EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32023R2087

Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2023/2087 tat-28 ta’ Settembru 2023 li jagħti awtorizzazzjoni tal-Unjoni għall-familja ta’ prodotti bijoċidali “Lysoform IPA Surface” f’konformità mar-Regolament (UE) Nru 528/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

C/2023/6420

ĠU L 241, 29.9.2023, p. 78–98 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Legal status of the document In force

ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2023/2087/oj

29.9.2023   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 241/78


REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2023/2087

tat-28 ta’ Settembru 2023

li jagħti awtorizzazzjoni tal-Unjoni għall-familja ta’ prodotti bijoċidali “Lysoform IPA Surface” f’konformità mar-Regolament (UE) Nru 528/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill

(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 528/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta’ Mejju 2012 dwar it-tqegħid fis-suq u l-użu tal-prodotti bijoċidali (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 44(5), l-ewwel subparagrafu, tiegħu,

Billi:

(1)

Fil-25 ta’ Novembru 2022, Lysoform Dr. Hans Rosemann GmbH issottomettiet applikazzjoni lill-Aġenzija Ewropea għas-Sustanzi Kimiċi (“l-Aġenzija”) f’konformità mal-Artikolu 43(1) tar-Regolament (UE) Nru 528/2012 u l-Artikolu 4 tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 414/2013 (2) għall-awtorizzazzjoni tal-istess familja ta’ prodotti bijoċidali, kif imsemmi fl-Artikolu 1 ta’ dak ir-Regolament, bl-isem ta’ “Lysoform IPA Surface”, għat-tipi ta’ prodott 2 u 4, kif deskritt fl-Anness V tar-Regolament (UE) Nru 528/2012. L-applikazzjoni ġiet irreġistrata bin-numru tal-każ BC-DP082158-26 fir-Reġistru tal-Prodotti Bijoċidali (“ir-Reġistru”). L-applikazzjoni indikat ukoll in-numru tal-applikazzjoni tal-familja ta’ prodotti bijoċidali ta’ referenza relatata “Lyso IPA Surface Disinfection”, irreġistrata fir-Reġistru bin-numru tal-każ BC-GX025200-35.

(2)

L-istess familja ta’ prodotti bijoċidali “Lysoform IPA Surface” fiha l-propan-2-ol bħala s-sustanza attiva, li huwa inkluż fil-lista tal-Unjoni ta’ sustanzi attivi approvati msemmija fl-Artikolu 9(2) tar-Regolament (UE) Nru 528/2012 għat-tipi ta’ prodott 2 u 4.

(3)

Fil-31 ta’ Marzu 2023, f’konformità mal-Artikolu 6 tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 414/2013, l-Aġenzija ssottomettiet lill-Kummissjoni l-opinjoni (3) tagħha u l-abbozz tas-sommarju tal-karatteristiċi tal-prodott bijoċidali (“SPC”) ta’ “Lysoform IPA Surface”.

(4)

L-opinjoni tikkonkludi li d-differenzi proposti bejn l-istess familja ta’ prodotti bijoċidali u l-familja ta’ prodotti bijoċidali ta’ referenza relatata huma limitati għall-informazzjoni li tista’ tkun soġġetta għal bidla amministrattiva f’konformità mar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 354/2013 (4), u li abbażi tal-valutazzjoni tal-familja ta’ prodotti bijoċidali ta’ referenza relatata “Lyso IPA Surface Disinfection” u soġġett għall-konformità mal-abbozz tal-SPC, l-istess familja ta’ prodotti bijoċidali tissodisfa l-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 19(1) u (6) tar-Regolament (UE) Nru 528/2012.

(5)

Fil-31 ta’ Marzu 2023, l-Aġenzija bagħtet lill-Kummissjoni l-abbozz tal-SPC fil-lingwi uffiċjali kollha tal-Unjoni f’konformità mal-Artikolu 44(4) tar-Regolament (UE) Nru 528/2012.

(6)

Il-Kummissjoni taqbel mal-opinjoni tal-Aġenzija u għaldaqstant tikkunsidra li huwa xieraq li tagħti awtorizzazzjoni tal-Unjoni għall-istess familja ta’ prodotti bijoċidali “Lysoform IPA Surface”.

(7)

Id-data tal-iskadenza ta’ din l-awtorizzazzjoni hija allinjata mad-data tal-iskadenza tal-familja ta’ prodotti bijoċidali ta’ referenza “Lyso IPA Surface Disinfection”.

(8)

Il-miżuri previsti f’dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Prodotti Bijoċidali,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Qed tingħata awtorizzazzjoni tal-Unjoni bin-numru EU-0030790-0000 lil Lysoform Dr. Hans Rosemann GmbH biex tqiegħed l-istess familja ta’ prodotti bijoċidali “Lysoform IPA Surface” fis-suq u għall-użu tagħha, f’konformità mas-sommarju tal-karatteristiċi tal-prodott bijoċidali stabbilit fl-Anness.

L-awtorizzazzjoni tal-Unjoni hija valida mid-19 ta’ Ottubru 2023 sat-30 ta’ Novembru 2030.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, it-28 ta’ Settembru 2023.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Ursula VON DER LEYEN


(1)   ĠU L 167, 27.6.2012, p. 1.

(2)  Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 414/2013 tas-6 ta’ Mejju 2013 li jispeċifika proċedura għall-awtorizzazzjoni ta’ prodotti bijoċidali li huma l-istess skont ir-Regolament (UE) Nru 528/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 125, 7.5.2013, p. 4).

(3)  L-opinjoni tal-ECHA għal “Lysoform IPA Surface”, il-31 ta’ Marzu 2023, https://echa.europa.eu/opinions-on-union-authorisation

(4)  Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 354/2013 tat-18 ta’ April 2013 dwar bidliet tal-prodotti bijoċidali awtorizzati skont ir-Regolament (UE) Nru 528/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 109, 19.4.2013, p. 4).


ANNESS

Sommarju tal-karatteristiċi tal-prodott għal familja ta’ prodotti bijoċidali

Lysoform IPA Surface

Prodott tip 2 - Diżinfettanti u alkaċidi li mhumiex maħsuba għall-applikazzjoni diretta fuq il-bnedmin jew fuq l-annimali (Diżinfettanti)

Prodott tip 4 - Qasam tal-ikel u tal-għalf (Diżinfettanti)

Numru tal-awtorizzazzjoni: EU-0030790-0000

Numru tal-ass R4BP: EU-0030790-0000

PARTI I

L-EWWEL LIVELL TA’ INFORMAZZJONI

1.   INFORMAZZJONI AMMINISTRATTIVA

1.1.   Kunjom

Isem

Lysoform IPA Surface

1.2.   Tip(i) ta’ prodott

Tip(i) ta’ prodott

TP 02 - Diżinfettanti u alkaċidi li mhumiex maħsuba għall-użu dirett fuq il-bnedmin jew l-annimali

TP 04 - Żoni tal-ikel u tal-għalf

1.3.   Detentur tal-awtorizzazzjoni

Isem u indirizz tad-detentur ta’ awtorizzazzjoni

Isem

Lysoform Dr. Hans Rosemann GmbH

Indirizz

Kaiser-Wilhelm-Str. 133, 12247 Berlin Ġermanja

Numru tal-awtorizzazzjoni

EU-0030790-0000

Numru tal-ass R4BP

EU-0030790-0000

Data tal-awtorizzazzjoni

Id-19 ta’ Ottubru 2023

Data ta’ skadenza tal-awtorizzazzjoni

It-30 ta’ Novembru 2030

1.4.   Manifattur(i) tal-prodotti bijoċidali

L-isem tal-manifattur

Lysoform Dr. Hans Rosemann GmbH

L-indirizz tal-manifattur

Kaiser-Wilhelm-Straße 133, 12247 Berlin Ġermanja

Post ta’ siti ta’ manifattura

Kaiser-Wilhelm-Straße 133, 12247 Berlin Ġermanja


L-isem tal-manifattur

Imeco

L-indirizz tal-manifattur

Boschstr. 5, 63768 Hösbach Ġermanja

Post ta’ siti ta’ manifattura

Boschstr. 5, 63768 Hösbach Ġermanja

Neue Straße 2-4, 09471 Köningswalde Ġermanja


L-isem tal-manifattur

A.F.P. GmbH

L-indirizz tal-manifattur

Otto Brenner Straße 16, 21337 Lüneburg Ġermanja

Post ta’ siti ta’ manifattura

Otto Brenner Straße 16, 21337 Lüneburg Ġermanja


L-isem tal-manifattur

Sterisol AB

L-indirizz tal-manifattur

Kronoängsgatan 3, 592 23 Vadstena Isvezja

Post ta’ siti ta’ manifattura

Kronoängsgatan 3, 592 23 Vadstena Isvezja


L-isem tal-manifattur

WHR GmbH

L-indirizz tal-manifattur

Am Galgenturm 2, 97638 Mellrichstadt Ġermanja

Post ta’ siti ta’ manifattura

Am Galgenturm 2, 97638 Mellrichstadt Ġermanja


L-isem tal-manifattur

Hygan GmbH | Srl

L-indirizz tal-manifattur

Meucci-Str. 5, 39055 Leifers | Laives (BZ) Italja

Post ta’ siti ta’ manifattura

Meucci-Str. 5, 39055 Leifers | Laives (BZ) Italja


L-isem tal-manifattur

Laboratoire Sarbec SA

L-indirizz tal-manifattur

10 rue du Vertuquet, 59960 Neuville-en-Ferrain Franza

Post ta’ siti ta’ manifattura

10 rue du Vertuquet, 59960 Neuville-en-Ferrain Franza


L-isem tal-manifattur

Dr. Schumacher GmbH

L-indirizz tal-manifattur

Am Roggenfeld 3, 34323 Malsfeld Ġermanja

Post ta’ siti ta’ manifattura

Am Roggenfeld 3, 34323 Malsfeld Ġermanja

Jeleniogórska 12, 59-800 Lubań Polonja

1.5.   Manifattur(i) tas-sustanza(i) attiva(i)

Sustanza attiva

Propan-2-ol

L-isem tal-manifattur

Ineos Solvents Germany GmbH (li qabel kienet Sasol)

L-indirizz tal-manifattur

Römerstraße 733, 47443 Moers Ġermanja

Post ta’ siti ta’ manifattura

Römerstraße 733, 47443 Moers Ġermanja

Shamrockstr. 88, 44643 Herne Ġermanja


Sustanza attiva

Propan-2-ol

L-isem tal-manifattur

Shell Chemicals Europe B.V.

L-indirizz tal-manifattur

Postbus 2334, 3000 CH Rotterdam Olanda

Post ta’ siti ta’ manifattura

Shell Nederland Raffinaderij B.V., Vondelingenweg 601, 3196 KK Rotterdam-Pernis Olanda

2.   IL-KOMPOŻIZZJONI TAL-FAMILJA TAL-PRODOTT U L-FORMULAZZJONI

2.1.   Informazzjoni kwalitattiva u kwantitattiva dwar il-kompożizzjoni tal-familja

Isem komuni

Isem IUPAC

Funzjoni

Numru CAS

Numru KE

Kontenut (%)

Min

Mass

Propan-2-ol

 

Sustanza attiva

67-63-0

200-661-7

63,1

63,1

2.2.   Tip(i) ta’ formulazzjoni

Formulazzjoni/Formulazzjonijiet

Kull likwidu ieħor (AL), lest biex jintuża

Kull likwidu ieħor (AL), lest biex jintuża, wipes imxappa b’formulazzjoni ta’ diżinfezzjoni

PARTI II

IT-TIENI LIVELL TA’ INFORMAZZJONI - META SPC(S)

META SPC 1

1.   INFORMAZZJONI AMMINISTRATTIVA TAL-META SPC 1

1.1.   Identifikatur tal-Meta SPC 1

Identifikatur

Superficid®

1.2.   Suffiss għan-numru tal-awtorizzazzjoni

Numru

1-1

1.3.   Tip(i) ta’ prodott

Tip(i) ta’ prodott

TP 04 - Żoni tal-ikel u tal-għalf

TP 02 - Diżinfettanti u alkaċidi li mhumiex maħsuba għall-użu dirett fuq il-bnedmin jew l-annimali

2.   KOMPOŻIZZJONI TAL-META SPC 1

2.1.   Informazzjoni kwalitattiva u kwantitattiva dwar il-kompożizzjoni tal-meta SPC 1

Isem komuni

Isem IUPAC

Funzjoni

Numru CAS

Numru KE

Kontenut (%)

Min

Mass

Propan-2-ol

 

Sustanza attiva

67-63-0

200-661-7

63,1

63,1

2.2.   Tip(i) ta’ formulazzjoni tal-meta SPC 1

Formulazzjoni/Formulazzjonijiet

Kull likwidu ieħor (AL), lest biex jintuża

3.   DIKJARAZZJONIJIET TA’ PERIKLU U TA’ PREKAWZJONI TAL-META SPC 1

Dikjarazzjonijiet dwar Periklu

Likwidu u fwar li jieħdu n-nar malajr ħafna.

Jagħmel irritazzjoni serja lill-għajnejn.

Jista’ jikkawża ħedla jew sturdament.

Espożizzjoni ripetuta tista’ tikkaġuna nixfa jew qsim tal-ġilda.

Dikjarazzjonijiet dwar Prekawzjoni

Biegħed mis-sħana, uċuħ jaħarqu, xrar tan-nar, fjammi miftuħa u sorsi oħra li jaqbdu. – Tpejjipx.

Żomm il-kontenitur magħluq sew.

Poġġi mal-art u waħħal il-kontenitur u t-tagħmir riċevitur.

Uża’ tagħmir tal-elettriku/ventilazzjoni/dawl li jiflaħ għal splużjoni.

Uża għodda li ma ttajjarx żnied.

Ħu azzjoni biex tipprevjeni l-ħruġ ta’ elettriku statiku.

Evita li tibla’ bin-nifs fwar.

Evita li tibla’ bin-nifs sprej.

Uża biss barra jew f’post ventilat sew.

Ilbes protezzjoni għall-għajnejn.

JEKK JIDĦOL FL-GĦAJNEJN: Laħlaħ b’attenzjoni bl-ilma għal diversi minuti.Neħħi l-lentijiet tal-kuntatt, jekk ikun hemm u jkunu faċli biex tneħħihom. Kompli laħlaħ.

Sejjaħ ĊENTRU TAL-AVVELENAMENT jew tabib jekk ma tħossokx f’sikktek..

Jekk l-irritazzjoni tal-għajnejn tibqa’:Ikkonsulta tabib.

Jekk l-irritazzjoni tal-għajnejn tibqa’:Ikkonsulta tabib.

F’każ ta’ nar:Uża ragħwa reżistenti għall-alkoħol, dijossidu tal-karbonju jew raxx tal-ilma biex titfi.

Aħżen f’post b’ventilazzjoni tajba.Żomm frisk.

Aħżen f’post imsakkar.

Armi l-kontenut fi/il-kontenitur f’impjant tar-rimi tal-iskart approvat.

4.   UŻU AWTORIZZAT TAL-META SPC 1

4.1.   deskrizzjoni użu

Tabella 1

Uża # 1 – diżinfezzjoni ta’ superfiċje - traxxix

Tip ta’ Prodott

TP 02 - Diżinfettanti u alkaċidi li mhumiex maħsuba għall-użu dirett fuq il-bnedmin jew l-annimali

Meta rilevanti, deskrizzjoni eżatta tal-użu awtorizzat

-

Organiżmu/Organiżmi fil-mira (inkluż l-istadju ta’ żvilupp)

isem xjentifiku: Bakterja

isem komuni: -

istadju iżvilupp: -

isem xjentifiku: Ħmira

isem komuni: -

istadju iżvilupp: -

Qasam tal-użu

Indoor

Diżinfezzjoni ta’ superfiċji nodfa mhux porużi bħal superfiċji ta’ xogħol żgħar f’żoni mediċi u mhux mediċi kif ukoll superfiċji ta’ kmamar nodfa (klassi A/B)

Metodu(i) ta’ applikazzjoni

Metodu: Traxxix

Deskrizzjoni dettaljata:

Il-prodott jiġi sprejjat direttament fuq is-superficje.

Rata (rati) ta’ applikazzjoni u frekwenza

Rata ta’ Applikazzjoni: Lest biex jintuża. M’għandekx tapplika aktar minn 25 ml/m2.

Dilwizzjoni (%): -

Numru u ħin tal-applikazzjoni:

-

Kategorija(i) tal-utenti

industrijali

professjonali

Daqsijiet tal-pakkett u materjal tal-imballaġġ

Flixkun: 125-1 000  ml

materjal tal-imballaġġ: HDPE

Materjal tat-għatu: PP; Sprejer li jitfa’ ċpar fin: sistema kumplessa (PE-LD, PP, PBT, POM, EVA, azzar inossidabbli); Ras l-isprejer: sistema kumplessa (PP, PE, POM, żejt sintetiku, żejt silikonu)

4.1.1.   Uża speċifiċi istruzzjonijiet għall-użu

Raxxax il-prodott lest biex jintuża fuq is-superfiċji u ħalli jagħmel effett għal mill-inqas minuta fit-temperatura tal-kamra (20 ± 2 °C).

4.1.2.   Miżuri ta’ mitigazzjoni tar-riskji speċifiċi għall-użu

Il-miżura ta’ mitigazzjoni għar-riskju persunali li ġejja tista’ tiġi applikata bħala proċedura għall-mili mill-ġdid għajr meta tista’ tiġi sostitwita b’miżuri tekniċi u/jew organizzattivi: Uża protezzjoni għall-għajnejn waqt l-immaniġġar tal-prodott.

4.1.3.   Fejn speċifika għall-użu, il-partikolaritajiet tal-effetti diretti jew indiretti, l-istruzzjonijiet l-ewwel għajnuna u miżuri ta’ emerġenza biex jipproteġu l-ambjent

Ara d-d-rezzjoni ġenerali dwar l-użu.

4.1.4.   Fejn speċifika għall-użu, l-istruzzjonijiet għar-rimi sikur tal-prodott u l-ippakkjar tiegħu

4.1.5.   Fejn speċifika għall-użu, il-kundizzjonijiet tal-ħażna u l-ħajja fuq l-ixkaffa tal-prodott taħt kundizzjonijiet normali tal-ħżin

Ara d-d-rezzjoni ġenerali dwar l-użu.

4.2.   deskrizzjoni użu

Tabella 2

Uża # 2 – diżinfezzjoni ta’ superfiċje - imsieħ

Tip ta’ Prodott

TP 02 - Diżinfettanti u alkaċidi li mhumiex maħsuba għall-użu dirett fuq il-bnedmin jew l-annimali

Meta rilevanti, deskrizzjoni eżatta tal-użu awtorizzat

-

Organiżmu/Organiżmi fil-mira (inkluż l-istadju ta’ żvilupp)

isem xjentifiku: Bakterja

isem komuni: -

istadju iżvilupp: -

isem xjentifiku: Ħmira

isem komuni: -

istadju iżvilupp: -

Qasam tal-użu

Indoor

Diżinfezzjoni ta’ superfiċji nodfa mhux porużi bħal superfiċji ta’ xogħol żgħar f’żoni mediċi u mhux mediċi kif ukoll superfiċji ta’ kmamar nodfa (klassi A/B)

Metodu(i) ta’ applikazzjoni

Metodu: Imsieħ

Deskrizzjoni dettaljata:

Il-prodott jiġi applikat billi jitferra’, jitraxxax jew jinħasel u s-superfiċj jintmesaħ kollu bil-wipes imxarrbin wara (imsieħ imxarrab).

Rata (rati) ta’ applikazzjoni u frekwenza

Rata ta’ Applikazzjoni: Lest biex jintuża. M’għandekx tapplika aktar minn 25 ml/m2.

Dilwizzjoni (%): -

Numru u ħin tal-applikazzjoni:

-

Kategorija(i) tal-utenti

industrijali

professjonali

Daqsijiet tal-pakkett u materjal tal-imballaġġ

Flixkun: 125-1 000  ml

materjal tal-imballaġġ: HDPE

Materjal tat-għatu: PP

Sprejer li jitfa’ ċpar fin: sistema kumplessa (PE-LD, PP, PBT, POM, EVA, azzar inossidabbli);

Ras l-isprejer: sistema kumplessa (PP, PE, POM, żejt sintetiku, żejt silikonu)

Kanister: 5-30 l

materjal tal-imballaġġ: HDPE

il-materjal tal-għeluq: HDPE

4.2.1.   Uża speċifiċi istruzzjonijiet għall-użu

Applika l-prodott lest biex jintuża fuq il-wipes billi tferra, traxxax jew ixxarrab u timsaħ is-superfiċje sew bil-wipe imxarrba (imsiħ imxarrab). Ħalli sabiex jieħu effett għal mill-inqas 5 minuti f’temperatura tal-kamra (20 ± 2 °C).

4.2.2.   Miżuri ta’ mitigazzjoni tar-riskji speċifiċi għall-użu

Il-miżura ta’ mitigazzjoni għar-riskju persunali li ġejja tista’ tiġi applikata bħala proċedura għall-mili mill-ġdid għajr meta tista’ tiġi sostitwita b’miżuri tekniċi u/jew organizzattivi: Uża protezzjoni għall-għajnejn waqt l-immaniġġar tal-prodott.

4.2.3.   Fejn speċifika għall-użu, il-partikolaritajiet tal-effetti diretti jew indiretti, l-istruzzjonijiet l-ewwel għajnuna u miżuri ta’ emerġenza biex jipproteġu l-ambjent

Ara d-d-rezzjoni ġenerali dwar l-użu.

4.2.4.   Fejn speċifika għall-użu, l-istruzzjonijiet għar-rimi sikur tal-prodott u l-ippakkjar tiegħu

4.2.5.   Fejn speċifika għall-użu, il-kundizzjonijiet tal-ħażna u l-ħajja fuq l-ixkaffa tal-prodott taħt kundizzjonijiet normali tal-ħżin

Ara d-d-rezzjoni ġenerali dwar l-użu.

4.3.   deskrizzjoni użu

Tabella 3

Uża # 3 – diżinfezzjoni ta’ superfiċji b’ikel u kuntatt mal-ikel - traxxix

Tip ta’ Prodott

TP 04 - Żoni tal-ikel u tal-għalf

Meta rilevanti, deskrizzjoni eżatta tal-użu awtorizzat

-

Organiżmu/Organiżmi fil-mira (inkluż l-istadju ta’ żvilupp)

isem xjentifiku: Bakterja

isem komuni: -

istadju iżvilupp: -

isem xjentifiku: Ħmira

isem komuni: -

istadju iżvilupp: -

isem xjentifiku: Virus

isem komuni: -

istadju iżvilupp: -

Qasam tal-użu

Indoor

Diżinfezzjoni ta’ superficje nodfa mhux porużi bħal fil-kċejjen u l-industrija tal-ikel li jinkludu kmamar nodfa (klassi A/B)

Metodu(i) ta’ applikazzjoni

Metodu: sprejjar

Deskrizzjoni dettaljata:

Il-prodott jiġi sprejjat direttament fuq is-superficje.

Rata (rati) ta’ applikazzjoni u frekwenza

Rata ta’ Applikazzjoni: Lest biex jintuża. M’għandekx tapplika aktar minn 25 ml/m2.

Dilwizzjoni (%): -

Numru u ħin tal-applikazzjoni:

-

Kategorija(i) tal-utenti

industrijali

professjonali

Daqsijiet tal-pakkett u materjal tal-imballaġġ

Flixkun: 125-1 000  ml

materjal tal-imballaġġ: HDPE

Materjal tat-għatu: PP

Sprejer li jitfa’ ċpar fin: sistema kumplessa (PE-LD, PP, PBT, POM, EVA, azzar inossidabbli)

Ras l-isprejer: sistema kumplessa (PP, PE, POM, żejt sintetiku, żejt silikonu)

4.3.1.   Uża speċifiċi istruzzjonijiet għall-użu

Raxxax il-prodott lest biex jintuża fuq is-superfiċe u ħalli sabiex jagħmel effett fit-temperatura tal-kamra (20 ± 2 °C) għal mill-inqas minuta (attività batterjoċidali u fermentattiva) jew 2 minuti (attività viruċidali).

4.3.2.   Miżuri ta’ mitigazzjoni tar-riskji speċifiċi għall-użu

Il-miżura ta’ mitigazzjoni għar-riskju persunali li ġejja tista’ tiġi applikata għal diżinfezzjoni ta’ inġenji tal-proċessar tal-ikel u proċedura tal-mili mill-ġdid għajr meta tista’ tiġi sostitwita b’miżuri tekniċi u/jew organizzattivi: Uża protezzjoni għall-għajnejn waqt l-immaniġġar tal-prodott.

4.3.3.   Fejn speċifika għall-użu, il-partikolaritajiet tal-effetti diretti jew indiretti, l-istruzzjonijiet l-ewwel għajnuna u miżuri ta’ emerġenza biex jipproteġu l-ambjent

Ara d-d-rezzjoni ġenerali dwar l-użu.

4.3.4.   Fejn speċifika għall-użu, l-istruzzjonijiet għar-rimi sikur tal-prodott u l-ippakkjar tiegħu

4.3.5.   Fejn speċifika għall-użu, il-kundizzjonijiet tal-ħażna u l-ħajja fuq l-ixkaffa tal-prodott taħt kundizzjonijiet normali tal-ħżin

Ara d-d-rezzjoni ġenerali dwar l-użu.

4.4.   deskrizzjoni użu

Tabella 4

Uża # 4 – diżinfezzjoni ta’ superfiċji b’ikel u kuntatt mal-ikel - imsieħ

Tip ta’ Prodott

TP 04 - Żoni tal-ikel u tal-għalf

Meta rilevanti, deskrizzjoni eżatta tal-użu awtorizzat

-

Organiżmu/Organiżmi fil-mira (inkluż l-istadju ta’ żvilupp)

isem xjentifiku: Bakterja

isem komuni: -

istadju iżvilupp: -

isem xjentifiku: Ħmira

isem komuni: -

istadju iżvilupp: -

isem xjentifiku: Virus

isem komuni: -

istadju iżvilupp: -

Qasam tal-użu

Indoor

Diżinfezzjoni ta’ superficje nodfa mhux porużi bħal fil-kċejjen u l-industrija tal-ikel li jinkludu kmamar nodfa (klassi A/B)

Metodu(i) ta’ applikazzjoni

Metodu: Imsieħ

Deskrizzjoni dettaljata:

Il-prodott jiġi applikat billi jitferra’, jitraxxax jew jinħasel u s-superfiċj jintmesaħ kollu bil-wipes imxarrbin wara (imsieħ imxarrab).

Rata (rati) ta’ applikazzjoni u frekwenza

Rata ta’ Applikazzjoni: Lest biex jintuża. M’għandekx tapplika aktar minn 25 ml/m2.

Dilwizzjoni (%): -

Numru u ħin tal-applikazzjoni:

-

Kategorija(i) tal-utenti

industrijali

professjonali

Daqsijiet tal-pakkett u materjal tal-imballaġġ

Flixkun: 125-1 000  ml

materjal tal-imballaġġ: HDPE

Materjal tat-għatu: PP

Sprejer li jitfa’ ċpar fin: sistema kumplessa (PE-LD, PP, PBT, POM, EVA, azzar inossidabbli)

Ras l-isprejer: sistema kumplessa (PP, PE, POM, żejt sintetiku, żejt silikonu)

Kanister: 5-30 l

materjal tal-imballaġġ: HDPE

il-materjal tal-għeluq: HDPE

4.4.1.   Uża speċifiċi istruzzjonijiet għall-użu

Applika l-prodott lest biex jintuża fuq il-wipes billi tferra, traxxax jew ixxarrab u timsaħ is-superfiċje sew bil-wipe imxarrba (imsiħ imxarrab). Ħalli sabiex jieħu effett għal mill-inqas 5 minuti f’temperatura tal-kamra (20 ± 2 °C).

4.4.2.   Miżuri ta’ mitigazzjoni tar-riskji speċifiċi għall-użu

Il-miżura ta’ mitigazzjoni għar-riskju persunali li ġejja tista’ tiġi applikata għal diżinfezzjoni ta’ inġenji tal-proċessar tal-ikel u proċedura tal-mili mill-ġdid għajr meta tista’ tiġi sostitwita b’miżuri tekniċi u/jew organizzattivi: Uża protezzjoni għall-għajnejn waqt l-immaniġġar tal-prodott.

4.4.3.   Fejn speċifika għall-użu, il-partikolaritajiet tal-effetti diretti jew indiretti, l-istruzzjonijiet l-ewwel għajnuna u miżuri ta’ emerġenza biex jipproteġu l-ambjent

Ara d-d-rezzjoni ġenerali dwar l-użu.

4.4.4.   Fejn speċifika għall-użu, l-istruzzjonijiet għar-rimi sikur tal-prodott u l-ippakkjar tiegħu

4.4.5.   Fejn speċifika għall-użu, il-kundizzjonijiet tal-ħażna u l-ħajja fuq l-ixkaffa tal-prodott taħt kundizzjonijiet normali tal-ħżin

Ara d-d-rezzjoni ġenerali dwar l-użu.

5.   STRUZZJONIJIET ĠENERALI GĦALL-UŻU (1) TAL-META SPC 1

5.1.   Istruzzjonijiet għall-użu

Naddaf is-superfiċje sew qabel tużaha.

Neħħi l-ilma żejjed minn fuq is-superfiċje qabel id-diżinfezzjoni, jekk ikun xieraq.

M’għandekx tapplika aktar minn 25 ml/m2.

Kun żgur li xxarrab l-uċuħ sew.

Wipes użati għandhom jintremew f’reċipjent magħluq.

5.2.   Miżuri ta’ mitigazzjoni ta’ riskju

Il-prodott għandu jiġi applikat biss għal diżinfezzjoni ta’ superfiċji żgħar.

Aċċerta ventilazzjoni adegwata biex tiġi evitata formazzjoni ta’ atmosferi splussivi.

Evita l-kuntatt mal-għajnejn.

Applika lembut biex timla mill-ġdid.

Żomm fejn ma jistax jintlaħaq mit-tfal u l-annimali domestiċi.

Żomm it-tfal u l-annimali domestiċi lil hinn minn kmamar fejn qed issir d-diżinfezzjoni. Ipprovdi ventilazzjoni xierqa qabel mat-tfal u l-annimal domestiċi jidħlu fi kmamar trattati. Dan ma japplikax għal kmamar ta’ pazjenti fi sptarijiet.

5.3.   Partikolaritajiet tal-effetti diretti jew indiretti, l-istruzzjonijiet tal-ewwel għajnuna u l-miżuri ta’ emerġenza biex jipproteġu l-ambjent

L-ewwel għajnuna:

F’każ ta’ inċident: Sejjaħ ċentru tal-avvelenamenti jew tabib.

JEKK JINĠIBED MAN-NIFS: Qiegħed lill-persuna għall-arja friska f’pożizzjoni komda biex tieħu n-nifs.

F’każ ta’ kuntatt mal-ġilda: Aħsel bl-ilma. Jekk ikun hemm irritazzjoni tal-ġilda: Ikkonsulta tabib.

JEKK JIDĦOL FL-GĦAJNEJN: Laħlaħ b’attenzjoni bl-ilma għal diversi minuti. Neħħi l-lentijiet tal-kuntatt, jekk ikun hemm u jkunu faċli biex tneħħihom. Kompli laħlaħ. Jekk l-irritazzjoni tal-għajnejn tippersisti: Ikkonsulta tabib.

JEKK JINBELA’: Ikkuntattja ĊENTRU TAL-AVVELENAMENT jew tabib jekk tħossok ma tiflaħx.

5.4.   Istruzzjonijiet għar-rimi sikur tal-prodott u l-ippakkjar tiegħu

-

5.5.   Kundizzjonijiet tal-ħażna u l-ħajja fuq l-ixkaffa tal-prodott taħt kundizzjonijiet normali tal-ħżin

Ħajja kemm idum tajjeb il-prodott fuq l-ixkaffa: 36 xahar

Żomm il-kontenitur magħluq sew.

Aħżen f’post b’ventilazzjoni tajba.

Ipproteġi mid-dawl tax-xemx.

Żomm fit-temperatura tal-kamra fil-kontenitur oriġinali.

6.   INFORMAZZJONI OĦRA

Il-prodott fih il-propan-2-ol (Nru CAS: 67-63-0), li għalih Valur ta’ Referenza Ewropew ta’ 129,28 mg/m3 għall-utent professjonali kien miftiehem u użat għall-valutazzjoni tar-riskju tal-prodott.

7.   IT-TIELET LIVELL TA’ INFORMAZZJONI: PRODOTTI INDIVIDWALI FIL-META SPC 1

7.1.   Isem/Ismijiet kummerċjali, numru tal-awtorizzazzjoni u kompożizzjoni speċifika ta’ kull prodott individwali

Isem kummerċjali

Superficid®

qasam tas-suq: EU

 

Desocid rapid

qasam tas-suq: EU

Neoseptin rapid

qasam tas-suq: EU

Novosept rapid

qasam tas-suq: EU

Novoseptin rapid

qasam tas-suq: EU

Lyorthol rapid

qasam tas-suq: EU

Cosmo rapid

qasam tas-suq: EU

Fordesin rapid

qasam tas-suq: EU

Saltero rapid

qasam tas-suq: EU

Prop70 rapid

qasam tas-suq: EU

Aldovet rapid

qasam tas-suq: EU

Vetfarm rapid

qasam tas-suq: EU

MDI rapid

qasam tas-suq: EU

Antiseptica rapid

qasam tas-suq: EU

Sterisol Surface

qasam tas-suq: EU

MENNO® I-QUICK plus

qasam tas-suq: EU

Numru tal-awtorizzazzjoni

EU-0030790-0001 1-1

Isem komuni

Isem IUPAC

Funzjoni

Numru CAS

Numru KE

Kontenut (%)

Propan-2-ol

 

Sustanza attiva

67-63-0

200-661-7

63,1

7.2.   Isem/Ismijiet kummerċjali, numru tal-awtorizzazzjoni u kompożizzjoni speċifika ta’ kull prodott individwali

Isem kummerċjali

Superficid® pure

qasam tas-suq: EU

 

Desocid rapid pure

qasam tas-suq: EU

Neoseptin rapid pure

qasam tas-suq: EU

Novosept rapid pure

qasam tas-suq: EU

Novoseptin rapid pure

qasam tas-suq: EU

Lyorthol rapid pure

qasam tas-suq: EU

Cosmo rapid pure

qasam tas-suq: EU

Fordesin rapid pure

qasam tas-suq: EU

Saltero rapid pure

qasam tas-suq: EU

Prop70 rapid pure

qasam tas-suq: EU

Aldovet rapid pure

qasam tas-suq: EU

Vetfarm rapid pure

qasam tas-suq: EU

MDI rapid pure

qasam tas-suq: EU

Antiseptica rapid pure

qasam tas-suq: EU

Sterisol Surface pure

qasam tas-suq: EU

BTS 6000

qasam tas-suq: EU

MENNO® I-QUICK

qasam tas-suq: EU

EWA® DES ready

qasam tas-suq: EU

Kiehl-Rapinol

qasam tas-suq: EU

Des A

qasam tas-suq: EU

Numru tal-awtorizzazzjoni

EU-0030790-0002 1-1

Isem komuni

Isem IUPAC

Funzjoni

Numru CAS

Numru KE

Kontenut (%)

Propan-2-ol

 

Sustanza attiva

67-63-0

200-661-7

63,1

META SPC 2

1.   INFORMAZZJONI AMMINISTRATTIVA TAL-META SPC 2

1.1.   Identifikatur tal-Meta SPC 2

Identifikatur

Descorapid®

1.2.   Suffiss għan-numru tal-awtorizzazzjoni

Numru

1-2

1.3.   Tip(i) ta’ prodott

Tip(i) ta’ prodott

TP 04 - Żoni tal-ikel u tal-għalf

TP 02 - Diżinfettanti u alkaċidi li mhumiex maħsuba għall-użu dirett fuq il-bnedmin jew l-annimali

2.   KOMPOŻIZZJONI TAL-META SPC 2

2.1.   Informazzjoni kwalitattiva u kwantitattiva dwar il-kompożizzjoni tal-meta SPC 2

Isem komuni

Isem IUPAC

Funzjoni

Numru CAS

Numru KE

Kontenut (%)

Min

Mass

Propan-2-ol

 

Sustanza attiva

67-63-0

200-661-7

63,1

63,1

2.2.   Tip(i) ta’ formulazzjoni tal-meta SPC 2

Formulazzjoni/Formulazzjonijiet

Kull likwidu ieħor (AL), lest biex jintuża, wipes imxappa b’formulazzjoni ta’ diżinfezzjoni

3.   DIKJARAZZJONIJIET TA’ PERIKLU U TA’ PREKAWZJONI TAL-META SPC 2

Dikjarazzjonijiet dwar Periklu

Likwidu u fwar li jieħdu n-nar malajr ħafna.

Jagħmel irritazzjoni serja lill-għajnejn.

Jista’ jikkawża ħedla jew sturdament.

Espożizzjoni ripetuta tista’ tikkaġuna nixfa jew qsim tal-ġilda.

Dikjarazzjonijiet dwar Prekawzjoni

Biegħed mis-sħana, uċuħ jaħarqu, xrar tan-nar, fjammi miftuħa u sorsi oħra li jaqbdu. – Tpejjipx.

Żomm il-kontenitur magħluq sew.

Poġġi mal-art u waħħal il-kontenitur u t-tagħmir riċevitur.

Uża’ tagħmir tal-elettriku/ventilazzjoni/dawl li jiflaħ għal splużjoni.

Uża għodda li ma ttajjarx żnied.

Ħu azzjoni biex tipprevjeni l-ħruġ ta’ elettriku statiku.

Evita li tibla’ bin-nifs fwar.

Evita li tibla’ bin-nifs sprej.

Uża biss barra jew f’post ventilat sew.

Ilbes protezzjoni għall-għajnejn.

JEKK JIDĦOL FL-GĦAJNEJN: Laħlaħ b’attenzjoni bl-ilma għal diversi minuti.Neħħi l-lentijiet tal-kuntatt, jekk ikun hemm u jkunu faċli biex tneħħihom. Kompli laħlaħ.

Sejjaħ ĊENTRU TAL-AVVELENAMENT jew tabib jekk ma tħossokx f’sikktek..

Jekk l-irritazzjoni tal-għajnejn tibqa’:Ikkonsulta tabib.

Jekk l-irritazzjoni tal-għajnejn tibqa’:Ikkonsulta tabib.

F’każ ta’ nar:Uża ragħwa reżistenti għall-alkoħol, dijossidu tal-karbonju jew raxx tal-ilma biex titfi.

Aħżen f’post b’ventilazzjoni tajba.Żomm frisk.

Aħżen f’post imsakkar.

Armi l-kontenut fi/il-kontenitur f’impjant tar-rimi tal-iskart approvat.

4.   UŻU AWTORIZZAT TAL-META SPC 2

4.1.   deskrizzjoni użu

Tabella 5

Uża # 1 – diżinfezzjoni ta’ superfiċje - imsieħ

Tip ta’ Prodott

TP 02 - Diżinfettanti u alkaċidi li mhumiex maħsuba għall-użu dirett fuq il-bnedmin jew l-annimali

Meta rilevanti, deskrizzjoni eżatta tal-użu awtorizzat

-

Organiżmu/Organiżmi fil-mira (inkluż l-istadju ta’ żvilupp)

isem xjentifiku: Bakterja

isem komuni: -

istadju iżvilupp: -

isem xjentifiku: Ħmira

isem komuni: -

istadju iżvilupp: -

Qasam tal-użu

Indoor

Diżinfezzjoni ta’ superfiċji nodfa mhux porużi bħal superfiċji ta’ xogħol żgħar f’żoni mediċi u mhux mediċi kif ukoll superfiċji ta’ kmamar nodfa (klassi A/B)

Metodu(i) ta’ applikazzjoni

Metodu: Imsieħ

Deskrizzjoni dettaljata:

Il-prodott jiġi mimsuħ direttament fuq is-superficje.

Rata (rati) ta’ applikazzjoni u frekwenza

Rata ta’ Applikazzjoni: Wipes lesti biex jintużaw

Dilwizzjoni (%): -

Numru u ħin tal-applikazzjoni:

-

Kategorija(i) tal-utenti

industrijali

professjonali

Daqsijiet tal-pakkett u materjal tal-imballaġġ

Landa: 100-150 wipes

Imballaġġ: HDPE

Il-materjal tal-għeluq: HDPE

Pakkett: 100-150 wipes

Imballaġġ: PET/PE

4.1.1.   Uża speċifiċi istruzzjonijiet għall-użu

Ixxotta sew is-superfiċje bil-wipe u ħalli sabiex jagħmel effett għal mill-inqas 5 minuti f’temperatura tal-kamra (20 ± 2 °C).

4.1.2.   Miżuri ta’ mitigazzjoni tar-riskji speċifiċi għall-użu

Ara d-d-rezzjoni ġenerali dwar l-użu.

4.1.3.   Fejn speċifika għall-użu, il-partikolaritajiet tal-effetti diretti jew indiretti, l-istruzzjonijiet l-ewwel għajnuna u miżuri ta’ emerġenza biex jipproteġu l-ambjent

Ara d-d-rezzjoni ġenerali dwar l-użu.

4.1.4.   Fejn speċifika għall-użu, l-istruzzjonijiet għar-rimi sikur tal-prodott u l-ippakkjar tiegħu

4.1.5.   Fejn speċifika għall-użu, il-kundizzjonijiet tal-ħażna u l-ħajja fuq l-ixkaffa tal-prodott taħt kundizzjonijiet normali tal-ħżin

Ara d-d-rezzjoni ġenerali dwar l-użu.

4.2.   deskrizzjoni użu

Tabella 6

Uża # 2 – diżinfezzjoni ta’ superfiċji b’ikel u kuntatt mal-ikel - imsieħ

Tip ta’ Prodott

TP 04 - Żoni tal-ikel u tal-għalf

Meta rilevanti, deskrizzjoni eżatta tal-użu awtorizzat

-

Organiżmu/Organiżmi fil-mira (inkluż l-istadju ta’ żvilupp)

isem xjentifiku: Bakterja

isem komuni: -

istadju iżvilupp: -

isem xjentifiku: Ħmira

isem komuni: -

istadju iżvilupp: -

isem xjentifiku: Virus

isem komuni: -

istadju iżvilupp: -

Qasam tal-użu

Indoor

Diżinfezzjoni ta’ superficje nodfa mhux porużi bħal fil-kċejjen u l-industrija tal-ikel li jinkludu kmamar nodfa (klassi A/B)

Metodu(i) ta’ applikazzjoni

Metodu: Imsieħ

Deskrizzjoni dettaljata:

Il-prodott jiġi mimsuħ direttament fuq is-superficje.

Rata (rati) ta’ applikazzjoni u frekwenza

Rata ta’ Applikazzjoni: Wipes lesti biex jintużaw

Dilwizzjoni (%): -

Numru u ħin tal-applikazzjoni:

-

Kategorija(i) tal-utenti

industrijali

professjonali

Daqsijiet tal-pakkett u materjal tal-imballaġġ

Landa: 100-150 wipes

Imballaġġ: HDPE

Il-materjal tal-għeluq: HDPE

Pakkett: 100-150 wipes

Imballaġġ: PET/PE

4.2.1.   Uża speċifiċi istruzzjonijiet għall-użu

Ixxotta sew is-superfiċje bil-wipe u ħalli sabiex jagħmel effett għal mill-inqas 5 minuti f’temperatura tal-kamra (20 ± 2 °C).

4.2.2.   Miżuri ta’ mitigazzjoni tar-riskji speċifiċi għall-użu

Ara d-d-rezzjoni ġenerali dwar l-użu.

4.2.3.   Fejn speċifika għall-użu, il-partikolaritajiet tal-effetti diretti jew indiretti, l-istruzzjonijiet l-ewwel għajnuna u miżuri ta’ emerġenza biex jipproteġu l-ambjent

Ara d-d-rezzjoni ġenerali dwar l-użu.

4.2.4.   Fejn speċifika għall-użu, l-istruzzjonijiet għar-rimi sikur tal-prodott u l-ippakkjar tiegħu

4.2.5.   Fejn speċifika għall-użu, il-kundizzjonijiet tal-ħażna u l-ħajja fuq l-ixkaffa tal-prodott taħt kundizzjonijiet normali tal-ħżin

Ara d-d-rezzjoni ġenerali dwar l-użu.

5.   STRUZZJONIJIET ĠENERALI GĦALL-UŻU (2) TAL-META SPC 2

5.1.   Istruzzjonijiet għall-użu

Naddaf is-superfiċje sew qabel tużaha.

Neħħi l-ilma żejjed minn fuq is-superfiċje qabel id-diżinfezzjoni, jekk ikun xieraq.

Kun żgur li xxarrab l-uċuħ sew.

Wipes użati għandhom jintremew f’reċipjent magħluq.

5.2.   Miżuri ta’ mitigazzjoni ta’ riskju

Il-prodott għandu jiġi applikat biss għal diżinfezzjoni ta’ superfiċji żgħar.

Aċċerta ventilazzjoni adegwata biex tiġi evitata formazzjoni ta’ atmosferi splussivi.

Evita l-kuntatt mal-għajnejn.

Żomm fejn ma jistax jintlaħaq mit-tfal u l-annimali domestiċi.

Żomm it-tfal u l-annimali domestiċi lil hinn minn kmamar fejn qed issir d-diżinfezzjoni. Ipprovdi ventilazzjoni xierqa qabel mat-tfal u l-annimal domestiċi jidħlu fi kmamar trattati. Dan ma japplikax għal kmamar ta’ pazjenti fi sptarijiet.

5.3.   Partikolaritajiet tal-effetti diretti jew indiretti, l-istruzzjonijiet tal-ewwel għajnuna u l-miżuri ta’ emerġenza biex jipproteġu l-ambjent

L-ewwel għajnuna:

F’każ ta’ inċident: Sejjaħ ċentru tal-avvelenamenti jew tabib.

JEKK JINĠIBED MAN-NIFS: Qiegħed lill-persuna għall-arja friska f’pożizzjoni komda biex tieħu n-nifs.

F’każ ta’ kuntatt mal-ġilda: Aħsel bl-ilma. Jekk ikun hemm irritazzjoni tal-ġilda: Ikkonsulta tabib.

JEKK JIDĦOL FL-GĦAJNEJN: Laħlaħ b’attenzjoni bl-ilma għal diversi minuti. Neħħi l-lentijiet tal-kuntatt, jekk ikun hemm u jkunu faċli biex tneħħihom. Kompli laħlaħ. Jekk l-irritazzjoni tal-għajnejn tippersisti: Ikkonsulta tabib.

JEKK JINBELA’: Ikkuntattja ĊENTRU TAL-AVVELENAMENT jew tabib jekk tħossok ma tiflaħx.

5.4.   Istruzzjonijiet għar-rimi sikur tal-prodott u l-ippakkjar tiegħu

-

5.5.   Kundizzjonijiet tal-ħażna u l-ħajja fuq l-ixkaffa tal-prodott taħt kundizzjonijiet normali tal-ħżin

Ħajja kemm idum tajjeb il-prodott fuq l-ixkaffa: 24 xahar

Żomm il-kontenitur magħluq sew.

Aħżen f’post b’ventilazzjoni tajba.

Ipproteġi mid-dawl tax-xemx.

Żomm fit-temperatura tal-kamra fil-kontenitur oriġinali.

6.   INFORMAZZJONI OĦRA

Il-prodott fih il-propan-2-ol (Nru CAS: 67-63-0), li għalih Valur ta’ Referenza Ewropew ta’ 129,28 mg/m3 għall-utent professjonali kien miftiehem u użat għall-valutazzjoni tar-riskju tal-prodott.

7.   IT-TIELET LIVELL TA’ INFORMAZZJONI: PRODOTTI INDIVIDWALI FIL-META SPC 2

7.1.   Isem/Ismijiet kummerċjali, numru tal-awtorizzazzjoni u kompożizzjoni speċifika ta’ kull prodott individwali

Isem kummerċjali

Descorapid® Tücher

qasam tas-suq: EU

 

Desocid Tücher

qasam tas-suq: EU

Neoseptin Tücher

qasam tas-suq: EU

Novosept Tücher

qasam tas-suq: EU

Novoseptin Tücher

qasam tas-suq: EU

Lyorthol Tücher

qasam tas-suq: EU

Cosmo Tücher

qasam tas-suq: EU

Fordesin Tücher

qasam tas-suq: EU

Saltero Tücher

qasam tas-suq: EU

Prop70 Tücher

qasam tas-suq: EU

Manosafe Tücher

qasam tas-suq: EU

Dermoguard Tücher

qasam tas-suq: EU

Dermosafe Tücher

qasam tas-suq: EU

Aldovet Tücher

qasam tas-suq: EU

Vetfarm Tücher

qasam tas-suq: EU

MDI Tücher

qasam tas-suq: EU

Antiseptica Tücher

qasam tas-suq: EU

Antiseptica wipes

qasam tas-suq: EU

MENNO®WIP

qasam tas-suq: EU

Descorapid® wipes

qasam tas-suq: EU

Desocid wipes

qasam tas-suq: EU

Neoseptin wipes

qasam tas-suq: EU

Novosept wipes

qasam tas-suq: EU

Novoseptin wipes

qasam tas-suq: EU

Lyorthol wipes

qasam tas-suq: EU

Cosmo wipes

qasam tas-suq: EU

Fordesin wipes

qasam tas-suq: EU

Saltero wipes

qasam tas-suq: EU

Prop70 wipes

qasam tas-suq: EU

Manosafe wipes

qasam tas-suq: EU

Dermoguard wipes

qasam tas-suq: EU

Dermosafe wipes

qasam tas-suq: EU

Aldovet wipes

qasam tas-suq: EU

Vetfarm wipes

qasam tas-suq: EU

MDI wipes

qasam tas-suq: EU

Antiseptica wipes

qasam tas-suq: EU

Numru tal-awtorizzazzjoni

EU-0030790-0003 1-2

Isem komuni

Isem IUPAC

Funzjoni

Numru CAS

Numru KE

Kontenut (%)

Propan-2-ol

 

Sustanza attiva

67-63-0

200-661-7

63,1

7.2.   Isem/Ismijiet kummerċjali, numru tal-awtorizzazzjoni u kompożizzjoni speċifika ta’ kull prodott individwali

Isem kummerċjali

Superficid® pure wipes

qasam tas-suq: EU

 

Desocid rapid pure wipes

qasam tas-suq: EU

Neoseptin rapid pure wipes

qasam tas-suq: EU

Novosept rapid pure wipes

qasam tas-suq: EU

Novoseptin rapid pure wipes

qasam tas-suq: EU

Lyorthol rapid pure wipes

qasam tas-suq: EU

Cosmo rapid pure wipes

qasam tas-suq: EU

Fordesin rapid pure wipes

qasam tas-suq: EU

Saltero rapid pure wipes

qasam tas-suq: EU

Prop70 rapid pure wipes

qasam tas-suq: EU

Aldovet rapid pure wipes

qasam tas-suq: EU

Vetfarm rapid pure wipes

qasam tas-suq: EU

MDI rapid pure wipes

qasam tas-suq: EU

Antiseptica rapid pure wipes

qasam tas-suq: EU

Numru tal-awtorizzazzjoni

EU-0030790-0004 1-2

Isem komuni

Isem IUPAC

Funzjoni

Numru CAS

Numru KE

Kontenut (%)

Propan-2-ol

 

Sustanza attiva

67-63-0

200-661-7

63,1


(1)  L-istruzzjonijiet għall-użu, il-miżuri ta’ mitigazzjoni tar-riskji u struzzjonijiet oħra għall-użu taħt din it-taqsima huma validi għal kull użu awtorizzat fi ħdan il-meta SPC 1.

(2)  L-istruzzjonijiet għall-użu, il-miżuri ta’ mitigazzjoni tar-riskji u struzzjonijiet oħra għall-użu taħt din it-taqsima huma validi għal kull użu awtorizzat fi ħdan il-meta SPC 2.


Top