Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 52011DP0524

    Talba ta' tneħħija tal-immunità parlamentari ta' Georgios Toussas Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew tal- 1 ta' Diċembru 2011 dwar it-talba għat-tneħħija tal-immunità ta' Georgios Toussas (2011/2057(IMM))

    ĠU C 165E, 11.6.2013, p. 68–69 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    11.6.2013   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    CE 165/68


    Il-Ħamis 1 ta’ Diċembru 2011
    Talba ta' tneħħija tal-immunità parlamentari ta' Georgios Toussas

    P7_TA(2011)0524

    Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew tal-1 ta' Diċembru 2011 dwar it-talba għat-tneħħija tal-immunità ta' Georgios Toussas (2011/2057(IMM))

    2013/C 165 E/09

    Il-Parlament Ewropew,

    wara li kkunsidra t-talba għat-tneħħija tal-immunità ta' Georgios Toussas, imressqa fid-9 ta' Frar 2011 mill-Imħallef Ilias Stavropoulos tal-Qorti ta’ Prim’Istanza ta’ Pireus, Taqsima 7, u mħabbra fis-seduta plenarja tad-9 ta' Marzu 2011,

    wara li sema' lil Georgios Toussas fid-19 ta' Settembru 2011, skont l-Artikolu 7(3) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

    wara li kkunsidra l-Artikolu 9 tal-Protokoll Nru 7 dwar il-Privileġġi u l-Immunitajiet tal-Unjoni Ewropea, kif ukoll l-Artikolu 6(2) tal-Att dwar l-elezzjoni tal-Membri tal-Parlament Ewropew b'suffraġju universali dirett, tal-20 ta’ Settembru 1976,

    wara li kkunsidra s-sentenzi tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea tat-12 ta' Mejju 1964, tal-10 ta' Lulju 1986, tal-15 u l-21 ta' Ottubru 2008 u tad-19 ta' Marzu 2010 (1),

    wara li kkunsidra d-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 62 tal-Kostituzzjoni tar-Repubblika Ellenika,

    wara li kkunsidra l-Artikoli 6(2) u 7 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

    wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Affarijiet Legali (A7-0410/2011),

    A.

    billi l-imħallef tal-Qorti ta’ Prim’Istanza ta’ Piraeus, Taqsima 7, talab għat-tneħħija tal-immunità ta’ Georgios Toussas, Membru tal-Parlament Ewropew, biex ikun jista’ jwettaq il-proċeduri kriminali mibdija b’riżultat tal-istruzzjonijiet maħruġa mill-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku tal-Qorti tal-Maġistrati ta’ Piraeus dwar allegat ksur ta’ fiduċja li jirriżulta f’danni ta’ aktar minn EUR 147 000 (l-Artikolu 390 tal-Kodiċi Kriminali Griega u l-Artikolu 1 tal-Liġi 1608/1950) u li għalih ħarġet ordni ta’ inkjesta ġudizzjarja (l-Artikoli 246, 248 u 250 tal-Kodiċi tal-Proċedura Kriminali Griega),

    B.

    billi l-imħallef bi ħsiebu jħarrek lil Georgios Toussas biex jixhed bħala l-akkużat f'din il-kawża u jwieġeb għall-akkużi msemmija hawn fuq li nġiebu kontrih skont l-Artikoli 270, 271 u 273 tal-Kodiċi tal-Proċedura Kriminali Grieg;

    C.

    billi għalhekk ikun xieraq li jirrakkomanda t-tneħħija tal-immunità parlamentari f'dan il-każ;

    1.

    Jiddeċiedi li jneħħi l-immunità parlamentari ta' Georgios Toussas;

    2.

    Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi minnufih din id-deċiżjoni u r-rapport tal-kumitat responsabbli tiegħu lill-awtoritajiet kompetenti tar-Repubblika Ellenika u lil Georgios Toussas.


    (1)  Il-Każ 101/63 Wagner v Fohrmann u Krier [1964] ECR 195; Il-Każ 149/85 Wybot v Faure u oħrajn [1986] ECR 2391; Il-Każ T-345/05, Mote v Il-Parlament [2008] ECR II-2849; Il-Każ magħqud C-200/07 u C-201/07 Marra v De Gregorio u Clemente [2008] ECR I-7929; Il-Każ T-42/06 Gollnisch v Il-Parlament (ĠU C 134, 22.5.2010, p. 29).


    Top