ġdid. Nagħmlu referenza għall-Patt tal-Belt tal-Messiku tal-2010 u l-Karta ta’ Adattament iffirmata f'Durban f'Diċembru 2011.
2.6 Pjani u Projezzjonijiet ta’ Żvilupp b'Emissjonijiet Baxxi ta’ Karbonju: Trasparenza u Sjieda tad-Data
L-awtoritajiet nazzjonali, reġjonali u lokali jeħtieġu għodod, miżuri, istruzzjonijiet u linji gwida mill-KE/EEA sabiex:
|
— |
jiżviluppaw PLCDs; |
|
— |
iwaqqfu mekkaniżmi ta’ monitoraġġ; |
|
— |
jipprovdu aċċess fil-waqt u kost effettiv għad-data; |
|
— |
jevitaw li d-data u l-għodod ta’ ġbir jsiru komodità u proliferati; |
|
— |
jiżguraw konsistenza bejn il-PLCDs; |
|
— |
isaħħu l-kwalità, l-affidabbiltà u l-fiduċja fid-data; |
|
— |
jilħqu l-obbligi skont il-Protokoll ta’ Kjoto, il-Ftehimiet ta’ Cancun u l-Pjattaforma ta’ Durban għal Azzjoni Msaħħa. |
Nitolbu lill-EEA tipprovdi settijiet ta’ data lokali u reġjonali li huma standardizzati u trasparenti flimkien ma’ inventarji nazzjonali u statistika dwar il-mitigazzjoni, jiġifieri li: jistgħu jitfittxu onlajn, għandhom filters għar-riżultati fil-livell tal-Istat Membru, reġjonali u sottoreġjonali, skont is-settur, li jippermettu analiżi komparattiva, normalizzazzjoni u skrutinju fid-dawl tad-data soċjoekonomika.
2.7 Emissjonijiet Marittimi u mill-Avjazzjoni
Il-proposta tar-regolament ma tantx hi ċara rigward it-trattament tar-rapportar dwar l-emissjonijiet mill-Avjazzjoni Ċivili u Marittimi. Dan minħabba li:
|
— |
l-KtR jifhem li dan hu minħabba interpretazzjoni żbaljata ta’ “1.A.3.A l-avjazzjoni ċivili”, l-intenzjoni hi li ma jitqisux l-inġenji tal-ajru privati (iktar milli dawk kummerċjali) jiġifieri prinċipalment inġenji tal-ajru ħfief u ħelikopters li jagħmlu iktar użu minn imtajar żgħar privati. Dan għandu jiġi ddikjarat b'mod ċar; |
|
— |
mhi mogħtija l-ebda metodoloġija għall-emissjonijiet marittimi minn inġenji marittimi li jużaw portijiet Ewropej u għaldaqstant il-proposta għandha tiddikjara b'mod espliċitu li l-KE qed tistenna l-leġislazzjoni qabel tfassal metodoloġija. |
3. Konklużjoni
Il-KtR jinsab imħasseb dwar in-nuqqas ta’ enfasi reġjonali fil-proposta. Il-KtR jidhirlu li din hi opportunità mitlufa li se tostakola l-implimentazzjoni tal-politika ta’ mitigazzjoni. Il-KtR jemmen li l-proposta tkun pass 'il quddiem bl-inklużjoni ta’ enfasi reġjonali espliċita. L-enfasi fuq il-PLCDs hija milqugħa.
II. RAKKOMANDAZZJONIJIET SABIEX JITRESSQU EMENDI
Emenda 1
Artikolu 1 – Is-suġġett
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda tal-KtR |
||||
|
|
||||
|
|
||||
|
|
||||
|
|
||||
|
|
Raġuni
Mhux disponibbli mekkaniżmu għar-rapportar tal-emissjonijiet marittimi; hija l-fehma tagħna li jiġi provdut mekkaniżmu jekk titolbu leġislazzjoni ġdida.
Minħabba li l-maġġoranza tal-proposti se joħorġu fl-iskala lokali/reġjonali l-proposta għandha tagħmel referenza aktar speċifika għaliha.
Emenda 2
Artikolu 2 – Kamp ta’ applikazzjoni
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda tal-KtR |
||
|
|
|
Raġuni
Hi meħtieġa referenza espliċita għal-livell reġjonali kif ukoll għall-adattament.
Emenda 3
Artikolu 3 – Definizzjonijiet
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda tal-KtR |
||||
|
|
Raġuni
Jeħtieġ li jkun hemm konsistenza bejn kif il-politiki, miżuri u l-projezzjonijiet jitqiesu f'kull Stat Membru.
Emenda 4
Artikolu 4 – Strateġiji ta’ żvilupp b'emissjonijiet baxxi ta’ karbonju
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda tal-KtR |
|
2. L-Istati Membri għandhom jippreżentaw lill-Kummissjoni l-istrateġija tagħhom ta’ żvilupp b'emissjonijiet baxxi ta’ karbonju sena wara d-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament jew b'konformità ma’ kwalunkwe skeda ta’ żmien miftiehma internazzjonalment fil-kuntest tal-proċess tal-UNFCCC. |
2. L-Istati Membri għandhom jippreżentaw lill-Kummissjoni l-istrateġija tagħhom ta’ żvilupp b'emissjonijiet baxxi ta’ karbonju sena wara d-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament jew b'konformità ma’ kwalunkwe skeda ta’ żmien miftiehma internazzjonalment fil-kuntest tal-proċess tal-UNFCCC. |
|
3. Il-Kummissjoni u l-Istati Membri għandhom jagħmlu disponibbli għall-pubbliku minnufih l-istrateġiji rispettivi tagħhom ta’ żvilupp b'emissjonijiet baxxi ta’ karbonju u kwalunkwe aġġornamenti tagħhom. |
3. Il-Kummissjoni u l-Istati Membri għandhom jagħmlu disponibbli għall-pubbliku minnufih l-istrateġiji rispettivi tagħhom ta’ żvilupp b'emissjonijiet baxxi ta’ karbonju u kwalunkwe aġġornamenti tagħhom. |
Raġuni
Jeħtieġ li l-element spazjali jkun inkluż f'dawn il-pjani sabiex jintwera li ġie dedikat ammont xieraq ta’ ħsieb u fehma għall-pjani u dan hu parzjalment minħabba li mingħajr element spazjali huwa diffiċli li l-implimentazzjoni ssir “fil-prattika”.
Il-fehma ta’ kif inħarġu dawn il-projezzjonijiet/kalkoli dwar l-iżvilupp ta’ livell baxx ta’ karbonju hi kruċjali għall-analiżi u t-trasparenza tal-politika.
Emenda 5
Artikolu 5 – Sistemi ta’ inventarju nazzjonali
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda tal-KtR |
||||
|
1. L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu, joperaw u jfittxu li jtejbu kontinwament sistemi ta’ inventarju nazzjonali għall-valutazzjoni tal-emissjonijiet antropoġeniċi ta’ gassijiet b'effett ta’ serra minn sorsi u tal-assorbiment minn bjar elenkati fl-Anness I għal dan ir-Regolament, filwaqt li jiżguraw il-puntwalità, it-trasparenza, il-preċiżjoni, il-konsistenza, il-komparabbiltà u l-kompletezza tal-inventarji tagħhom tal-gassijiet b'effett ta’ serra. |
1. L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu, joperaw u jfittxu li jtejbu kontinwament sistemi ta’ inventarju nazzjonali għall-valutazzjoni tal-emissjonijiet antropoġeniċi ta’ gassijiet b'effett ta’ serra minn sorsi u tal-assorbiment minn bjar elenkati fl-Anness I għal dan ir-Regolament, filwaqt li jiżguraw il-puntwalità, it-trasparenza, il-preċiżjoni, il-konsistenza, il-komparabbiltà u l-kompletezza tal-inventarji tagħhom tal-gassijiet b'effett ta’ serra. |
||||
|
2. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-awtoritajiet tal-inventarju kompetenti tagħhom ikollhom aċċess għal, kif ukoll li s-sistema ta’ inventarju nazzjonali tagħhom tistabbilixxi li l-awtoritajiet kompetenti tagħhom għandu jkollhom aċċess għal: |
2. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-awtoritajiet tal-inventarju kompetenti tagħhom ikollhom aċċess għal, kif ukoll li s-sistema ta’ inventarju nazzjonali tagħhom tistabbilixxi li l-awtoritajiet kompetenti tagħhom għandu jkollhom aċċess għal: |
||||
|
|
||||
|
|
||||
|
|
||||
|
|
||||
|
3. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-awtoritajiet tal-inventarju kompetenti tagħhom, u li s-sistema ta’ inventarju nazzjonali tagħhom tipprovdi li l-awtoritajiet tal-inventarju kompetenti tagħhom: |
3. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-awtoritajiet tal-inventarju kompetenti tagħhom, u li s-sistema ta’ inventarju nazzjonali tagħhom tipprovdi li l-awtoritajiet tal-inventarju kompetenti tagħhom: |
||||
|
|
||||
|
|
||||
|
|
|
Raġuni
It-twaqqif u t-tfassil xieraq ta’ miżuri għat-tnaqqis ta’ emissjonijiet u l-ħtieġa li l-eżiti tagħhom jiġu riflessi fl-inventarji tal-gassijiet b'effett ta’ serra huma marbuta mill-qrib mas-sensibilizzazzjoni tas-sorsi ta’ informazzjoni, mudelli, approċċi metodoloġiċi, stimi, suppożizzjonijiet, eċċ. Xi sorsi ta’ emissjonijiet ta’ setturi diffużi u bjar jaqgħu fi ħdan il-mandat tal-awtoritajiet reġjonali. Bħala konsegwenza, iridu jkunu familjari u jipparteċipaw fis-sistemi ta’ inventarji nazzjonali sabiex jittejbu u jiġu adattati l-politiki ta’ mitigazzjoni proposti fil-livell reġjonali.
Emenda 6
Artikolu 6 – Sistema ta’ inventarju tal-Unjoni
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda tal-KtR |
||||
|
|
||||
|
|
|
Raġuni
L-inventarji tal-Istati Membri għandhom jiġu eżaminati mill-ġdid minn awtorità tal-inventarji kompetenti u mhux kummerċjali li ma kinitx involuta fit-tħejjija ta’ inventarju nazzjonali fi kwalunkwe sena. Idealment din tkun korp intern tal-EEA. Il-KE għandha tirrikonoxxi wkoll l-impatti tal-politiki u l-programmi tagħha fuq l-emissjonijiet sabiex tkun tista' tidentifika jekk għandhomx effett pożittiv jew negattiv.
Emenda 7
Artikolu 7 – Inventarji tal-gassijiet b'effett ta’ serra
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda tal-KtR |
||||
|
|
Raġuni
Il-kategorija 1.A.3.A tqis emissjonijiet waqt li l-inġenju tal-ajru jitlaq u jinżel u l-komponent “cruise” fi ħdan Stat Membru. L-emissjonijiet tal-inġenju tal-ajru ħafif li jitlaq mill-mitjar privati huma partikolarment ta’ piż sabiex jiġu inklużi fil-qasir. Madankollu x'aktarx li l-karburant użat mill-inġenju tal-ajru ħafif jitqies taħt emissjonijiet b'karburant tal-bastimenti jekk jużaw ajruport kummerċjali (tinħoloq inkonsistenza).
Emenda 8
Artikolu 13 – Is-sistemi nazzjonali għal politiki, miżuri u projezzjonijiet
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda tal-KtR |
|
2. Huma għandhom jimmiraw li jiżguraw il-puntwalità, it-trasparenza, il-preċiżjoni, il-konsistenza, il-komparabbiltà u l-kompletezza tal-informazzjoni rrapportata dwar il-politiki u l-miżuri u l-projezzjonijiet ta’ emissjonijiet antropoġeniċi ta’ gassijiet b'effett ta’ serra minn sorsi u tal-assorbiment minn bjar, kif imsemmi fl-Artikoli 14 u 15 ta’ dan ir-Regolament, inklużi l-użu u l-applikazzjoni tad-dejta, tal-metodi u tal-mudelli, u l-implimentazzjoni tal-attivitajiet ta’ assigurazzjoni tal-kwalità u ta’ kontroll tal-kwalità, kif ukoll l-analiżi tas-sensittività. |
2. Huma għandhom jiżguraw il-puntwalità, it-trasparenza, il-preċiżjoni, il-konsistenza, il-komparabbiltà u l-kompletezza tal-informazzjoni rrapportata dwar il-politiki u l-miżuri u l-projezzjonijiet ta’ emissjonijiet antropoġeniċi ta’ gassijiet b'effett ta’ serra minn sorsi u tal-assorbiment minn bjar, kif imsemmi fl-Artikoli 14 u 15 ta’ dan ir-Regolament, inklużi l-użu u l-applikazzjoni tad-dejta, tal-metodi u tal-mudelli, u l-implimentazzjoni tal-attivitajiet ta’ assigurazzjoni tal-kwalità u ta’ kontroll tal-kwalità, kif ukoll l-analiżi tas-sensittività. |
Raġuni
Irid ikun hemm l-opportunità li jitqabblu l-PLCDs bejn l-Istati Membri. Irid ikun hemm ukoll il-kapaċità wkoll li jitqabblu l-impatti fuq l-emissjonijiet fuq setturi differenti f'oqsma Ewropej differenti. Għaldaqstant id-data għandha tkun aċċessibbli sabiex tiġi permessa analiżi ulterjuri u fiduċja fl-istrateġiji.
Emenda 9
Artikolu 14 – Rapportar dwar politiki u miżuri
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda tal-KtR |
||
|
1. … |
1. … |
||
|
informazzjoni dwar il-politiki u l-miżuri nazzjonali, u dwar l-implimentazzjoni ta’ politiki u miżuri tal-Unjoni li jillimitaw jew inaqqsu l-emissjonijiet ta’ gassijiet b'effett ta’ serra minn sorsi jew li jsaħħu l-assorbiment minn bjar, ippreżentata fuq bażi settorjali għal kull gassijiet b'effett ta’ serra msemmi fl-Anness I ta’ dan ir-Regolament. Din l-informazzjoni għandha tagħmel referenzi għall-politiki nazzjonali jew tal-Unjoni applikabbli, partikolarment dawk dwar il-kwalità tal-arja, u għandha tinkludi: |
||
|
… |
… |
||
|
2. L-Istati Membri għandhom jagħmlu disponibbli għall-pubbliku, f'forma elettronika, kwalunkwe valutazzjoni tal-ispejjeż u l-effetti tal-politiki u l-miżuri nazzjonali, u kwalunkwe informazzjoni dwar l-implimentazzjoni tal-politiki u l-miżuri tal-Unjoni li jillimitaw jew inaqqsu l-emissjonijiet ta’ gassijiet b'effett ta’ serra minn sorsi jew li jsaħħu l-assorbiment minn bjar, flimkien ma’ kwalunkwe rapport tekniku li jsostni dawn il-valutazzjonijiet. Dawn għandhom jinkludu deskrizzjonijiet tal-mudelli u l-approċċi metodoloġiċi użati, definizzjonijiet u suppożizzjonijiet sottostanti. |
2. L-Istati Membri għandhom jagħmlu disponibbli għall-pubbliku, f'forma elettronika, kwalunkwe valutazzjoni tal-ispejjeż u l-effetti tal-politiki u l-miżuri nazzjonali, u kwalunkwe informazzjoni dwar l-implimentazzjoni tal-politiki u l-miżuri tal-Unjoni li jillimitaw jew inaqqsu l-emissjonijiet ta’ gassijiet b'effett ta’ serra minn sorsi jew li jsaħħu l-assorbiment minn bjar, flimkien ma’ kwalunkwe rapport tekniku li jsostni dawn il-valutazzjonijiet. Dawn għandhom jinkludu d-deskrizzjonijiet tal-mudelli u l-approċċi metodoloġiċi użati, id-definizzjonijiet u suppożizzjonijiet sottostanti. |
Raġuni
Il-kuntest reġjonali jeħtieġ li jkun espliċitu.
Huwa meħtieġa kemm il-kalkoli kif ukoll ir-raġunijiet kwalitattivi.
Emenda 10
Artikolu 15 – Rapportar dwar il-projezzjonijiet
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda tal-KtR |
|
1. L-Istati Membri għandhom jirrapportaw lill-Kummissjoni, sal-15 ta’ Marzu ta’ kull sena (“sena X”), il-projezzjonijiet nazzjonali tal-emissjonijiet antropoġeniċi ta’ gassijiet b'effett ta’ serra minn sorsi u tal-assorbiment minn bjar, organizzati skont it-tip ta’ gass u skont is-settur. |
1. L-Istati Membri għandhom jirrapportaw lill-Kummissjoni, sal-15 ta’ Marzu ta’ kull sena (“sena X”), il-projezzjonijiet nazzjonali tal-emissjonijiet antropoġeniċi ta’ gassijiet b'effett ta’ serra minn sorsi u tal-assorbiment minn bjar, organizzati skont it-tip ta’ gass u skont is-settur. |
Raġuni
Il-kuntest reġjonali jeħtieġ li jkun espliċitu.
Emenda 11
Artikolu 25 – Ir-rwol tal-Aġenzija Ewropea għall-Ambjent
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda tal-KtR |
||||
|
… |
… |
||||
|
|
||||
|
… |
… |
||||
|
|
||||
|
… |
… |
||||
|
|
||||
|
|
|
||||
|
|
|
||||
|
|
|
||||
|
|
|
||||
|
|
|
Raġuni
L-EEA hi kruċjali għas-suċċess tal-politika tal-Istati Membri. Dan ifisser li għandhom ikunu s-sors tat-tagħrif espert u l-gwida dwar l-iktar tendenzi probabbli tal-emissjonijiet. L-emissjonijiet kumulativi huma kruċjali għall-konċentrazzjonijiet fl-atmosfera ta’ GhGs fl-atmosfera u għaldaqstant taż-żieda futura fit-temperatura. L-emissjonijiet fi ħdan il-konfini Ewropej ma jirriflettux b'mod xieraq l-emissjonijiet globali mill-Ewropa. Għaldaqstant għandu jiġi inkluż b'mod espliċitu apprezzament tal-“emissjonijiet mill-konsum”.
Brussell, 19 ta’ Lulju 2012.
Il-President tal-Kumitat tar-Reġjuni
Mercedes BRESSO