Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 52007XC0719(03)

    Tagħrif fil-qosor imwassal mill-Istati Membri fir-rigward ta' għajnuna mill-Istat mogħtija skond ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1857/2006 dwar l-applikazzjoni ta' l-Artikoli 87 u 88 dwar għajnuna mill-Istat lill-impriżi żgħar u ta' daqs medju attivi fil-produzzjoni ta' prodotti agrikoli u li jemenda r-Regolament (KE) Nru 70/2001

    ĠU C 165, 19.7.2007, p. 6–10 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    19.7.2007   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

    C 165/6


    Tagħrif fil-qosor imwassal mill-Istati Membri fir-rigward ta' għajnuna mill-Istat mogħtija skond ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1857/2006 dwar l-applikazzjoni ta' l-Artikoli 87 u 88 dwar għajnuna mill-Istat lill-impriżi żgħar u ta' daqs medju attivi fil-produzzjoni ta' prodotti agrikoli u li jemenda r-Regolament (KE) Nru 70/2001

    (2007/C 165/04)

    Numru XA: XA 23/07

    Stat Membru: Is-Slovenja

    Reġjun: —

    Titolu ta' l-iskema ta' għajnuna jew isem il-kumpanija li tirċievi għajnuna individwali: Sofinanciranje zavarovalnih premij za zavarovanje kmetijske proizvodnje za leto 2007

    Bażi ġuridika: Uredba o sofinanciranju zavarovalnih premij za zavarovanje kmetijske proizvodnje za leto 2007 (Uradni list RS 138/2006)

    Nefqa annwali prevista/ammont kumplessiv ta' għajnuna individwali mogħtija lill-kumpanija: In-nefqa prevista għas-sena 2007 hi ta' 5 633 450 EUR

    Intensità massima ta' għajnuna: Ilko-finanzjament ikopri 40 % tan-nefqa fuq il-primjums tal-poloz ta' assigurazzjoni biex jiġu assigurati l-għelejjel agrikoli għal kontra l-ħsara mis-silġ, mill-ħruq, mis-sajjetti, mill-ġlata, mill-urugani u mill-għargħar. Fir-rigward ta' l-assigurazzjoni għal kontra r-riskji assoċjati mal-qerda, mal-qtil b'ordni tal-kirurgu veterinarju u mal-qtil ekonomiku minħabba l-mard, il-kofinanzjament fuq il-primjums tal-poloz ta' l-assigurazzjoni hija determinata f'termini assoluti għal kull speċi u kategorija ta' bhejjem u ma tistax tkun aktar minn 50 % tan-nefqa ġustifikata fuq primjums tal-poloz ta' l-assigurazzjoni

    Data ta' l-implimentazzjoni:

    Tul ta' żmien ta' l-iskema jew l-għotja ta' għajnuna individwali: L-għajnuna tingħata sal-31 ta' Diċembru 2007

    L-għan ta' l-għajnuna: L-għajnuna hija skond l-Artikolu 12 tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1857/2006 tal-15 ta' Diċembru 2006 dwar l-applikazzjoni ta' l-Artikoli 87 u 88 tat-Trattat dwar għajnuna mill-Istat lill-impriżi żgħar u ta' daqs medju attivi fil-produzzjoni ta' prodotti agrikoli u li jemenda r-Regolament (KE) Nru 70/2001 (1) — Għajnuna għall-ħlas ta' primjums ta' assigurazzjoni.

    L-għan għall-ħlas ta' parti min-nefqa fuq il-primjums tal-poloz ta' l-assigurazzjoni huwa biex il-produtturi agrikoli jitħeġġu jassiguraw ruħhom għal kontra telf potenzjal minħabba perikli naturali jew kundizzjonijiet ta' temp ħażin ħafna, kif ukoll minħabba mard fl-annimali, filwaqt li jieħdu r-responsabbiltà għat-tnaqqis tar-riskji fil-qasam tal-kultivazzjoni ta' l-għelejjel u t-trobbija tal-bhejjem

    Setturi: Agrikoltura — kultivazzjoni ta' l-għelejjel u trobbija tal-bhejjem

    Isem u indirizz ta' l-awtorità li tagħti l-għajnuna:

    Ministrstvo za kmetijstvo, gozdarstvo in prehrano

    Dunajska 58

    SLO-1000 Ljubljana

    Agencija RS za kmetijske trge in razvoj podeželja

    Dunajska 160

    SLO-1000 Ljubljana

    Sit elettroniku: http://www.uradni-list.si/1/ulonline.jsp?urlid=2006138&dhid=86719

    Tagħrif ieħor: —

    Numru XA: XA 24/07

    Stat Membru: Il-Finlandja

    Reġjun: Reġjuni affetwati minn kundizzjonijiet klimatiċi ħżiena fl-2006

    Titolu ta' l-iskema ta' għajnuna jew l-isem il-kumpanija li tirċievi l-għajnuna individwali: Għajnuna lill-impriżi agrikoli affetwati minn kundizzjonijiet klimatiċi ħżiena fl-2006

    Bażi ġuridika: Laki satovahinkojen korvaamisesta (1214/2000)

    Valtioneuvoston asetus satovahinkojen korvaamisesta (270/2003)

    Maa- ja metsätalousministeriön asetus satovahinkojen korvaamisesta (364/2003)

    Nefqa annwali ppjanata skond l-iskema jew ammont kumplessiv ta' għajnuna individwali mogħti lill-kumpanija: Fl-2006 n-nefqa ppjanata annwali għall-kumpens minħabba t-telf ta' uċuħ hi ta' 4,75 miljun EUR

    Intensità massima ta' għajnuna: Il-kumpens jitħallas skond l-Artikolu 2(8) tar-Regolament (KE) Nru 1857/2006 biss jekk ta' lanqas terz tal-ħsad tal-bidwi ta' kull wiċċ tar-raba' eliġibbli jġarrab ħsara. Il-kumpens huwa limitat għal 90 % tat-telf li jaqbeż il-kontribuzzjonijiet tal-bidwi stess jiġifieri 30 % tal-volum tal-ħsad standard. Anke għal kull wiċċ individwali eliġibbli għal għajnuna, il-kontribuzzjoni tal-bidwi stess hi ta' mill-inqas 30 % tat-telf kollu. Meta jitqabblu l-livelli tal-ħsad, il-ħsad standard huwa l-ħsad medju tal-ħames snin ta' qabel dik is-sena fejn it-telf ikun sar, bl-esklużjoni ta' l-ogħla u ta' l-anqas dħul relattiv mas-snin l-oħra tal-ħsad. Il-valur tat-telf huwa kkalkulat individwalment għal kull bidwi fuq il-bażi ta' din l-informazzjoni bażika. Għalhekk il-metodu ta' kalkolu huwa konformi ma' l-Artikolu 11(2) u (4) tar-Regolament (KE) Nru 1857/2006.

    Il-valur tal-ħsad li għandu jiġi kkumpensat huwa kkalkulat fuq il-bażi tal-prezzijiet tas-suq għas-snin tal-ħsad ta' qabel u tal-prezz tas-suq għas-sena fejn it-telf ikun sar; il-prezz tas-suq ta' l-aħħar huwa ssettjat mill-kumitat ta' parir għat-telf tal-ħsad fuq il-bażi ta' l-informazzjoni tal-prezz tas-suq disponibbli.

    L-ammont massimu tat-telf eliġibbli għall-għajnuna għandu jitnaqqas minn kull ammont riċevut skond l-iskemi ta' assigurazzjoni u minn kwalunkwe nfiq u telf ieħor li jirriżulta minn kundizzjonijiet klimatiċi ħżiena

    Data ta' implimentazzjoni: L-iskema ta' għajnuna m'għandhiex tidħol fis-seħħ qabel it-28 ta' Marzu 2007. L-ewwel data possibli tal-pagament hija l-5 ta' Arpil 2007

    Tul ta' żmien ta' l-iskema jew ta' l-għajnuna individwali mogħtija: L-għajnuna hija mħallsa għall-ħsarat li saru fl-2006

    L-għan ta' l-għajnuna: Għajnuna lill-impriżi agrikoli u ortokulturali affetwati minn kundizzjonijiet klimatiċi ħżiena (Artikolu 11 tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1857/2006)

    Settur(i) kkonċernat(i): L-erja totali koperta mill-iskema ta' għajnuna hi ta' 63 000 ettaru. Total ta' 32 wiċċ differenti ġarrbu ħsara. Il-kontribuzzjoni tal-bidwi stess lejn il-ħsarat li sofra l-ħsad u l-valur tiegħu huwa ta' lanqas 30 %

    Isem u indirizz ta' l-awtorità li tagħti l-għajnuna:

    Maa- ja metsätalousministeriö

    PL 30

    FIN-00023 Valtioneuvosto

    Indirizz ta' l-internet: www.mmm.fi, www.finlex.fi

    Tagħrif ieħor: —

    Numru ta' għajnuna: XA 25/07

    Stat Membru: Franza

    Reġjun: Awtoritajiet lokali/reġjonali

    Titolu ta' l-iskema ta' għajnuna jew l-isem tal-kumpanija li tirċievi l-għajnuna individwali: Programm għat-twaqqif u għall-iżvilupp ta' inizjattivi lokali/Programme pour l'installation et le développement des initiatives locales (PIDIL)

    Bażi ġuridika:

    Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1698/2005 (2),

    Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1974/2006 (3),

    Regolament (KE) Nru 1857/2006, Artikolu 15,

    Artikolu R 343-34 et seq tal-Kodiċi Rurali

    Nefqa annwali ppjanata skond l-iskema jew ammont kumplessiv ta' għajnuna individwali mogħti lill-kumpanija: 7 000 000 EUR

    Intensità massima ta' għajnuna:

    Appoġġ tekniku/ekonomiku lill-bdiewa żgħażagħ: sa 80 % tan-nefqa li tkun saret suġġetta għal-limitu ta' 1 500 EUR kull sena għal kull bidwi, il-finanzjamenti kollha meħudin flimkien (l-Istat u l-awtoritajiet lokali/reġjonali), l-għajnuna tkun possibli matul l-ewwel ħames snin mill-insedjament.

    Ħruġ ta' flus għal spejjeż dijanostiċi: sa 80 % tan-nefqa li tkun saret suġġetta għal-limitu ta' 1 500 EUR, il-finanzjamenti kollha meħudin flimkien (l-Istat u l-awtoritajiet lokali/reġjonali).

    Għajnuna għat-taħriġ: 60 EUR kull ġurnata, tista' tingħata mill-Istat għal 100 ġurnata u fornita bl-istess ammont mill-awtorità lokali/reġjonali, sal-limitu tan-nefqa li tkun saret.

    Ħlas għall-kors dwar titjib fil-professjonalità: li jikkorrispondi għal ammont kull siegħa stabbilit għal taħriġ vokazzjonali (ir-rata minima stabbilità kull xahar mill-Kodiċi tal-Impjieg hi ta' 652,02 EUR sa l-1 ta' Diċembru 2006).

    Miżuri ta' promozzjoni u ta' komunikazzjoni: 100 % tar-rata ta' intensità

    Data ta' implimentazzjoni: Fl-2007, minn meta din il-formula ta' eżenzjoni tidher fil-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea

    Tul ta' żmien ta' l-iskema jew ta' l-għajnuna individwali: sa Diċembru 2013

    L-għan ta' għajnuna:

    I   Għajnuna għal parir

    Iż-żgħażagħ bdiewa li jibdew attività huma ta' oriġini diversa. Fosthom, żgħażagħ li ġejjin minn ambjent mhux agrikolu, dawk li jwaqqfu kumpanija 'l bogħod mill-familja tagħhom, u t-tfal ta' bdiewa li l-kumpanija tagħhom ma tippermettix l-insedjament tagħhom taħt kundizzjonijiet ekonomiċi sodisfaċenti, għandhom aktar diffikultà biex jilħqu proġett professjonali. Huwa għalhekk meħtieġ li jiġu implimentati miżuri favur dan il-grupp speċifiku.

    L-Artikolu 15 tar-Regolament (KE) Nru 1857/2006, jirrigwarda b'mod partikolari l-parti tal-ħlas għal appoġġ tekniku pprovdut minn organizzazzjoni agrikola jew minn grupp ta' produtturi (il-ħlas ta' l-esperti u tal-konsulenti).

    Din l-għajnuna tingħata lill-bdiewa żgħażagħ matul l-ewwel ħames snin mill-insedjament u tista' tiġi ffinanzjata mill-Istat u mill-awtoritajiet lokali/reġjonali.

    Appoġġ tekniku/ekonomiku għall-bdiewa żgħażagħ: Sabiex tiġi żgurata l-vijabbiltà ta' l-insedjament, għandha tissaħħaħ il-professjonalità tal-bdiewa żgħażagħ fit-twettiq tal-proġetti personali tagħhom. Dan jista' jieħu l-forma ta' monitoraġġ tekniku/ekonomiku. Din id-dispożizzjoni hija intiża partikolarment għall-proġetti innovattivi, proġetti għat-twaqqif ta' kumpaniji, proġetti bbażati fuq id-diversifikazzjoni jew l-involviment ta' modernizzazzjoni maġġuri.

    Meta l-attività tinbeda f'forma ta' kumpanija, il-monitoraġġ jista' jinkludi modulu dwar l-organizzazzjoni tax-xogħol u tar-relazzjonijiet professjonali.

    Ħruġ ta' flus għal spejjeż dijanostiċi: L-għajnuna għandha x'taqsam mad-dijanjożi fir-rigward tal-kumpanija li tiġi ċeduta jew li tittieħed, jew studju tas-suq għal tipi speċifiċi ta' produzzjoni jew produzzjoni għal bejgħ dirett (per eżempju, produzzjoni organika).

    L-għajnuna hija mħallsa lil min qiegħed jipprovdi servizz skond l-Artikolu 15 tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1857/2006 meta l-awtorità amministrattiva rilevanti tkun stabbilit li l-insedjament ikun sar jew meta, wara l-insedjament, il-bidwi żgħażugħ jbiddel it-tip ta' produzzjoni.

    Id-dijanjożi hija wkoll bżonnjuża sabiex jiġi ffaċilitat il-proċess ta' trasferiment u ta' l-insedjament; fejn hu xieraq, ir-riżultat tad-dijanjożi għandu jmur mal-lista tat-tluq/ta' l-isedjament ta' min qiegħed jittrasferixxi jekk id-dijanjożi hi mitluba minn min qiegħed jittrasferixxi. F'dak il-każ, min qiegħed jittrasferixxi jirċievi l-għajnuna.

    II   Għajnuna għat-taħriġ

    L-għajnuna għat-taħriġ tista' tiġi ffinanzjata mill-Istat u mill-awtoritajiet lokali/reġjonali bil-għan tat-tħejjija għall-insedjament u aktar tard biex jiġi megħjun il-bidwi żagħżugħ fit-taħriġ tal-bidu. Hija għandha x'taqsam ma' l-għoti ta' għajnuna liż-żagħżugħ biex jattendi kors ta' taħriġ.

    Għajnuna għat-taħriġ tingħata lil żgħażagħ li jibdew attività u li jridu jsegwu taħriġ supplimentari li jkun xieraq mal-proġett tagħhom, jew jimpenjaw rwieħhom biex gradwalment jirċievu kwalifika ta' livell IV (skond id-dispożizzjonijiet tal-proġett għall-iżvilupp tar-riżorsi umani). L-għajnuna hija intiża biex tippermetti s-sostituzzjoni tal-benefiċarju ta' l-azjenda li qiegħed imexxi sabiex ikun jista' jsegwi aktar taħriġ għall-ħames snin jew tliet snin, sabiex ikun jista' jakkwista l-ħila professjonali biex jikkwalifika għall-għajnuna għall-insedjament.

    Il-ħlas tal-kors dwar it-titjib fil-professjonalità taż-żagħżugħ huwa l-għajnuna pprovduta għaż-żmien li jkun qatta ma' bidwi li jkun se jżarma.

    Skond l-Artikolu 2(f) tar-Regolament (KE) Nru 2204/2002 (4), persuna żagħżugħa tiġi kkunsidrata bħala ħaddiem żvantaġġjat meta fin-nuqqas ta' għajnuna minn parrinu, dik il-persuna, partikolarment jekk ġejja minn ambjent mhux tal-biedja, “jkollha diffikultà biex tidħol fis-suq tax-xogħol mingħajr għajnuna” (cf. Artikolu 2(f) tar-Regolament (KE) Nru 2204/2002).

    L-għajnuna hija intiża biex tipprovdi liż-żagħżugħ, li huwa kkunsidrat bħala ħaddiem żvantaġġjat fl-ambitu ta' l-Artikolu 2(f) tar-Regolament (KE) Nru 2204/2002, permezz ta' pariri tekniċi u ekonomiċi u b'taħriġ ġenerali fil-ġestjoni ta' l-azjenda, sabiex jiġi sostnut l-impjieg f'impriża vijabbli li madankollu tista' tinqasam jekk ma jkunx hemm xi ħadd li jeħodha. Il-parrinu qiegħed għalhekk jiġi pprovdut b'inċentiv biex jittrasferixxi l-ażjenda liż-żagħżugħ.

    L-għajnuna hija mħallsa mill-Istat jew mill-awtorità lokali/reġjonali liż-żagħżugħ li joqgħod għal taħriġ bejn 3-12-il xahar. Jekk ikun hemm il-ħtieġa dak il-perjodu jista' jiġi estiż sabiex jitkompla t-taħriġ taż-żagħżugħ. Matul il-perjodu tat-taħriġ mal-parrinu, l-istat taż-żagħżugħ hu ta' trainee vokazzjonali.

    Din il-miżura tista' wkoll tiġi implimentata għall-benefiċċju taż-żagħżugħ li jkun irid jiġi megħjun (mentored) minn bidwi assoċjat biex jidħol f'azjenda agrikola eżistenti.

    Il-kors tat-taħriġ u l-progress tiegħu għandhom jiġu mmonitorjati mill-CFPPA (Ċentru ta' taħriġ vokazzjonali agrikolu u ta' promozzjoni) jew mill-ADASEA (Assoċjazzjoni dipartimentali għat-titjib ta' l-istruttura ta' l-azjendi agrikoli) fid-dipartiment fejn l-azjenda hija bbażata u/jew approvata minn ċentru reġjonali. Il-kors ta' taħriġ mal-parrinu jista' jkun ekwivalenti għat-tul ta' żmien kollu tal-kors professjonali fejn iż-żagħżugħ irid ilesti qabel l-insedjament.

    III   Miżuri ta' promozzjoni u ta' komunikazzjoni

    L-organizzazzjonijiet professjonali agrikoli, l-ADASEAs jew strutturi oħrajn jagħmlu xogħol ma' studenti ta' l-istituti ta' l-edukazzjoni u tat-taħriġ (żgħażagħ minn skejjel vokazzjonali sekondarji jew minn imkien ieħor) f'forma ta' studji, miżuri ta' kommunikazzjoni (fuljetti, artikli fl-istampa, taħditiet fl-iskejjel, punti ta' informazzjoni dwar l-insedjament u t-trasferiment, eċċ.), miżuri ta' promozzjoni ffukati fuq xogħol l-bidwi.

    L-organizzazzjonijiet t'hawn fuq jagħmlu wkoll xogħol professjonali ta' valutazzjoni billi jimmarkaw azjendi li jkunu se jitbattlu fis-snin li jkunu ġejjin, u għandhom ukoll rwol ta' konsulenza billi jorganizzaw, f'muniċipalitajiet rurali, laqgħat biex jinfurmaw u joħolqu għarfien fost bdiewa ixjeħ sabiex iħeġġuhom jagħżlu li jitrasferixxu għaż-żgħażagħ li qegħdin ifittxu azjenda xi jmexxu. Fuq livell reġjonali l-osservatorju jista' jiġbor flimkien il-monitoraġġ ta' dawn l-operazzjonijiet esperti ta' valutazzjoni u ta' pariri.

    Sabiex dawn l-impenji jiġu onorati, l-Istat għandu jikkontribwixxi lejn il-finanzjament tagħhom, suġġett għall-kundizzjonijiet ta' l-Artikolu 15 tar-Regolament (KE) Nru 1857/2006. Lejn l-aħħar, il-baġit annwali huwa maqsum bejn ir-reġjuni.

    Jista' jkun hemm kontribuzzjoni finanzjarja addizzjonali minn awtoritajiet lokali/reġjonali sabiex miżuri speċifiċi jiġu implimentati b'suċċess.

    Dawn il-miżuri huma implimentati fi ħdan il-qafas tal-ftehim dipartimentali jew reġjonali skond l-awtorità tal-prefetti u huma mħallsa malli jasal ir-rapport annwali tax-xogħol li jkun sar

    Settur(i) kkonċernat(i): l-agrikoltura kollha

    Isem u indirizz ta' l-awtorita li tagħti l-għajnuna:

    Ministère de l'agriculture et de la pêche

    78, rue de Varenne

    F-75349 Paris 07 SP

    Indirizz virtwali: www.agriculture.gouv.fr (Meta l-programm għall-ħolqien u l-iżvilupp ta' inizjattivi lokali huwa approvat, fuq l-internet issir aċċessibbli skeda li tipprovdi informazzjoni speċifikament dwar il-bidu ta' l-attività fl-agrikoltura.)

    Tagħrif ieħor: Kontinwazzjoni tal-miżuri diġà approvati skond il-programm ta' qabel għall-ħolqien u l-iżvilupp ta' inizjattivi lokali (skema Nru 184/03 approvata mill-Kummissjoni fid-9.7.2003)

    Numru XA: XA 27/07

    Stat Membru: Ir-Renju Unit

    Reġjun: Wales

    Titolu ta' l-iskema ta' għajnuna jew isem il-kumpanija li għaliha hija indirizzata l-għajnuna individwali: Wales Catchment Sensitive Farming Project

    Il-bażi ġuridika: Agriculture Act 1986 (Section 1(1)(C)) to be read in conjunction with Government of Wales Act 1998 (Sections 40 and 85)

    Nefqa annwali ppjanata taħt l-iskema jew ammont kumplessiv ta' għajnuna individwali mogħtija lill-kumpanija: Nefqa annwali ppjanata (GBP'000)

    2007: 422 700 GBP

    2008: 50 000 GBP

    Total: 472 700 GBP

    Intensità massima ta' l-għajnuna: L-iskema hija magħmula minn żewġ miżuri

    Id-data ta' l-implimentazzjoni: L-iskema se tibda fl-1 ta' April 2007

    Tul ta' żmien ta' l-iskema jew l-għotja ta' għajnuna individwali: L-iskema se tibda fl-1 ta' April 2007.

    Tagħlaq fil-31 ta' Diċembru 2007.

    L-aħħar ħlas se jsir fil-31 ta' Marzu 2008

    L-għan ta' l-għajnuna: Protezzjoni ta' l-ambjent

    It-twaqqif u l-ġestjoni ta' proġett għall-promozzjoni ta' agrikoltura li tħares il-ġbir ta' l-ilma (catchment sensitive farming) biex jiġi protett l-ambjent ta' l-ilma. Il-proġett se jkun mifrux fuq żewġ żoni li bejniethom ikopru 80 stabbiliment agrikolu.

    Jinkludi konsulenza sabiex jiġu identifikati l-perikli potenzjali ta' tniġġis u l-ħtiġijiet biex jittaffu l-ħsarat. Tali għajnuna tingħata skond l-Artikolu 15 tar-Regolament (KE) Nru 1857/2006 u l-ispejjez eliġibbli jkunu servizzi ta' konsulenza.

    L-għotjiet jitħallsu wkoll għal xogħolijiet kapitali eliġibbli li jtejbu l-ambjent ta' l-ilma. Tali għajnuna tingħata skond l-Artikolu 4 tar-Regolament (KE) Nru 1857/2006 u l-ispejjez eliġibbli jkunu għal:

    il-kostruzzjoni, l-akkwist jew it-titjib ta' propjetà immobbli u

    ix-xiri jew il-kiri u x-xiri ta' makkinarju u apparat ġdid, inkluż softwer tal-kompjuter sal-valur tas-suq ta' l-assi; spejjeż oħra relatati mal-kuntratt tal-kiri (taxxi, marġni tal-kerrej, spejjeż ta' finanzjament mill-ġdid ta' l-imgħax, spejjeż ġenerali, ħlasijiet ta' assigurazzjoni, eċċ.) mhumiex infiq eliġibbli.

    It-temi ta' hawn fuq jikkonstitwixxu nefqa eliġibbli biss fejn huma jtaffu r-riskji ta' tniġġis b'mod sinifikanti. Nfiq fuq makkinarju użat mhuwiex eliġibbli

    Il-proġett f'sens wiesa' jinkludi wkoll il-monitoraġġ tal-kwalità ta' l-ilma, l-immudellar għall-ġbir ta' l-ilma, u l-evalwazzjoni ta' l-attitudni tal-bidwi, l-addottar tal-miżuri u l-evalwazzjoni ta' l-effettività tal-proġett.

    Is-settur(i) kkonċernat(i): L-iskema tapplika għall-produzzjoni tal-prodotti agrikoli L-iskop ta' l-iskema huwa li jittaffew l-effetti tal-produzzjoni agrikola fuq l-ambjent ta' l-ilma u l-għajnuna tkun disponibbli lill-kumpaniji agrikoli vijabbli kollha fiż-żewġ żoni tal-proġett irrespettivament mit-tip ta' l-impriża. Żona minnhom hija żona fil-għoli għat-trobbija tal-bhejjem (l-aktar taċ-ċanga u tan-nagħaġ). L-oħra hija żona fil-baxx fejn l-akbar attivitajiet huma tal-ħalib u tat-trobbija tal-bhejjem (taċ-ċanga u tan-nagħaġ).

    Isem u indirizz ta' l-awtorità li tagħti l-għajnuna:

    Welsh Assembly Government

    Cathays Park (CP2)

    Cardiff CF10 3NQ

    United Kingdom

    Kuntatt: M P Samuel (Room 1-097)

    Il-korp statutorju responsabbli għall-iskema huwa: —

    L-organizzazzjoni li qed topera l-iskema hija: —

    Indirizz virtwali: http://new.wales.gov.uk/docrepos/40371/403823112/4038213/1304878/CSF-agristateaid?lang=en

    Alternattivament id-dettalji jistgħu jinstabu fuq il-websajt tad-Defra:

    http://www.defra.gov.uk/farm/policy/state-aid/setup/exist-exempt.htm

    Tagħrif ieħor: Aktar tagħrif dettaljat dwar l-eliġibbiltà u r-regoli għall-iskema jinstabu fis-siti li jidhru hawn fuq

    Saret applikazzjoni biex jiġi ffinanzjat parti mill-proġett bl-użu tal-fondi tat-tip Oġġettiv 1 skond l-Oġġettiv 1 Prijorità 5 Miżura 7

    Iffirmat u ddatat f'isem id-Department for Environment, Food and Rural Affairs (l-awtorità kompetenti tar-Renju Unit)

    Neil Marr

    Agricultural State Aid

    Defra

    8B 9 Millbank

    c/o 17 Smith Square

    London SW1P 3JR

    United Kingdom


    (1)  ĠU L 358, 16.12.2006, p. 3.

    (2)  ĠU L 277, 21.10.2005, p. 1.

    (3)  ĠU L 368, 23.12.2006, p. 15.

    (4)  ĠU L 337, 13.12.2002, p. 3.


    Top