EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 52008BP0084

Baġit ta' Emenda Nru 1/2008
Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal- 11 ta' Marzu 2008 dwar l-Abbozz tal-baġit ta' Emenda Nru 1/2008 ta' l-Unjoni Ewopea għas-sena finanzjarja 2008, Taqsima III - Kummissjoni (7259/2008 - C6-0124/2008 - 2008/2017(BUD))

ĠU C 66E, 20.3.2009, p. 92–93 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

20.3.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

CE 66/92


Baġit ta' Emenda Nru 1/2008

P6_TA(2008)0084

Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-11 ta' Marzu 2008 dwar l-Abbozz tal-baġit ta' Emenda Nru 1/2008 ta' l-Unjoni Ewopea għas-sena finanzjarja 2008, Taqsima III — Kummissjoni (7259/2008 — C6-0124/2008 — 2008/2017(BUD))

(2009/C 66 E/28)

Il-Parlament Ewropew,

wara li kkunsidra l-Artikolu 272 tat-Trattat KE u l-Artikolu 177 tat-Trattat Euratom,

wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 tal-25 ta' Ġunju 2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej (1), u b'mod partikolari l-Artikoli 37 u 38 tiegħu,

wara li kkunsidra l-baġit ġenerali ta' l-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2008, kif ġie adottat b'mod aħħari fit-13 ta' Diċembru 2007 (2),

wara li kkunsidra l-Ftehima Interistituzzjonali tas-17 ta' Mejju 2006 bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni dwar id-dixxiplina baġitarja u l-amministrazzjoni finanzjarja tajba (3),

wara li kkunsidra l-abbozz preliminari ta' baġit ta' emenda Nru 1/2008 ta' l-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2008, ippreżentat mill-Kummissjoni fit-18 ta' Jannar 2008 (COM(2008)0015),

wara li kkunsidra l-Abbozz tal-baġit ta' emenda Nru 1/2008, li l-Kunsill stabbilixxa fl-4 ta' Marzu 2008 (7259/2008 — C6-0124/2008)

wara li kkunsidra l-Artikolu 69 u l-Anness IV tar-Regoli ta' Proċedura,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Baġit (A6-0058/2008),

A.

Billi l-Abbozz tal-baġit ta' emenda Nru 1 għall-baġit ġenerali 2008 jkopri l-punti li ġejjin:

il-mobilizzazzjoni tal-Fond ta' Solidarjetà ta' l-UE għal ammont ta' EUR 162 387 985 f'approprijazzjonijiet ta' impenn u ta' ħlas relatati ma' danni kbar minħabba l-maltemp fir-Renju Unit f'Ġunju u f'Lulju 2007,

il-ħolqien ta' l-istruttura baġitarja meħtieġa sabiex tiġi akkomodata l-Aġenzija Eżekuttiva għar-Riċerka (REA) u l-Aġenzija Eżekuttiva tal-Kunsill Ewropew tar-Riċerka (ERCEA),

il-modifika tal-pjan ta' organizzazzjoni ta' l-Aġenzija Ewropea għall-Ġestjoni ta' Kooperazzjoni Operazzjonali fil-Fruntieri Esterni ta' l-Istati Membri ta' l-Unjoni Ewropea (FRONTEX),

il-ħolqien tal-punt tal-baġit 06 01 04 12 Programm Galileo — Nefqa għall-ġestjoni amministrattiva, kif stipulat fil-proposta riveduta tal-Kummissjoni COM(2007)0535,

il ħolqien ta' l-Artikolu tal-baġit 27 01 11 Nefqa eċċezzjonali għall-kriżijiet, sabiex ikun jista' jiġi ffinanzjat infiq eċċezzjonali relatat ma' kriżi ddikjarata. Fil-linja għandu jiddaħħal “p.m”,

B.

Billi l-iskop ta' l-Abbozz tal-baġit ta' emenda Nru 1/2008 huwa li dawn l-aġġustamenti baġitarji jiddaħħlu b'mod formali fil-baġit ta' l-2008;

1.

jinnota l-Abbozz Preliminari ta' baġit ta' emenda Nru 1/2008;

2.

ifakkar fl-emenda tiegħu għall-Abbozz tal-baġit ta' emenda Nru 1/2008 bl-iskop li tinħoloq linja għan-nefqa fuq il-ġestjoni amministrattiva li terġa' tistabilixxi l-ammont oriġinali tal-linja operazzjonali għal Galileo;

3.

jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill u lill-Kummissjoni.


(1)  ĠU L 248, 16.9.2002, p. 1. Regolament kif emendat l-aħħar mir-Regolament (KE) Nru 1525/2007 (ĠU L 343, 27.12.2007, p. 9).

(2)  ĠU L 71, 14.3.2008.

(3)  ĠU C 139, 14.6.2006, p. 1. Ftehima kif emendata bid-Deċiżjoni 2008/29/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 6, 10.1.2008, p. 7).


Top