Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 52008AP0394

    Klassifikazzjoni, tikkettar u ippakkjar ta' sustanzi u taħlitiet, (emenda tar-Regolament (KE) Nru 648/2004) ***I Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tat- 3 ta' Settembru 2008 dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (KE) Nru 648/2004 biex jadattah mar-Regolament (KE) Nru … dwar l-Ikklassifikar, l-Ittikkettar u l-Ippakkjar ta' Sustanzi u Taħlitiet, u li jemenda d-Direttiva 67/548/KEE u r-Regolament (KE) Nru 1907/2006 (COM(2007)0613 — C6-0349/2007 — 2007/0213(COD))

    ĠU C 295E, 4.12.2009, p. 165–165 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    4.12.2009   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    CE 295/165


    L-Erbgħa, 3 ta' Settembru 2008
    Klassifikazzjoni, tikkettar u ippakkjar ta' sustanzi u taħlitiet, (emenda tar-Regolament (KE) Nru 648/2004) ***I

    P6_TA(2008)0394

    Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tat-3 ta' Settembru 2008 dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (KE) Nru 648/2004 biex jadattah mar-Regolament (KE) Nru … dwar l-Ikklassifikar, l-Ittikkettar u l-Ippakkjar ta' Sustanzi u Taħlitiet, u li jemenda d-Direttiva 67/548/KEE u r-Regolament (KE) Nru 1907/2006 (COM(2007)0613 — C6-0349/2007 — 2007/0213(COD))

    2009/C 295 E/42

    (Proċedura ta' kodeċiżjoni: l-ewwel qari)

    Il-Parlament Ewropew,

    wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2007)0613),

    wara li kkunsidra l-Artikoli 251(2) u 95 tat-Trattat KE, skond liema artikoli l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C6-0349/2007),

    wara li kkunsidra l-Artikolu 51 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

    wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza tal-Ikel u l-opinjoni tal-Kumitat għas-Suq Intern u l-Ħarsien tal-Konsumatur (A6-0141/2008),

    1.

    Japprova l-proposta tal-Kummissjoni;

    2.

    Jitlob lill-Kummissjoni biex terġa' tirreferi l-kwistjoni lill-Parlament jekk ikollha l-ħsieb li temenda l-proposta b'mod sustanzjali jew li tibdilha b'test ġdid;

    3.

    Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni.


    Top