Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 52008XC0531(06)

    Aġġornament ta' l-ammonti ta' referenza għall-qsim tal-fruntieri esterni kif imsemmi fl-Artikolu 5(3) tar-Regolament (KE) Nru 562/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi Kodiċi Komunitarju dwar ir-regoli li jirregolaw il-moviment ta' persuni min-naħa għall-oħra tal-fruntiera (Kodiċi tal-Fruntieri ta' Schengen) ( ĠU C 247, 13.10.2006, p. 19 , ĠU C 153, 6.7.2007, p. 22 , ĠU C 182, 4.8.2007, p. 18 , ĠU C 57, 1.3.2008, p. 38 )

    ĠU C 134, 31.5.2008, p. 19–19 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    31.5.2008   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

    C 134/19


    Aġġornament ta' l-ammonti ta' referenza għall-qsim tal-fruntieri esterni kif imsemmi fl-Artikolu 5(3) tar-Regolament (KE) Nru 562/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi Kodiċi Komunitarju dwar ir-regoli li jirregolaw il-moviment ta' persuni min-naħa għall-oħra tal-fruntiera (Kodiċi tal-Fruntieri ta' Schengen) (ĠU C 247, 13.10.2006, p. 19, ĠU C 153, 6.7.2007, p. 22, ĠU C 182, 4.8.2007, p. 18, ĠU C 57, 1.3.2008, p. 38)

    (2008/C 134/08)

    Il-pubblikazzjoni ta' ammonti ta' referenza għall-qsim tal-fruntieri esterni, kif imsemmija fl-Artikolu 5(3) tar-Regolament (KE) Nru 562/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta' Marzu 2006 li jistabbilixxi Kodiċi Komunitarju dwar ir-regoli li jirregolaw il-moviment ta' persuni min-naħa għal oħra tal-fruntiera (Kodiċi tal-Fruntieri ta' Schengen) hija bbażata fuq l-informazzjoni kkomunikata mill-Istati Membri lill-Kummissjoni skond l-Artikolu 34 tal-Kodiċi tal-Fruntieri ta' Schengen.

    Flimkien mal-pubblikazzjoni tal-Ġurnal Uffiċjali, aġġornament ta' kull xahar huwa disponibbli fuq is-sit internet tad-Direttorat Ġenerali għall-Ġustizzja, il-Libertà u s-Sigurtà.

    IS-SLOVAKKJA

    Sostituzzjoni ta' l-informazzjoni ppubblikata fil-ĠU C 247, 13.10.2006, p. 19

    Ir-riżorsi finanzjarji meħtieġa biex ikopru l-ispejjeż ta' residenza ta' ċittadin ta' pajjiż terz fuq it-territorju tar-Repubblika Slovakka huma stabbiliti għal SKK 1 700 għal kull persuna għal kull jum ta' residenza skond l-Artikolu 4 ta' l-Att Nru 48/2002 Coll. dwar is-Soġġorn ta' Persuni Barranin u dwar l-emendi ta' ċerti atti skond l-emendi.

    Is-somma ta' SKK 1 700 tinqasam f'dawn l-ammonti:

    (a)

    SKK 1 000 għal akkomodazzjoni;

    (b)

    SKK 100 għall-kolazzjon;

    (c)

    SKK 200 għall-ikel;

    (d)

    SKK 200 għall-ikel ta' filgħaxija;

    (e)

    SKK 200 għal flus fil-but.

    Jekk l-ispejjeż ta' residenza ta' ċittadin ta' pajjiż terz fit-territorju tar-Repubblika Slovakka huma parzjalment koperti, dan il-fatt ser jiġi kkunsidrat.

    Stedina ċċertifikata minn dipartiment tal-pulizija tista tissostitwixxi r-riżorsi finanzjarji.

    IL-GREĊJA

    Sostituzzjoni ta' l-informazzjoni ppubblikata fil-ĠU C 247, 13.10.2006, p. 19

    Id-Deċiżjoni Ministerjali Komuni Nru 3021/22/10-f ta' l-24 ta' Diċembru 2007 tistabilixxi l-ammont għal mezzi ta' sussistenza li ċittadini barranin — bl-eċċezzjoni ta' ċittadini mill-Istati Membri ta' l-Unjoni Ewropea — jeħtieġu li jkollhom jekk ikunu jridu jidħlu f'territorju Grieg.

    Skond id-Deċiżjoni msemmija hawn fuq, l-ammont ta' flus barranin li għandhom ikollhom ċittadini barranin ta' Stati li m'humiex membri ta' l-Unjoni Ewropea sabiex jidħly fil-Greċja huwa stabbilit għal EUR 50 għal kull persuna għal kull jum, u ammont minimu totali ta' EUR 300 għal soġġorn ta' mhux iktar minn ħamest iijiem.

    Fejn iċ-ċittadin barrani huwa minuri l-ammonti t'hawn fuq jitnaqqsu b'50 %.

    Ċittadini ta' pajjiżi li jobbligaw lil ċittadini Griegi jbiddlu l-flus fil-fruntiera huma wkoll soġġetti għal dan l-obbligu skond il-prinċipju ta' reċiproċità.


    Top