This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 52010AP0279
Agreement between the EU and the USA on the processing and transfer of financial messaging data from the EU to the USA for purposes of the Terrorist Finance Tracking Program *** European Parliament legislative resolution of 8 July 2010 on the draft Council decision on the conclusion of the Agreement between the European Union and the United States of America on the processing and transfer of Financial Messaging Data from the European Union to the United States for the purposes of the Terrorist Finance Tracking Program (11222/1/2010/REV 1 and COR 1 – C7-0158/2010 – 2010/0178(NLE))
Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u l-USA dwar l-ipproċessar u t-trasferiment ta’ Data dwar Messaġġi Finanzjarji mill-Unjoni Ewropea għall-Istati Uniti għall-finijiet tal-Programm dwar ir-Rintraċċar tal-Finanzjament tat-Terroriżmu *** Riżoluzzjoni leġislattiva tal-Parlament Ewropew tat- 8 ta’ Lulju 2010 dwar il-proposta għal deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-konklużjoni tal-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u l-Istati Uniti tal-Amerika dwar l-ipproċessar u t-trasferiment ta’ Data dwar Messaġġi Finanzjarji mill-Unjoni Ewropea għall-Istati Uniti għall-finijiet tal-Programm dwar ir-Rintraċċar tal-Finanzjament tat-Terroriżmu (11222/1/2010/REV 1 u COR 1 – C7-0158/2010 – 2010/0178(NLE))
Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u l-USA dwar l-ipproċessar u t-trasferiment ta’ Data dwar Messaġġi Finanzjarji mill-Unjoni Ewropea għall-Istati Uniti għall-finijiet tal-Programm dwar ir-Rintraċċar tal-Finanzjament tat-Terroriżmu *** Riżoluzzjoni leġislattiva tal-Parlament Ewropew tat- 8 ta’ Lulju 2010 dwar il-proposta għal deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-konklużjoni tal-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u l-Istati Uniti tal-Amerika dwar l-ipproċessar u t-trasferiment ta’ Data dwar Messaġġi Finanzjarji mill-Unjoni Ewropea għall-Istati Uniti għall-finijiet tal-Programm dwar ir-Rintraċċar tal-Finanzjament tat-Terroriżmu (11222/1/2010/REV 1 u COR 1 – C7-0158/2010 – 2010/0178(NLE))
ĠU C 351E, 2.12.2011, pp. 453–454
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
|
2.12.2011 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
CE 351/453 |
Il-Ħamis 8 ta’ Lulju 2010
Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u l-USA dwar l-ipproċessar u t-trasferiment ta’ Data dwar Messaġġi Finanzjarji mill-Unjoni Ewropea għall-Istati Uniti għall-finijiet tal-Programm dwar ir-Rintraċċar tal-Finanzjament tat-Terroriżmu ***
P7_TA(2010)0279
Riżoluzzjoni leġislattiva tal-Parlament Ewropew tat-8 ta’ Lulju 2010 dwar il-proposta għal deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-konklużjoni tal-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u l-Istati Uniti tal-Amerika dwar l-ipproċessar u t-trasferiment ta’ Data dwar Messaġġi Finanzjarji mill-Unjoni Ewropea għall-Istati Uniti għall-finijiet tal-Programm dwar ir-Rintraċċar tal-Finanzjament tat-Terroriżmu (11222/1/2010/REV 1 u COR 1 – C7-0158/2010 – 2010/0178(NLE))
2011/C 351 E/42
(Approvazzjoni)
Il-Parlament Ewropew,
wara li kkunsidra l-abbozz ta’ deċiżjoni tal-Kunsill (11222/1/2010/REV 1 u COR 1),
wara li kkunsidra t-test tal-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u l-Istati Uniti tal-Amerika dwar l-ipproċessar u t-trasferiment ta’ Data dwar Messaġġi Finanzjarji mill-Unjoni Ewropea għall-Istati Uniti għall-finijiet tal-Programm dwar ir-Rintraċċar tal-Finanzjament tat-Terroriżmu, li hu mehmuż mal-abbozz ta’ deċiżjoni tal-Kunsill hawn fuq imsemmija,
wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-5 ta’ Mejju 2010 dwar ir-Rakkomandazzjoni mill-Kummissjoni lill-Kunsill biex jawtorizza l-ftuħ ta’ negozjati dwar ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u l-Istati Uniti tal-Amerka biex id-Dipartiment tat-Teżor tal-Istati Uniti jkollu għad-dispożizzjoni tiegħu data minn messaġġi ta’ pagamenti finanzjarji għall-fini tal-prevenzjoni u l-ġlieda kontra t-terroriżmu u l-finanzjament tat-terroriżmu (1),
wara li kkunsidra l-opinjoni tas-Superviżur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data tas-22 ta’ Ġunju 2010 (2),
wara li kkunsidra l-opinjoni espressa mill-Grupp ta’ Ħidma tal-Artikolu 29 dwar il-Protezzjoni tad-Data u l-Grupp ta’ Ħidma dwar il-Pulizija u l-Ġustizzja fil-25 ta’ Ġunju 2010,
wara li kkunsidra t-talba għall-approvazzjoni mressqa mill-Kunsill skont l-Artikolu 218(6)(a) flimkien mal-Artikolu 87(2), punt (a) u l-Artikolu 88(2) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (C7-0158/2010),
wara li kkunsidra l-Artikoli 81 u 90(8) tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu,
wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern (A7-0224/2010),
|
1. |
Jagħti l-approvazzjoni tiegħu għall-konklużjoni tal-Ftehim; |
|
2. |
Jistieden lill-Kummissjoni, f'konformità mal-Artikolu 8 tal-Karta Ewropea tad-Drittijiet Fundamentali, li tirrikjedi li d-data personali tkun taħt il-kontroll ta’ “awtoritajiet indipendenti”, biex tippreżenta lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill malajr kemm jista' jkun bl-għażla ta’ tliet kandidati mil-liema jagħżlu għar-rwol tal-persuna indipendenti tal-UE msemmija fl-Artikolu 12(1) tal-Ftehim; jirrimarka li l-proċedura għandha tkun l-istess, mutatis mutandis, bħal dik segwita mill-Parlament Ewropew u mill-Kunsill għall-ħatra tal-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data kif previst fir-Regolament (KE) Nru 45/2001 (3) li jimplimenta l-Artikolu 286 tat-Trattat KE; |
|
3. |
Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-gvernijiet u l-parlamenti tal-Istati Membri u lill-Gvern tal-Istati Uniti tal-Amerika; jagħti ukoll istruzzjonijiet lill-President biex jidħol fi djalogu interparlamentari mal-Ispeaker tal-Kamra tar-Rappreżentanti tal-Istati Uniti u mal-President pro tempore tas-Senat tal-Istati Uniti dwar il-ftehim ta’ qafas futur dwar il-protezzjoni tad-data bejn l-Unjoni Ewropea u l-Istati Uniti tal-Amerika. |
(1) Testi adottati, P7_TA(2010)0143.
(2) Għadha mhix ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali.
(3) Ir-Regolament (KE) Nru 45/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta’ Diċembru 2000 dwar il-protezzjoni ta’ individwu fir-rigward tal-ipproċessar ta’ data personali mill-istituzzjonijiet u l-korpi tal-Komunità u dwar il-movement liberu ta’ dak id-data (ĠU L 8, 12.1.2001, p. 1).