This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 52008XC0531(02)
Communication from the Commission on the results of the risk evaluation and the risk reduction strategies for the substances: 2-nitrotoluene and 2,4-dinitrotoluene (Text with EEA relevance)
Komunikazzjoni mill-Kummissjoni dwar ir-riżultati tal-valutazzjoni tar-riskju u l-istrateġiji għat-tnaqqis tar-riskju għas-sustanzi: 2-nitrotoluene u 2,4-dinitrotoluene (Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
Komunikazzjoni mill-Kummissjoni dwar ir-riżultati tal-valutazzjoni tar-riskju u l-istrateġiji għat-tnaqqis tar-riskju għas-sustanzi: 2-nitrotoluene u 2,4-dinitrotoluene (Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
ĠU C 134, 31.5.2008, p. 4–9
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
31.5.2008 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
C 134/4 |
Komunikazzjoni mill-Kummissjoni dwar ir-riżultati tal-valutazzjoni tar-riskju u l-istrateġiji għat-tnaqqis tar-riskju għas-sustanzi: 2-nitrotoluene u 2,4-dinitrotoluene
(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
(2008/C 134/02)
Ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 793/93 tat-23 ta' Marzu 1993 dwar il-valutazzjoni u l-kontroll tar-riskji ta' sustanzi eżistenti (1) jinvolvi r-rappurtar tad-dejta, l-iffissar tal-prijoritajiet, il-valutazzjoni tar-riskju u, fejn meħtieġ, l-iżvilupp ta' strateġiji biex ikunu limitati r-riskji ta' sustanzi eżistenti.
Fil-qafas tar-Regolament (KEE) Nru 793/93 is-sustanzi li ġejjin kienu identifikati bħala sustanzi ta' prijorità għall-valutazzjoni skond ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2364/2000 li jikkonċerna r-raba' lista (2) ta' sustanzi ta' prijorità kif previst fir-Regolament (KEE) Nru 793/93:
— |
2-nitrotoluene, |
— |
2,4-dinitrotoluene. |
L-Istati Membri rapporteur maħtura skond dawk ir-Regolamenti temmew l-attivitajiet tal-valutazzjoni tar-riskju għall-bniedem u għall-ambjent għal dawk is-sustanzi skond ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1488/94 tat-28 ta' Ġunju 1994 li jistipula l-prinċipji għal studju dwar ir-riskji lill-bniedem u l-ambjent ta' materjali eżistenti (3) u ssuġġerew strateġija biex ikunu limitati r-riskji skond ir-Regolament (KEE) Nru 793/93.
Il-Kumitat Xjentifiku dwar ir-Riskji għas-Saħħa u għall-Ambjent (SCHER) kien ikkonsultat u ħareġ opinjoni dwar il-valutazzjonijiet tar-riskju li saru mir-rapporteur. Dawn l-opinjonijiet jistgħu jinsabu fuq il-websajt tal-Kumitat Xjentifiku.
L-Artikolu 11(2) tar-Regolament (KEE) Nru 793/93 jistipula li r-riżultati tal-valutazzjoni tar-riskju u l-istrateġija rakkomandata biex ikunu limitati r-riskji għandhom jiġu adottati fuq livell Komunitarju u ppubblikati mill-Kummissjoni. Din il-Komunikazzjoni, flimkien mar-Rakkomandazzjoni korrispondenti tal-Kummissjoni 2008/405/KE (4), tipprovdi r-riżultati tal-valutazzjoni tar-riskju (5) u strateġiji biex ikunu limitati r-riskji għas-sustanzi msemmija hawn fuq.
Ir-riżultati tal-valutazzjoni tar-riskju u l-istrateġiji biex ikunu limitati r-riskji li għalihom tipprovdi din il-komunikazzjoni huma skond l-opinjoni tal-Kumitat li twaqqaf skond l-Artikolu 15(1) tar-Regolament (KEE) Nru 793/93.
(2) ĠU L 273, 26.10.2000, p. 1.
(3) ĠU L 161, 29.6.1994, p. 3.
(5) Ir-Rapport tal-Valutazzjoni tar-Riskju komprensiv, kif ukoll sommarju tiegħu, jistgħu jinsabu fuq is-sit ta' l-internet ta' l-Uffiċċju Ewropew tas-Sustanzi Kimiċi:
http://ecb.jrc.it/existing-substances/
ANNESS
PARTI 1
CAS Nru 88-72-2 |
|
EINECS Nru 201-853-3 |
Formula Strutturali |
|
|
Isem EINECS: |
2-nitrotoluene |
|
Isem IUPAC: |
2-nitrotoluene |
|
Rapporteur: |
Spanja |
|
Klassifikazzjoni (1): |
Karċ. Kat. 2; R45 Muta. Kat. 2; R46 Ripr. Kat. 3; R62 Xn; R22 N; R51-53 |
Il-valutazzjoni tar-riskju (2) hija bbażata fuq prattiki attwali relatati maċ-ċiklu tal-ħajja tas-sustanza prodotta jew impurtata fil-Komunità Ewropea kif deskritti fil-valutazzjoni tar-riskju mibgħuta lill-Kummisjoni mill-Istat Membru Rapporteur.
Il-valutazzjoni tar-riskju ddeterminat, abbażi tat-tagħrif disponibbli, li fil-Komunità Ewropea s-sustanza 2-nitrotoluene tintuża fis-sinteżi ta' intermedjarji għall-manifattura ta' kimiċi agrikoli u kimiċi tal-gomma, splussivi, koloranti sensittivi għas-sħana, żebgħat ta' l-ażo u tal-kubrit u fis-sinteżi organika ta' varjetà wiesgħa ta' komposti inklużi l-petrokimiki, il-pestiċidi u l-farmaċewtiċi. It-2-nitrotoluene huwa sintetizzat primarjament bin-nitrazzjoni tat-toluene u wara l-manifattura jintuża l-aktar fuq is-sit għall-produzzjoni ta' l-o-toluidine jew tat-2,4-dinitrotoluene.
Din is-sustanza ma ġietx ittestjata għas-sensibilizzazzjoni u konsegwentement il-valutazzjoni tar-riskju ma tivvaluta r-riskji tas-sensibilizzazzjoni għall-ebda popolazzjoni. Dan it-test ma kienx meħtieġ, għaliex is-sustanza giet identifikata bħala karċinoġen mingħajr valur tal-limitu, li teħtieġ miżuri ta' kontroll li mhux se jiġu influwenzati minn aktar tagħrif dwar jekk is-sustanza hija jew mhijiex sensibilizzatur.
VALUTAZZJONI TAR-RISKJU
A. Is-Saħħa tal-Bniedem
Il-konklużjoni tal-valutazzjoni tar-riskji
għall-ĦADDIEMA
hija li hemm il-ħtieġa għal miżuri speċifiċi biex ikunu limitati r-riskji waqt il-produzzjoni u l-ipproċessar ta' wara. Din il-konklużjoni tintlaħaq minħabba li:
— |
hemm tħassib dwar il-mutaġeniċità u l-karċinoġeniċità bħala konsegwenza ta' l-esponiment mill-inalazzjoni u tal-ġilda, |
— |
hemm tħassib dwar tossiċità minn dożi ripetuti u tossiċità għar-riproduzzjoni (fertilità u żvilupp) bħala konsegwenza ta' esponiment tal-ġilda. |
Il-konklużjoni tal-valutazzjoni tar-riskji
għall-KONSUMATURI
hija li bħalissa m'hemmx il-ħtieġa għal aktar tagħrif u/jew ittestjar jew għal aktar miżuri għat-tnaqqis tar-riskju minn dawk li qed jiġu applikati. Din il-konklużjoni tintlaħaq minħabba li:
— |
l-esponiment għall-konsumaturi ma jidhirx li jeżisti. |
Il-konklużjoni tal-valutazzjoni tar-riskji
għall-BNEDMIN ESPOSTI MILL-AMBJENT
hija li hemm il-ħtieġa ta' miżuri speċifiċi biex ikunu limitati r-riskji. Din il-konklużjoni tintlaħaq minħabba li:
— |
hemm tħassib dwar il-karċinoġeniċità bħala konsegwenza ta' esponiment mill-inalazzjoni u esponiment orali fuq sit lokali, u dwar mutaġeniċità bħala konsegwenza esponiment mill-inalazzjoni u esponiment orali mis-siti lokali kollha kif ukoll minn esponiment reġjonali li jirriżulta mill-produzzjoni u l-ipproċessar ta' wara tas-sustanza. |
Il-konklużjoni tal-valutazzjoni tar-riskji
għas-SAĦĦA TAL-BNIEDEM (proprjetajiet fiżikokimiċi)
hija li bħalissa m'hemmx il-ħtieġa għal aktar tagħrif u/jew ittestjar jew għal aktar miżuri għat-tnaqqis tar-riskju minn dawk li qed jiġu applikati. Din il-konklużjoni tintlaħaq minħabba li:
— |
il-valutazzjoni tar-riskju turi li mhux mistennija riskji. Il-miżuri għat-tnaqqis tar-riskju li diġà qegħdin jiġu applikati huma kkunsidrati bħala biżżejjed. |
B L-ambjent
Il-konklużjoni tal-valutazzjoni tar-riskji
Għall-ATMOSFERA, għall-EKOSISTEMA AKKWATIKA (inklużi l-STP u s-sediment) u għall-EKOSISTEMA TERRESTRI
hija li bħalissa m'hemmx il-ħtieġa għal aktar tagħrif u/jew ittestjar jew għal aktar miżuri għat-tnaqqis tar-riskju minn dawk li qed jiġu applikati. Din il-konklużjoni tintlaħaq minħabba li:
— |
il-valutazzjoni tar-riskju turi li r-riskji relatati ma' l-oqsma ambjentali msemmija hawn fuq mhumiex mistennija. Il-miżuri għat-tnaqqis tar-riskju li diġà qegħdin jiġu applikati huma kkunsidrati bħala biżżejjed. |
Il-konklużjoni tal-valutazzjoni tar-riskji
għall-MIKRO-ORGANIŻMI FL-IMPJANT GĦAT-TRATTAMENT TAD-DRANAĠĠ

STRATEĠIJA BIEX IKUNU LIMITATI R-RISKJI
għall-ĦADDIEMA
Il-leġiżlazzjoni dwar il-ħarsien tal-ħaddiema li bħalissa tinsab fis-seħħ fuq livell Komunitarju hija ġeneralment meqjusa li tipprovdi qafas xieraq biex jiġu limitati r-riskji tas-sustanzi rilevanti sa fejn meħtieġ, u għandha tapplika.
għall-BNEDMIN ESPOSTI MILL-AMBJENT
Il-miżuri leġiżlattivi eżistenti għall-ħarsien tal-bnedmin esposti mill-ambjent, b'mod partikolari d-dispożizzjonijiet fid-Direttiva tal-Kunsill 2008/1/KE (3), huma kkunsidrati bħala biżżejjed biex ikunu indirizzati r-riskji identifikati għall-pubbliku ġenerali.
PARTI 2
CAS Nru 121-14-2 |
|
EINECS Nru 204-450-0 |
Formula Strutturali |
|
|
Isem EINECS: |
2,4-dinitrotoluene |
|
Isem IUPAC: |
1,3-dinitro-4-methylbenzene |
|
Rapporteur: |
Spanja |
|
Klassifikazzjoni (4): |
Karċ. Kat. 2: R45 Muta. Kat.3: R68 Ripr.Kat. 3: R62 T: R23/24/25 Xn: R48/22 N: R51-53 |
Il-valutazzjoni tar-riskju (2) hija bbażata fuq prattiki attwali relatati maċ-ċiklu tal-ħajja tas-sustanza prodotta jew impurtata fil-Komunità Ewropea kif deskritti fil-valutazzjoni tar-riskju mibgħuta lill-Kummisjoni mill-Istat Membru Rapporteur.
Il-valutazzjoni tar-riskju ddeterminat, abbażi tat-tagħrif disponibbli, li fil-Komunità Ewropea s-sustanza 2,4-dinitrotoluene tintuża bħala kimika intermedjarja fil-produzzjoni tat-toluene-2,4-diisocyanate (TDI), mit-toluene-2,4-diamine (TDA). Dan l-użu jutilizza madwar 99 % tal-produzzjoni tat-2,4-dinitrotoluene.
VALUTAZZJONI TAR-RISKJU
A. Is-saħħa tal-bniedem
Il-konklużjoni tal-valutazzjoni tar-riskji
għall-ĦADDIEMA
hija li hemm il-ħtieġa ta' miżuri speċifiċi biex ikunu limitati r-riskji. Din il-konklużjoni tintlaħaq minħabba li:
— |
hemm tħassib dwar il-mutaġeniċità u l-karċinoġeniċità bħala konsegwenza ta' esponiment mill-inalazzjoni u tal-ġilda mis-sitwazzjonijiet kollha tal-ħaddiema, |
— |
hemm tħassib dwar tossiċità minn dożi ripetuti u tossiċità għar-riproduzzjoni (fertilità) bħala konsegwenza ta' esponiment tal-ġilda mill-manifattura u mill-użu ta' l-isplussivi, |
— |
hemm tħassib dwar tossiċità minn dożi ripetuti u tossiċità għar-riproduzzjoni (fertilità) bħala konsegwenza ta' inalazzjoni mill-manifattura ta' l-isplussivi. |
Il-konklużjoni tal-valutazzjoni tar-riskji
għall-KONSUMATURI
hija li bħalissa m'hemmx il-ħtieġa għal aktar tagħrif u/jew ittestjar jew għal aktar miżuri għat-tnaqqis tar-riskju minn dawk li qed jiġu applikati. Din il-konklużjoni tintlaħaq minħabba li:
— |
l-esponiment għall-konsumaturi ma jidhirx li jeżisti. |
Il-konklużjoni tal-valutazzjoni tar-riskji
għall-BNEDMIN ESPOSTI MILL-AMBJENT
hija li hemm il-ħtieġa ta' miżuri speċifiċi biex ikunu limitati r-riskji. Din il-konklużjoni tintlaħaq minħabba li:
— |
hemm tħassib dwar il-mutaġeniċità u l-karċinoġeniċità bħala konsegwenza ta' esponiment mill-inalazzjoni u esponiment orali minn sitwazzjoni lokali waħda. |
Ir-riskji ma jistgħux jiġu esklużi għas-sitwazzjonijiet ta' esponiment l-oħra kollha, minħabba li s-sustanza hija identifikata bħala karċinoġen mingħajr valur tal-limitu. Għandu jiġu kkunsidrat kemm huma xierqa l-kontrolli eżistenti u kemm huma possibbli u prattikabbli aktar miżuri speċifiċi. Madankollu, il-valutazzjoni tar-riskju tindika li r-riskji huma diġà baxxi. Dan għandu jitqies meta jiġi kkunsidrat kemm huma xierqa l-kontrolli eżistenti u kemm huma possibbli u prattikabbli aktar miżuri speċifiċi għat-tnaqqis tar-riskju.
Il-konklużjoni tal-valutazzjoni tar-riskji
għas-SAĦĦA TAL-BNIEDEM (proprjetajiet fiżikokimiċi)
hija li bħalissa m'hemmx il-ħtieġa għal aktar tagħrif u/jew ittestjar jew għal aktar miżuri għat-tnaqqis tar-riskju minn dawk li qed jiġu applikati. Din il-konklużjoni tintlaħaq minħabba li:
— |
il-valutazzjoni tar-riskju turi li mhux mistennija riskji. Il-miżuri għat-tnaqqis tar-riskju li diġà qegħdin jiġu applikati huma kkunsidrati bħala biżżejjed. |
B L-ambjent
Il-konklużjoni tal-valutazzjoni tar-riskji
għall-ATMOSFERA u għall-EKOSISTEMA TERRESTRI
hija li bħalissa m'hemmx il-ħtieġa għal aktar tagħrif u/jew ittestjar jew għal aktar miżuri għat-tnaqqis tar-riskju minn dawk li qed jiġu applikati. Din il-konklużjoni tintlaħaq minħabba li:
— |
il-valutazzjoni tar-riskju turi li r-riskji relatati ma' l-oqsma ambjentali msemmija hawn fuq mhumiex mistennija. Il-miżuri għat-tnaqqis tar-riskju li diġà qegħdin jiġu applikati huma kkunsidrati bħala biżżejjed. |
Il-konklużjoni tal-valutazzjoni tar-riskji
għall-EKOSISTEMA AKKWATIKA (inkluż is-sediment)
hija li hemm il-ħtieġa li jkunu limitati r-riskji; il-miżuri għat-tnaqqis tar-riskji li diġà qegħdin jittieħdu se jiġu kkunsidrati.
Il-valutazzjoni tar-riskju turi li hemm ħtieġa ta' miżuri għat-tnaqqis tar-riskju għall-kompartiment akkwatiku u għall-organiżmi li jgħixu fis-sediment ta' sit lokali wieħed. Huwa mistenni li kwalunkwe miżura għat-tnaqqis tar-riskju għall-ilma tal-wiċċ tnaqqas ukoll ir-riskji għas-sedimenti.
Il-konklużjoni tal-valutazzjoni tar-riskji
għall-MIKRO-ORGANIŻMI FL-IMPJANT GĦAT-TRATTAMENT TAD-DRANAĠĠ
hija li bħalissa m'hemmx il-ħtieġa għal aktar tagħrif u/jew ittestjar jew għal aktar miżuri għat-tnaqqis tar-riskju minn dawk li qed jiġu applikati. Din il-konklużjoni tintlaħaq minħabba li:
— |
il-valutazzjoni tar-riskju turi li mhux mistennija riskji. Il-miżuri għat-tnaqqis tar-riskju li diġà qegħdin jiġu applikati huma kkunsidrati bħala biżżejjed. |
STRATEĠIJA BIEX IKUNU LIMITATI R-RISKJI
għall-ĦADDIEMA
Il-leġiżlazzjoni dwar il-ħarsien tal-ħaddiema li bħalissa tinsab fis-seħħ fuq livell Komunitarju hija ġeneralment meqjusa li tipprovdi qafas xieraq biex jiġu limitati r-riskji tas-sustanzi rilevanti sa fejn meħtieġ, u għandha tapplika.
għall-BNEDMIN ESPOSTI MILL-AMBJENT
Il-miżuri leġiżlattivi eżistenti għall-ħarsien tal-bnedmin esposti mill-ambjent, b'mod partikolari d-dispożizzjonijiet fid-Direttiva 2008/1/KE, huma kkunsidrati bħala biżżejjed biex ikunu indirizzati r-riskji identifikati għall-pubbliku ġenerali.
għall-AMBJENT
Biex ikunu ffaċilitati l-ħruġ tal-permessi u l-monitoraġġ skond id-Direttiva 2008/1/KE (il-Prevenzjoni u l-Kontroll Integrati tat-Tniġġis) it-2,4-DNT għandu jiġi inkluż fil-ħidma li għaddejja bħalissa biex tiġi żviluppata gwida dwar “l-Aqwa Metodi Disponibbli” (BAT).
(1) Din is-sustanza kimika hija inkluża fl-Anness I tad-Direttiva 67/548/KEE. Il-klassifikazzjoni tas-sustanza hija stabbilita mid-Direttiva tal-Kummissjoni 2004/73/KE tad-29 ta' April 2004 li tadatta għall-progress tekniku għat-tnejn-u-għoxrin darba d-Direttiva tal-Kunsill 67/548/KEE rigward l-approssimazzjoni tal-liġijiet, tar-regolamenti u tad-dispożizzjonijiet amministrattivi dwar il-klassifikazzjoni, l-imballaġġ u l-ittikkettjar ta’ sustanzi perikolużi (ĠU L 152, 30.4.2004, p. 1, emendat b’ĠU L 216, 16.6.2004, p. 3).
(2) Ir-Rapport tal-Valutazzjoni tar-Riskju komprensiv, kif ukoll sommarju tiegħu, jistgħu jinsabu fuq is-sit ta' l-internet ta' l-Uffiċċju Ewropew tas-Sustanzi Kimiċi:
http://ecb.jrc.it/existing-substances/
(4) Il-klassifikazzjoni tas-sustanza hija stabbilita mid-Direttiva tal-Kummissjoni 2004/73/KE tad-29 ta' April 2004 li tadatta għall-progress tekniku għad-29 darba d-Direttiva tal-Kunsill 67/548/KEE rigward l-approssimazzjoni tal-liġijiet, tar-regolamenti u tad-dispożizzjonijiet amministrattivi dwar il-klassifikazzjoni, l-imballaġġ u l-ittikkettjar ta’ sustanzi perikolużi ĠU L 152, 30.4.2004, p. 1 ikkoreġut b’ ĠU L 216, 16.6.2004, p. 3.