EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32023R0168

Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2023/168 tal-25 ta’ Jannar 2023 li jistabbilixxi l-mudell għar-rapporti annwali dwar il-prestazzjoni dwar l-Istrument għall-Appoġġ Finanzjarju għall-Ġestjoni tal-Fruntieri u l-Politika dwar il-Viżi għall-perjodu ta’ programmazzjoni 2021-2027, skont ir-Regolament (UE) 2021/1148 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill

C/2023/565

ĠU L 24, 26.1.2023, p. 7–15 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Legal status of the document In force

ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2023/168/oj

26.1.2023   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 24/7


REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2023/168

tal-25 ta’ Jannar 2023

li jistabbilixxi l-mudell għar-rapporti annwali dwar il-prestazzjoni dwar l-Istrument għall-Appoġġ Finanzjarju għall-Ġestjoni tal-Fruntieri u l-Politika dwar il-Viżi għall-perjodu ta’ programmazzjoni 2021-2027, skont ir-Regolament (UE) 2021/1148 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) 2021/1148 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-7 ta’ Lulju 2021 li jistabbilixxi, bħala parti mill-Fond għall-Ġestjoni Integrata tal-Fruntieri, l-Istrument għall-Appoġġ Finanzjarju għall-Ġestjoni tal-Fruntieri u l-Politika dwar il-Viżi (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 29(5) tiegħu,

Wara li kkonsultat il-Kumitat għall-Fondi tal-Affarijiet Interni,

Billi:

(1)

Ir-Regolament (UE) 2021/1060 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (2) flimkien mar-Regolamenti (UE) 2021/1147 (3), (UE) 2021/1148 u (UE) 2021/1149 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (4) (“Regolamenti speċifiċi għall-Fondi”) li jistabbilixxu rispettivament il-Fond għall-Ażil, il-Migrazzjoni u l-Integrazzjoni, l-Istrument għall-Appoġġ Finanzjarju għall-Ġestjoni tal-Fruntieri u għall-Viżi u l-Fond għas-Sigurtà Interna jikkostitwixxu qafas għall-finanzjament tal-Unjoni li jikkontribwixxi għall-iżvilupp tal-ispazju ta’ libertà, sigurtà u ġustizzja.

(2)

Ir-Regolament (UE) 2021/1060, u b’mod partikolari l-Artikolu 41(7) tiegħu, jirrikjedi li l-Istati Membri jippreżentaw rapport annwali dwar il-prestazzjoni lill-Kummissjoni għal kull programm f’konformità mar-Regolamenti speċifiċi għall-Fondi.

(3)

Sabiex jiġu żgurati kundizzjonijiet uniformi fl-implimentazzjoni tar-rapportar annwali u li l-informazzjoni pprovduta lill-Kummissjoni tkun konsistenti u paragunabbli, ir-Regolament (UE) 2021/1148 jistabbilixxi l-ħtieġa li jiġi stabbilit mudell għar-rapporti annwali dwar il-prestazzjoni permezz ta’ att ta’ implimentazzjoni.

(4)

F’konformità mal-Protokoll Nru 21 dwar il-pożizzjoni tar-Renju Unit u l-Irlanda fir-rigward tal-ispazju ta’ libertà, sigurtà u ġustizzja, anness mat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, l-Irlanda tieħu sehem fir-Regolament (UE) 2021/1148. Għaldaqstant, l-Irlanda mhijiex marbuta b’dan ir-Regolament.

(5)

F’konformità mal-Artikolu 4 tal-Protokoll Nru 22 dwar il-pożizzjoni tad-Danimarka, anness mat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u mat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, id-Danimarka implimentat ir-Regolament (UE) 2021/1148 fid-dritt nazzjonali tagħha. Għaldaqstant, id-Danimarka hija marbuta b’dan ir-Regolament.

(6)

Fir-rigward tal-Iżlanda u n-Norveġja, dan ir-Regolament jikkostitwixxi żvilupp tad-dispożizzjonijiet tal-acquis (5) ta’ Schengen fis-sens tal-Ftehim konkluż mill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea u r-Repubblika tal-Iżlanda u r-Renju tan-Norveġja dwar l-assoċjazzjoni ta’ dawk iż-żewġ Stati mal-implimentazzjoni, l-applikazzjoni u l-iżvilupp tal-acquis ta’ Schengen, li jaqgħu fil-qasam imsemmi fl-Artikolu 1, Punti A u B tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 1999/437/KE (6).

(7)

Madankollu, skont l-Artikolu 7(6) tar-Regolament (UE) 2021/1148, il-parteċipazzjoni tal-Iżlanda u n-Norveġja fl-Istrument għall-Appoġġ Finanzjarju għall-Ġestjoni tal-Fruntieri u l-Politika dwar il-Viżi tirrikjedi arranġamenti biex jiġu speċifikati n-natura u l-modi ta’ tali parteċipazzjoni f’konformità mad-dispożizzjonijiet rilevanti tal-ftehimiet ta’ assoċjazzjoni rispettivi tagħhom. Għalhekk jenħtieġ li dan ir-Regolament japplika għall-Iżlanda u n-Norveġja biss ladarba tali arranġamenti jiġu konklużi.

(8)

Fir-rigward tal-Iżvizzera, dan ir-Regolament jikkostitwixxi żvilupp tad-dispożizzjonijiet tal-acquis ta’ Schengen, fis-sens tal-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea, il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Żvizzera dwar l-assoċjazzjoni tal-Konfederazzjoni Żvizzera mal-implimentazzjoni, l-applikazzjoni u l-iżvilupp tal-acquis (7) ta’ Schengen li jaqgħu fil-qasam imsemmi fl-Artikolu 1, il-punti A u B, tad-Deċiżjoni 1999/437/KE moqri flimkien mal-Artikolu 3 tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2008/146/KE (8).

(9)

Madankollu, skont l-Artikolu 7(6) tar-Regolament (UE) 2021/1148, il-parteċipazzjoni tal-Iżvizzera fl-Istrument għall-Appoġġ Finanzjarju għall-Ġestjoni tal-Fruntieri u l-Politika dwar il-Viżi tirrikjedi arranġamenti biex jiġu speċifikati n-natura u l-modi ta’ tali parteċipazzjoni f’konformità mad-dispożizzjonijiet rilevanti tal-ftehimiet ta’ assoċjazzjoni rispettivi tagħhom. Għalhekk jenħtieġ li dan ir-Regolament japplika għall-Iżvizzera biss ladarba tali arranġamenti jiġu konklużi.

(10)

Fir-rigward tal-Liechtenstein, dan ir-Regolament jikkostitwixxi żvilupp tad-dispożizzjonijiet tal-acquis ta’ Schengen fis-sens tal-Protokoll bejn l-Unjoni Ewropea, il-Komunità Ewropea, il-Konfederazzjoni Żvizzera u l-Prinċipat tal-Liechtenstein dwar l-adeżjoni tal-Prinċipat tal-Liechtenstein mal-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea, il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Żvizzera dwar l-assoċjazzjoni tal-Liechtenstein mal-implimentazzjoni, l-applikazzjoni u l-iżvilupp tal-acquis (9) ta’ Schengen, li jaqgħu fil-qasam imsemmi fl-Artikolu 1, il-punt A u B tad-Deċiżjoni 1999/437/KE, moqri flimkien mal-Artikolu 3 tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2011/350/UE (10).

(11)

Madankollu, skont l-Artikolu 7(6) tar-Regolament (UE) 2021/1148, il-parteċipazzjoni tal-Liechtenstein fl-Istrument għall-Appoġġ Finanzjarju għall-Ġestjoni tal-Fruntieri u l-Politika dwar il-Viżi tirrikjedi arranġamenti biex jiġu speċifikati n-natura u l-modi ta’ tali parteċipazzjoni f’konformità mad-dispożizzjonijiet rilevanti tal-ftehimiet ta’ assoċjazzjoni rispettivi tagħhom. Għalhekk jenħtieġ li dan ir-Regolament japplika għal-Liechtenstein biss ladarba tali arranġamenti jiġu konklużi.

(12)

Sabiex jiżgura l-applikazzjoni immedjata tal-miżuri previsti f’dan ir-Regolament u jiżgura li ma jkunx hemm dewmien fl-implimentazzjoni tal-programmi, jenħtieġ li dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ fit-tielet jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Dan ir-Regolament jistabbilixxi l-mudell għar-rapporti annwali dwar il-prestazzjoni dwar l-Istrument għall-Appoġġ Finanzjarju għall-Ġestjoni tal-Fruntieri u l-Politika dwar il-Viżi msemmi fl-Artikolu 41(7) tar-Regolament (UE) 2021/1060 u fl-Artikolu 29 tar-Regolament (UE) 2021/1148.

Il-mudell huwa stabbilit fl-Anness.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-tielet jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri skont it-Trattati.

Magħmul fi Brussell, il-25 ta’ Jannar 2023.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Ursula VON DER LEYEN


(1)  ĠU L 251, 15.7.2021, p. 48.

(2)  Ir-Regolament (UE) 2021/1060 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta’ Ġunju 2021 li jistipula dispożizzjonijiet komuni dwar il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali, il-Fond Soċjali Ewropew Plus, il-Fond ta’ Koeżjoni, il-Fond għal Tranżizzjoni Ġusta u l-Fond Ewropew għall-Affarijiet Marittimi, is-Sajd u l-Akkwakultura u r-regoli finanzjarji għalihom u għall-Fond għall-Ażil, il-Migrazzjoni u l-Integrazzjoni, il-Fond għas-Sigurtà Interna u l-Istrument għall-Appoġġ Finanzjarju għall-Ġestjoni tal-Fruntieri u l-Politika dwar il-Viżi (ĠU L 231, 30.6.2021, p. 159).

(3)  Ir-Regolament (UE) 2021/1147 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-7 ta’ Lulju 2021 li jistabbilixxi l-Fond għall-Ażil, il-Migrazzjoni u l-Integrazzjoni (ĠU L 251, 15.7.2021, p. 1).

(4)  Ir-Regolament (UE) 2021/1149 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-7 ta’ Lulju 2021 li jistabbilixxi l-Fond għas-Sigurtà Interna (ĠU L 251, 15.7.2021, p. 94).

(5)  ĠU L 176, 10.7.1999, p. 36.

(6)  Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 1999/437/KE tas-17 ta’ Mejju 1999 dwar ċerti arranġamenti għall-applikazzjoni tal-Ftehim konkluż mill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea u r-Repubblika tal-Iżlanda u r-Renju tan-Norveġja dwar l-assoċjazzjoni ta’ dawn iż-żewġ Stati mal-implimentazzjoni, l-applikazzjoni u l-iżvilupp tal-acquis ta’ Schengen (ĠU L 176, 10.7.1999, p. 31).

(7)  ĠU L 53, 27.2.2008, p. 52.

(8)  Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2008/146/KE tat-28 ta’ Jannar 2008 dwar il-konklużjoni f’isem il-Komunità Ewropea, tal-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea, il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Żvizzera dwar l-assoċjazzjoni tal-Konfederazzjoni Żvizzera mal-implimentazzjoni, l-applikazzjoni u l-iżvilupp tal-acquis ta’ Schengen (ĠU L 53, 27.2.2008, p. 1).

(9)  ĠU L 160, 18.6.2011, p. 21.

(10)  Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2011/350/UE tas-7 ta’ Marzu 2011 dwar il-konklużjoni, f’isem l-Unjoni Ewropea, tal-Protokoll bejn l-Unjoni Ewropea, il-Komunità Ewropea, il-Konfederazzjoni Żvizzera u l-Prinċipat tal-Liechtenstein dwar l-adeżjoni tal-Prinċipat tal-Liechtenstein mal-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea, il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Żvizzera dwar l-assoċjazzjoni tal-Konfederazzjoni Żvizzera mal-implimentazzjoni, l-applikazzjoni u l-iżvilupp tal-acquis ta’ Schengen, relatat mal-abolizzjoni tal-verifiki mal-fruntieri interni u l-moviment tal-persuni (ĠU L 160, 18.6.2011, p. 19).


ANNESS

Mudell għar-Rapport Annwali dwar il-Prestazzjoni mill-Istati Membri lill-Kummissjoni dwar l-Istrument għal Appoġġ Finanzjarju għall-Ġestjoni tal-Fruntieri u l-Politika tal-Viża, kif imsemmi fl-Artikolu 29 tar-Regolament (UE) 2021/1148

IDENTIFIKAZZJONI

CCI

 

Titolu

 

Verżjoni

 

Sena kontabilistika

 

Id-data tal-approvazzjoni tar-rapport mill-kumitat ta’ monitoraġġ

 

1.   Il-Prestazzjoni

1.1.   Progress fl-implimentazzjoni — l-Artikolu 29(2), il-punt (a), tar-Regolament (UE) 2021/1148

Għal kull objettiv speċifiku, irrapporta dwar il-progress fl-implimentazzjoni tal-programm u fl-ilħiq tal-istadji importanti u l-miri stabbiliti fih, b’kunsiderazzjoni tal-aktar data reċenti għas-sena kontabilistika, kif meħtieġ skont l-Artikolu 42 tar-Regolament (UE) 2021/1060. Dan jirreferi għad-data kumulattiva pprovduta sal-31 ta’ Lulju tas-sena ta’ qabel is-sena li fiha jiġi ppreżentat ir-rapport.

F’kull objettiv speċifiku, jenħtieġ li l-informazzjoni dwar il-progress preferibbilment tkun strutturata madwar il-miżuri ta’ implimentazzjoni, l-azzjonijiet indikattivi u l-eżiti mixtieqa identifikati fil-programm.

Iddeskrivi wkoll kwalunkwe pass meħud u attivitajiet rilevanti relatati mal-implimentazzjoni tas-sħubija skont l-Artikolu 8(2) tar-Regolament (UE) 2021/1060.

Daħħal it-test hawnhekk. Tul Massimu: 7 000 karattru

1.2.   Kwistjonijiet li jaffettwaw il-prestazzjoni — l-Artikolu 29(2), il-punt (b), tar-Regolament (UE) 2021/1148

Għal kull objettiv speċifiku, iddeskrivi kwalunkwe kwistjoni li taffettwa l-prestazzjoni tal-programm matul is-sena kontabilistika u kwalunkwe azzjoni meħuda biex tindirizzahom.

Kull meta jkun possibbli u rilevanti, inti mħeġġeġ tiddistingwi bejn kwistjonijiet relatati ma’:

sottorapportar tal-kisbiet (1);

l-iffissar tal-miri (2);

dewmien proċedurali u kapaċità amministrattiva (3);

bidliet kuntestwali (4);

id-disinn u/jew l-implimentazzjoni tal-operazzjonijiet (5); kif ukoll

kwalunkwe kwistjoni oħra.

Iddeskrivi kwalunkwe bidla fl-istrateġija jew fl-objettivi nazzjonali, jew kwalunkwe fattur li jista’ jwassal għal bidliet fil-futur, kif ukoll il-modifiki li dawk il-bidliet ikunu pproduċew fil-miri stmati skont il-metodoloġija biex jiġi stabbilit il-qafas ta’ prestazzjoni.

Inkludi informazzjoni dwar kwalunkwe opinjoni motivata mogħtija mill-Kummissjoni fir-rigward ta’ proċedimenti ta’ ksur skont l-Artikolu 258 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE), u li huma marbuta mal-implimentazzjoni tal-fond.

Daħħal it-test hawnhekk. Tul Massimu: 7 000 karattru

1.3.   Miżuri speċifiċi ta’ mitigazzjoni

Jekk rilevanti, iddeskrivi fil-qosor kif l-attivitajiet tal-programm ikkontribwew għall-mitigazzjoni tal-effetti ta’ kwalunkwe bidla rilevanti u f’daqqa dwar il-ġestjoni tal-fruntieri esterni li tirriżulta minn kwalunkwe deterjorament mhux previst tas-sitwazzjoni soċjoekonomika jew politika f’pajjiżi terzi, kif xieraq. Kull meta jkun possibbli, irreferi għall-volum ta’ riżorsi riallokati għal dan l-għan, u l-eżiti u r-riżultati relatati miksuba.

Agħtu attenzjoni partikolari lill-attivitajiet imwettqa biex itaffu l-effetti ta’ tali bidliet f’daqqa u li l-kisbiet tagħhom jistgħu ma jinqabdux kompletament mill-indikaturi komuni tal-eżiti u tar-riżultati.

Daħħal it-test hawnhekk. Tul Massimu: 4 000 karattru

1.4.   Appoġġ operazzjonali — l-Artikolu 16(3) tar-Regolament (UE) 2021/1148

Jekk intuża appoġġ operazzjonali matul is-sena kontabilistika, iddeskrivi kif dan ikkontribwixxa għall-kisba tal-objettivi tal-Istrument (6).

Iċċara jekk intużax appoġġ operattiv għat-tħaddim u l-manutenzjoni ta’ sistemi tal-IT fuq skala kbira, inkluża s-Sistema Ewropea ta’ Informazzjoni u ta’ Awtorizzazzjoni għall-Ivvjaġġar (ETIAS).

Jekk il-kost totali kumulattiv eliġibbli tal-appoġġ operazzjonali għall-operazzjonijiet magħżula għall-appoġġ jaqbeż il-33 % tal-allokazzjoni totali tal-programm fi tmiem is-sena kontabilistika, spjega r-raġunijiet. Barra minn hekk, jekk ikun hemm riskju li l-limitu jinqabeż sa tmiem il-perjodu ta’ programmazzjoni, iddeskrivi l-miżuri previsti biex jittaffa.

Daħħal it-test hawnhekk. Tul massimu: 4 000 karattru

1.5.   Azzjonijiet speċifiċi (7)

Iddeskrivi l-kisbiet ewlenin ta’ kwalunkwe azzjoni speċifika mwettqa matul is-sena kontabilistika, u kif dawn ikkontribwew għall-kisba tal-objettivi tal-programm u għall-ġenerazzjoni tal-valur miżjud tal-Unjoni (8).

Iddeskrivi kif l-azzjonijiet individwali avvanzaw, kemm proċeduralment (9) kif ukoll operazzjonalment (10) u enfasizza kwalunkwe kwistjoni li taffettwa l-prestazzjoni tagħhom, b’mod partikolari kwalunkwe riskju ta’ nuqqas ta’ nfiq.

Jekk rilevanti, qassam din l-informazzjoni sal-livell tal-proġett. Jekk tkun mistennija xi devjazzjoni mill-ippjanar oriġinali, spjega r-raġunijiet għal dan, iddeskrivi kwalunkwe azzjoni ta’ mitigazzjoni meħuda, u pprovdi l-iskeda ta’ żmien riveduta.

Daħħal it-test hawnhekk. Tul Massimu: 5 000 karattru

Daħħal fit-Tabella ta’ hawn taħt id-dettalji tal-azzjonijiet speċifiċi nazzjonali kollha implimentati fil-programm. Jenħtieġ li r-rapportar dwar azzjonijiet speċifiċi tranżnazzjonali jkun konsistenti mal-opzjoni ta’ rapportar magħżula (11).

Objettiv Speċifiku

Isem/numru ta’ referenza tal-azzjoni

Benefiċjarju

Perjodu ta’ implimentazzjoni

Spejjeż eliġibbli (12)

Nefqa eliġibbli (13)

Progress fl-indikaturi komuni u/jew speċifiċi għall-programm rilevanti (14)

Output

Riżultat

 

 

 

 

 

 

 

 

1.6.   ETIAS — l-Artikolu 29(2), il-punt (g), tar-Regolament (UE) 2021/1148

Ipprovdi informazzjoni dwar in-nefqa f’konformità mal-Artikolu 85(2) u (3) tar-Regolament (UE) 2018/1240 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (15) inkluża fil-kontijiet skont l-Artikolu 98 tar-Regolament (UE) 2021/1060, skont l-intestaturi stabbiliti fit-tabella ta’ hawn taħt.

Tip ta’ kost

Nefqa fis-sena kontabilistika

Sistemi tal-IT fuq skala kbira - Sistema Ewropea ta’ Informazzjoni u ta’ Awtorizzazzjoni għall-Ivvjaġġar (ETIAS) - l-Artikolu 85(2) tar-Regolament (UE) 2018/1240

 

Sistemi tal-IT fuq skala kbira - Sistema Ewropea ta’ Informazzjoni u ta’ Awtorizzazzjoni għall-Ivvjaġġar (ETIAS) - l-Artikolu 85(3) tar-Regolament (UE) 2018/1240

 

1.7.   Fl-2024 biss: Kontinwazzjoni tal-proġetti — l-Artikolu 33(4), il-punt (e), tar-Regolament (UE) 2021/1148

Irrapporta dwar kwalunkwe proġett li tkompla wara l-1 ta’ Jannar 2021 li ntgħażel u nbeda skont ir-Regolament (UE) Nru 515/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (16), f’konformità mar-Regolament (UE) Nru 514/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (17).

Daħħal it-test hawnhekk. Tul Massimu: 4 000 karattru

2.   Komplementarjetà

2.1.   Komplementarjetà ma’ fondi oħra tal-Unjoni — l-Artikolu 29(2), il-punt (c), tar-Regolament (UE) 2021/1148

Iddeskrivi l-komplementarjetà u jekk rilevanti s-sinerġiji miksuba matul is-sena kontabilistika bejn l-azzjonijiet appoġġati mill-Istrument u l-appoġġ provdut minn fondi oħra tal-Unjoni, b’mod partiklari l- Istrument għall-Appoġġ Finanzjarju għat-Tagħmir ta’ Kontroll Doganali, il-Fond għas-Sigurtà Interna, il-Fond għall-Ażil, il-Migrazzjoni u l-Integrazzjoni, l-istrumenti ta’ finanzjament esterni tal-Unjoni (18) jew b’rabta mal-operazzjonijiet marittimi ta’ natura multifunzjonali.

Iddeskrivi wkoll il-komplementarjetà tal-attivitajiet imwettqa mill-perspettiva tat-tisħiħ tal-kooperazzjoni bejn l-aġenziji, inkluża l-kooperazzjoni (19) mal-Aġenzija Ewropea għall-Gwardja tal-Fruntiera u tal-Kosta, l-awtoritajiet nazzjonali rilevanti.

Agħti attenzjoni partikolari lill-:

kumplimentarjetà mal-istrumenti ta’ finanzjament estern tal-Unjoni għal azzjonijiet meħuda f’pajjiżi terzi jew b’rabta magħhom, u enfasizza l-aspetti li huma konsistenti mal-prinċipji u l-objettivi ġenerali tal-politika esterna tal-Unjoni;

użu ta’ mekkaniżmi abilitanti, bħal arranġamenti organizzazzjonali u proċedurali eżistenti li jgħinu biex jinkisbu sinerġiji u komplementarjetajiet, u għal kwalunkwe azzjoni implimentata biex dawn jittejbu fis-sena kontabilistika.

Daħħal it-test hawnhekk. Tul Massimu: 6 000 karattru

2.2.   Tagħmir bi skop multiplu u sistemi tal-ICT - l-Artikolu 13(14) tar-Regolament (UE) 2021/1148

Iddeskrivi fil-qosor l-operazzjonijiet rilevanti li jinvolvu tagħmir u sistemi tal-ICT mixtrija bl-appoġġ tal-programm matul is-sena kontabilistika u użati f’oqsma komplementari tal-kontrolli doganali, f’operazzjonijiet marittimi ta’ natura multifunzjonali jew biex jintlaħqu l-objettivi tal-Fond għas-Sigurtà Interna u tal-Fond għall-Ażil, il-Migrazzjoni u l-Integrazzjoni. Indika l-post (ijiet) fejn ġew skjerati t-tagħmir bi skop multiplu u s-sistemi tal-ICT.

Għat-tagħmir, ipprovdi wkoll informazzjoni dwar il-perjodu meta ntuża fl-oqsma kumplimentari.

Daħħal it-test hawnhekk. Tul Massimu: 3 000 karattru

Għal sistema ta’ informazzjoni tal-Unjoni ffinanzjata skont ir-Regolament (UE) 2021/1148 li sservi wkoll l-objettivi tar-Regolament (UE) 2021/1147 u r-Regolament (UE) 2021/1149 (għal skopijiet multipli) jew attivitajiet meħtieġa skont il-qafas legali (20) tal-interoperabbiltà tal-Unjoni, imla t-tabella ta’ hawn taħt.

L-objettiv speċifiku

Isem l-operazzjoni

Benefiċjarju tal-operazzjoni

Għan tal-operazzjoni

Perjodu ta’ implimentazzjoni

Rata ta’ kofinanzjament

L-ispejjeż eliġibbli (21)

Nefqa eliġibbli (22)

 

 

 

 

 

 

 

 

2.3.   Ippjanar pluriennali għax-xiri tat-tagħmir - l-Artikolu 13(14), il-punt (d), tar-Regolament (UE) 2021/1148

Tistabbilixxi l-ippjanar pluriennali għax-xiri mistenni ta’ tagħmir taħt l-istrument.

Daħħal it-test hawnhekk. Tul Massimu: 3 000 karattru

3.   Implimentazzjoni tal-acquis tal-Unjoni, l-Artikolu 29(2), il-punt (d), tar-Regolament (UE) 2021/1148

Iddeskrivi fil-qosor kif, matul is-sena kontabilistika, il-programm ikkontribwixxa għall-implimentazzjoni tal-acquis rilevanti tal-Unjoni (il-korp tad-dritt tal-Unjoni) speċjalment dwar Schengen, dwar il-ġestjoni tal-fruntieri u l-politika dwar il-viżi u għal kwalunkwe pjan ta’ azzjoni rilevanti.

Daħħal it-test hawnhekk. Tul Massimu: 4 000 karattru

4.   Komunikazzjoni u Viżibbiltà — l-Artikolu 29(2), il-punt (e), tar-Regolament (UE) 2021/1148

Iddeskrivi kif twettqu l-attivitajiet ta’ komunikazzjoni u viżibbiltà matul is-sena kontabilistika. B’mod partikolari, irreferi għal kwalunkwe progress li sar dwar l-objettivi stabbiliti fl-istrateġija ta’ komunikazzjoni, kif imkejla mill-indikaturi rilevanti u l-miri tagħhom. Jekk rilevanti, iddeskrivi kwalunkwe prattika tajba biex jintlaħqu l-gruppi fil-mira u/jew jixxerrdu u jiġu sfruttati r-riżultati tal-proġetti.

Daħħal it-test hawnhekk. Tul Massimu: 4 000 karattru

Ipprovdi link għall-portal tas-sit web imsemmi fl-Artikolu 46, il-punt (b), tar-Regolament (UE) 2021/1060 u, jekk ikun differenti, għas-sit web imsemmi fl-Artikolu 49(1) ta’ dak ir-Regolament.

 

5.   Kundizzjonijiet abilitanti u prinċipji orizzontali

5.1.   Kundizzjonijiet abilitanti — l-Artikolu 29(2), il-punt (f), tar-Regolament (UE) 2021/1148

Iddeskrivi kif ġie żgurat li l-kundizzjonijiet abilitanti applikabbli fl-Anness III tar-Regolament (UE) 2021/1060 ġew issodisfati u applikati matul is-sena kontabilistika, b’mod partikolari fir-rigward tal-konformità mal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea. Jekk rilevanti, iddeskrivi kwalunkwe bidla li kellha impatt fuq kif ġew issodisfati l-kundizzjonijiet abilitanti, kif previst fl-Artikolu 15(6) tar-Regolament (UE) 2021/1060.

Daħħal it-test hawnhekk. Tul Massimu: 5 000 karattru

5.2.   Konformità mal-prinċipji orizzontali — l-Artikolu 9 tar-Regolament (UE) 2021/1060

Iddeskrivi kif ġiet żgurata l-konformità matul is-sena kontabilistika mal-prinċipji orizzontali stabbiliti fir-Regolament dwar Dispożizzjonijiet Komuni, b’mod partikolari l-ugwaljanza bejn l-irġiel u n-nisa u l-promozzjoni tal-integrazzjoni tal-perspettiva tal-ġeneri, kif ukoll l-evitar tad-diskriminazzjoni abbażi tal-ġeneru, l-oriġini razzjali jew etnika, ir-reliġjon jew it-twemmin, id-diżabbiltà, l-età jew l-orjentazzjoni sesswali.

Daħħal it-test hawnhekk. Tul Massimu: 5 000 karattru

6.   Proġetti fil-pajjiżi terzi jew b’rabta magħhom — l-Artikolu 29(2), il-punt (h), tar-Regolament (UE) 2021/1148

Iddeskrivi kwalunkwe azzjoni li sseħħ f’pajjiżi terzi jew b’rabta magħhom matul is-sena kontabilistika u kif dawn iġibu valur miżjud tal-Unjoni fl-ilħiq tal-objettivi stabbiliti mill-fond. Indika l-ismijiet tal-pajjiżi terzi kkonċernati. Ipprovdi deskrizzjoni li tiċċara li l-azzjonijiet appoġġati mill-fond mhumiex orjentati lejn l-iżvilupp, iservu l-interess tal-politiki interni tal-Unjoni u huma konsistenti mal-attivitajiet imwettqa fl-Unjoni. Jekk rilevanti, irreferi għall-konsultazzjonijiet mal-Kummissjoni qabel ma l-proġett ġie approvat (l-Artikolu 13(12) tar-Regolament (UE) 2021/1148).

Daħħal it-test hawnhekk. Tul Massimu: 6 000 karattru

7.   Sommarju — l-Artikolu 29(2) tar-Regolament (UE) 2021/1148

Ipprovdi sommarju tat-Taqsimiet minn 1 sa 6, li se jiġi tradott u jsir disponibbli għall-pubbliku.

Bħala minimu, is-sommarju għandu jkopri l-punti kollha elenkati fl-Artikolu 29(2), u jenħtieġ li preferibbilment ikun strutturat madwarhom.

Huwa mħeġġeġ l-użu ta’ bullet points, test b’tipa grassa jew intestaturi informattivi, sabiex il-partijiet ikkonċernati interessati jkunu jistgħu jidentifikaw faċilment il-kisbiet ewlenin tal-programm, u l-kwistjonijiet ewlenin li jaffettwaw il-prestazzjoni tiegħu.

Daħħal it-test hawnhekk. Tul Massimu: 7 500 karattru


(1)  Dan jirreferi għas-sitwazzjoni meta jkun hemm distakk bejn ir-rata nominali ta’ kisba fil-mira mkejla mill-indikaturi u l-progress reali fl-implimentazzjoni. Pereżempju, is-sottorapportar tal-eżiti u tar-riżultati jista’ jkun dovut għal kwistjonijiet relatati mal-iżvilupp tas-sistema tal-IT, operazzjonijiet li għaddejjin li għalihom l-eżiti u r-riżultati għadhom ma ġewx irrapportati, kwistjonijiet relatati mal-ġbir tad-data li jwasslu għal rapportar kajman jew mhux komplut, eċċ.

(2)  Dan jirreferi għal sitwazzjoni fejn ir-rata baxxa ta’ kisba fil-mira ma tkunx dovuta għal progress kajman iżda pjuttost għal iffissar ta’ miri skorrett jew mhux realistiku. Dan jista’ jinkludi tagħlimiet meħuda b’rabta mal-istabbiliment ta’ metodoloġija għall-iffissar tal-miri — bħal suppożizzjonijiet ħżiena jew mhux kompluti jew kwistjonijiet relatati mal-valuri referenzjarji magħżula — u kwalunkwe bidla ppjanata fiha.

(3)  Pereżempju, kwistjonijiet relatati ma’ proċeduri tal-offerti, kwistjonijiet bi proċeduri tal-awditjar, kwistjonijiet marbuta ma’ nuqqas ta’ riżorsi fil-livell tal-awtorità maniġerjali, dewmien mhux previst fl-adozzjoni tal-programm, eċċ.

(4)  Dan jista’ jinkludi, pereżempju, fatturi soċjoekonomiċi jew politiċi, bidliet fil-kuntest regolatorju, eċċ.

(5)  Pereżempju, kwistjonijiet li għandhom x’jaqsmu mal-ambitu tal-azzjoni (eż. kriterji ta’ eliġibbiltà), interess baxx mill-benefiċjarji jew mill-parteċipanti, kwalunkwe devjazzjoni fl-implimentazzjoni tal-azzjoni, eċċ.

(6)  Jekk rilevanti għal dan l-għan, irreferi għall-informazzjoni li hija fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament (UE) 2021/1148 u disponibbli bħala riżultat tal-evalwazzjonijiet ta’ Schengen, imwettqa f’konformità mar-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 1053/2013 tas-7 ta’ Ottubru 2013 li jistabbilixxi mekkaniżmu ta’ evalwazzjoni u monitoraġġ biex jivverifika l-applikazzjoni tal-acquis ta’ Schengen u li jħassar id-Deċiżjoni tal-Kumitat Eżekuttiv tas-16 ta’ Settembru 1998 li stabbiliet Kumitat Permanenti għall-evalwazzjoni u l-implimentazzjoni ta’ Schengen (ĠU L 295, 6.11.2013, p. 27) u r-Regolament tal-Kunsill (UE) 2022/922 tad-9 ta’ Ġunju 2022 dwar l-istabbiliment u l-operazzjoni ta’ mekkaniżmu ta’ evalwazzjoni u monitoraġġ biex jivverifika l-applikazzjoni tal-acquis ta’ Schengen, u li jħassar ir-Regolament (UE) Nru 1053/2013 (ĠU L 160, 15.6.2022, p. 1). Bl-istess mod, jekk rilevanti, tirreferi għal valutazzjonijiet tal-vulnerabbiltà mwettqa f’konformità mar-Regolament (UE) 2019/1896 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta’ Novembru 2019 dwar il-Gwardja Ewropea tal-Fruntiera u tal-Kosta inklużi rakkomandazzjonijiet wara evalwazzjonijiet ta’ Schengen u valutazzjonijiet tal-vulnerabbiltà (ĠU L 295, 14.11.2019, p. 1) u rakkomandazzjonijiet relatati.

(7)  Fil-każ ta’ azzjonijiet speċifiċi b’natura tranżnazzjonali, il-kamp ta’ applikazzjoni ta’ din it-taqsima jvarja skont id-distribuzzjoni tar-rwoli u r-responsabbiltajiet bejn l-Istati Membri ewlenin u l-Istati Membri parteċipanti l-oħra, kif ukoll l-għażla tal-metodu ta’ rapportar użat. Dan huwa deskritt fin-nota tal-Kummissjoni tal-14 ta’ Frar 2022 - Azzjonijiet speċifiċi transnazzjonali taħt il-Fond għall-Ażil, il-Migrazzjoni u l-Integrazzjoni (AMIF), l-Istrument għall-Appoġġ Finanzjarju għall-Ġestjoni tal-Fruntieri u għall-Viżi (BMVI), u l-Fond għas-Sigurtà Interna (FSI) — Arranġamenti bejn is-sħab (Ares (2022) 1060102).

(8)  Il-valur miżjud tal-Unjoni huwa definit bħala l-ġenerazzjoni tar-riżultati lil hinn minn dak li kien jinkiseb mill-Istati Membri li kieku jaġixxu waħedhom.

(9)  Pereżempju, b’rabta ma’ attivitajiet ta’ akkwist jew kwalunkwe pass preparatorju ieħor meħud.

(10)  Pereżempju, f’termini ta’ riżultati tanġibbli, eżiti, riżultati, eċċ.

(11)  Kif stabbilit fin-nota tal-Kummissjoni tal-14 ta’ Frar 2022 (Ares (2022) 1060102).

(12)  Il-kost totali eliġibbli tal-operazzjonijiet magħżula, kif irrapportat lill-Kummissjoni sal-31 ta’ Lulju tal-aħħar sena kontabilistika.

(13)  L-ammont totali tan-nefqa eliġibbli ddikjarata mill-benefiċjarji lill-awtorità ta’ ġestjoni, kif rappurtat lill-Kummissjoni sal-31 ta’ Lulju tal-aħħar sena kontabilistika.

(14)  Jekk azzjonijiet speċifiċi jirrappreżentaw żieda f’operazzjonijiet preċedenti u ma jkun hemm l-ebda arranġament ta’ monitoraġġ iddedikat, irrapporta l-eżiti u r-riżultati pro rata.

(15)  Ir-Regolament (UE) 2018/1240 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-12 ta’ Settembru 2018 li jistabbilixxi Sistema Ewropea ta’ Informazzjoni u ta’ Awtorizzazzjoni għall-Ivvjaġġar (ETIAS) u li jemenda r-Regolamenti (UE) Nru 1077/2011, (UE) Nru 515/2014, (UE) 2016/399, (UE) 2016/1624 u (UE) 2017/2226 (ĠU L 236, 19.9.2018, p. 1).

(16)  Ir-Regolament (UE) Nru 515/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ April 2014 li jistabbilixxi, bħala parti mill-Fond għas-Sigurtà Interna, l-istrument għall-appoġġ finanzjarju għall-fruntieri esterni u l-viża u li jħassar id-Deċiżjoni Nru 574/2007/KE (ĠU L 150, 20.5.2014, p. 143).

(17)  Ir-Regolament (UE) Nru 514/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ April 2014 li jistabbilixxi dispożizzjonijiet ġenerali dwar il-Fond għall-Ażil, il-Migrazzjoni u l-Integrazzjoni u dwar l-istrument għal appoġġ finanzjarju għall-kooperazzjoni tal-pulizija, il-prevenzjoni u l-ġlieda kontra l-kriminalità, u l-ġestjoni tal-kriżijiet (ĠU L 150, 20.5.2014, p. 112).

(18)  B’mod partikolari, eż. l-Istrument ta’ Viċinat, ta’ Kooperazzjoni għall-Iżvilupp u ta’ Kooperazzjoni Internazzjonali (NDICI) — Ewropa Globali u l-Istrument għall-Assistenza ta’ Qabel l-Adeżjoni (IPA).

(19)  Bħall-kooperazzjoni fil-livell tal-UE bejn l-Istati Membri, u bejn l-Istati Membri u l-korpi, l-uffiċċji u l-aġenziji rilevanti tal-UE, kif ukoll il-kooperazzjoni fil-livell nazzjonali fost l-awtoritajiet kompetenti f’kull Stat Membru.

(20)  Ir-Regolament (UE) 2019/817 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta’ Mejju 2019 dwar l-istabbiliment ta’ qafas għall-interoperabbiltà bejn sistemi ta’ informazzjoni tal-UE fil-qasam ta’ fruntieri u viża u li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 767/2008, (UE) 2016/399, (UE) 2017/2226,(UE) 2018/1240,(UE) 2018/1726, (UE) 2018/1861 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u d-Deċiżjonijiet tal-Kunsill 2004/512/KE u 2008/633/ĠAI (ĠU L 135, 22.5.2019, p. 27).

Ir-Regolament (UE) 2019/818 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta’ Mejju 2019 dwar l-istabbiliment ta’ qafas għall-interoperabbiltà bejn sistemi ta’ informazzjoni tal-UE fil-qasam tal-kooperazzjoni tal-pulizija u ġudizzjarja, l-ażil u l-migrazzjoni u li jemenda r-Regolamenti (UE) 2018/1726, (UE) 2018/1862 u (UE) 2019/816 (ĠU L 135, 22.5.2019, p. 85).

(21)  Il-kost totali eliġibbli tal-operazzjonijiet magħżula, kif irrapportat lill-Kummissjoni sal-31 ta’ Lulju tal-aħħar sena kontabilistika.

(22)  L-ammont totali tan-nefqa eliġibbli ddikjarata mill-benefiċjarji lill-awtorità ta’ ġestjoni, kif rappurtat lill-Kummissjoni sal-31 ta’ Lulju tal-aħħar sena kontabilistika.


Top