This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 52010AP0280
European External Action Service * European Parliament legislative resolution of 8 July 2010 on the proposal for a Council decision establishing the organisation and functioning of the European External Action Service (08029/2010 – C7-0090/2010 – 2010/0816(NLE))#P7_TC1-NLE(2010)0816 Position of the European Parliament adopted on 8 July 2010 with a view to the adoption of Council decision establishing the organisation and functioning of the European External Action Service#ANNEX#ANNEX
Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna * Riżoluzzjoni leġislattiva tal-Parlament Ewropew tat- 8 ta’ Lulju 2010 dwar il-proposta għal Deċiżjoni tal-Kunsill li tistabbilixxi l-organizzazzjoni u l-funzjonament tas-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna (08029/2010 – C7-0090/2010 – 2010/0816(NLE))
P7_TC1-NLE(2010)0816 Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fit- 8 ta’ Lulju 2010 bil-ħsieb ta’ l-adozzjoni tad-Deċiżjoni tal-Kunsill li tistabilixxi l-organizzazzjoni u l-funzjonament tas-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna
ANNESS
ANNESS
Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna * Riżoluzzjoni leġislattiva tal-Parlament Ewropew tat- 8 ta’ Lulju 2010 dwar il-proposta għal Deċiżjoni tal-Kunsill li tistabbilixxi l-organizzazzjoni u l-funzjonament tas-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna (08029/2010 – C7-0090/2010 – 2010/0816(NLE))
P7_TC1-NLE(2010)0816 Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fit- 8 ta’ Lulju 2010 bil-ħsieb ta’ l-adozzjoni tad-Deċiżjoni tal-Kunsill li tistabilixxi l-organizzazzjoni u l-funzjonament tas-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna
ANNESS
ANNESS
ĠU C 351E, 2.12.2011, pp. 454–472
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
|
2.12.2011 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
CE 351/454 |
Il-Ħamis 8 ta’ Lulju 2010
Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna *
P7_TA(2010)0280
Riżoluzzjoni leġislattiva tal-Parlament Ewropew tat-8 ta’ Lulju 2010 dwar il-proposta għal Deċiżjoni tal-Kunsill li tistabbilixxi l-organizzazzjoni u l-funzjonament tas-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna (08029/2010 – C7-0090/2010 – 2010/0816(NLE))
2011/C 351 E/43
(Konsultazzjoni)
Il-Parlament Ewropew,
wara li kkunsidra l-proposta mir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta’ Sigurtà (08029/2010),
wara li kkunsidra d-Dikjarazzjoni tar-Rappreżentant Għoli fil-plenarja lill-Parlament Ewropew fit-8 ta’ Lulju 2010, dwar l-organizzazzjoni bażika tal-amministrazzjoni ċentrali tas-SEAE,
wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni tar-Rappreżentant Għoli dwar ir-responsabbiltà politika,
wara li kkunsidra l-Artikolu 27(3) tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, skont liema artikolu l-Kunsill ikkonsulta l-Parlament (C7-0090/2010),
wara li kkunsidra l-Artikolu 55 tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu,
wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Affarijiet Barranin u l-opinjonijiet tal-Kumitat għall-Affarijiet Kostituzzjonali, il-Kumitat għall-Iżvilupp, il-Kumitat għall-Kummerċ Internazzjonali, il-Kumitat għall-Baġits, il-Kumitat għall-Kontroll Baġitarju u l-Kumitat għad-Drittijiet tan-Nisa u l-Ugwaljanza bejn is-Sessi (A7-0228/2010),
|
1. |
Japprova kif emendata l-proposta mir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta’ Sigurtà; |
|
2. |
Huwa determinat li jsaħħaħ il-koooperazzjoni tiegħu mal-Parlamenti nazzjoanli tal-Istati Membri kif jesiġi t-Trattat, fil-qasam tal-azzjoni esterna tal-unjoni, u speċjalment rigward il-PESK u l-PSDK; |
|
3. |
Huwa tal-fehma li l-emendi tar-Regolament Finanzjarju għandhom, flimkien ma’ din id-Deċiżjoni tal-Kunsill, jispeċifikaw aktar ir-rwol tal-Kummissjoni f'dak li jirrigwarda l-poteri ta’ sottodelegazzjoni tal-Kapijiet tad-Delegazzjonijiet biex jimplimentaw approprjazzjonijiet operazzjonali, b'mod partikolari billi jkun żgurat ukoll fir-Regolament Finanzjarju li l-Kummissjoni tieħu l-miżuri kollha neċessarji biex tiggarantixxi li s-sottodelgazzjoni tal-poteri ma taffettwax il-proċedura ta’ kwittanza; |
|
4. |
Jistieden lill-Kummissjoni biex tinkludi fid-dokument komprensiv ta’ ħidma tagħha dwar l-infiq relatat mal-azzjoni esterna tal-UE, li għandu jitfassal flimkien mal-Abbozz ta’ baġit tal-UE, dettalji li, inter alia, jolqtu l-pjanijiet ta’ stabbiliment tad-Delegazzjonijiet tal-Unjoni, kif ukoll l-infiq għall-azzjoni esterna għal kull pajjiż u kull missjoni;jinnota li biħsiebu jimmmodifika r-Regolament Finanzjarju skont dan; |
|
5. |
Itenni li, fl-eventwalità ta’ nuqqas ta’ qbil dwar istruzzjonijiet mill-Kummissjoni lil Kpaijiet tad-Delegazzjonijiet tal-UE li, skont l-Artikolu 221(2) tat-TFUE, jitqiegħdu taħt l-awtorità tar-Rappreżentant Għoli, u fil-każ li ma jkunx hemm qbil bejn ir-Rappreżentant Għoli u l-Kummissarji responsabbli għall-programmazzjoni tal-istrumenti rilevanti tal-assistenza esterna, ikun kompitu tal-Kulleġġ tal-Kummissarji li jieħdu d-deċiżjoni finali. |
|
6. |
Iħeġġeġ lir-Rappreżentant Għoli biex tiżgura li d-dispożizzjonjiet stipulati fl-Artikolu 6 tad-Deċiżjoni tal-Kunsill, skont liema tal-anqas 60 % tal-persunal kollu tas-SEAE fil-livell AD għandhom ikunu uffiċjali permanenti, ikunu riflessi fil-gradi kollha tal-ġerarkija tas-SEAE; |
|
7. |
Huwa tal-fehma li miżuri addizzjonali speċifiċi maħsuba fl-Artikolu 6(6) tad-Deċiżjoni tal-Kunsill għat-tisħiħ tal-bilanċ ġeografiku u tal-ġeneru għandhom jinkludu, f'dak li jirrigwarda l-bilanċ ġeografiku, miżuri analogi għal dawk li dwarhom jiddisponi r-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 401/2004 (1); |
|
8. |
Jistieden lill-Kunsill biex jinfurmah jekk ikollu l-ħsieb li jitbiegħed mit-test approvat mill-Parlament; |
|
9. |
Jitlob lill-Kunsill biex jikkonsulta lill-Parlament mill-ġdid jekk ikollu l-ħsieb li jemenda l-proposta mir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta’ Sigurtà; |
|
10. |
Jagħti istruzzjonjiet lill-President tiegħu biex jgħaddi l-pożizzjoni tiegħu lill-Kunsill, lir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta’ Sigurtà u lill-Kummissjoni. |
(1) Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 401/2004 tat-23 ta’ Frar 2004 li jdaħħal, fl-okkażjoni ta’ l-adeżjoni ta’ Ċipru, ir-Repubblika Ċeka, l-Estonja, l-Ungerija, il-Latvja, il-Litwanja, Malta, il-Polonja, is-Slovakkja u s-Slovenja, miżuri speċjali tempoanji għar-reklutaġġ ta’ uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej (ĠU L 67, 5.3.2004, p. 1).
Il-Ħamis 8 ta’ Lulju 2010
P7_TC1-NLE(2010)0816
Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fit-8 ta’ Lulju 2010 bil-ħsieb ta’ l-adozzjoni tad-Deċiżjoni tal-Kunsill li tistabilixxi l-organizzazzjoni u l-funzjonament tas-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna
IL-KUNSILL TA' L-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabblixxi l-Unjoni Ewropea, b'mod partikolari l-Artikolu 27(3) tiegħu,
Wara li kkunsidra l-proposta mir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta’ Sigurtà (“ir-Rappreżentant Għoli”) (1),
Wara li kkunsidra l-Opinjoni tal-Parlament Ewropew (2),
Wara li kkunsidra l-kunsens tal-Kummissjoni (1),
Billi:
|
(1) |
L-għan ta’ din id-Deċiżjoni hu li jistabbilixxi l-organizzazzjoni u l-funzjonament tas-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna (“SEAE”), korp funzjonalment awtonomu tal-Unjoni taħt l-awtorità tar-Rappreżentant Għoli, stabbilit bl-Artikolu 27(3) tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea (“TUE”), kif emendat bit-Trattat ta’ Lisbona. Din id-Deċiżjoni u b'mod partikolari r-referenza għat-terminu “Rappreżentant Għoli” ser jiġu interpretati skont il-funzjonijiet differenti tagħha skont l-Artikolu 18 tat-TUE. |
|
(2) |
F'konformità mat-tieni subparagrafu tal-Artikolu 21(3) tat-TUE, l-Unjoni ser tiżgura l-konsistenza bejn l-oqsma differenti tal-azzjoni esterna tagħha u bejn dawn il-linji politiċi u l-linji politiċi l-oħra tagħha. Il-Kunsill u l-Kummissjoni, assistiti mir-Rappreżentant Għoli, ser jiżguraw dik il-konsistenza u għandhom jikkoperaw għal dak il-għan. |
|
(3) |
Is-SEAE ser jappoġġa r-Rappreżentant Għoli , li hija wkoll il-Viċi President tal-Kummissjoni u l-President tal-Kunsill Affarijiet Barranin, fit-twettiq tal-mandat tagħha biex tmexxi l-Politika Estera u ta’ Sigurtà Komuni (“PESK”) tal-Unjoni Ewropea u biex tkun żgurata l-konsistenza tal-azzjoni esterna tal-UE kif deskritt, b'mod partikolari, fl-Artikoli 18 u 27 TUE . Is-SEAE ser jappoġġa r-Rappreżentant Għoli fil-kapaċità tagħha ta’ President tal-Kunsill Affarijiet Barranin, mingħajr preġudizzju għall-kompiti normali tas-Segretarjat Ġenerali tal-Kunsill. Is-SEAE ser jappoġġa wkoll ir-Rappreżentant Għoli fil-kapaċità tagħha bħala Viċi President tal-Kummissjoni, għar-responsabbiltajiet tagħha fil-Kummissjoni għal-responsabbiltajiet inkombenti għal din tal-aħħar fir-relazzjonijiet esterni u fil-koordinazzjoni ta’ aspetti oħra tal-azzjoni esterna tal-Unjoni, mingħajr preġudizzju għall-kompiti normali tas-servizzi tal-Kummissjoni. |
|
(4) |
Fil-kontribut tiegħu għall-programmi ta’ kooperazzjoni esterna tal-UE, is-SEAE għandu jfittex li jiżgura li dawn il-programmi jwieġbu għall-objettivi għall-azzjoni esterna stabbiliti fl-Artikolu 21 tat-TUE, b'mod partikolari l-paragrafu tiegħu (2)(d) u li jirrispettaw l-objettivi tal-politika tal-UE għall-iżvilupp f'konformità mal-Artikolu 208 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE). F'dan il-kuntest, is-SEAE għandu wkoll jippromwovi t-twettiq tal-objettivi tal-Kunsens Ewropew dwar l-Iżvilupp u l-Kunsens Ewropew dwar l-Għajnuna Umanitarja. |
|
(5) |
Mit-Trattat ta’ Lisbona jirriżulta li, sabiex jimplimenta d-dispożizzjonijiet tiegħu, is-SEAE jeħtieġ li jkun operattiv kemm jista' jkun malajr wara d-dħul fis-seħħ ta’ dak it-Trattat. |
|
(6) |
Il-Parlament Ewropew ser ikollu rwol sħiħ fl-azzjoni esterna tal-Unjoni, inkluż il-funzjonijiet tiegħu ta’ kontroll politiku kif previst fl-Artikolu 14(1) tat-TUE, kif ukoll fi kwistjonijiet leġislattivi u baġitarji kif stipulati fit-Trattati. Barra minn hekk, f'konformità mal-Artikolu 36 tat-TUE, ir-Rappreżentant Għoli ser jikkonsulta regolarment mal-Parlament Ewropew dwar l-aspetti ewlenin u l-għażliet bażiċi tal-PESK u ser jiżgura li l-fehmiet tal-Parlament Ewropew jiġu kkunsidrati kif dovut. Is-SEAE ser jassisti lir-Rappreżentant Għoli f'dan ir-rigward. Għandhom isiru arranġamenti speċifiċi fir-rigward tal-aċċess għall-Membri tal-Parlament Ewropew għal dokumenti u informazzjoni klassifikata fil-qasam tal-PESK. Sal-adozzjoni ta’ tali arranġamenti, ser japplikaw dispożizzjonijiet eżistenti skont il-Ftehim Internazzjonali tal-2002 dwar dokumenti u informazzjoni klassifikata fil-qasam tal-PESD. |
|
(7) |
Ir-Rappreżentant Għoli, jew ir-rappreżentant tagħha, għandha teżerċita fir-rigward tal-Aġenzija Ewropea għad-Difiża, iċ-Ċentru Satellitari tal-Unjoni Ewropea, l-Istitut tal-Unjoni Ewropea għall-Istudji fuq is-Sigurtà u l-Kulleġġ Ewropew ta’ Sigurtà u ta’ Difiża, ir-responsabbiltajiet previsti fl-atti fundaturi rispettivi tagħhom. Is-SEAE għandu jipprovdi dawn l-entitajiet bl-appoġġ attwalment ipprovdut mis-Segretarjat Ġenerali tal-Kunsill. |
|
(8) |
Għandhom jiġu adottati dispożizzjonijiet relatati mal-persunal tas-SEAE u r-reklutaġġ tagħhom fejn tali dispożizzjonijiet huma meħtieġa biex jiġu stabbiliti l-organizzazzjoni u l-funzjonament tas-SEAE. B'mod parallel, għandhom isiru l-emendi meħtieġa, f'konformità mal-Artikolu 336 tat-TFUE, għar-Regolamenti tal-Persunal tal-Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej (“Regolamenti tal-Persunal”) u l-Kondizzjonijiet tal-Impjieg ta’ Ħaddiema Oħra ta’ dawk il-Komunitajiet (“CEOS”) mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 298 tat-TFUE . Għal kwistjonijiet relatati mal-persunal tiegħu, is-SEAE għandu jiġi ttrattat bħala istituzzjoni fit-tifsira tar-Regolamenti tal-Persunal.▐ Ir-Rappreżentant Għoli ser tkun l-Awtorità li Taħtar, fir-rigward kemm ta’ uffiċjali soġġetti għar-Regolamenti tal-Persunal ▐ u ta’ aġenti soġġetti għas- CEOS . In-numru ta’ uffiċjali u aġenti oħra għandu jiġi deċiż kull sena bħala parti mill-proċedura baġitarja u ser ikun rifless fil-pjan ta’ stabbiliment. |
|
(9) |
Il-membri tal-persunal tas-SEAE ser iwettqu dmirijiethom u jimxu biss mal-interessi tal-Unjoni. |
|
(10) |
Ir-reklutaġġ ser ikun ibbażat fuq il-mertu filwaqt li jiżgura bilanċ ġeografiku adegwat u bilanċ bejn is-sessi adegwat. Il-persunal tas-SEAE għandu jinkludi preżenza sinifikanti ta’ ċittadini mill-Istati Membri kollha. Ir-reviżjoni prevista fl-2013 għandha wkoll tkopri din il-kwistjoni, inkluż, kif adatt, suġġerimenti għal miżuri speċifiċi addizzjonali biex jiġu kkoreġuti żbilanċi possibbli. |
|
(11) |
F'konformità mal-Artikolu 27(3) tat-TUE, is-SEAE ser ikun magħmul minn uffiċjali tas-Segretarjat Ġenerali tal-Kunsill u tal-Kummissjoni kif ukoll minn persunal li ġej mis-servizzi diplomatiċi tal-Istati Membri. Għal-dik il-fini, id-dipartimenti u l-funzjonijiet rilevanti fis-Segretarjat Ġenerali tal-Kunsill u fil-Kummissjoni ser jiġu ttresferiti lis-SEAE, flimkien mal-uffiċjali u l-aġenti temporanji li għandhom post f'tali dipartimenti jew funzjonijiet. Qabel l-1 ta’ Lulju 2013, is-SEAE ser jirrekluta esklussivament uffiċjali li joriġinaw mis-Segretarjat Ġenerali tal-Kunsill u tal-Kummissjoni kif ukoll persunal li ġej mis-servizzi diplomatiċi tal-Istati Membri. Wara dik id-data, kull uffiċjal u aġent ieħor tal-Unjoni Ewropea għandu jkun jista' japplika għall-postijiet battala fis-SEAE. |
|
(12) |
Is-SEAE jista', f'każijiet speċifiċi, jirrikorri għal esperti nazzjonali sekondati (SNEs), li r-Rappreżentant Għoli għandha awtorità fuqhom. L-Esperti Nazzjonali Sekondati li għandhom kariga fis-SEAE mhux ser jingħaddu fit-terz li l-persunal mill-Istati Membri għandu jirrappreżenta meta s-SEAE jilħaq il-kapaċità sħiħa tiegħu. It-trasferiment tagħhom matul il-fażi tal-istabbiliment tas-SEAE mhux ser ikun awtomatiku u ser isir bil-kunsens tal-awtoritajiet tal-Istati Membri tal-oriġini. Sa meta jiskadi l-kuntratt ta’ SNE ttrasferit lis-SEAE skont l-Artikolu 7, il-funzjoni ser tiġi kkonvertita f'kariga ta’ aġent temporanju fil-każijiet fejn il-funzjoni mwettqa mill-SNE tikkorrispondi għal funzjoni normalment imwettqa minn persunal fil-livell AD, dment li l-kariga meħtieġa tkun disponibbli skont il-pjan ta’ stabbiliment. |
|
(13) |
Il-Kummissjoni u s-SEAE ser jaqblu dwar il-modalitajiet għall-ħruġ ta’ struzzjonijiet mill-Kummissjoni lid-delegazzjonijiet. Dawn għandhom jipprevedu partikolarment li meta l-Kummissjoni toħroġ struzzjonijiet lid-delegazzjonijiet, hija ser tipprovdi simultanjament kopja ta’ dawn lill-Kap tad-Delegazzjoni u lill-amministarzzjoni ċentrali tas-SEAE. |
|
(14) |
Ir- Regolament Finanzjarju għandu jiġi emendat sabiex jinkludi lis-SEAE fl-Artikolu 1 tar-Regolament Finanzjarju, b'taqsima speċifika fil-baġit tal-Unjoni. F'konformità mar-regoli applikabbli, u bħalma huwa l-każ għal istituzzjonijiet oħra, parti mir-rapport annwali tal-Qorti tal-Awdituri ser tiġi ddedikata wkoll lis-SEAE u s-SEAE ser iwieġeb għal tali rapporti. Is-SEAE għandu jkun soġġett għall-proċeduri dwar ir-rilaxx kif previst fl-Artikolu 319 tat- TFUE u fl-Artikoli 145 sa 147 tar-Regolament Finanzjarju. Ir-Rappreżentant Għoli ser tipprovdi lill-Parlament Ewropew bl-appoġġ kollu meħtieġ biex jikkompleta d-dritt tal-Parlament Ewropew bħala awtorità ta’ rilaxx. L-implimentazzjoni tal-baġit operattiv ser tkun ir-responsabbiltà tal-Kummissjoni f'konformità mal-Artikolu 317 tat-TFUE. Id-deċiżjonijiet li għandhom impatt finanzjarju ser jirrispettaw b'mod partikolari r-responsabbiltajiet imniżżlin fit-Titolu IV tar-Regolament Finanzjarju, speċjalment l-Artikolu 75 tiegħu dwar l-operazzjonijiet tal-infiq u l-Artikoli 64 sa 68 dwar ir-responsabbiltà tal-atturi finanzjarji. |
|
(15) |
L-istabbiliment tas-SEAE għandu jkun iggwidat mill-prinċipju tal- effiċjenza meta mqabbla mal-ispejjeż li jimmira lejn in-newtralità baġitarja. Għal dan l-għan, ser ikollhom jintużaw arranġamenti transizzjonali u l-bini gradwali tal-kapaċità. Għandhom jiġu evitati d-duplikazzjoni mhux meħtieġa tal-kompiti, il-funzjonijiet u r-riżorsi ma’ strutturi oħra. Għandhom jintużaw l-opportunitajiet kollha għar-razzjonalizzazzjoni. Barra minn hekk, ser ikun meħtieġ numru ta’ postijiet addizzjonali għal aġenti temporanji tal-Istati Membri li jkollhom jiġu ffinanzjati fil-kuntest tal-qafas finanzjarju multiannwali attwali. |
|
(16) |
Għandhom jiġu stabbiliti regoli li jkopru l-attivitajiet tas-SEAE u l-persunal tiegħu fir-rigward tas-sigurtà, il-protezzjoni ta’ informazzjoni kklassifikata u t-trasparenza. |
|
(17) |
Huwa mfakkar li l-Protokoll dwar il-Privileġġi u l-Immunitajiet tal-Unjoni japplika għas-SEAE, l-uffiċjali tiegħu u aġenti oħrajn, li għandhom ikunu soġġetti jew għar-Regolamenti tal-Persunal jew għall-Kondizzjonijiet tal-Impjieg applikabbli għas-CEOS . |
|
(18) |
L-Unjoni Ewropea u l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika jkomplu jużaw qafas istituzzjonali uniku. Għalhekk huwa essenzjali li tiġi żgurata l-konsistenza bejn ir-relazzjonijiet esterni tat-tnejn li huma, u li jkun possibbli għad-Delegazzjonijiet tal-Unjoni li jirrappreżentaw lill-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika f'pajjiżi terzi u f'organizzazzjonijiet internazzjonali. |
|
(19) |
Ir-Rappreżentant Għoli għandha, sa nofs l-2013, tagħmel rieżami tal-funzjonament u l-organizzazzjoni tas-SEAE, akkumpanjat, jekk meħtieġ, mill-proposti għal reviżjoni ta’ din id-Deċiżjoni . Tali reviżjoni għandha tiġi adottata mhux aktar tard mill- bidu tal-2014. |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Natura u Ambitu
1. Din id-Deċiżjoni tistabbilixxi l-organizzazzjoni u l-funzjonament tas-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna (“SEAE”).
2. Is-SEAE, li għandu l-kwartieri ġenerali tiegħu fi Brussell, għandu jkun korp funzjonalment awtonomu tal-Unjoni Ewropea, separat mill-Kummissjoni u s-Segretarjat Ġenerali tal-Kunsill, bil-kapaċità legali meħtieġa li jwettaq il-kompiti tiegħu u jilħaq l-objettivi tiegħu.
3. Is-SEAE għandu jitqiegħed taħt l-awtorità tar-Rappreżentan Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta’ Sigurtà (“Rappreżentant Għoli”).
4. Is-SEAE għandu jkun magħmul minn amministrazzjoni ċentrali u mid-delegazzjonijiet tal-Unjoni f'pajjiżi terzi u organizzazzjonijiet internazzjonali.
Artikolu 2
Kompiti
1. Is-SEAE għandu jappoġġa r-Rappreżentant Għoli fit-twettiq tal-mandati tagħha kif deskritt, b'mod partikolari, fl-Artikoli 18 u 27 TUE:
|
— |
fit-twettiq tal-mandat tagħha li tmexxi l-Politika Estera u ta’ Sigurtà Komuni (“PESK”) tal-Unjoni Ewropea , inkluża l-Politika ta’ Sigurtà u ta’ Difiża Komuni (“PSDK”), li tikkontribwixxi bil-proposti tagħha għall-iżvilupp ta’ dik il-politika, li għandha twettaq kif ingħatat mandat mill-Kunsill u li tiżgura l-konsistenza tal-azzjoni esterna tal-UE; |
|
— |
fil-kapaċità tagħha ta’ President tal-Kunsill Affarijiet Barranin, mingħajr preġudizzju għall-kompiti normali tas-Segretarjat Ġenerali tal-Kunsill; |
|
— |
fil-kapaċità tagħha bħala Viċi President tal-Kummissjoni għat-twettiq tar-responsabbiltajiet inkombenti fil-Kummissjoni fir-relazzjonijiet esterni tagħha u għall-koordinazzjoni ta’ aspetti oħra tal-azzjoni esterna tal-Unjoni, mingħajr preġudizzju għall-kompiti normali tas-servizzi tal-Kummissjoni. |
2. Is-SEAE għandu jassisti lill-President tal-Kunsill Ewropew, lill-President tal-Kummissjoni, u lill-Kummissjoni, fl-eżerċizzju tal-funzjonijiet rispettivi tagħhom fil-qasam tar-relazzjonijiet esterni .
Artikolu 3
Koperazzjoni
1. Is-SEAE għandu jappoġġa lis-servizzi diplomatiċi tal-Istati Membri kif ukoll lis- Segretarjat Ġenerali tal-Kunsill u lis-servizzi tal-Kummissjoni ▐, sabiex tkun żgurata l-konsistenza bejn l-oqsma differenti tal-azzjoni esterna tal-Unjoni u bejn dawn il-politiki u l-politiki l-oħra tagħha.
2. Is-SEAE u s-servizzi tal-Kummissjoni għandhom jikkonsultaw lil xulxin dwar il-materji kollha li jirrigwardaw l-azzjoni esterna tal-Unjoni fl-eżerċizzju tal-funzjonijiet rispettivi tagħhom ħlief dwar materji koperti mill-PSDK. Is-SEAE għandu jieħu sehem fil-ħidma u l-proċeduri ta’ tħejjija rigward l-atti li jitħejjew mill-Kummissjoni f'dan il-qasam. Dan il-paragrafu għandu jiġi implimentat f'konformità mal-Kapitolu 1 tat-Titolu V tat-TUE, u mal-Artikolu 205 tat-TFUE.
3. Is-SEAE jista' jidħol f'arranġamenti fil-livell ta’ servizz ma’ servizzi rilevanti tal-Kummissjoni, is-Segretarjat Ġenerali tal-Kunsill, jew uffiċċji jew korpi interistituzzjonali oħra tal-Unjoni Ewropea.
4. Is-SEAE għandu jestendi l-appoġġ u l-kooperazzjoni kif meħtieġ lill-istituzzjonijiet u l-korpi l-oħra tal-Unjoni , b'mod partikolari lill-Parlament Ewropew. Is-SEAE jista' jibbenifika wkoll mill-appoġġ u l-kooperazzjoni ta’ dawn l-istituzzjonijiet u korpi, inklużi l-aġenziji kif adatt. L-awditur intern tas-SEAE ser jikkoopera mal-awditur intern tal-Kummissjoni biex tiġi żgurata l-konsistenza tal-politika tal-verifika, b'referenza partikolari għar-responsabbiltà tal-Kummissjoni għall-infiq operattiv. Barra minn hekk, is-SEAE għandu jikkoopera mal-Uffiċċju għall-Ġlieda kontra l-Frodi (OLAF) f'konformità mar-Regolament (KE) Nru 1073/1999. Dan għandu b'mod partikolari jadotta rapidament id-deċiżjoni meħtieġa minn dan ir-Regolament skont it-termini u l-kondizzjonijiet għall-investigazzjonijiet interni. Kif ipprovdut f'dan ir-Regolament, l-Istati Membri, f'konformità mad-dispożizzjonijiet nazzjonali, u l-istituzzjonijiet għandhom jagħtu l-appoġġ meħtieġ biex jippermettu lill-aġenti OLAF iwettqu l-kompitu tagħhom .
Artikolu 4
Amminstrazzjoni Ċentrali
1. Is-SEAE għandu jiġi ġestit minn Segretarju Ġenerali eżekuttiv li jopera taħt l-awtorità tar-Rappreżentant Għoli. Is-Segretarju Ġenerali eżekuttiv għandu jieħu l-miżuri kollha meħtieġa biex ikun żgurat il-funzjonament mingħajr xkiel tas-SEAE, inkluża l-ġestjoni amministrattiva u baġitarja tiegħu. Is-Segretarju Ġenerali għandu jiżgura l-koordinazzjoni effettiva bejn id-dipartimenti kollha fl-amministrazzjoni ċentrali kif ukoll mad-delegazzjonijiet tal-Unjoni ▐.
2. Is-Segretarju Ġenerali eżekuttiv għandu jiġi assistit minn żewġ Viċi Segretarji Ġenerali.
3. L-amministrazzjoni ċentrali tas-SEAE għandha tiġi organizzata fid-direttorati ġenerali. Dawn jinkludu b'mod partikolari :
|
— |
numru ta’ direttorati ġenerali li jinkludu uffiċċji ġeografiċi li jkopru l-pajjiżi u r-reġjuni kollha tad-dinja, kif ukoll uffiċċji multilaterali u tematiċi. Dawn id-dipartimenti għandhom jikkoordinaw kif meħtieġ ma’ servizzi rilevanti tal-Kummissjoni u mas-Segretarjat Ġenerali tal-Kunsill; |
|
— |
direttorat ġenerali għal kwistjonijiet amministrattivi, ta’ persunal, baġitarji, ta’ sigurtà u tas-sistema ta’ komunikazzjoni u informazzjoni li jaħdem fil-qafas tas-SEAE ġestit mis-Segretarju Ġenerali eżekuttiv. Ir-Rappreżentant Għoli għandha taħtar, f'konformità mar-regoli normali tar-reklutaġġ, Direttur Ġenerali għall-baġit u l-amministrazzjoni li għandu jaħdem taħt l-awtorità tar-Rappreżentant Għoli. Huwa għandu jkun responsabbli għar-Rappreżentant Għoli għall-ġestjoni baġitarja amministrattiva u interna tas-SEAE. Huwa għandu jsegwi l-istess linji baġitarji u regoli amministrattivi kif applikabbli fil-parti tat-Taqsima III tal-baġit tal-UE li taqa' taħt l-Intestatura V tal-Qafas Finanzjarju Multiannwali ; |
|
— |
il-ġestjoni tal-kriżijiet u d-direttorat tal-ippjanar, il-kapaċità tal-ippjanar u l-kondotta ċivili, il-Persunal Militari tal-Unjoni Ewropea u ċ-Ċentru tas-Sitwazzjoni tal-Unjoni Ewropea, imqegħdin taħt l-awtorità u r-responsabbiltà diretta tar-Rappreżentant Għoli għandhom jassistuha fil-kompitu tat-twettiq tal-PESK tal-Unjoni f'konformità mad-dispożizzjonijiet tat-Trattat, filwaqt li jirrispettaw, f'konformità mal-Artikolu 40 tat-TUE, il-kompetenzi l-oħra tal-Unjoni. |
L-ispeċifiċitajiet ta’ dawn l-istrutturi, kif ukoll il-partikularitajiet tal-funzjonijiet tagħhom, ir-reklutaġġ u l-istatus tal-persunal għandhom jiġu rispettati.
Għandha tkun żgurata koordinazzjoni sħiħa bejn l-istrutturi kollha tas-SEAE.
L-amministrazzjoni ċentrali għandha tinkludi wkoll:
|
— |
dipartiment għall-ippjanar ta’ politika strateġika; |
|
— |
dipartiment legali taħt l-awtorità amministrattiva ▐ tas-Segretarju Ġenerali eżekuttiv li għandu jaħdem mill-qrib mas-Servizzi Legali tal-Kunsill u l-Kummissjoni; |
|
— |
dipartimenti għar-relazzjonijiet interistituzzjonali, l-informazzjoni u d-diplomazija pubblika, il-verifika u l-ispezzjonijiet interni, u l-protezzjoni tad-data personali. |
4. Ir-Rappreżentant Għoli għandha tinnomina ▐ l-presidenti tal-korpi preparatorji tal-Kunsill li huma ppreseduti minn rappreżentant tar-Rappreżentant Għoli, inkluż il-president tal-Kumitat Politiku u ta’ Sigurtà, konformement mal-modalitajiet stabbiliti fl-Anness II tad-DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL tal-1 ta’ Diċembru 2009 li tistabbilixxi miżuri għall-implimentazzjoni tad-Deċiżjoni tal-Kunsill Ewropew dwar l-eżerċizzju tal-Presidenza tal-Kunsill, u dwar il-presidenza tal-korpi preparatorji tal-Kunsill (2009/908/UE) (3) .
5. Ir-Rappreżentant Għoli u s-SEAE għandhom jiġu appoġġati fejn meħtieġ mis-Segretarjat Ġenerali tal-Kunsill u d-dipartimenti rilevanti tal-Kummissjoni. Għal dan l-għan jistgħu jitfasslu arranġamenti fil-livell ta’ servizz mis-SEAE, is-Segretarjat Ġenerali tal-Kunsill u d-dipartimenti rilevanti tal-Kummissjoni.
Artikolu 5
Delegazzjonijiet tal-Unjoni
1. Id-deċiżjoni biex tinfetaħ jew tingħalaq delegazzjoni għandha tiġi adottata mir-Rappreżentant Għoli ▐, bi qbil mal-Kunsill u mal-Kummissjoni.
2. Kull delegazzjoni tal-Unjoni għandha titqiegħed taħt l-awtorità ta’ Kap tad-Delegazzjoni.
Il-Kap tad-Delegazzjoni għandu jkollu awtorità fuq il-membri kollha tal-persunal fid-delegazzjoni, hu x'inhu l-istatus tagħhom, u fuq l-attivitajiet kollha tad-delegazzjoni. Huwa għandu jagħti rendikont lir-Rappreżentant Għoli għall-ġestjoni ġenerali tal-ħidma tad-delegazzjoni u biex tkun żgurata l-koordinazzjoni tal-azzjonijiet kollha tal-Unjoni.
Il-persunal fid-delegazzjonijiet għandu jinkludi l-persunal tas-SEAE u, meta dan ikun adatt għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Unjoni u l-politiki tal-Unjoni barra dawk li jaqgħu taħt il-kompetenza tas-SEAE, il-persunal tal-Kummissjoni.
3. Il-Kap tad-Delegazzjoni għandu jirċievi l-istruzzjonijiet mir-Rappreżentant Għoli u s-SEAE, u għandu jkun responsabbli għat-twettiq tagħhom.
F'oqsma fejn il-Kummissjoni teżerċita s-setgħat mogħtija lilha mit-Trattati, il-Kummissjoni tista' wkoll , konformement mal-Artikolu 221(2) tat-TFUE, tagħti istruzzjonijiet lid-delegazzjonijiet, li għandhom jitwettqu taħt ir-responsabbiltà ġenerali tal-Kap tad-Delegazzjoni.
4. Il-Kap tad-Delegazzjoni għandu jimplimenta krediti operattivi fir-rigward tal-proġetti tal-UE fil-pajjiż terz korrispondenti, fejn issottodelegat mill-Kummissjoni, f'konformità mar-Regolament Finanzjarju.
5. L-operat ta’ kull delegazzjoni għandu jkun perjodikament evalwat mis-Segretarju Ġenerali tas-SEAE; l-evalwazzjoni għandha tinkludi verifiki finanzjarji u amministrattivi. Għal din il-fini s-Segretarju Ġenerali tas-SEAE jista' jitlob biex jiġi assistit mid-dipartimenti tal-Kummissjoni rilevanti. Barra mill-miżuri interni mis-SEAE, l-OLAF għandu jeżerċita s-setgħat tiegħu, b'mod partikolari billi jwettaq miżuri kontra l-frodi, f'konformità mar-Regolament (KE) Nru 1073/1999.
6. Ir-Rappreżentant Għoli għandha tidħol fl-arranġamenti meħtieġa mal-pajjiż ospitanti, l-organizzazzjoni internazzjonali jew il-pajjiż terz ikkonċernat. B'mod partikolari, ir-Rappreżentant Għoli għandha tieħu l-miżuri meħtieġa biex ikun żgurat li l-Istati ospitanti jagħtu lid-delegazzjonijiet tal-Unjoni, lill-persunal u l-proprjetà tagħhom, il-privileġġi u l-immunitajiet ekwivalenti għal dawk imsemmijin fil-Konvenzjoni ta’ Vjenna tat-18 ta’ April 1961 dwar ir-Relazzjonijiet Diplomatiċi.
7. Id-delegazzjonijiet tal-Unjoni għandu jkollhom il-kapaċità li jaqdu l-ħtiġijiet tal-istituzzjonijiet l-oħrajn tal-UE, b'mod partikolari ▐ l-Parlament Ewropew, fil-kuntatti ▐ tagħhom mal-organizzazzjonijiet internazzjonali jew il-pajjiżi terzi li għalihom huma akkreditati d-delegazzjonijiet .
8. Il-Kap tad-Delegazzjoni għandu jkollu s-setgħa li jirrappreżenta lill-UE fil-pajjiż fejn id-delegazzjoni hi akkreditata , b'mod partikolari għall-konklużjoni ta’ kuntratti u billi jkun parti għall-proċedimenti legali.
9. Id-delegazzjonijiet tal-Unjoni għandhom jaħdmu f'kooperazzjoni mill-qrib u jikkondividu informazzjoni mas-servizzi diplomatiċi tal-Istati Membri.▐
10. Id-delegazzjonijiet tal-Unjoni għandhom, jaġixxu f'konformità mat-tielet subparagrafu tal-Artikolu 35 tat-TUE u fuq talba mill-Istati Membri, jappoġġaw lill-Istati Membri fir-relazzjonijiet diplomatiċi tagħhom u fir-rwol tagħhom li jipprovdu protezzjoni konsulari liċ-ċittadini tal-Unjoni f'pajjiżi terzi.
Artikolu 6
Persunal
1. Id-dispożizzjonijiet stabbiliti f'dan l-Artikolu, ħlief il-paragrafu 2, għandhom japplikaw mingħajr preġudizzju għar-Regolamenti tal-Persunal tal-Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej (“Regolamenti tal-Persunal”) u l-Kondizzjonijiet tal-Impjieg ta’ Ħaddiema Oħra ta’ dawk il-Komunitajiet (“CEOS”), inklużi l-emendi li saru għal dawk ir-regoli, f'konformità mal-Artikolu 336 tat-TFUE, sabiex jġu adattati għall-ħtiġijiet tas-SEAE.
2 . Is-SEAE għandu jinkludi ▐ uffiċjali u aġenti oħra tal-Unjoni Ewropea, inklużi membri tal-persunal mis-servizzi diplomatiċi tal-Istati Membri maħturin bħala aġenti temporanji (4).
Ir-Regolamenti tal-Persunal u s-CEOS għandhom japplikaw għal dan il-persunal .
3 . Jekk meħtieġ, is-SEAE jista', f'każijiet speċifiċi, jirrikorri għal numru limitat ta’ esperti nazzjonali sekondati speċjalizzati (SNEs).
Ir-Rappreżentant Għoli għandha tadotta r-regoli, ekwivalenti għal dawk stabbiliti fid-Deċiżjoni tal-Kunsill 2003/479/KE kif emendata bid-Deċiżjoni tal-Kunsill 2007/829/KE tal-5 ta’ Diċembru 2007 (5) , li skontha l-SNEs jitqiegħdu għad-dispożizzjoni tas-SEAE sabiex jipprovdu ħiliet speċjalizzati.
4 . Il-membri tal-persunal tas-SEAE għandhom iwettqu dmirijiethom u jimxu biss mal-interessi tal-Unjoni. Mingħajr preġudizzju għall-Artikoli 2(1), it-tielet inċiż, 2(2) u 5(3), huma m'għandhom la jfittxu u lanqas jieħdu istruzzjonijiet mill-ebda Gvern, awtorità, organizzazzjoni jew persuna barra mis-SEAE jew kwalunkwe korp jew persuna oħra ħlief ir-Rappreżentant Għoli. F'konformità mat-tieni subparagrafu tal-Artikolu 11 tar-Regolamenti tal-Persunal, il-persunal tas-SEAE jista' ma jaċċettax kwalunkwe ħlas ta’ kwalunkwe tip minn kwalunkwe sors barra mis-SEAE.
▐
5. Is-setgħat mogħtija lill-awtorità li taħtar mir-Regolamenti tal-Persunal u lill-awtorità awtorizzata li tikkonkludi l-kuntratti bis-CEOS għandhom jingħataw lir-Rappreżentant Għoli, li tista' tiddelega dawk is-setgħat fis-SEAE.
6. Ir-reklutaġġ fis-SEAE għandu jkun ibbażati fuq il-mertu, filwaqt li jiżgura bilanċ ġeografiku u bilanċ bejn is-sessi adegwat. Il-persunal tas-SEAE għandu jinkludi preżenza sinifikanti ta’ ċittadini mill-Istati Membri kollha. Ir-reviżjoni li għandha ssir fl-2013 għandha wkoll tkopri din il-kwistjoni, bl-inklużjoni, fejn ikunu xierqa, ta’ suġġerimenti għal miżuri addizzjonali speċifiċi biex jikkoreġu żbilanċi possibbli.
7 . L-uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u l-aġenti temporanji li ġejjin mis-servizzi diplomatiċi tal-Istati Membri, għandu jkollhom l-istess drittijiet u obbligi, u għandhom jiġu ttrattati b'mod ugwali, b'mod partikolari fir-rigward tal-eliġibbiltà li jassumu l-pożizzjonijiet kollha taħt kondizzjonijiet ekwivalenti. M'għandha ssir l-ebda distinzjoni bejn aġenti temporanji li ġejjin minn servizzi diplomatiċi nazzjonali u uffiċjali tal-Unjoni Ewropea fir-rigward tal-għoti tad-dmirijiet biex jitwettqu fl-oqsma kollha tal-attivitajiet u l-politiki implimentati mis-SEAE. F'konformità mad-dispożizzjonijiet tar-Regolament Finanzjarju, l-Istati Membri għandhom jappoġġaw lill-Unjoni fl-infurzar tar-responsabbiltajiet finanzjarji li jirriżultaw minn kwalunkwe responsabbiltà skont l-Artikolu 66 tar-Regolament Finanzjarju tal-aġenti temporanji tas-SEAE li ġejjin minn servizzi diplomatiċi nazzjonali.
8 . Ir-Rappreżentant Għoli għandha tistabbilixxi l-proċeduri tal-għażla għall-persunal tas-SEAE, li għandhom jitwettqu permezz ta’ proċedura trasparenti bbażata fuq il-mertu bl-għan li jinkisbu s-servizzi tal-persunal bl-ogħla standard ta’ kapaċità, effiċjenza u integrità filwaqt li jiġi żgurat bilanċ ġeografiku ubilanċ bejn is-sessi xieraq u t preżenza sinifikattiva ta’ ċittadini mill-Istati Membri kollha tal-UE fis-SEAE . Ir-rappreżentanti tal-Istati Membri, is-Segretarjat Ġenerali tal-Kunsill u l-Kummissjoni għandhom ikunu involuti fil-proċedura ta’ reklutaġġ għal postijiet battala fis-SEAE. ▐
9. Meta s-SEAE jkun laħaq il-kapaċità sħiħa tiegħu, il-persunal mill-Istati Membri , kif imsemmi fl-ewwel subparagrafu tal-paragrafu 1, għandu jirrappreżenta tal-inqas terz mill-persunal tas-SEAE kollu fil-livell AD. Bl-istess mod, l-uffiċjali permanenti tal-UE għandhom jirrappreżentaw tal-inqas 60 % tal-persunal tas-SEAE fil-livell AD, inklużi membri tal-persunal li ġejjin minn servizzi diplomatiċi tal-Istati Membri, li saru uffiċjali permanenti tal-UE, f'konformità mad-dispożizzjonijiet tar-Regolamenti tal-Persunal. Kull sena, ir-Rappreżentant Għoli għandha tippreżenta rapport lill- Parlament Ewropew u lill- Kunsill dwar l-okkupazzjoni ta’ postijiet fis-SEAE.
10. Ir-Rappreżentant Għoli għandha tistabbilixxi r-regoli dwar il-mobbiltà sabiex ikun żgurat li l-membri tal-persunal tas-SEAE jkunu soġġetti għal grad għoli ta’ mobbiltà. Għall-persunal imsemmi fit-tielet inċiż tal-Artikolu 4 (3), għandhom japplikaw modalitajiet speċifiċi. Fil-prinċipju, il-persunal tas-SEAE kollu għandu perjodikament iservi fid-delegazzjonijiet tal-Unjoni. Ir-Rappreżentant Għoli għandha tistabbilixxi regoli għal dak l-għan.
11. F'konformità mad-dispożizzjonijiet applikabbli tal-liġi nazzjonali tiegħu, kull Stat Membru għandu jipprovdi l-uffiċjali tiegħu li saru aġenti temporanji fis-SEAE b'garanzija ta’ reintegrazzjoni immedjata fi tmiem il-perjodu ta’ servizz tagħhom mas-SEAE. Dan il-perijodu ta’ servizz, konformement mad-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 50b tas-CEOS, ma għandux ikun aktar minn tmien snin, ħlief jekk jiżdied b'mhux aktar minn sentejn f'ċirkostanzi eċċezzjonali u fl-interess tas-servizz.
L-uffiċjali tal-UE li jservu fis-SEAE għandu jkollhom id-dritt li japplikaw għal postijiet fl-istituzzjoni tal-oriġini tagħhom taħt l-istess kondizzjonijiet bħal applikanti interni.
12. Għandhom jittieħdu passi sabiex il-persunal tas-SEAE jiġi pprovdut b'taħriġ komuni adegwat, waqt li jibni b'mod partikolari fuq il-prattiki u l-istrutturi nazzjonali u tal-UE eżistenti. Ir-Rappreżentant Għoli għandha tieħu miżuri adatti għal dak l-għan fis-sena ta’ wara d-dħul fis-seħħ ta’ din id-Deċiżjoni.
Artikolu 7
Dispożizzjonijiet transitorji dwar il-persunal
1. Id-dipartimenti u l-funzjonijiet rilevanti fis-Segretarjat Ġenerali tal-Kunsill u fil-Kummissjoni elenkati fl-Anness għandhom jiġu trasferiti lis-SEAE. L-uffiċjali u l-aġenti temporanji li għandhom post f' dipartimenti jew funzjonijiet elenkati fl-Anness għandhom jiġu trasferiti lis-SEAE. Dan għandu japplika mutatis mutandis għal membri tal-persunal b'kuntratt u dawk lokali assenjati lil dawn id-dipartimenti u l-funzjonijiet. L-SNEs li jaħdmu f'dawk id-dipartimenti jew funzjonijiet għandhom ukoll jiġu ttrasferiti lis-SEAE bil-kunsens tal-awtoritajiet tal-Istat Membru tal-oriġini.
Dawn it-trasferimenti għandom isiru effettivi fl-1 ta’ Jannar 2011.
F'konformità mar-Regolamenti tal-Persunal, mat-trasferiment tagħhom lis-SEAE, ir-Rappreżentant Għoli għandha tassenja kull uffiċjal għal post fil-grupp ta’ funzjoni tiegħu li jikkorrispodi għall-grad tiegħu.
2. Il-proċeduri għar-reklutaġġ tal-persunal għal postijiet trasferiti fis-SEAE li jkunu għadhom għaddejjin fid-data tad-dħul fis-seħħ ta’ din id-Deċiżjoni għandhom jibqgħu validi: huma għandhom jitkomplew u jitlestew taħt l-awtorità tar-Rappreżentant Għoli f'konformità mal-avviżi ta’ post vakanti rilevanti u r-regoli applikabbli tar-Regolamenti tal-Persunal u tas-CEOS.
Artikolu 8
Baġit
1. Id-dmirijiet ta’ uffiċjal awtorizzanti għat-taqsima tas-SEAE tal-Baġit Ġenerali tal-Unjoni Ewropea għandhom jiġu ddelegati f'konformità mal-Artikolu 59 tar-Regolament Finanzjarju. Ir-Rappreżentant Għoli għandha tadotta r-regoli interni għall-ġestjoni tal-linji baġitarji amministrattivi. L-infiq operattiv għandu jibqa' fit-taqsima tal-Kummissjoni tal-baġit.
2. Is-SEAE għandu jeżerċita s-setgħat tiegħu f'konformità mar-Regolament Finanzjarju applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni fil-limiti tal-approprjazzjonijiet allokati lilu.
3. Meta tfassal l-estimi tal-infiq amministrattiv għas-SEAE, ir-Rappreżentant Għoli ser ikollha konsultazzjonijiet, rispettivament, mal-Kummissarju għall-Politika tal-Iżvilupp u mal-Kummissarju għall-Politika tal-Viċinat dwar ir-responsabbiltà rispettiva tagħhom.
4. F'konformità mal-Artikolu 314(1) tat-TFUE, is-SEAE għandu jfassal l-estimi tal-infiq tiegħu għas-sena finanzjarja li jmiss. Il-Kummissjoni għandha tikkonsolida dawn l-estimi f'abbozz ta’ baġit, li jista' jkun fih estimi differenti. Il-Kummissjoni tista' temenda l-abbozz ta’ baġit kif previst fl-Artikolu 314(2) tat-TFUE.
5. Sabiex tkun żgurata t-trasparenza baġitarja fil-qasam tal-azzjoni esterna tal-Unjoni, il-Kummissjoni ser tittrasmetti lill-awtorità baġitarja, flimkien mal-Abbozz ta’ Baġit tal-UE, dokument ta’ ħidma li jippreżenta, b'mod komprensiv, l-infiq kollu relatat mal-azzjoni esterna tal-Unjoni.
6. Is-SEAE għandu jkun soġġett għall-proċeduri dwar ir-rilaxx previsti fl-Artikolu 319 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea u fl-Artikolu 145 sa 147 tar-Regolament Finanzjarju. F'dan il-kuntest, is-SEAE ser jikkoopera bis-sħiħ mal-istituzzjonijiet involuti fil-proċedura ta’ rilaxx u jipprovdi, kif adatt, l-informazzjoni meħtieġa addizzjonali, inkluż permezz tal-attendenza fil-laqgħat tal-korpi rilevanti.
Artikolu 9
Strumenti u pprogrammar tal-Azzjoni Esterna
1. Il- ġestjoni tal-programmi ta’ kooperazzjoni esterna tal-UE hija taħt ir-responsabbiltà tal-Kummissjoni mingħajr preġudizzju għar-rwol tal-Kummissjoni u tas-SEAE fl-ipprogrammar kif stabbilit fil-paragrafi li ġejjin.
2. Ir-Rappreżentant Għoli għandha tiżgura l-koordinazzjoni politika ġenerali tal-azzjoni esterna tal-UE, billi tiżgura l-unità, il-konsistenza u l-effettività tal-azzjoni esterna tal-UE b'mod partikolari permezz tal-istrumenti esterni ta’ assistenza:
|
— |
l-Istrument tal-Kooperazzjoni għall-Iżvilupp, |
|
— |
il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp, |
|
— |
l-Istrument Ewropew għad-Demokrazija u d-Drittijiet tal-Bniedem, |
|
— |
l-Istrument Ewropew ta’ Viċinat u Sħubija, |
|
— |
l-Istrument għall-Kooperazzjoni ma’ Pajjiżi Industrijalizzati, |
|
— |
l-Istrument għall-Kooperazzjoni dwar is-Sikurezza Nukleari, |
|
— |
l-Istrument għall-Istabbiltà, rigward l-assistenza prevista fl-Artikolu 4 tar-Regolament (KE) Nru. 1717/2006 tal-15 ta’ Novembru 2006. |
3. B'mod partikolari, is-SEAE għandu jikkontribwixxi għall-ipprogrammar u ċ-ċiklu ta’ ġestjoni għall-istrumenti msemmijin, abbażi tal-objettivi tal-politika stabbiliti f'dan ir-rigward. Huwa għandu jkollu r-responsabbiltà għat-tħejjija tad-deċiżjonijiet tal-Kummissjoni li ġejjin dwar il-passi strateġiċi u pluriennali fiċ-ċiklu ta’ programmar:
|
(i) |
allokazzjonijiet tal-pajjiż biex jiġi ddeterminat il-pakkett finanzjarju globali għal kull reġjun (soġġett għall-analiżi dettaljata indikattiva tal-perspettivi finanzjarji). F'kull reġjun, ser jiġi riżervat proporzjon tal-finanzjament għall-programmi reġjonali; |
|
(ii) |
dokumenti ta’ strateġija għall-pajjiż u reġjonali (CPSs/RSPs); |
|
(iii) |
programmi indikattivi nazzjonali u reġjonali (NIPs/RIPs). |
F'konformità mal-Artikolu 3, matul iċ-ċiklu sħiħ ta’ programmar, ippjanar u implementazzjoni ta’ dawn l-istrumenti, ir-Rappreżentant Għoli u s-SEAE għandhom jaħdmu mal-membri u s-servizzi rilevanti tal-Kummissjoni mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 1(3). Il-proposti kollha għal deċiżjoni ser jitħejjew permezz tal-proċeduri tal-Kummissjoni u ser jiġu ppreżentati lill-Kummissjoni għal deċiżjoni.
4. Fir-rigward tal-Fond Ewropew għall-Iżvilupp u l-Istrument tal-Kooperazzjoni għall-Iżvilupp, kwalunkwe proposta, inklużi dawk għal bidliet fir-regolamenti bażiċi u d-dokumenti ta’ programmar fil-paragrafu 3 hawn fuq, għandha titħejja konġuntament mis-servizzi rilevanti fis-SEAE u fil-Kummissjoni taħt ir-responsabbiltà tal-Kummissarju responsabbli għall-Politika ta’ Żvilupp u mbagħad għandha tiġi ppreżentata konġuntament mar-Rappreżentant Għoli għal deċiżjoni mill-Kummissjoni.
▐ Programmi tematiċi , ħlief l-Istrument Ewropew għad-Demokrazija u d-Drittijiet tal-Bniedem, kif ukoll l-Istrument għall-Kooperazzjoni dwar is-Sikurezza Nukleari u l-parti tal-Istrument għall-Istabbiltà msemmija fis-seba' inċiż tal-paragrafu 2, għandhom jitħejjew mis-Servizz tal-Kummissjoni adatt taħt il-gwida tal-Kummissarju responsabbli għall-Iżvilupp u għandhom jiġu ppreżentati lill-Kulleġġ bi qbil mar-Rappreżentant Għoli u Kummissarji rilevanti oħra.
5. Fir-rigward tal-Istrument Ewropew ta’ Viċinat u Sħubija, kwalunkwe proposta, inklużi dawk għal bidliet fir-regolamenti bażiċi u d-dokumenti ta’ programmar fil-paragrafu 3 hawn fuq, għandha titħejja konġuntament mis-servizzi rilevanti fis-SEAE u fil-Kummissjoni taħt ir-responsabbiltà tal-Kummissarju responsabbli għall-Politika ta’ Viċinat u mbagħad għandha tiġi ppreżentata konġuntament mar-Rappreżentant Għoli għal deċiżjoni mill-Kummissjoni.
6. L-azzjonijiet imwettqin taħt il-baġit tal-PESK, l-Istrument għall-Istabbiltà ħlief il-parti msemmija fis-seba' inċiż tal-paragrafu 2, l-Istrument għall-Kooperazzjoni mal-Pajjiżi Industrijalizzati, id-Diplomazija ta’ Komunikazzjoni u Pubblika kif ukoll il-Missjonijiet ta’ Osservazzjoni tal-Elezzjonijiet huma taħt ir-responsabbiltà tar-Rappreżentant Għoli/SEAE. Il-Kummissjoni għandha tkun responsabbli għall-implimentazzjoni finanzjarja tagħhom taħt l-awtorità tar-Rappreżentant Għoli fil-kapaċità tagħha ta’ Viċi President tal-Kummissjoni (6) . Id-dipartiment tal-Kummissjoni responsabbli għal din l-implimentazzjoni ser jiġu ko-allokati mas-SEAE.
Artikolu 10
Sigurtà
1. Ir-Rappreżentant Għoli , wara li tikkonsulta l-Kumitat imsemmi fid-Deċiżjoni tal-Kunsill 2001/264/KE, għandha tiddeċiedi dwar ir-regoli ta’ sigurtà għas-SEAE u tieħu l-miżuri adatti kollha sabiex ikun żgurat li s-SEAE jimmaniġġa b'mod effettiv ir-riskji għall-persunal, l-assi fiżiċi u l-informazzjoni tiegħu, u li jwettaq dmiru fir-responsabbiltajiet tal-kura. Dawn ir-regoli għandhom japplikaw għall-persunal kollu tas-SEAE, u għall-persunal kollu fid-Delegazzjonijiet tal-Unjoni, irrispettivament mill-istatus amministrattiv jew l-oriġini tagħhom.
2. Sakemm toħroġ id-Deċiżjoni msemmija fil-paragrafu 1:
|
— |
rigward il-protezzjoni tal-informazzjoni klassifikata, is-SEAE għandu japplika d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2001/264/KE; |
|
— |
rigward aspetti oħra ta’ sigurtà, is-SEAE għandu japplika d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2001/844/KE. |
3. Is-SEAE għandu jkollu dipartiment responsabbli għall-kwistjonijiet ta’ sigurtà, li għandu jiġi assistit mis-servizzi kompetenti tal-Istati Membri.
4. Ir-Rappreżentant Għoli għandha tieħu kwalunkwe miżura meħtieġa sabiex jiġu implimentati regoli ta’ sigurtà fis-SEAE, b'mod partikolari fir-rigward tal-protezzjoni ta’ informazzjoni kklassifikata u l-miżuri li għandhom jittieħdu fil-każ ta’ nuqqas mill-persunal tas-SEAE li jikkonforma mar-regoli ta’ sigurtà. Għal dik il-fini, is-SEAE għandu jfittex parir mill-Uffiċċju tas-Sigurtà tas-Segretarjat Ġenerali tal-Kunsill, mis-servizzi rilevanti tal-Kummissjoni u mis-servizzi rilevanti tal-Istati Membri.
Artikolu 11
Aċċess għad-dokumenti, l-arkivji u l-protezzjoni tad-data
1. Is-SEAE għandu japplika r-regoli stabbiliti fir-Regolament (KE) Nru 1049/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-30 ta’ Mejju 2001 dwar l-aċċess pubbliku għad-dokumenti tal-Parlament Ewropew, tal-Kunsill u tal-Kummissjoni. Ir-Rappreżentant Għoli għandha tiddeċiedi dwar ir-regoli implimentattivi għas-SEAE.
2. Is-Segretarju Ġenerali tas-SEAE għandu jorganizza l-arkivji tas-Servizz. L-arkivji rilevanti tad-dipartimenti trasferiti mis-Segretarjat Ġenerali tal-Kunsill u l-Kummissjoni għandhom jiġu trasferiti lis-SEAE.
3. Is-SEAE għandu jipproteġi lill-individwi fir-rigward tal-ipproċessar ta’ data personali f'konformità mar-regoli stabbiliti fir-Regolament (KE) Nru 45/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta’ Diċembru 2000 dwar il-protezzjoni ta’ individwi fir-rigward tal-ipproċessar ta’ data personali mill-istituzzjonijiet u l-korpi tal-Komunità u dwar il-movement liberu ta’ dak id-data. Ir-Rappreżentant Għoli għandha tiddeċiedi dwar ir-regoli implimentattivi għas-SEAE.
Artikolu 12
Proprjetà immobbli
1. Is-Segretarjat Ġenerali tal-Kunsill u s-servizzi tal-Kummissjoni rilevanti għandhom jieħdu l-miżuri kollha meħtieġa sabiex it-trasferimenti msemmijin fl- Artikolu 7 bis ikunu jistgħu jiġu akkumpanjati mit-trasferimenti tal-bini tal-Kunsill u l-Kummissjoni meħtieġa għall-funzjonament tas-SEAE.
2. Il-kondizzjonijiet li taħthom il-proprjetà immobbli ssir disponibbli għall-amministrazzjoni ċentrali tas-SEAE u għad-delegazzjonijiet tal-Unjoni għandhom jiġu deċiżi konġuntament mar-Rappreżentant Għoli u s-Segretarjat Ġenerali tal-Kunsill u l-Kummissjoni, kif adatt.
Artikolu 13
Dispożizzjonijiet finali
1. Ir-Rappreżentant Għoli, il-Kunsill, il-Kummissjoni u l-Istati Membri għandhom ikunu responsabbli għall-implimentazzjoni ta’ din id-Deċiżjoni u għandhom jieħdu l-miżuri kollha meħtieġa biex jagħmlu hekk.
2. Ir-Rappreżentant Għoli għandha tippreżenta lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill u lill-Kummissjoni rapport dwar il-funzjonament tas-SEAE mhux aktar tard mit-tmiem tal-2011. Dan ir-rapport għandu jkopri b'mod partikolari l-implimentazzjoni tad-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 5(3) u (10) u Artikolu 9.
3. Sa nofs l-2013, ir-Rappreżentant Għoli għandha tagħmel rieżami tal-funzjonament u l-organizzazzjoni tas-SEAE, li ser ikopri fost l-oħrajn l-implimentazzjoni tad-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 6(8) u (11). Dan ir-rieżami għandu, jekk meħtieġ, ikun akkumpanjat minn proposti adatti għar-reviżjoni ta’ din id-Deċiżjoni. F'dan il-każ, il-Kunsill, f'konformità mal-Artikolu 27(3) TUE għandu, jirrevedi din id-Deċiżjoni fid-dawl tar-reviżjoni mhux aktar tard mill-bidu tal-2014 ▐.
4. Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data ta’ l-adozzjoni tagħha. Id-dispożizzjonijiet tagħha dwar il-ġestjoni finanzjarja u r-reklutaġġ ▐ għandhom isiru effettivi ladarba jiġu adottati l-emendi meħtieġa għar-Regolamenti tal-Persunal u r-Regolament Finanzjarju, kif ukoll tal-baġit emendatorju. Għandhom isiru arranġamenti mir-Rappreżentant Għoli, is-Segretarjat Ġenerali tal-Kunsill u l-Kummissjoni, u għandhom isiru konsultazzjonijiet mal-Istati Membri biex tiġi żgurata transizzjoni bla xkiel.
5. L-aktar tard xahar wara d-dħul fis-seħħ ta’ din id-Deċiżjoni, ir-Rappreżentant Għoli għandha tippreżenta lill-Kummissjoni stima tad-dħul u l-infiq tas-SEAE, inkluż pjan ta’ stabbiliment, sabiex tippreżenta abbozz ta’ baġit emendatorju.
6. Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Magħmul fi Brussell, [data]
Għall-Kunsill
Il-President
(1) ĠU…
(2) ĠU…
(3) ĠU L 322, 9.12.2009, p. 28.
(4) L-Artikolu 98(1), it-tieni subparagrafu tar-Regoli tal-Persunal għandu jaqra kif ġej: “Mill-1 ta’ Lulju 2013, l-Awtorità tal-Ħatra għandha tqis ukoll l-applikazzjonijiet ta’ uffiċjali minn istituzzjonijiet oħra mingħajr ma tagħti prijorità lill-ebda waħda minn dawn il-kategoriji.”
(6) Il-Kummissjoni ser tagħmel dikjarazzjoni li tgħid li r-Rappreżentant Għoli ser ikollha l-awtorità meħtieġa f'dan il-qasam, b'rispett sħiħ tar-Regolament Finanzjarju.
Il-Ħamis 8 ta’ Lulju 2010
ANNESS
DIPARTIMENTI U FUNZJONIJIET LI GĦANDHOM JIĠU TRASFERITI GĦAS-SEAE (1)
Li ġejja hija lista tal-entitajiet amministrattivi kollha li għandhom jiġu trasferiti en bloc għas-SEAE. Dan ma jippreġudikax il-ħtiġijiet addizjonali u l-allokazzjoni tar-riżorsi li għandhom jiġu ddeterminati fin-negozjati tal-baġit ġenerali li jistabbilixxi s-SEAE, u lanqas id-deċiżjonijiet dwar il-proviżjoni ta’ persunal adegwat responsabbli għall-funzjonijiet ta’ appoġġ, u l-ħtieġa korrelatata għal akkordi fuq livell ta’ servizz bejn is-Segretarjat Ġenerali tal-Kunsill u l-Kummissjoni u s-SEAE.
1. SEGRETARJAT ĠENERALI TAL-KUNSILL
Il-persunal kollu fid-dipartimenti u l-funzjonijiet elenkati hawn taħt għandhom jiġu trasferiti en bloc għas-SEAE, ħlief għal numru limitat ħafna ta’ persunal biex iwettaq il-kompiti normali tas-Segretarjat Ġenerali tal-Kunsill f'konformità mal-Artikolu 2(1), it-tieni inċiż, u għal ċerti funzjonijiet speċifiċi li huma indikati hawn taħt:
|
|
|
|
L-eċċezzjoni:
|
|
|
|
|
|
2. KUMMISSJONI (INKLUŻI D-DELEGAZZJONIJIET)
Il-persunal kollu fid-dipartimenti u l-funzjonijiet elenkati hawn taħt għandu jiġi trasferit en bloc lis-SEAE, ħlief għal numru limitat ta’ persunal imsemmi hawn taħt bħala eċċezzjonijiet.
|
|
Eċċezzjonijiet:
|
|
|
Eċċezzjonijiet
|
|
|
|
(1) Ir-riżorsi umani li għandhom jiġu trasferiti huma kollha ffinanzjati mill-intestatura tan-nefqa 5 (Amministrazzjoni) tal-qafas finanzjarju multiannwali.
Il-Ħamis 8 ta’ Lulju 2010
ANNESS
DIKJARAZZJONI TAR-RAPPREŻENTANT GĦOLI (1) DWAR IR-RESPONSABBILTÀ POLITIKA
Fir-relazzjoni tagħha mal-Parlament Ewropew, ir-Rappreżentant Għoli ser tibni fuq il-konsultazzjoni, l-informazzjoni u l-impenji ta’ rappurtar meħuda matul l-aħħar leġislatura mill-Kummissarju preċedenti għar-relazzjonijiet esterni, mir-Rappreżentant Għoli preċedenti għall-Politika Estera u ta’ Sigurtà Komuni (PESK), kif ukoll mill-Presidenza tal-Kunsill b’rotazzjoni. Fejn meħtieġ, dawn l-impenji ser jiġu aġġustati fid-dawl tar-rwol tal-Parlament ta’ kontroll politiku u d-definizzjoni mill-ġdid tar-rwol tar-Rappreżentant Għoli kif stabbilit mit-Trattati u f’konformità mal-Artikolu 36 TUE.
F’dan ir-rigward:
|
1. |
Rigward il-PESK, ir-Rappreżentant Għoli ser titlob il-fehmiet tal-Parlament Ewropew dwar l-aspetti prinċipali u l-għażliet bażiċi ta’ din il-politika f’konformità mal-Artikolu 36 TUE. Kwalunkwe skambju ta’ fehmiet qabel l-adozzjoni ta’ mandati u strateġija fil-qasam tal-PESK ser isiru fil-format adatt, skont is-sensittività u l-kunfidenzjalità tas-suġġetti diskussi. F’dan il-kuntest, ser tissaħħaħ ukoll il-prattika tal-Laqgħat ta’ Konsultazzjoni Konġunta mal-Uffiċċji tal-AFET (Kumitat għall-Affarijiet Barranin) u tal-COBU (Kumitat dwar il-Baġits). L-informazzjoni mogħtija f’dawn il-laqgħat ser tirrigwarda b’mod partikolari l-missjonijiet tal-PESK iffinanzjati mill-baġit tal-UE, kemm dawk li qed jiġu implimentati kif ukoll dawk li qed jitħejjew. Jekk meħtieġ, jistgħu jiġu organizzati aktar Laqgħat ta’ Konsultazzjoni Konġunta, flimkien mal-laqgħat regolari. Il-preżenza tas-SEAE (fil-laqgħat kollha) ser tinkludi, flimkien mal-President permanenti tal-Kumitat Politiku u ta’ Sigurtà, uffiċjali għolja responsabbli għall-politika. |
|
2. |
Ir-riżultati tan-negozjati li għaddejjin dwar il-Ftehim Qafas bejn il-Parlament Ewropew u l-Kummissjoni dwar negozjati ta’ ftehimiet internazzjonali ser jiġu applikati mutatis mutandis mir-Rappreżentant Għoli għal ftehimiet li jaqgħu fil-qasam tagħha ta’ responsabbiltà, fejn il-kunsens tal-Parlament hu meħtieġ. Il-Parlament Ewropew ser ikun, f’konformità mal-Artikolu 218 (10) TFUE, infurmat immedjatament u bis-sħiħ fl-istadji kollha tal-proċedura, inkluż għal ftehimiet konklużi fil-qasam tal-PESK. |
|
3. |
Ir-Rappreżentant Għoli ser tkompli bil-prattika kemm ta’ djalogu fil-fond dwar il-fażijiet strateġiċi ta’ ppjanar tal-istrumenti finanzjarji (bl-eċċezzjoni tal-Fond Ewropew għall-Iżvilupp), kif ukoll li tkompli tikkomunika d-dokumenti kollha. L-istess ser japplika għad-dokumenti konsultattivi kollha ppreżentati lill-Istati Membri matul il-fażi preparatorja. Din il-prattika hi mingħajr preġudizzju għall-eżitu tan-negozjati dwar l-ambitu u l-applikazzjoni tal-Artikolu 290 tat-TFUE dwar atti delegati. |
|
4. |
Is-sistema attwali li tiġi pprovduta informazzjoni kunfidenzjali dwar missjonijiet u operazzjonijiet tal-PSDK (permezz tal-Kumitat Speċjali IIA 2002 ESDP EP) ser tinżamm. Ir-Rappreżentant Għoli tista’ tipprovdi wkoll aċċess għal dokumenti oħra fil-qasam tal-PESK lil MPE oħra li jeħtieġu l-informazzjoni, li, fir-rigward ta’ dokumenti klassifikati, jiġu debitament awtorizzati f’konformità mar-regoli applikabbli, fejn tali aċċess hu meħtieġ għall-eżerċizzju tal-funzjoni istituzzjonali tagħhom fuq talba tal-President tal-AFET, u, jekk meħtieġ, il-President tal-PE. Ir-Rappreżentant Għoli ser, f’dan il-kuntest, teżamina mill-ġdid u fejn meħtieġ tipproponi li jiġu aġġustati d-dispożizzjonijiet eżistenti dwar l-aċċess għall-Membri tal-Parlament Ewropew għal dokumenti u informazzjoni klassifikati fil-qasam tal-politika ta’ sigurtà u ta’ difiża (2002 IIA ESDP). Sakemm isir dan l-aġġustament, ir-Rappreżentant Għoli ser tiddeċiedi dwar miżuri transitorji li hi tqis neċessarji biex MPE debitament indikati u notifikati li jeżerċitaw funzjoni istituzzjonali jingħataw aċċess aktar faċli għall-informazzjoni ta’ hawn fuq. |
|
5. |
Ir-Rappreżentant Għoli ser twieġeb pożittivament għal talbiet mill-Parlament Ewropew biex Kapijiet ta’ Delegazzjonijiet maħtura reċentement f’pajjiżi u organizzazzjonijiet li l-Parlament jikkunsidra bħala strateġikament importanti jidhru quddiem l-AFET għal skambju ta’ fehmiet (li huma differenti minn seduti) qabel ma jibdew il-mandat tagħhom. L-istess ser japplika għar-RSUE (Rappreżentanti Speċjali tal-Unjoni Ewropea). Dawn l-iskambji ta’ fehmiet ser isiru f’format maqbul mar-Rappreżentant Għoli, skont is-sensittività u l-kunfidenzjalità tas-suġġetti diskussi. |
|
6. |
F’każijiet fejn ir-Rappreżentant Għoli ma tistax tipparteċipa f’dibattitu fil-plenarja tal-Parlament Ewropew, hi tiddeċiedi dwar is-sostituzzjoni tagħha minn Membru ta’ istituzzjoni tal-UE, jiġifieri jew Kummissarju għal kwistjonijiet li jaqgħu esklussivament jew prevalentament fil-kompetenza tal-Kummissjoni, jew Membru tal-Kunsill Affarijiet Barranin għal kwistjonijiet li jaqgħu esklussivament jew prinċipalment fil-qasam tal-PESK. Fil-każ tal-aħħar, is-sostituzzjoni ser issir jew minn ħdan il-Presidenza b’rotazzjoni jew minn ħdan it-trio tal-Presidenzi, f’konformità mal-Artikolu 26 tar-Regoli ta’ Proċedura tal-Kunsill. Il-Parlament Ewropew għandu jiġi infurmat bid-deċiżjoni tar-Rappreżentant Għoli dwar is-sostituzzjoni. |
|
7. |
Ir-Rappreżentant Għoli ser tiffaċilita l-preżenza tal-Kapijiet tad-Delegazzjonijiet, ir-RSUE, il-Kapijiet ta’ missjonijiet tal-PSDK u uffiċjali għolja tal-SEAE f’kumitati u sottokumitati parlamentari rilevanti sabiex iseħħu laqgħat ta’ informazzjoni regolari. |
|
8. |
Fir-rigward ta’ operazzjonijiet militari tal-PSDK, iffinanzjati mill-Istati Membri, l-informazzjoni ser tkompli tiġi pprovduta permezz tal-Kumitat Speċjali IIA 2002 ESDP EP soġġett għal kwalunkwe reviżjoni tal-IIA, f’konformità mal-punt 4 ta’ hawn fuq. |
|
9. |
Il-Parlament Ewropew ser jiġi kkonsultat dwar l-identifikazzjoni u l-ippjanar ta’ Missjonijiet ta’ Osservazzjoni Elettorali u s-segwitu tagħhom - f’konformità mad-drittijiet tal-Parlament ta’ skrutinju baġitarju tal-istrument rilevanti ta’ finanzjament, jiġifieri l-EIDHR. Il-ħatra ta’ Osservaturi Għolja tal-UE ser issir f’konsultazzjoni mal-Grupp ta’ Koordinazzjoni Elettorali, fi żmien debitu qabel il-bidu tal-Missjoni ta’ Osservazzjoni Elettorali. |
|
10. |
Ir-Rappreżentant Għoli ser ikollha rwol attiv fid-deliberazzjonijiet li jmiss dwar l-aġġornament ta’ arranġamenti eżistenti rigward il-finanzjament tal-PESK li jinsabu fi IIA 2006 dwar id-dixxiplina baġitarja u l-amministrazzjoni finanzjarja soda, abbażi tal-impenn fir-rigward tal-kwistjonijiet li jinsabu fil-punt 1. Il-proċedura baġitarja l-ġdida introdotta mit-Trattat ta’ Lisbona ser tapplika bis-sħiħ għall-baġit tal-PESK. Ir-Rappreżentant Għoli ser ukoll taħdem għal aktar trasparenza dwar il-baġit tal-PESK, inkluż, inter alia, il-possibbiltà li jiġu identifikati missjonijiet ewlenin tal-PSDK fil-baġit (bħall-missjonijiet preżenti fl-Afganistan, il-Kosovo u l-Ġeorġja), filwaqt li jiġu ppreservati l-flessibbiltà fil-baġit kif ukoll il-ħtieġa li tiġi żgurata kontinwità ta’ azzjoni għall-missjonijiet diġà fis-seħħ. |
DIKJARAZZJONI MOGĦTIJA MIR-RAPPREŻENTANT GĦOLI FIL-PLENARJA TAL-PARLAMENT EWROPEW DWAR L-ORGANIZZAZZJONI BAŻIKA TAL-AMMINISTRAZZJONI ĊENTRALI TAS-SEAE
Ir-Rappreżentant Għoli ser tistabbilixxi s-servizzi u l-funzjonijiet meħtieġa fis-SEAE biex jiġu ssodisfati l-objettivi tiegħu u biex tissaħħaħ il-kapaċità tal-UE għal azzjoni esterna konsistenti, filwaqt li tiġi evitata d-duplikazzjoni. Meta jkun meħtieġ hija ser tiżgura li jiġu ppreżentati proposti adatti lill-awtorità baġitarja.
Is-servizzi u l-funzjonijiet ser jiġu adatti matul iż-zmien fid-dawl ta’ prijoritajiet ġodda u żviluppi.
Is-SEAE mill-bidu ser tinkludi, fost oħrajn, id-dipartimenti li ġejjin:
|
— |
Dipartiment li jassisti lir-Rappreżentant Għoli ir-relazzjonijiet istituzzjonali tagħha mal-Parlament Ewropew kif imniżżel fit-Trattati u fid-Dikjarazzjoni dwar il-Kontabbiltà Politika u mal-Parlamenti nazzjonali. |
|
— |
Dipartiment li jassisti lir-Rappreżentant Għoli fil-kompitu tagħha tal-iżgurar tal-konsistenza fl-azzjoni esterna tal-Unjoni. Dan id-Dipartiment ser jipprovdi, fost l-oħrajn, informazzjonu u ser jiżgura segwitu għal-laqgħat regolari tar-Rappreżentant Għoli ma’ membri oħra tal-Kummissjoni. Fil-livell ta’ servizz id-Dipartiment ser jiżgura l-interazzjoni u l-koordinazzjoni meħtieġa mas-servizzi kompetenti tal-Kummissjoni dwar l-aspetti esterni tal-linji ta’ politika interni. |
|
— |
Direttur Ġenerali għall-Baġit u l-Amministrazzjoni. Dan ser ikun persuna anzjana fis-SEAE b’esperjenza kbira fil-baġit tal-UE u l-amministrazzjoni. |
Ġestjoni tal-kriżi u bini tal-paċi: l-istrutturi tal-PSDK ser ikunu parti mis-SEAE fil-mod kif maqbul mill-Kunsill Ewropew f’Ottubru 2009 u kif previst fid-Deċiżjoni tas-SEAE. L-istruttura adatt hija l-integrazzjoni tal-unitajiet rilevanti fil-Kummissjoni li jittrattaw ir-rispons għall-kriżi u l-bini tal-paċi.
Ir-Rappreżentant Għoli ser tiżgura li l-unitajiet rilevanti mill-Kummissjoni trasferiti għas-SEAE li jittrattaw l-ippjanar u l-ipprogrammar tar-rispons għall-kriżi, il-prevenzjoni tal-konflitti u l-bini tal-paċi, u l-istrutturi tal-PSDK, jaħdmu f’kooperazzjoni u sinerġija mill-qrib, kemm taħt ir-responsabbiltà u l-awtorità diretti tagħha fl-istruttura adatta. Dan huwa naturalment mingħajr preġudizzju għan-natura speċifika, notevolment intergovernattiva u Komunitarja, tal-linji ta’ politika.
Taħt l-awtorità diretta u r-responsabbiltà tar-Rappreżentant Għoli, ser tiġi żgurata koordinazzjoni sħiħa bejn is-servizzi kollha tas-SEAE, b’mod partikolari bejn l-istrutturi tal-PSDK u s-servizzi rilevanti l-oħra tas-SEAE, filwaqt li jiġu rispettati l-ispeċifiċitajiet ta’ dawn l-istrutturi.
Ir-Rappreżentant Għoli ser tiżgura li tiġi stabbilita l-koordinazzjoni meħtieġa bejn ir-Rappreżentanti Speċjali tal-UE u d-Dipartimenti rilevanti fis-SEAE.
Ir-Rappreżentant Għoli ser tagħti prijorità għolja lill-promozzjoni tad-Drittijiet Umani u l-governanza tajba madwar il-globu u ser tippromwovi l-integrazzjoni fil-linji ta’ politika esterni, fis-SEAE kollu. Ser ikun hemm struttura tad-drittijiet tal-bniedem u demokratika fil-livell tal-kwartieri ġenerali, kif ukoll punti fokali fid-delegazzjonijiet tal-Unjoni rilevanti kollha bl-impenn tal-monitoraġġ tas-sitwazzjoni tad-drittijiet tal-bniedem u l-promozzjoni ta’ realizzazzjoni effettiva tal-miri tal-politika tal-UE dwar id-drittijiet tal-bniedem.
(1) It-terminu Rappreżentant Għoli f’din id-dikjarazzjoni jkopri l-funzjonijiet kollha tar-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta’ Sigurtà, li huwa wkoll Viċi-President tal-Kummissjoni Ewropea, u l-President tal-Kunsill Affarijiet Barranin mingħajr preġudizzju għar-responsabbiltajiet speċifiċi skont il-funzjonijiet speċifiċi li hi teżerċita.