EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 52011XC0709(01)

Pubblikazzjoni skont l-Artikolu 6 tad-Direttiva 2001/24/KE tal-Paralment Ewropew u tal-Kunsill fuq ir-riorganizzazzjoni u l-istralċ ta' istituzzjonijiet ta' kreditu

ĠU C 203, 9.7.2011, p. 12–13 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

9.7.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 203/12


Pubblikazzjoni skont l-Artikolu 6 tad-Direttiva 2001/24/KE tal-Paralment Ewropew u tal-Kunsill fuq ir-riorganizzazzjoni u l-istralċ ta' istituzzjonijiet ta' kreditu

2011/C 203/06

ORDINIJIET DWAR IR-REKWIŻITI B'RABTA MAL-ANGLO IRISH BANK CORPORATION LIMITED U L-IRISH NATIONWIDE BUILDING SOCIETY SKONT IT-TAQSIMA 50 TAL-CREDIT INSTITUTIONS (STABILISATION) ACT 2010

Fis-7 ta' April 2011, il-Ministru tal-Finanzi tal-Irlanda (il-“Ministru”) ħareġ ordnijiet dwar ir-rekwiżiti (l-“Ordnijiet dwar ir-Rekwiżiti”) b'rabta sew mal-Anglo Irish Bank Corporation Limited (“Anglo”) sew mal-Irish Nationwide Building Society (“INBS”) skont it-taqsima 50 tal-Credit Institutions (Stabilisation) Act 2010 (l-“Att”):

1.

li jeħtieġu lill-Anglo:

1.1.

jimplimenta fl-aspetti materjali kollha l-pjan ta' livell għoli fi stadji għall-għeluq ta' wħud mill-uffiċji tal-Anglo fir-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta' Fuq u l-fergħat tal-Anglo fi Vjenna, Dusseldorf u Jersey;

1.2.

jimplimenta fl-aspetti materjali kollha l-pjan ta' livell għoli fi stadji għaċ-ċessjoni tan-negozju tal-Anglo tal-Ġestjoni tal-Patrimonju;

1.3.

jimplimenta fl-aspetti materjali kollha l-pjan ta' livell għoli fi stadji għall-akkwist ta' u /jew l-amalgamazzjoni mal-INBS; u

1.4.

ifassal, flimkien mal-INBS u l-NTMA u, suġġett għall-approvazzjoni minn qabel tal-NTMA, jimplimenta fl-aspetti materjali kollha pjan ta' livell għoli ta' ristrutturar u r-rinegozjar għall-Anglo u l-INBS skont il-Pjan Konġunt tal-KE għar-Ristrutturar u r-Rinegozjar imressaq lill-Kummissjoni Ewropea fil-31 ta' Jannar 2011 (suġġett għal kwalunkwe varjazzjoni għal pjan bħal dan kif dirett u approvat mill-Kummissjoni Ewropea); u

2.

li jeħtieġu lill-INBS:

2.1.

jimplimenta fl-aspetti materjali kollha l-pjan ta' livell għoli fi stadji għall-akkwist tal-INBS mill-Anglo u/jew l-amalgamazzjoni mal-Anglo; kif ukoll

2.2.

ifassal, flimkien mal-INBS u l-NTMA u, suġġett għall-approvazzjoni minn qabel tal-NTMA, jimplimenta fl-aspetti materjali kollha pjan ta’ livell għoli fi stadji skont il-Pjan Konġunt tal-KE għar-Ristrutturar u r-Rinegozjar għall-Anglo u l-INBS imressaq lill-Kummissjoni Ewropea fil-31 ta' Jannar 2011 (suġġett għal kwalunkwe varjazzjoni għal pjan bħal dan kif dirett u approvat mill-Kummissjoni Ewropea),

(flimkien, ir-“Rekwiżiti”);

3.

jiddikjara li l-impożizzjoni tar-Rekwiżiti hija miżura ta' riorganizzazzjoni għall-għanijiet tad-Direttiva 2001/24/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-4 ta' April 2001 (id-“Direttiva CIWUD”) u r-Regolamenti 2011 (ir-“Regolamenti 2011”) tal-Komunitajiet Ewropej (Riorganizzazzjoni u Stralċ tal-Istituzzjonijiet tal-Kreditu) u, skont dan, li r-Rekwiżiti għandhom ikollhom seħħ sħiħ skont id-Direttiva CIWUD, ir-Regolmenti 2011 u l-Att, inkluż, b'mod partikolari imma mhux limitati għal, it-taqsima 61 tal-Att; u

4.

jiddikjara li r-Rekwiżiti għandhom jidħlu fis-seħħ minnufih.

Skont it-Taqsima 63 tal-Att, il-persuni affettwati mill-Ordnijiet dwar ir-Rekwiżiti jistgħu japplikaw mal-Qorti Għolja tal-Irlanda, li tinsab f'Four Courts, Inns Quay, Dublin 7, Ireland, għall-awtorizzazzjoni biex jiġi ppreżentat rikors ġudizzjarju għal deċiżjoni skont l-Att relatat mal-Ordnijiet dwar ir-Rekwiżiti, fi żmien 14-il jum wara li tiġi nnotifikata d-deċiżjoni lill-persuna kkonċernata, jew li dik il-persuna ssir taf dwar id-deċiżjoni b'xi mod ieħor.


Top