Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32023R0668

Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2023/668 tat-22 ta’ Marzu 2023 dwar l-awtorizzazzjoni ta’ preparazzjoni tal-endo-1,4-beta-ksilanażi prodotta mill-Komagataella phaffii ATCC PTA-127053 bħala addittiv tal-għalf għall-pollam kollu imrobbi għal-bajd (detentur tal-awtorizzazzjoni: Kemin Europa N.V.) (Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

C/2023/1801

ĠU L 84, 23.3.2023, pp. 7–9 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Legal status of the document In force

ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2023/668/oj

23.3.2023   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 84/7


REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2023/668

tat-22 ta’ Marzu 2023

dwar l-awtorizzazzjoni ta’ preparazzjoni tal-endo-1,4-beta-ksilanażi prodotta mill-Komagataella phaffii ATCC PTA-127053 bħala addittiv tal-għalf għall-pollam kollu imrobbi għal-bajd (detentur tal-awtorizzazzjoni: Kemin Europa N.V.)

(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 1831/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta’ Settembru 2003 fuq l-addittivi għall-użu fl-għalf tal-annimali (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 9(2) tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament (KE) Nru 1831/2003 jipprevedi l-awtorizzazzjoni ta’ addittivi għall-użu fin-nutrizzjoni tal-annimali u r-raġunijiet u l-proċeduri għall-għoti ta’ tali awtorizzazzjoni.

(2)

F’konformità mal-Artikolu 7 tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003, ġiet sottomessa applikazzjoni għall-awtorizzazzjoni ta’ preparazzjoni tal-endo-1,4-beta-ksilanażi prodotta bil-Komagataella phaffii ATCC PTA-127053. Flimkien ma’ dik l-applikazzjoni ntbagħtu d-dettalji u d-dokumenti meħtieġa skont l-Artikolu 7(3) tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003.

(3)

L-applikazzjoni kkonċernat l-awtorizzazzjoni ta’ preparazzjoni tal-endo-1,4-beta-ksilanażi prodotta mill-Komagataella phaffii ATCC PTA-127053 bħala addittiv tal-għalf għall-pollam kollu mbrobbi għall-bajd, biex tiġi kklassifikata fil-kategorija tal-addittivi “addittivi żootekniċi” u fil-grupp funzjonali “sustanzi li jsaħħu d-diġestibbiltà”.

(4)

Fl-opinjoni tagħha tad-29 ta’ Ġunju 2022 (2), l-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel (“l-Awtorità”) ikkonkludiet li, fil-kundizzjonijiet tal-użu proposti, il-preparazzjoni tal-endo-1,4-beta-ksilanażi prodotta mill-Komagataella phaffii ATCC PTA-127053 ma għandhiex effett negattiv fuq is-sikurezza tal-konsumaturi jew fuq l-ambjent. Fir-rigward tal-ispeċijiet fil-mira, l-Awtorità kkonkludiet li l-addittiv huwa sikur u għandu l-potenzjal li jkun effikaċi għat-tiġieġ tal-bajd meta jiżdied mal-għalf f’45 000 U/kg u li l-konklużjonijiet dwar it-tiġieġ tal-bajd jistgħu jiġu estrapolati għall-ispeċijiet kollha tal-pollam imrobbi għall-bajd.

(5)

L-Awtorità kkonkludiet li dak l-addittiv ma kienx irritanti għall-għajnejn u għall-ġilda iżda tqies bħala sensitizzatur tal-ġilda u respiratorju.

(6)

L-Awtorità ma tqisx li hemm bżonn rekwiżiti speċifiċi għall-monitoraġġ ta’ wara t-tqegħid fis-suq. L-Awtorità vverifikat ukoll ir-rapport dwar il-metodu tal-analiżi tal-addittiv tal-għalf fl-għalf, sottomess mil-Laboratorju ta’ Referenza mwaqqaf bir-Regolament (KE) Nru 1831/2003.

(7)

Il-valutazzjoni tal-preparazzjoni tal-endo-1,4-beta-ksilanażi prodotta bil-Komagataella phaffii ATCC PTA-127053 turi li l-kundizzjonijiet għall-awtorizzazzjoni, kif previsti fl-Artikolu 5 tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003, huma ssodisfati. Għaldaqstant, jenħtieġ li l-użu ta’ dik il-preparazzjoni jiġi awtorizzat. Il-Kummissjoni hija tal-fehma li jenħtieġ li jittieħdu miżuri protettivi xierqa sabiex jiġu evitati effetti avversi fuq is-saħħa tal-bniedem, b’mod partikolari fir-rigward tal-utenti tal-addittiv.

(8)

Il-miżuri previsti f’dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Pjanti, l-Annimali, l-Ikel u l-Għalf,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Il-preparazzjoni speċifikata fl-Anness, li tagħmel parti mill-kategorija tal-addittivi “addittivi żootekniċi” u mill-grupp funzjonali “sustanzi li jsaħħu d-diġestibbiltà” hija awtorizzata bħala addittiv fin-nutrizzjoni tal-annimali, soġġetta għall-kundizzjonijiet stipulati f’dak l-Anness.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, it-22 ta’ Marzu 2023.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Ursula VON DER LEYEN


(1)   ĠU L 268, 18.10.2003, p. 29.

(2)   EFSA Journal 2022;20(7):7439.


ANNESS

Numru ta’ identifikazzjoni tal-addittiv

Isem id-detentur tal-awtorizzazzjoni

Addittiv

Kompożizzjoni, formula kimika, deskrizzjoni, metodu analitiku

Speċi jew kategorija tal-annimal

Età massima

Kontenut minimu

Kontenut massimu

Dispożizzjonijiet oħra

Tmiem il-perjodu ta’ awtorizzazzjoni

Unitajiet ta’ attività/kg ta’ għalf sħiħ b’kontenut ta’ umdità ta’ 12 %

Kategorija ta’ addittivi żootekniċi. Grupp funzjonali: sustanzi li jsaħħu d-diġestibbiltà

4a36

Kemin Europa N.V.

Endo-1,4-beta-ksilanażi (EC 3.2.1.8)

Kompożizzjoni tal-addittiv

Preparazjoni ta’ endo-1,4-beta-ksilanażi (EC 3.2.1.8) prodotta bil-Komagataella phaffii ATCC PTA-127053 b’attività minima ta’:

3 000 000 U (1) /g

Għamla solida

Karatterizzazzjoni tas-sustanza attiva

Endo-1,4-beta-ksilanażi (EC 3.2.1.8) prodotta bil-Komagataella phaffii ATCC PTA-127053

Metodu analitiku  (2)

Għad-determinazzjoni tal-endo-1,4-beta-ksilanażi fl-addittiv tal-għalf:

il-metodu kolorimetriku bbażat fuq l-idroliżi enżimatika tal-endo-1,4-beta-ksilanażi fuq sottostrat ta’ ksilan mill-injam tal-fagu.

Għad-determinazzjoni tal-endo-1,4-beta-ksilanażi fit-taħlitiet lesti minn qabel u fl-għalf kompost:

il-metodu kolorimetriku bbażat fuq ir-reazzjoni enżimatika tal-endo-1,4-beta-ksilanażi fuq sottostrat ta’ arabinoksilan minn qamħ retikolat mal-ażurina.

Il-pollam kollu mrobbi għall-bajd

45 000 U

1.

Fl-istruzzjonijiet għall-użu tal-addittiv u tat-taħlitiet lesti minn qabel, għandhom jiġu indikati l-kundizzjonijiet tal-ħżin u l-istabbiltà waqt it-trattament bis-sħana.

2.

Għall-utenti tal-addittiv u tat-taħlitiet lesti minn qabel, l-operaturi tan-negozji tal-għalf għandhom jistabbilixxu proċeduri operazzjonali u miżuri organizzattivi sabiex jindirizzaw ir-riskji potenzjali li jirriżultaw mill-użu tagħhom. Meta dawk ir-riskji ma jistgħux jiġu eliminati jew jitnaqqsu għal livell minimu permezz ta’ tali proċeduri u miżuri, l-addittiv u t-taħlitiet lesti minn qabel għandhom jintużaw b’tagħmir ta’ protezzjoni personali, inkluż bi protezzjoni għan-nifs u għall-ġilda.

13.4.2033


(1)  Unità U waħda hija l-ammont ta’ enzima li jirrilaxxaw 0,0067 μmol ta’ zokkor riduċenti (ekwivalenti ta’ ksilożju) kull minuta u kull gramma ta’ prodott tal-enzimi f’50 °C u pH 5,3.

(2)  Id-dettalji tal-metodi analitiċi huma disponibbli fl-indirizz tal-Laboratorju ta’ Referenza li ġej: https://joint-research-centre.ec.europa.eu/eurl-fa-eurl-feed-additives/eurl-fa-authorisation/eurl-fa-evaluation-reports_mt


Top