Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 52011BP0520

    Il-mobilizzazzjoni tal-istrument ta' flessibilità favur il-Politika Ewropea tal-Viċinat u l-Programm Qafas ta' Riċerka Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal- 1 ta' Diċembru 2011 dwar il-proposta għal deċiżjoni tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-Mobilizzazzjoni tal-Istrument ta' Flessibilità favur l-Istrateġija UE 2020 u l-Politika Ewropea tal-Viċinat, skont il-punt 27 tal-Ftehim Interistituzzjonali tas- 17 ta' Mejju 2006 bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni dwar id-dixxiplina tal-baġit u l-amministrazzjoni finanzjarja tajbat (COM(2011)0373 – C7-0164/2011 – 2011/2126(BUD))
    ANNESS

    ĠU C 165E, 11.6.2013, p. 82–83 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    11.6.2013   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    CE 165/82


    Il-Ħamis 1 ta’ Diċembru 2011
    Il-mobilizzazzjoni tal-istrument ta' flessibilità favur il-Politika Ewropea tal-Viċinat u l-Programm Qafas ta' Riċerka

    P7_TA(2011)0520

    Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-1 ta' Diċembru 2011 dwar il-proposta għal deċiżjoni tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-Mobilizzazzjoni tal-Istrument ta' Flessibilità favur l-Istrateġija UE 2020 u l-Politika Ewropea tal-Viċinat, skont il-punt 27 tal-Ftehim Interistituzzjonali tas-17 ta' Mejju 2006 bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni dwar id-dixxiplina tal-baġit u l-amministrazzjoni finanzjarja tajbat (COM(2011)0373 – C7-0164/2011 – 2011/2126(BUD))

    2013/C 165 E/13

    Il-Parlament Ewropew,

    wara li kkunsidra l-Abbozz tal-Baġit Ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2012 (COM(2011)0300), ippreżentat mill-Kummissjoni fl-20 ta' April 2011,

    wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2011)0373 - C7-0164/2011),

    wara li kkunsidra l-Ftehim Interistituzzjonali tas-17 ta' Mejju 2006 bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni dwar id-dixxiplina tal-baġit u l-amministrazzjoni finanzjarja tajba (1) (l-IIA tas-17 ta' Mejju 2006), u b'mod partikolari l-punt 27 tiegħu,

    wara li kkunsidra l-pożizzjoni tiegħu adottata fis-26 ta' Ottubru 2011 dwar l-abbozz ġenerali tal-baġit tal-2012 (2),

    wara li kkunsidra l-konklużjonijiet konġunti dwar il-baġit 2012 adottati fid-19 ta' Novembru 2011,

    wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Baġits (A7-0353/2011),

    A.

    billi l-livelli massimi tal-Qafas Finanzjarju Multiannwali, speċjalment għas-subintestatura 1a u l-intestatura 4, ma jippermettux il-finanzjament ta' prijoritajiet tal-Unjoni bla ma jkunu pperikolati l-istrumenti u l-politiki eżistenti,

    B.

    billi l-Kummissjoni kienet pproponiet fl-ittra ta' emenda Nru 1/2012 li timmobilizza l-Istrument ta' Flessibilità biex tpatti għat-tisħiħ tal-Politika Ewropea tal-Viċinat taħt l-intestatura 4 għall-ammont ta' EUR 153 343 576,

    C.

    billi l-kumitat ta' konċiljazzjoni msejjaħ għall-baġit 2012 approva l-mobilizzazzjoni tal-Istrument tal-Flessibilità għal ammont totali ta' EUR 200 miljun lil hinn mil-limiti massimi tas-subintestatura 1a u l-intestatura 4;

    1.

    Jirrimarka li, minkejja rinfurzar ristrett f'impenji fuq għadd limitat ta' punti tal-baġit u tnaqqis varju ta' punti oħra tal-baġit, il-limiti massimi tas-subintestatura 1a u tal-intestatura 4 ma jippermettux finanzjament adegwat tal-prijoritajiet magħżula mill-Parlament u l-Kunsill;

    2.

    Jaqbel, għalhekk, mal-mobilizzazzjoni tal-Istrument ta' Flessibilità għall-iffinanzjar tal-Istrateġija ta' UE 2020 skont is-subintestatura 1a, u l-iffinanzjar tal-Politika Ewropea tal-Viċinat taħt l-intestatura 4 għall-ammont totali ta' EUR 200 miljun;;

    3.

    Itenni li l-mobilizzazzjoi tal-Istrument tal-Flessibilità, kif previst fil-punt 27 tal-IIA tas-17 ta' Mejju 2006, għal darb' oħra jenfasizza l-ħtieġa kruċjali li l-baġit tal-Unjoni jkun aktar flessibbli;

    4.

    Japprova d-deċiżjoni annessa ma' din ir-riżoluzzjoni;

    5.

    Jagħti struzzjonijiet lill-President tiegħu biex jiffirma din id-deċiżjoni flimkien mal-President tal-Kunsill u biex jiżgura li tiġi ppubblikata f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea;

    6.

    Jagħti struzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni, flimkien mal-anness tagħha, lill-Kunsill u lill-Kummissjoni.


    (1)  ĠU C 139, 14.6.2006, p. 1.

    (2)  Testi adottati, P7_TA(2011)0461.


    Il-Ħamis 1 ta’ Diċembru 2011
    ANNESS

    DEĊIŻJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL

    dwar il-mobilizzazzjoni tal-Istrument ta' Flessibbiltà

    (It-test ta' dan l-anness mhux riprodott hawnhekk billi jikkorrispondi mal-att finali, Deċiżjoni 2012/3/UE.)


    Top