EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 52008AP0395

L-approvazzjoni tat-tip ta' vetturi motorizzati li jaħdmu bl-idroġenu ***I Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tat- 3 ta' Settembru 2008 dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-approvazzjoni tat-tip ta' vetturi motorizzati li jaħdmu bl-idroġenu u li jemenda d-Direttiva 2007/46/KE (COM(2007)0593 — C6-0342/2007 — 2007/0214(COD))
P6_TC1-COD(2007)0214 Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fl-ewwel qari fit- 3 ta' Settembru 2008 bil-ħsieb tal-adozzjoni tar-Regolament (KE) Nru …/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-approvazzjoni tat-tip ta' vetturi motorizzati li jaħdmu bl-idroġenu, u li jemenda d-Direttiva 2007/46/KE

ĠU C 295E, 4.12.2009, p. 165–166 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

4.12.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

CE 295/165


L-Erbgħa, 3 ta' Settembru 2008
L-approvazzjoni tat-tip ta' vetturi motorizzati li jaħdmu bl-idroġenu ***I

P6_TA(2008)0395

Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tat-3 ta' Settembru 2008 dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-approvazzjoni tat-tip ta' vetturi motorizzati li jaħdmu bl-idroġenu u li jemenda d-Direttiva 2007/46/KE (COM(2007)0593 — C6-0342/2007 — 2007/0214(COD))

2009/C 295 E/43

(Proċedura ta' kodeċiżjoni: l-ewwel qari)

Il-Parlament Ewropew,

wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2007)0593),

wara li kkunsidra l-Artikolu 251(2) u l-Artikolu 95 tat-Trattat KE, skond liema artikoli l-Kummissjoni ressqet il-proposta lill-Parlament (C6-0342/2007),

wara li kkonsidra l-Artikolu 51 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għas-Suq Intern u l-Ħarsien tal-Konsumatur u l-opinjonijiet tal-Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza tal-Ikel u l-Kumitat għall-Industrija, ir-Riċerka u l-Enerġija (A6-0201/2008),

1.

Japprova l-abbozz ta' regolament tal-Kummissjoni kif emendat;

2.

Jitlob lill-Kummissjoni biex terġa' tirreferi l-kwistjoni lill-Parlament jekk ikollha l-ħsieb li temenda l-proposta b'mod sustanzjali jew li tibdilha b'test ġdid;

3.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni;


L-Erbgħa, 3 ta' Settembru 2008
P6_TC1-COD(2007)0214

Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fl-ewwel qari fit-3 ta' Settembru 2008 bil-ħsieb tal-adozzjoni tar-Regolament (KE) Nru …/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-approvazzjoni tat-tip ta' vetturi motorizzati li jaħdmu bl-idroġenu, u li jemenda d-Direttiva 2007/46/KE

(Peress li ntlaħaq ftehim bejn il-Parlament u l-Kunsill, il-pożizzjoni tal-Parlament fl-ewwel qari jaqbel mal-att leġiżlattiv finali, r-Regolament (KE) Nru 79/2009.)


Top