(2)
|
It-Taqsima B hija emendata kif ġej:
(a)
|
tiddaħħal is-Subparti A li ġejja:
“SUBPARTI A — DISPOŻIZZJONIJIET ĠENERALI
21L.B.11 Dokumentazzjoni tas-sorveljanza
L-awtorità kompetenti għandha tipprovdi l-atti leġiżlattivi, l-istandards, ir-regoli, il-pubblikazzjonijiet tekniċi, u d-dokumenti relatati kollha lill-persunal rilevanti sabiex dan ikun jista’ jwettaq il-kompiti tiegħu u jaqdi r-responsabbiltajiet tiegħu.
21L.B.12 Skambju ta’ informazzjoni
(a)
|
L-awtorità kompetenti tal-Istat Membru u l-Aġenzija għandhom jikkondividu l-informazzjoni disponibbli għalihom permezz tal-investigazzjoni mwettqa tagħhom u s-sorveljanza mwettqa f’konformità ma’ din it-Taqsima, li hija rilevanti għall-parti l-oħra meta twettaq kompiti ta’ ċertifikazzjoni, sorveljanza jew infurzar skont din it-Taqsima.
|
(b)
|
L-awtorità kompetenti tal-Istat Membru u l-Aġenzija għandhom jikkoordinaw investigazzjoni ffokata fuq il-prodott u sorveljanza tad-disinn u l-produzzjoni ta’ prodotti u partijiet skont dan l-Anness, inkluż, fejn meħtieġ, it-twettiq ta’ żjarat konġunti ta’ sorveljanza.
|
21L.B.13 Informazzjoni lill-Aġenzija
(a)
|
L-awtorità kompetenti tal-Istat Membru għandha tinnotifika lill-Aġenzija f’każ ta’ kwalunkwe problema sinifikanti bl-implimentazzjoni tar-Regolament (UE) 2018/1139 u l-atti delegati u ta’ implimentazzjoni adottati abbażi tiegħu, fi żmien 30 jum minn meta l-awtorità ssir taf bil-problemi.
|
(b)
|
Mingħajr preġudizzju għar-Regolament (UE) Nru 376/2014 u għall-atti delegati u ta’ implimentazzjoni tiegħu, l-awtorità kompetenti tal-Istat Membru għandha tipprovdi lill-Aġenzija mill-aktar fis possibbli bi kwalunkwe informazzjoni sinifikanti għas-sikurezza li tirriżulta mir-rapporti tal-okkorrenzi maħżuna fil-bażi tad-data nazzjonali kif speċifikat fl-Artikolu 6(6) tar-Regolament (UE) Nru 376/2014.
|
21L.B.14 Direttivi dwar l-ajrunavigabbiltà riċevuti minn Stati mhux Membri
Meta l-awtorità kompetenti ta’ Stat Membru tirċievi direttiva dwar l-ajrunavigabbiltà mill-awtorità kompetenti ta’ Stat mhux Membru, dik id-direttiva dwar l-ajrunavigabbiltà għandha tiġi ttrasferita lill-Aġenzija.
21L.B.15 Reazzjoni immedjata għal problema ta’ sikurezza
(a)
|
Mingħajr preġudizzju għar-Regolament (UE) Nru 376/2014 u għall-atti delegati u ta’ implimentazzjoni tiegħu, l-awtorità kompetenti tal-Istat Membru għandha timplimenta sistema sabiex tiġbor, tanalizza u xxerred b’mod xieraq l-informazzjoni dwar is-sikurezza.
|
(b)
|
L-Aġenzija għandha timplimenta sistema sabiex tanalizza b’mod xieraq kwalunkwe informazzjoni rilevanti marbuta mas-sikurezza li din tkun irċeviet, u tipprovdi lill-Istati Membri u lill-Kummissjoni, mingħajr dewmien żejjed, bi kwalunkwe informazzjoni, inkluż rakkomandazzjonijiet jew azzjonijiet korrettivi li għandhom jittieħdu, li huma jkunu jeħtieġu sabiex jirreaġixxu fil-ħin għal problema ta’ sikurezza li tkun tinvolvi prodotti, partijiet, tagħmir, persuni jew organizzazzjonijiet li huma soġġetti għar-Regolament (UE) 2018/1139 u għall-atti delegati u ta’ implimentazzjoni adottati abbażi tiegħu.
|
(c)
|
Hekk kif tirċievi l-informazzjoni msemmija fil-punti (a) u (b), l-awtorità kompetenti tal-Istat Membru għandha tieħu miżuri adegwati sabiex tindirizza l-problema ta’ sikurezza.
|
(d)
|
Il-miżuri meħuda skont il-punt (c) tal-punt 21L.B.15 għandhom jiġu nnotifikati minnufih lill-persuni jew lill-organizzazzjonijiet kollha li jeħtieġ li jikkonformaw magħhom skont ir-Regolament (UE) 2018/1139 u l-atti delegati u ta’ implimentazzjoni adottati abbażi tiegħu. L-awtorità kompetenti tal-Istat Membru għandha tinnotifika wkoll lill-Aġenzija dwar dawk il-miżuri u, meta tkun meħtieġa azzjoni kkombinata, lill-Istati Membri l-oħrajn kkonċernati.
|
21L.B.16 Sistema ta’ ġestjoni
(a)
|
L-awtorità kompetenti għandha tistabbilixxi u żżomm sistema ta’ ġestjoni, li tkun tinkludi mill-inqas:
1.
|
politiki u proċeduri dokumentati sabiex jiddeskrivu l-organizzazzjoni, il-mezzi u l-metodi tagħha sabiex tinkiseb konformità mar-Regolament (UE) 2018/1139 u mar-Regolament (UE) Nru 376/2014 u mal-atti delegati u ta’ implimentazzjoni adottati abbażi tiegħu. Il-proċeduri għandhom jinżammu aġġornati u jservu bħala d-dokumenti ta’ ħidma bażiċi fi ħdan dik l-awtorità kompetenti għall-kompiti relatati kollha;
|
2.
|
numru suffiċjenti ta’ persunal sabiex iwettaq il-kompiti tagħha u jeżegwixxi r-responsabbiltajiet tagħha. Għandu jkun hemm sistema fis-seħħ sabiex tkun tista’ tiġi ppjanata d-disponibbiltà tal-persunal, sabiex tkun żgurata t-tlestija xierqa tal-kompiti kollha;
|
3.
|
persunal li huwa kwalifikat sabiex iwettaq il-kompiti allokati lilu u li jkollu l-għarfien u l-esperjenza meħtieġa, kif ukoll it-taħriġ inizjali u rikorrenti meħtieġ sabiex jiżgura kompetenza kontinwa;
|
4.
|
faċilitajiet u akkomodazzjoni tal-uffiċċji adegwati sabiex jitwettqu l-kompiti allokati;
|
5.
|
funzjoni sabiex jiġu mmonitorjati l-konformità tas-sistema ta’ ġestjoni mar-rekwiżiti rilevanti, u l-adegwatezza tal-proċeduri, inkluż l-istabbiliment ta’ proċess ta’ verifiki interni u proċess ta’ ġestjoni tar-riskju għas-sikurezza. Il-funzjoni ta’ monitoraġġ tal-konformità għandha tinkludi sistema sabiex jiġi pprovdut feedback dwar is-sejbiet tal-verifiki lill-maniġment superjuri tal-awtorità kompetenti sabiex tiġi żgurata l-implimentazzjoni tal-azzjonijiet korrettivi kif ikun meħtieġ;
|
6.
|
persuna jew grupp ta’ persuni li jkollhom ir-responsabbiltà taħt il-maniġment superjuri tal-awtorità kompetenti għall-funzjoni ta’ monitoraġġ tal-konformità.
|
|
(b)
|
L-awtorità kompetenti għandha taħtar, għal kull qasam ta’ attività, inkluż fis-sistema ta’ ġestjoni, persuna jew persuni li jkollha/jkollhom ir-responsabbiltà ġenerali għall-ġestjoni tal-kompitu/i rilevanti.
|
(c)
|
L-awtorità kompetenti għandha tistabbilixxi proċeduri għall-parteċipazzjoni fi skambju reċiproku tal-informazzjoni kollha meħtieġa ma’ kwalunkwe awtorità kompetenti oħra kkonċernata u għandha tagħtihom assistenza, fi ħdan l-Istat Membru jew fi Stati Membri oħrajn, inkluż dwar:
1.
|
is-sejbiet kollha kkomunikati u kwalunkwe azzjoni ta’ segwitu li tittieħed bħala riżultat tas-sorveljanza ta’ persuni u organizzazzjonijiet li jwettqu attivitajiet fit-territorju ta’ Stat Membru, iżda li jkunu ċċertifikati mill-awtorità kompetenti ta’ Stat Membru ieħor, jew mill-Aġenzija;
|
2.
|
kwalunkwe informazzjoni li tirriżulta mir-rapportar tal-okkorrenzi obbligatorju u volontarju kif meħtieġ skont il-punt 21L.A.3.
|
|
(d)
|
Kopja tal-proċeduri relatati mas-sistema ta’ ġestjoni tal-awtorità kompetenti tal-Istat Membru u kwalunkwe emenda għal dawk il-proċeduri għandha titqiegħed għad-dispożizzjoni tal-Aġenzija għall-fini ta’ standardizzazzjoni.
|
21L.B.17 Allokazzjoni ta’ kompiti lil entitajiet kwalifikati
(a)
|
Awtorità kompetenti tista’ talloka l-kompiti relatati maċ-ċertifikazzjoni inizjali jew mas-sorveljanza kontinwa ta’ prodotti u partijiet, kif ukoll ta’ persuni fiżiċi jew ġuridiċi soġġetti għar-Regolament (UE) 2018/1139 u l-atti delegati u ta’ implimentazzjoni adottati abbażi tiegħu, lil entitajiet kwalifikati. Meta talloka l-kompiti, l-awtorità kompetenti għandha tiżgura li:
1.
|
tkun daħħlet fis-seħħ sistema sabiex tivvaluta, fil-bidu u b’mod kontinwu, jekk l-entità kwalifikata tikkonformax mal-Anness VI “Rekwiżiti essenzjali għall-entitajiet kwalifikati” tar-Regolament (UE) 2018/1139. Din is-sistema u r-riżultati tal-valutazzjonijiet għandhom jiġu ddokumentati;
|
2.
|
tkun stabbiliet ftehim dokumentat mal-entità kwalifikata, li jkun approvat miż-żewġ partijiet fil-livell xieraq tal-maniġment, li jiddefinixxi:
(i)
|
il-kompiti li għandhom jitwettqu;
|
(ii)
|
id-dikjarazzjonijiet, ir-rapporti u r-rekords li għandhom jiġu pprovduti;
|
(iii)
|
il-kundizzjonijiet tekniċi li għandhom jiġu ssodisfati fit-twettiq ta’ dawn il-kompiti;
|
(iv)
|
il-kopertura tar-responsabbiltà relatata;
|
(v)
|
il-protezzjoni mogħtija lill-informazzjoni miksuba meta jitwettqu dawn il-kompiti.
|
|
|
(b)
|
L-awtorità kompetenti għandha tiżgura li l-proċess ta’ verifiki interni u l-proċess ta’ ġestjoni tar-riskju għas-sikurezza, li huma meħtieġa skont il-punt (a)(5) tal-punt 21L.B.16 ikopru l-kompiti kollha ta’ ċertifikazzjoni u ta’ sorveljanza kontinwa li jitwettqu f’isimha mill-entità kwalifikata.
|
21L.B.18 Bidliet fis-sistema ta’ ġestjoni
(a)
|
L-awtorità kompetenti għandu jkollha fis-seħħ sistema sabiex tidentifika l-bidliet li jaffettwaw il-kapaċità potenzjali tagħha li twettaq il-kompiti tagħha u teżegwixxi r-responsabbiltajiet tagħha kif definit fir-Regolament (UE) 2018/1139 u fir-Regolament (UE) Nru 376/2014 u l-atti delegati u ta’ implimentazzjoni adottati abbażi tiegħu. Din is-sistema għandha tippermettilha tieħu l-azzjoni meħtieġa sabiex tiżgura li s-sistema ta’ ġestjoni tagħha tibqa’ adegwata u effettiva.
|
(b)
|
L-awtorità kompetenti għandha taġġorna s-sistema ta’ ġestjoni tagħha sabiex tirrifletti kwalunkwe bidla fir-Regolament (UE) 2018/1139 u fir-Regolament (UE) Nru 376/2014 u fl-atti delegati u ta’ implimentazzjoni adottati abbażi tiegħu b’mod f’waqtu, sabiex tiġi żgurata l-implimentazzjoni effettiva tagħha.
|
(c)
|
L-awtorità kompetenti tal-Istat Membru għandha tinnotifika lill-Aġenzija bi kwalunkwe bidla li taffettwa l-kapaċità potenzjali tagħha li twettaq il-kompiti tagħha u teżegwixxi r-responsabbiltajiet tagħha kif definit fir-Regolament (UE) 2018/1139 u fir-Regolament (UE) Nru 376/2014 u l-atti delegati u ta’ implimentazzjoni adottati abbażi tiegħu.
|
21L.B.19 Riżoluzzjoni ta’ tilwim
L-awtorità kompetenti tal-Istat Membru għandha tistabbilixxi proċess għar-riżoluzzjoni ta’ tilwim fi ħdan il-proċeduri dokumentati tagħha.
21L.B.20 Żamma ta’ rekords
(a)
|
L-awtorità kompetenti għandha tistabbilixxi sistema ta’ żamma ta’ rekords li tippermetti l-ħżin adegwat, l-aċċessibbiltà u t-traċċabbiltà affidabbli:
1.
|
tal-politiki u tal-proċeduri dokumentati tas-sistema ta’ ġestjoni;
|
2.
|
tat-taħriġ, tal-kwalifiki u tal-awtorizzazzjoni tal-persunal tagħha;
|
3.
|
tal-allokazzjoni tal-kompiti li jkopru l-elementi meħtieġa skont il-punt 21L.B.17, kif ukoll id-dettalji tal-kompiti allokati;
|
4.
|
tal-proċessi ta’ ċertifikazzjoni u s-sorveljanza kontinwa tal-organizzazzjonijiet iċċertifikati u ddikjarati, inkluż:
(i)
|
l-applikazzjonijiet għal ċertifikat;
|
(ii)
|
id-dikjarazzjonijiet ta’ kapaċità potenzjali;
|
(iii)
|
id-dikjarazzjonijiet ta’ konformità tad-disinn;
|
(iv)
|
il-programm ta’ sorveljanza kontinwa tal-awtorità kompetenti, inkluż ir-rekords kollha tal-valutazzjonijiet, tal-verifiki u tal-ispezzjonijiet;
|
(v)
|
iċ-ċertifikati maħruġa, inkluż kwalunkwe bidla fihom;
|
(vi)
|
kopja tal-programm ta’ sorveljanza li jelenka d-dati meta jmisshom isiru l-verifiki u meta saru;
|
(vii)
|
kopji tal-korrispondenza formali kollha;
|
(viii)
|
ir-rakkomandazzjonijiet għall-ħruġ jew għall-kontinwazzjoni ta’ ċertifikat jew għall-kontinwazzjoni tar-reġistrazzjoni ta’ dikjarazzjoni, id-dettalji tas-sejbiet u l-azzjonijiet meħuda mill-organizzazzjonijiet sabiex dawn jingħalqu, inkluż id-data tal-għeluq ta’ kull punt, l-azzjonijiet ta’ infurzar u l-osservazzjonijiet;
|
(ix)
|
kwalunkwe rapport ta’ valutazzjoni, ta’ verifika jew ta’ spezzjoni maħruġ minn awtorità kompetenti oħra;
|
(x)
|
kopji tal-manwali bl-istruzzjonijiet, tal-proċeduri u tal-proċessi jew tal-manwali kollha tal-organizzazzjoni u l-emendi għalihom;
|
(xi)
|
kopji ta’ kwalunkwe dokument ieħor approvat mill-awtorità kompetenti;
|
|
5.
|
stqarrijiet ta’ konformità tal-inġenji tal-ajru (il-Formola 52B tal-EASA) jew ċertifikati ta’ rilaxx awtorizzati (il-Formola 1 tal-EASA) għall-magni, għall-iskrejjen jew għall-partijiet li tkun spezzjonat skont is-Subparti R ta’ dan l-Anness.
|
|
(b)
|
L-awtorità kompetenti tal-Istat Membru għandha tinkludi fiż-żamma ta’ rekords:
1.
|
l-evalwazzjoni u n-notifika lill-Aġenzija ta’ kwalunkwe mezz alternattiv ta’ konformità propost mill-organizzazzjonijiet u l-valutazzjoni ta’ kwalunkwe mezz alternattiv ta’ konformità użat mill-awtorità kompetenti nnifisha;
|
2.
|
informazzjoni dwar is-sikurezza f’konformità mal-punt 21L.B.13 u l-miżuri ta’ segwitu;
|
3.
|
l-użu ta’ dispożizzjonijiet ta’ salvagwardja u flessibbiltà f’konformità mal-Artikoli 71(1) u 76(4) tar-Regolament (UE) 2018/1139.
|
|
(c)
|
L-awtorità kompetenti għandha żżomm lista taċ-ċertifikati kollha li tkun ħarġet u kwalunkwe dikjarazzjoni li tkun irreġistrat.
|
(d)
|
Ir-rekords kollha msemmija fil-punti (a), (b) u (c) għandhom jinżammu għal perjodu minimu ta’ ħames snin, soġġett għal-liġi applikabbli dwar il-protezzjoni tad-data.
|
(e)
|
Ir-rekords kollha msemmija fil-punti (a), (b) u (c), fuq talba, għandhom jitqiegħdu għad-dispożizzjoni tal-awtoritajiet kompetenti ta’ Stat Membru ieħor jew tal-Aġenzija.
|
21L.B.21 Sejbiet u osservazzjonijiet
(a)
|
Meta l-awtorità kompetenti, matul l-investigazzjoni jew is-sorveljanza jew bi kwalunkwe mezz ieħor, tidentifika nuqqas ta’ konformità mar-rekwiżiti applikabbli tar-Regolament (UE) 2018/1139 u l-atti delegati u ta’ implimentazzjoni adottati abbażi tiegħu, ta’ proċedura jew ta’ manwal meħtieġ skont dawk ir-Regolamenti, jew ta’ ċertifikat jew dikjarazzjoni maħruġa f’konformità ma’ dawk ir-Regolamenti, din għandha, mingħajr preġudizzju għal kwalunkwe azzjoni addizzjonali meħtieġa skont dawk ir-Regolamenti, tikkomunika sejba.
|
(b)
|
L-awtorità kompetenti għandu jkollha sistema sabiex tanalizza s-sejbiet fir-rigward tas-sinifikat tas-sikurezza tagħhom.
Sejba tal-livell 1 għandha tinħareġ mill-awtorità kompetenti meta jinstab kwalunkwe nuqqas sinifikanti ta’ konformità li jnaqqas is-sikurezza jew li jipperikola serjament is-sikurezza tat-titjira, jew fil-każ ta’ organizzazzjonijiet tad-disinn tista’ twassal għal nuqqas ta’ konformità mhux ikkontrollat u għal kundizzjoni mhux sikura potenzjali skont il-punt 21L.B.23; is-sejbiet tal-livell 1 għandhom jinkludu, iżda mhumiex limitati għal:
1.
|
kwalunkwe nuqqas milli l-awtorità kompetenti tingħata aċċess għall-faċilitajiet tal-organizzazzjoni jew tal-persuna fiżika jew ġuridika kif definit fil-punt 21L.A.10 matul il-ħinijiet normali tax-xogħol u wara żewġ talbiet bil-miktub;
|
2.
|
l-għoti ta’ informazzjoni ħażina jew falsifikazzjoni ta’ evidenza dokumentarja;
|
3.
|
kwalunkwe evidenza ta’ prassi ħażina jew ta’ użu frawdolenti ta’ ċertifikat, dikjarazzjoni jew stqarrija maħruġa f’konformità ma’ dan l-Anness;
|
4.
|
in-nuqqas ta’ maniġer responsabbli jew ta’ kap tal-organizzazzjoni tad-disinn, kif applikabbli.
|
Sejba tal-livell 2 għandha tinħareġ mill-awtorità kompetenti meta jiġi identifikat kwalunkwe nuqqas ta’ konformità mar-rekwiżiti applikabbli tar-Regolament (UE) 2018/1139 u tal-atti delegati u ta’ implimentazzjoni adottati abbażi tiegħu, ta’ proċedura jew manwal meħtieġ skont dawk ir-Regolamenti, jew ta’ dikjarazzjoni maħruġa f’konformità ma’ dawk ir-Regolamenti, li ma tiġix ikklassifikata bħala sejba tal-livell 1.
|
(c)
|
L-awtorità kompetenti għandha tikkomunika s-sejba lill-organizzazzjoni jew lill-persuna fiżika jew ġuridika bil-miktub, u għandha titlob azzjoni korrettiva sabiex tindirizza n-nuqqas(ijiet) ta’ konformità identifikat(i).
|
(d)
|
Jekk ikun hemm xi sejba tal-livell 1, l-awtorità kompetenti għandha tieħu azzjoni immedjata u xierqa f’konformità mal-punt 21L.B.22, sakemm is-sejba ma tkunx fuq organizzazzjoni tad-disinn li tkun iddikjarat il-kapaċitajiet potenzjali tad-disinn tagħha, u f’dak il-każ l-Aġenzija għandha l-ewwel tagħti lill-organizzazzjoni perjodu ta’ implimentazzjoni għal azzjoni korrettiva li jkun xieraq għan-natura tas-sejba, li fi kwalunkwe każ ma għandux ikun iktar minn 21 jum tax-xogħol. Dan il-perjodu għandu jibda mid-data tal-komunikazzjoni bil-miktub dwar is-sejba lill-organizzazzjoni, li titlob azzjoni korrettiva sabiex jiġi indirizzat in-nuqqas ta’ konformità identifikat. Jekk is-sejba tal-livell 1 tkun relatata direttament ma’ inġenju tal-ajru, l-awtorità kompetenti għandha tinforma lill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru li fih ikun irreġistrat l-inġenju tal-ajru.
|
(e)
|
Għal sejbiet tal-livell 2, l-awtorità kompetenti għandha tagħti lill-organizzazzjoni jew lill-persuna fiżika jew ġuridika perjodu ta’ implimentazzjoni għal azzjoni korrettiva li jkun xieraq għan-natura tas-sejba. Il-perjodu għandu jibda mid-data tal-komunikazzjoni bil-miktub dwar is-sejba lill-organizzazzjoni jew lill-persuna fiżika jew ġuridika, li titlob azzjoni korrettiva sabiex jiġi indirizzat in-nuqqas ta’ konformità identifikat. Fi tmiem dan il-perjodu, u soġġett għan-natura tas-sejba, l-awtorità kompetenti tista’ testendi l-perjodu, diment li jkun intlaħaq qbil dwar pjan ta’ azzjoni korrettiva mill-awtorità kompetenti.
L-awtorità kompetenti għandha tivvaluta l-azzjoni korrettiva u l-pjan ta’ implimentazzjoni propost mill-organizzazzjoni jew mill-persuna fiżika jew ġuridika, u jekk il-valutazzjoni tikkonkludi li huma biżżejjed sabiex jindirizzaw in-nuqqas(ijiet) ta’ konformità, taċċettahom.
Jekk l-organizzazzjoni jew il-persuna fiżika jew ġuridika tonqos milli tressaq pjan ta’ azzjoni korrettiva aċċettabbli, jew milli twettaq l-azzjoni korrettiva fil-perjodu ta’ żmien aċċettat jew estiż mill-awtorità kompetenti, is-sejba għandha tiġi avvanzata għal sejba tal-livell 1 u għandha tittieħed azzjoni kif stipulat fil-punt (d).
|
(f)
|
L-awtorità kompetenti tista’ toħroġ osservazzjonijiet għal dawk il-każijiet li ma jeħtiġux sejbiet tal-livell 1 jew tal-livell 2:
1.
|
għal kwalunkwe oġġett li l-prestazzjoni tiegħu tkun ġiet ivvalutata bħala ineffettiva;
|
2.
|
meta jkun ġie identifikat li oġġett ikollu l-potenzjal li jikkawża nuqqas ta’ konformità; jew
|
3.
|
meta s-suġġerimenti jew it-titjib ikunu ta’ interess għall-prestazzjoni kumplessiva tas-sikurezza tal-organizzazzjoni.
|
L-osservazzjonijiet maħruġa skont dan il-punt għandhom jiġu kkomunikati lill-organizzazzjoni jew lill-persuna fiżika jew ġuridika bil-miktub u għandhom jiġu rreġistrati mill-awtorità kompetenti.
|
21L.B.22 Miżuri ta’ infurzar
(a)
|
L-awtorità kompetenti għandha:
1.
|
tissospendi ċertifikat jekk l-awtorità kompetenti tqis li jkun hemm raġunijiet raġonevoli li din l-azzjoni tkun meħtieġa sabiex tiġi evitata theddida kredibbli għas-sikurezza tal-inġenji tal-ajru;
|
2.
|
toħroġ direttiva dwar l-ajrunavigabbiltà skont il-kundizzjonijiet tal-punt 21L.B.23;
|
3.
|
tissospendi, tirrevoka jew tillimita ċertifikat jekk din l-azzjoni tkun meħtieġa skont il-punt (d) tal-punt 21L.B.21;
|
4.
|
tissospendi jew tirrevoka ċertifikat tal-ajrunavigabbiltà jew ċertifikat tal-ajrunavigabbiltà ristrett meta jiġu ssodisfati l-kundizzjonijiet speċifikati fil-punt (b) tal-punt 21L.B.163;
|
5.
|
tissospendi jew tirrevoka ċertifikat tal-istorbju jew ċertifikat tal-istorbju ristrett meta jiġu ssodisfati l-kundizzjonijiet speċifikati fil-punt (b) tal-punt 21L.B.173;
|
6.
|
tieħu azzjoni immedjata u xierqa meħtieġa sabiex tillimita jew tipprojbixxi l-attivitajiet ta’ organizzazzjoni jew ta’ persuna fiżika jew ġuridika jekk l-awtorità kompetenti tqis li hemm raġunijiet raġonevoli li din l-azzjoni hija meħtieġa sabiex tiġi evitata theddida kredibbli għas-sikurezza tal-inġenji tal-ajru;
|
7.
|
tillimita jew tipprojbixxi l-attivitajiet ta’ organizzazzjoni jew ta’ persuna fiżika jew ġuridika li tkun iddikjarat il-kapaċitajiet potenzjali tagħha li tiddisinnja jew li tipproduċi prodotti jew partijiet f’konformità mat-Taqsima A jew li toħroġ stqarrijiet ta’ konformità (il-Formola 52B tal-EASA) jew ċertifikati ta’ rilaxx awtorizzati (il-Formola 1 tal-EASA) f’konformità mas-Subparti R tat-Taqsima A ta’ dan l-Anness skont il-punt (d) tal-punt 21L.B.21;
|
8.
|
ma tirreġistrax dikjarazzjoni ta’ konformità tad-disinn sakemm ikun hemm sejbiet mhux solvuti mill-investigazzjoni ta’ sorveljanza inizjali;
|
9.
|
tneħħi b’mod temporanju jew permanenti mir-reġistru dikjarazzjoni ta’ konformità tad-disinn jew dikjarazzjoni ta’ kapaċità potenzjali skont il-punt (d) tal-punt 21L.B.21;
|
10.
|
tieħu kwalunkwe miżura oħra ta’ infurzar meħtieġa sabiex tiżgura t-terminazzjoni ta’ nuqqas ta’ konformità mar-rekwiżiti essenzjali stabbiliti fl-Anness II tar-Regolament (UE) 2018/1139 u ma’ dan l-Anness, u, fejn meħtieġ, tirrimedja l-konsegwenzi ta’ dan.
|
|
(b)
|
Malli tieħu miżura ta’ infurzar f’konformità mal-punt (a), l-awtorità kompetenti għandha tinnotifikaha lid-destinatarju, tiddikjara r-raġunijiet għaliha, u tinforma lid-destinatarju bid-dritt tiegħu għal appell.
|
21L.B.23 Direttivi dwar l-ajrunavigabbiltà
(a)
|
Direttiva dwar l-ajrunavigabbiltà tfisser dokument maħruġ jew adottat mill-Aġenzija li jordna azzjonijiet li għandhom jitwettqu fuq inġenju tal-ajru sabiex dan jerġa’ lura għal livell aċċettabbli ta’ sikurezza meta l-evidenza turi li l-livell ta’ sikurezza ta’ dan l-inġenju tal-ajru tkun tista’ tiġi kompromessa b’xi mod ieħor.
|
(b)
|
L-Aġenzija għandha toħroġ direttiva dwar l-ajrunavigabbiltà meta:
1.
|
ikun ġie ddeterminat mill-Aġenzija li teżisti kundizzjoni ta’ nuqqas ta’ sikurezza f’inġenju tal-ajru bħala riżultat ta’ defiċjenza fl-inġenju tal-ajru, jew f’magna, fi skrun jew f’parti installata fuq dan l-inġenju tal-ajru; u
|
2.
|
dik il-kundizzjoni aktarx li teżisti jew tiżviluppa f’inġenji tal-ajru oħrajn.
|
|
(c)
|
Direttiva dwar l-airworthiness għandu jkun fiha mill-anqas informazzjoni li tidentifika:
1.
|
il-kundizzjoni mhux sikura;
|
2.
|
l-inġenju tal-ajru affettwat;
|
3.
|
l-azzjoni(jiet) meħtieġa;
|
4.
|
iż-żmien ta’ konformità għall-azzjoni(jiet) meħtieġa;
|
5.
|
id-data tad-dħul fis-seħħ.
|
|
21L.B.24 Mezzi ta’ konformità
(a)
|
L-Aġenzija għandha tiżviluppa mezzi ta’ konformità aċċettabbli (“AMC”) li jistgħu jintużaw sabiex tiġi stabbilita l-konformità mar-Regolament (UE) 2018/1139 u mal-atti delegati u ta’ implimentazzjoni adottati abbażi tiegħu.
|
(b)
|
Jistgħu jintużaw mezzi alternattivi ta’ konformità sabiex tiġi stabbilita l-konformità ma’ dan ir-Regolament.
|
(c)
|
L-awtoritajiet kompetenti għandhom jinformaw lill-Aġenzija dwar kwalunkwe mezz alternattiv ta’ konformità użat mill-persuni fiżiċi jew ġuridiċi taħt is-sorveljanza tagħhom għall-istabbiliment tal-konformità ma’ dan ir-Regolament.”;
|
|
(b)
|
jiddaħħlu s-Subpartijiet G, H u I li ġejjin:
“SUBPARTI G — ORGANIZZAZZJONIJIET TAL-PRODUZZJONI DDIKJARATI
21L.B.141 Investigazzjoni ta’ sorveljanza inizjali
(a)
|
Malli tirċievi dikjarazzjoni minn organizzazzjoni li tiddikjara l-kapaċità potenzjali tal-produzzjoni tagħha, l-awtorità kompetenti għandha tivverifika li:
1.
|
id-dikjarant huwa eliġibbli jiddikjara l-kapaċità potenzjali tal-produzzjoni tiegħu f’konformità mal-punt 21L.A.122;
|
2.
|
id-dikjarazzjoni jkun fiha l-informazzjoni kollha speċifikata fil-punt (c) tal-punt 21L.A.123; u
|
3.
|
id-dikjarazzjoni ma fihiex informazzjoni li tindika nuqqas ta’ konformità mar-rekwiżiti tas-Subparti G tat-Taqsima A ta’ dan l-Anness.
|
|
(b)
|
L-awtorità kompetenti għandha tirrikonoxxi l-wasla tad-dikjarazzjoni, inkluż l-assenjazzjoni ta’ numru ta’ referenza ta’ organizzazzjoni tal-produzzjoni ddikjarata individwali lid-dikjarant.
|
21L.B.142 Reġistrazzjoni ta’ dikjarazzjoni tal-kapaċità potenzjali tal-produzzjoni
L-awtorità kompetenti għandha tirreġistra d-dikjarazzjoni tal-kapaċità potenzjali tal-produzzjoni fuq bażi tad-data xierqa, inkluż l-ambitu ddikjarat tax-xogħol, diment li:
(a)
|
id-dikjarant iddikjara l-kapaċità potenzjali tiegħu f’konformità mal-punt 21L.A.123;
|
(b)
|
id-dikjarant impenja ruħu li se jitwettqu l-obbligi f’konformità mal-punt 21L.A.127;
|
(c)
|
ma hemm l-ebda kwistjoni mhux solvuta f’konformità mal-punt 21L.B.141.
|
21L.B.143 Sorveljanza
(a)
|
L-awtorità kompetenti għandha tissorvelja l-organizzazzjoni tal-produzzjoni ddikjarata sabiex tivverifika l-konformità kontinwa tal-organizzazzjoni tal-produzzjoni ddikjarata mar-rekwiżiti applikabbli tat-Taqsima A u l-implimentazzjoni tal-miżuri ta’ sikurezza kif stipulat fil-punti (c) u (d) tal-punt 21L.B.15.
|
(b)
|
Is-sorveljanza għandha tinkludi spezzjoni skont l-ewwel artikolu ta’ kull inġenju tal-ajru, magna, skrun jew disinn ta’ parti ġdid(a) prodott(a) għall-ewwel darba u, kif iddeterminat mill-programm ta’ sorveljanza f’konformità mal-punt 21L.B.144, spezzjonijiet ta’ inġenji tal-ajru, magni, skrejjen u partijiet li jiġu prodotti wara mill-organizzazzjoni tal-produzzjoni ddikjarata.
|
21L.B.144 Programm ta’ sorveljanza
(a)
|
L-awtorità kompetenti għandha tistabbilixxi u żżomm programm ta’ sorveljanza sabiex tiżgura l-konformità mal-punt 21L.B.143. Il-programm ta’ sorveljanza għandu jqis in-natura speċifika tal-organizzazzjoni, il-kumplessità tal-attivitajiet tagħha u r-riżultati ta’ attivitajiet ta’ ċertifikazzjoni u/jew sorveljanza li saru fil-passat, u għandu jkun ibbażat fuq il-valutazzjoni tar-riskji assoċjati. F’kull ċiklu ta’ ppjanar tas-sorveljanza, dan għandu jinkludi:
1.
|
valutazzjonijiet, verifiki u spezzjonijiet, inkluż, kif xieraq:
(i)
|
il-valutazzjonijiet tas-sistemi ta’ ġestjoni u l-verifiki tal-proċessi;
|
(ii)
|
il-verifiki tal-prodott ta’ kampjun rilevanti tal-prodotti u l-partijiet li jaqgħu fl-ambitu tal-organizzazzjoni;
|
(iii)
|
il-kampjunar tax-xogħol imwettaq; u
|
(iv)
|
spezzjonijiet mingħajr avviż;
|
|
2.
|
laqgħat bejn il-maniġer responsabbli u l-awtorità kompetenti sabiex jiġi żgurat li t-tnejn jibqgħu jiġu informati dwar kwalunkwe kwistjoni sinifikanti.
|
|
(b)
|
Il-programm ta’ sorveljanza għandu jinkludi rekords tad-dati meta jmisshom isiru l-valutazzjonijiet, il-verifiki, l-ispezzjonijiet u l-laqgħat, u d-dati meta effettivament ikunu saru l-valutazzjonijiet, il-verifiki, l-ispezzjonijiet u l-laqgħat.
|
(c)
|
Għandu jiġi applikat ċiklu ta’ ppjanar tas-sorveljanza li ma jaqbiżx l-24 xahar.
|
(d)
|
Minkejja l-punt (c), iċ-ċiklu ta’ ppjanar tas-sorveljanza jista’ jiġi estiż sa 36 xahar, jekk l-awtorità kompetenti tkun stabbiliet li matul l-24 xahar ta’ qabel:
1.
|
l-organizzazzjoni tkun uriet li tista’ tidentifika b’mod effettiv il-perikli għas-sikurezza tal-avjazzjoni u tiġġestixxi r-riskji assoċjati;
|
2.
|
l-organizzazzjoni tkun uriet kontinwament konformità mal-punt 21L.A.128 u jkollha kontroll sħiħ fuq il-bidliet kollha fis-sistema ta’ ġestjoni għall-produzzjoni;
|
3.
|
ma tkun inħarġet l-ebda sejba tal-livell 1;
|
4.
|
l-azzjonijiet korrettivi kollha ġew implimentati fil-perjodu ta’ żmien li kien aċċettat jew estiż mill-awtorità kompetenti kif definit fil-punt 21L.B.21.
|
|
(e)
|
Minkejja l-punt (c), iċ-ċiklu ta’ ppjanar tas-sorveljanza jista’ jkompli jiġi estiż għal massimu ta’ 48 xahar jekk, minbarra l-kundizzjonijiet previsti fil-punt (d), l-organizzazzjoni tkun stabbiliet, u l-awtorità kompetenti tkun approvat, sistema kontinwa effettiva għar-rapportar lill-awtorità kompetenti dwar il-prestazzjoni tas-sikurezza u l-konformità regolatorja tal-organizzazzjoni nnifisha.
|
(f)
|
Iċ-ċiklu ta’ ppjanar tas-sorveljanza jista’ jitqassar jekk ikun hemm evidenza li l-prestazzjoni tas-sikurezza tal-organizzazzjoni tkun naqset.
|
(g)
|
Mat-tlestija ta’ kull ċiklu ta’ ppjanar tas-sorveljanza, l-awtorità kompetenti għandha toħroġ rapport ta’ rakkomandazzjoni dwar il-kontinwazzjoni tal-attivitajiet imwettqa mill-organizzazzjoni tal-produzzjoni ddikjarata abbażi tad-dikjarazzjoni tagħha tal-kapaċità potenzjali tal-produzzjoni, li jirrifletti r-riżultati tas-sorveljanza.
|
21L.B.145 Attivitajiet ta’ sorveljanza
(a)
|
Meta l-awtorità kompetenti tivverifika l-konformità tal-organizzazzjoni tal-produzzjoni ddikjarata f’konformità mal-punt 21L.B.143 u l-programm ta’ sorveljanza stabbilit f’konformità mal-punt 21L.B.144, din għandha:
1.
|
tipprovdi lill-persunal responsabbli għas-sorveljanza bi gwida sabiex iwettaq il-funzjonijiet tiegħu;
|
2.
|
twettaq valutazzjonijiet, verifiki, spezzjonijiet u, jekk ikun meħtieġ, spezzjonijiet mingħajr avviż;
|
3.
|
tiġbor l-evidenza meħtieġa f’każ li tkun meħtieġa azzjoni ulterjuri, inkluż il-miżuri previsti fil-punti 21L.B.21 u 21L.B.22;
|
4.
|
tinforma lill-organizzazzjoni tal-produzzjoni ddikjarata dwar ir-riżultati tal-attivitajiet ta’ sorveljanza.
|
|
(b)
|
Jekk il-faċilitajiet tal-organizzazzjoni tal-produzzjoni ddikjarata jkunu jinsabu f’aktar minn Stat wieħed, l-awtorità kompetenti, identifikata fil-punt 21L.2, tista’ taqbel li l-kompiti ta’ sorveljanza jitwettqu mill-awtorità/awtoritajiet kompetenti tal-Istat(i) Membru/i fejn ikunu jinsabu l-faċilitajiet l-oħrajn, jew mill-Aġenzija għal faċilitajiet li jinsabu fi Stat mhux Membru. Kwalunkwe organizzazzjoni tal-produzzjoni ddikjarata li tkun soġġetta għal ftehim bħal dan għandha tiġi informata dwar l-eżistenza u l-ambitu tiegħu.
|
(c)
|
Għal kwalunkwe attività ta’ sorveljanza li titwettaq mill-awtorità kompetenti f’faċilitajiet li jinsabu fi Stat Membru għajr dak fejn l-organizzazzjoni jkollha l-post prinċipali tan-negozju tagħha, l-awtorità kompetenti għandha tinforma lill-awtorità kompetenti ta’ dak l-Istat Membru qabel ma twettaq kwalunkwe verifika jew spezzjoni fuq il-post tal-faċilitajiet.
|
(d)
|
L-awtorità kompetenti għandha tiġbor u tipproċessa kwalunkwe informazzjoni li titqies meħtieġa għat-twettiq ta’ attivitajiet ta’ sorveljanza.
|
(e)
|
Jekk l-awtorità kompetenti ssib nuqqas ta’ konformità tal-organizzazzjoni tal-produzzjoni ddikjarata mar-rekwiżiti applikabbli tat-Taqsima A u mal-implimentazzjoni tal-miżuri ta’ sikurezza obbligatorji skont il-punti (c) u (d) tal-punt 21L.B.15, l-awtorità kompetenti għandha taġixxi f’konformità mal-punti 21L.B.21 u 21L.B.22.
|
21L.B.146 Bidliet fid-dikjarazzjonijiet
(a)
|
Malli tirċievi notifika tal-bidliet f’konformità mal-punt 21L.A.128, l-awtorità kompetenti għandha tivverifika l-kompletezza tan-notifika f’konformità mal-punt 21L.B.141.
|
(b)
|
L-awtorità kompetenti għandha taġġorna l-programm ta’ sorveljanza tagħha stabbilit skont il-punt 21L.B.144 u tinvestiga jekk huwiex meħtieġ li tiġi stabbilita kwalunkwe kundizzjoni li taħtha l-organizzazzjoni tista’ topera matul il-bidla.
|
(c)
|
Meta l-bidla taffettwa kwalunkwe aspett tad-dikjarazzjoni li jkun irreġistrat f’konformità mal-punt 21L.B.142, l-awtorità kompetenti għandha taġġorna r-reġistru.
|
(d)
|
Mat-tlestija tal-attivitajiet meħtieġa mill-punti (a) sa (c), l-awtorità kompetenti għandha tirrikonoxxi l-wasla tan-notifika lill-organizzazzjoni tal-produzzjoni ddikjarata.
|
SUBPARTI H — ĊERTIFIKATI TAL-AJRUNAVIGABBILTÀ U ĊERTIFIKATI RISTRETTI TAL-AJRUNAVIGABBILTÀ
21L.B.161 Investigazzjoni
(a)
|
L-awtorità kompetenti tal-Istat Membru ta’ reġistrazzjoni għandha tħejji proċeduri għall-investigazzjonijiet tagħha, li jkunu jkopru mill-inqas l-elementi li ġejjin:
1.
|
l-evalwazzjoni tal-eliġibbiltà tal-applikant;
|
2.
|
l-evalwazzjoni tal-kundizzjonijiet għall-applikazzjoni;
|
3.
|
il-klassifikazzjoni taċ-ċertifikati tal-ajrunavigabbiltà;
|
4.
|
l-evalwazzjoni tad-dokumentazzjoni li tasal mal-applikazzjoni;
|
5.
|
l-ispezzjonijiet tal-inġenju tal-ajru;
|
6.
|
id-determinazzjoni tal-kundizzjonijiet, tar-restrizzjonijiet jew tal-limitazzjonijiet meħtieġa għaċ-ċertifikat.
|
|
(b)
|
Malli tirċievi applikazzjoni għal ċertifikat tal-ajrunavigabbiltà jew għal ċertifikat ristrett tal-ajrunavigabbiltà, l-awtorità kompetenti tal-Istat Membru ta’ reġistrazzjoni għandha tivverifika jekk l-inġenju tal-ajru jaqax fl-ambitu stabbilit fil-punt 21L.A.141.
|
(c)
|
L-awtorità kompetenti tal-Istat Membru ta’ reġistrazzjoni għandha twettaq biżżejjed attivitajiet ta’ investigazzjoni sabiex tiġġustifika l-ħruġ, iż-żamma, l-emendar, is-sospensjoni jew ir-revoka taċ-ċertifikat tal-ajrunavigabbiltà jew taċ-ċertifikat ristrett tal-ajrunavigabbiltà. Meta twettaq investigazzjonijiet relatati mal-ħruġ ta’ ċertifikat tal-ajrunavigabbiltà jew ċertifikat ristrett tal-ajrunavigabbiltà għal inġenju tal-ajru li jkun għadu kemm ġie prodott, l-awtorità kompetenti tal-Istat Membru ta’ reġistrazzjoni għandha tevalwa l-ħtieġa li titwettaq spezzjoni fiżika tal-inġenju tal-ajru sabiex jiġu żgurati l-konformità u s-sikurezza tat-titjira tal-inġenju tal-ajru qabel il-ħruġ ta’ ċertifikat tal-ajrunavigabbiltà jew ċertifikat ristrett tal-ajrunavigabbiltà. Din l-evalwazzjoni għandha tqis:
1.
|
ir-riżultati tal-ispezzjoni fiżika skont l-ewwel artikolu ta’ dak il-prodott fil-konfigurazzjoni finali, imwettqa f’konformità mal-punt (b) tal-punt 21L.B.143 jew mal-punt (b) tal-punt 21L.B.251 mill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru ta’ reġistrazzjoni, jew mill-awtorità kompetenti li tissorvelja l-organizzazzjoni jew il-persuna fiżika jew ġuridika li pproduċiet dan l-inġenju tal-ajru, jekk ikun differenti;
|
2.
|
il-perjodu ta’ żmien mill-aħħar spezzjoni fiżika mwettqa mill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru ta’ reġistrazzjoni ta’ inġenju tal-ajru prodott mill-organizzazzjoni, jew mill-persuna fiżika jew ġuridika li pproduċiet dak l-inġenju tal-ajru;
|
3.
|
ir-riżultati tas-sorveljanza mwettqa skont is-Subparti G ta’ dan l-Anness jew skont is-Subparti G tat-Taqsima b tal-Anness I (il-Parti 21) tal-organizzazzjoni li toħroġ l-istqarrija ta’ konformità għall-inġenju tal-ajru, jew il-verifika mwettqa taħt is-Subparti R tat-Taqsima A ta’ dan l-Anness ta’ stqarrijiet ta’ konformità oħrajn (il-Formola 52B tal-EASA) jew ċertifikati ta’ rilaxx awtorizzat (il-Formola 1 tal-EASA) li nħarġu mill-istess firmatarju;
|
4.
|
il-perjodu ta’ żmien mill-aħħar żjara ta’ sorveljanza tal-organizzazzjoni f’konformità mas-Subparti G ta’ dan l-Anness, jew mas-Subparti G tat-Taqsima b tal-Anness I (il-Parti 21), jew mill-aħħar verifika mwettqa taħt is-Subparti R tat-Taqsima A ta’ dan l-Anness ta’ stqarrija ta’ konformità (il-Formola 52B tal-EASA) jew ċertifikat ta’ rilaxx awtorizzat (il-Formola 1 tal-EASA) maħruġa mill-istess firmatarju.
|
|
21L.B.162 Ħruġ jew emendar ta’ ċertifikat tal-ajrunavigabbiltà jew ċertifikat ristrett tal-ajrunavigabbiltà
(a)
|
L-awtorità kompetenti tal-Istat Membru ta’ reġistrazzjoni għandha toħroġ jew temenda ċertifikat tal-ajrunavigabbiltà (il-Formola 25 tal-EASA, ara l-Appendiċi VI tal-Anness I (il-Parti 21) mingħajr dewmien żejjed meta l-applikant ikun ipprovda d-dokumentazzjoni meħtieġa mill-punt 21L.A.143 u jikkonforma mal-obbligi fil-punt 21L.A.144, u meta tkun sodisfatta li:
1.
|
għall-inġenji tal-ajru ġodda, li l-inġenju tal-ajru, u l-magna u l-iskrun tiegħu jekk applikabbli, jikkonformaw ma’ disinn approvat f’konformità mas-Subparti B ta’ dan l-Anness u li huwa f’kundizzjoni għal tħaddim sikur;
|
2.
|
għall-inġenji tal-ajru użati, li:
(i)
|
l-inġenju tal-ajru, u l-magna u l-iskrun tiegħu jekk applikabbli, jikkonformaw ma’ disinn tat-tip approvat f’konformità mas-Subparti B ta’ dan l-Anness u ma’ kwalunkwe ċertifikat tat-tip supplimentari, tibdil jew tiswija approvata f’konformità mas-Subparti D, E jew M ta’ dan l-Anness;
|
(ii)
|
kien hemm konformità mad-direttivi applikabbli dwar l-ajrunavigabbiltà; u
|
(iii)
|
l-inġenju tal-ajru, u l-magna u l-iskrun tiegħu jekk applikabbli, ġew spezzjonati f’konformità mal-Anness I (il-Parti-M) jew l-Anness Vb (il-Parti-ML) tar-Regolament (UE) Nru 1321/2014.
|
|
|
(b)
|
L-awtorità kompetenti tal-Istat Membru ta’ reġistrazzjoni għandha toħroġ jew temenda ċertifikat ristrett tal-ajrunavigabbiltà (il-Formola 24B tal-EASA, ara l-Appendiċi I) mingħajr dewmien żejjed meta l-applikant ikun ipprovda d-dokumentazzjoni meħtieġa mill-punt 21L.A.143 u jikkonforma mal-obbligi fil-punt 21L.A.144, u meta tkun sodisfatta li:
1.
|
għall-inġenji tal-ajru ġodda, li l-inġenju tal-ajru, u l-magna u l-iskrun tiegħu jekk applikabbli, jikkonformaw ma’ disinn tal-inġenju tal-ajru li għalih ġiet iddikjarata l-konformità tad-disinn f’konformità mas-Subparti C tat-Taqsima A ta’ dan l-Anness, li huwa rreġistrat mill-Aġenzija f’konformità mal-punt 21L.B. 63 fil-ħin tal-applikazzjoni, u jkun f’kundizzjoni għal tħaddim sikur;
|
2.
|
għall-inġenji tal-ajru użati, li:
(i)
|
l-inġenju tal-ajru, u l-magna u l-iskrun tiegħu jekk applikabbli, jikkonformaw ma’ disinn tal-inġenju tal-ajru li għalih ġiet iddikjarata l-konformità tad-disinn f’konformità mas-Subparti C tat-Taqsima A ta’ dan l-Anness, u li huwa rreġistrat mill-Aġenzija f’konformità mal-punt 21L.B. 63 fil-ħin tal-applikazzjoni, flimkien ma’ kwalunkwe tibdil fid-disinn jew tibdil fid-disinn tat-tiswija li għalihom ġiet iddikjarata l-konformità tad-disinn f’konformità mas-Subparti F jew N tat-Taqsima A ta’ dan l-Anness, li huma rreġistrati mill-Aġenzija skont il-punt 21L.B.122 jew il-punt 21L.B.222, jew mid-dikjarant f’konformità mal-punt (c) tal-punt 21L.A.105;
|
(ii)
|
kien hemm konformità mad-direttivi applikabbli dwar l-ajrunavigabbiltà; u
|
(iii)
|
l-inġenju tal-ajru jkun ġie spezzjonat f’konformità mal-Anness I (il-Parti-M) jew mal-Anness Vb (il-Parti-ML) tar-Regolament (UE) Nru 1321/2014.
|
|
|
(c)
|
B’deroga mill-punti (a) u (b) tal-punt 21L.B.162, għal inġenju tal-ajru użat li joriġina minn Stat Membru ieħor, l-awtorità kompetenti tal-Istat Membru ta’ reġistrazzjoni l-ġdid għandha toħroġ iċ-ċertifikat tal-ajrunavigabbiltà jew iċ-ċertifikat ristrett tal-ajrunavigabbiltà meta l-applikant ikun ipprovda d-dokumentazzjoni meħtieġa skont il-punt (b) tal-punt 21L.A.145 u meta tkun sodisfatta li l-applikant jikkonforma mal-punt (a) tal-punt 21L.A.144.
|
(d)
|
Għall-inġenji tal-ajru ġodda, u għall-inġenji tal-ajru użati li joriġinaw minn Stat mhux Membru, minbarra ċ-ċertifikat tal-ajrunavigabbiltà xieraq imsemmi fil-punt (a) jew (b), l-awtorità kompetenti tal-Istat Membru ta’ reġistrazzjoni għandha toħroġ:
1.
|
għall-inġenji tal-ajru soġġetti għall-Anness I (il-Parti-M) tar-Regolament (UE) Nru 1321/2014, ċertifikat inizjali tar-rieżami tal-ajrunavigabbiltà (il-Formola 15a tal-EASA, l-Appendiċi II);
|
2.
|
għall-inġenji tal-ajru ġodda soġġetti għall-Anness Vb (il-Parti-ML) tar-Regolament (UE) Nru 1321/2014, ċertifikat inizjali tar-rieżami tal-ajrunavigabbiltà (il-Formola 15c tal-EASA, l-Appendiċi II);
|
3.
|
għall-inġenji tal-ajru użati li joriġinaw minn Stat mhux Membru u soġġetti għall-Anness Vb (il-Parti-ML) tar-Regolament (UE) Nru 1321/2014, ċertifikat inizjali tar-rieżami tal-ajrunavigabbiltà (il-Formola 15c tal-EASA, l-Appendiċi II), meta l-awtorità kompetenti tkun wettqet ir-rieżami tal-ajrunavigabbiltà.
|
|
(e)
|
Ċertifikat tal-ajrunavigabbiltà jew ċertifikat ristrett tal-ajrunavigabbiltà għandu jinħareġ għal durata mhux limitata. Dan jista’ jiġi emendat biss mill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru ta’ reġistrazzjoni.
|
21L.B.163 Sorveljanza
(a)
|
Fuq evidenza ta’ ksur ta’ kwalunkwe waħda mill-kundizzjonijiet li taħthom ikun inħareġ iċ-ċertifikat tal-ajrunavigabbiltà jew iċ-ċertifikat ristrett tal-ajrunavigabbiltà, jew li d-detentur ma jikkonformax mar-rekwiżiti rilevanti tar-Regolament (UE) 2018/1139 u mal-atti delegati u ta’ implimentazzjoni adottati abbażi tiegħu jew mad-disinn tat-tip applikabbli jew mad-data tad-disinn applikabbli ta’ inġenju tal-ajru li għalih tkun ġiet iddikjarata l-konformità tad-disinn, jew mar-rekwiżiti tal-ajrunavigabbiltà kontinwa, l-awtorità kompetenti tal-Istat Membru ta’ reġistrazzjoni għandha toħroġ sejba f’konformità mal-punt 21L.B.21.
|
(b)
|
Meta ċ-ċertifikat tat-tip li taħtu jkun inħareġ iċ-ċertifikat tal-ajrunavigabbiltà jiġi sospiż jew revokat, jew inkella jsir invalidu f’konformità mal-punt 21L.A.30, jew id-dikjarazzjoni ta’ konformità tad-disinn li taħtha jkun inħareġ iċ-ċertifikat ristrett tal-ajrunavigabbiltà ma tkunx għadha rreġistrata f’konformità mal-punt 21L.B.63, l-awtorità kompetenti tal-Istat Membru ta’ reġistrazzjoni għandha tieħu azzjoni f’konformità mal-punt 21L.B.22.
|
SUBPARTI I — ĊERTIFIKATI TAL-ISTORBJU
21L.B.171 Investigazzjoni
(a)
|
L-awtorità kompetenti tal-Istat Membru ta’ reġistrazzjoni għandha tħejji proċeduri għall-investigazzjonijiet tagħha, li jkunu jkopru mill-anqas l-elementi li ġejjin:
1.
|
l-evalwazzjoni tal-eliġibbiltà tal-applikant;
|
2.
|
l-evalwazzjoni tal-kundizzjonijiet għall-applikazzjoni;
|
3.
|
l-evalwazzjoni tad-dokumentazzjoni li tasal mal-applikazzjoni;
|
4.
|
l-ispezzjonijiet tal-inġenju tal-ajru.
|
|
(b)
|
Malli tirċievi applikazzjoni għal ċertifikat tal-istorbju jew għal ċertifikat ristrett tal-istorbju, l-awtorità kompetenti tal-Istat Membru ta’ reġistrazzjoni għandha tivverifika jekk l-inġenju tal-ajru jaqax fl-ambitu stabbilit fil-punt 21L.A.161.
|
(c)
|
L-awtorità kompetenti tal-Istat Membru ta’ reġistrazzjoni għandha twettaq biżżejjed attivitajiet ta’ investigazzjoni għal applikant għal, jew għal detentur ta’, ċertifikat tal-istorbju jew ċertifikat ristrett tal-istorbju sabiex din tiġġustifika l-ħruġ, iż-żamma, l-emendar, is-sospensjoni jew ir-revoka taċ-ċertifikat.
|
21L.B.172 Ħruġ jew emendar taċ-ċertifikati tal-istorbju
(a)
|
L-awtorità kompetenti tal-Istat Membru ta’ reġistrazzjoni għandha toħroġ jew temenda ċ-ċertifikati tal-istorbju (il-Formola 45 tal-EASA, ara l-Appendiċi VII tal-Anness I (il-Parti 21)) u ċ-ċertifikati ristretti tal-istorbju (il-Formola 45B tal-EASA, ara l-Appendiċi II) mingħajr dewmien bla bżonn, meta l-applikant ikun ipprovda d-dokumentazzjoni meħtieġa skont il-punt 21L.A.163, u meta tkun sodisfatta li l-inġenju tal-ajru jkun konformi mal-informazzjoni applikabbli dwar l-istorbju ddeterminata f’konformità mar-rekwiżiti applikabbli dwar l-istorbju.
|
(b)
|
Għall-inġenji tal-ajru użati li joriġinaw minn Stat Membru ieħor, iċ-ċertifikat tal-istorbju jew iċ-ċertifikat ristrett tal-istorbju għandhom jinħarġu skont id-data korrispondenti li tiġi pprovduta mill-bażi tad-data tal-Aġenzija dwar il-livelli ta’ storbju.
|
(c)
|
Ċertifikat tal-istorbju u ċertifikat ristrett tal-istorbju għandhom jinħarġu għal durata mhux limitata. Dan jista’ jiġi emendat biss mill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru ta’ reġistrazzjoni.
|
21L.B.173 Sorveljanza
(a)
|
Fuq evidenza ta’ ksur ta’ kwalunkwe waħda mill-kundizzjonijiet li taħthom ikun inħareġ iċ-ċertifikat tal-istorbju jew iċ-ċertifikat ristrett tal-istorbju, jew li d-detentur ma jikkonformax mar-rekwiżiti rilevanti tar-Regolament (UE) 2018/1139 u mal-atti delegati u ta’ implimentazzjoni adottati abbażi tiegħu jew mad-disinn tat-tip applikabbli jew mad-data tad-disinn applikabbli ta’ inġenju tal-ajru li għalih tkun ġiet iddikjarata l-konformità tad-disinn, l-awtorità kompetenti tal-Istat Membru ta’ reġistrazzjoni għandha toħroġ sejba f’konformità mal-punt 21L.B.21.
|
(b)
|
Meta ċ-ċertifikat tat-tip li taħtu jkun inħareġ iċ-ċertifikat tal-istorbju jiġi sospiż jew revokat, jew inkella jsir invalidu f’konformità mal-punt 21L.A.30, jew id-dikjarazzjoni tal-konformità tad-disinn li taħtha jkun inħareġ iċ-ċertifikat ristrett tal-istorbju ma tkunx għadha rreġistrata f’konformità mal-punt 21L.B.63, l-awtorità kompetenti tal-Istat Membru ta’ reġistrazzjoni għandha tieħu azzjoni f’konformità mal-punt 21L.B.22.”;
|
|
(c)
|
tiddaħħal is-Subparti P li ġejja:
“SUBPARTI P — PERMESS GĦAT-TITJIR
21L.B.241 Investigazzjoni qabel il-ħruġ ta’ permess għat-titjir
(a)
|
Mingħajr preġudizzju għas-Subparti P tat-Taqsima B tal-Anness I (il-Parti 21), meta tiġi investigata applikazzjoni għall-ħruġ ta’ permess għat-titjir għal inġenju tal-ajru li jaqa’ fl-ambitu ta’ dan l-Anness, l-awtorità kompetenti tal-Istat Membru għandha twettaq spezzjoni fiżika tal-inġenju tal-ajru u għandha tkun sodisfatta li l-inġenju tal-ajru jikkonforma mad-disinn iddefinit fil-punt 21.A.708 ta’ dak l-Anness I (il-Parti 21) qabel it-titjira meta l-applikazzjoni għal permess għat-titjir tkun relatata:
1.
|
mad-dimostrazzjoni tal-attivitajiet ta’ konformità fil-punt 21L.A.25 għal inġenju tal-ajru li huwa, jew li huwa maħsub li jiġi, iċċertifikat għat-tip;
|
2.
|
mad-dimostrazzjoni ta’ attivitajiet ta’ konformità fil-punt 21L.A.44 għal inġenju tal-ajru li għalih hija, jew hija maħsuba li tiġi, iddikjarata l-konformità mad-disinn.
|
|
(b)
|
Għat-talbiet l-oħrajn kollha għall-ħruġ ta’ permess għat-titjir għal attivitajiet u għal inġenji tal-ajru fl-ambitu ta’ dan l-Anness, l-awtorità kompetenti għandha tivvaluta, f’konformità mal-punt 21.B.520 tal-Anness I (il-Parti 21), il-ħtieġa għal spezzjoni fiżika.
|
(c)
|
Jekk l-awtorità kompetenti ssib evidenza li tindika li l-inġenju tal-ajru ma jikkonformax mad-disinn definit fil-punt 21.A.708 tal-Anness I (il-Parti 21), hija għandha tikkomunika sejba f’konformità mal-punt 21L.B.21.
|
21L.B.242 Investigazzjoni qabel il-ħruġ tal-kundizzjonijiet tat-titjir
(a)
|
Mingħajr preġudizzju għas-Subparti P tat-Taqsima B tal-Anness I (il-Parti 21), meta tkun qed tinvestiga applikazzjoni għall-approvazzjoni tal-kundizzjonijiet tat-titjir għal inġenju tal-ajru li tkun fl-ambitu ta’ dan l-Anness, l-Aġenzija għandha:
1.
|
jekk l-applikazzjoni għall-kundizzjonijiet tat-titjir tkun relatata mad-dimostrazzjoni tal-attivitajiet ta’ konformità fil-punt 21L.A.25 għal inġenju tal-ajru li jkun, jew li huwa maħsub li jkun, iċċertifikat skont it-tip, twettaq rieżami kritiku tad-disinn fir-rigward tad-disinn u spezzjoni fiżika u valutazzjoni tal-inġenju tal-ajru sabiex tiżgura li l-inġenju tal-ajru jkun kapaċi jtir b’mod sikur, u li l-ittestjar tat-titjir ikun jista’ jitwettaq b’mod sikur;
|
2.
|
jekk l-applikazzjoni għall-kundizzjonijiet tat-titjir tkun relatata mad-dimostrazzjoni ta’ attivitajiet ta’ konformità fil-punt 21L.A.44 għal inġenju tal-ajru li għalih tiġi ddikjarata, jew tkun maħsuba li tiġi ddikjarata l-konformità tad-disinn, twettaq spezzjoni fiżika u valutazzjoni tal-inġenju tal-ajru sabiex tiżgura li l-inġenju tal-ajru jkun kapaċi jtir b’mod sikur, u li l-ittestjar tat-titjir ikun jista’ jitwettaq b’mod sikur;
|
3.
|
jekk l-applikazzjoni għall-kundizzjonijiet tat-titjira tkun relatata mad-dimostrazzjoni ta’ attivitajiet ta’ konformità għal bidla kbira fil-punt 21L.A.66, ċertifikat tat-tip supplimentari fil-punt 21L.A.85 jew tiswija kbira fil-punt 21L.A.206, abbażi tal-evalwazzjoni mwettqa fil-punt 21L.B.83, fil-punt 21L.B.102 u fil-punt 21L.B.203, tiddetermina l-ħtieġa li titwettaq spezzjoni fiżika u valutazzjoni tal-inġenju tal-ajru u rieżami kritiku tad-disinn fir-rigward tad-disinn sabiex jiġi żgurat li l-inġenju tal-ajru jkun kapaċi jtir b’mod sikur, u li l-ittestjar tat-titjir ikun jista’ jitwettaq b’mod sikur;
|
4.
|
jekk l-applikazzjoni għall-kundizzjonijiet tat-titjir tkun relatata mad-dimostrazzjoni ta’ attivitajiet ta’ konformità għal bidla kbira fil-punt 21L.A.108 jew tiswija kbira fil-punt 21L.A.227, abbażi tal-evalwazzjoni mwettqa fil-punt 21L.B.121 u fil-punt 21L.B.221, tiddetermina l-ħtieġa li jitwettqu spezzjoni fiżika u valutazzjoni tal-inġenju tal-ajru sabiex jiġi żgurat li l-inġenju tal-ajru jkun kapaċi jtir b’mod sikur, u li l-ittestjar tat-titjira jkun jista’ jitwettaq b’mod sikur.
|
|
(b)
|
Jekk l-Aġenzija ssib evidenza li tindika li l-inġenju tal-ajru jista’ ma jkunx kapaċi jwettaq titjira sikura, l-Aġenzija għandha tikkomunika sejba f’konformità mal-punt 21L.B.21.”;
|
|
(d)
|
tiddaħħal is-Subparti R li ġejja:
“SUBPARTI R — STQARRIJA TA’ KONFORMITÀ GĦALL-INĠENJI TAL-AJRU U ĊERTIFIKATI TA’ RILAXX AWTORIZZATI (IL-FORMOLA 1 TAL-EASA) GĦALL-MAGNI U L-ISKREJJEN, U PARTIJIET MINNHOM, LI JIKKONFORMAW MA’ DIKJARAZZJONI TA’ KONFORMITÀ TAD-DISINN
21L.B.251 Sorveljanza
(a)
|
L-awtorità kompetenti għandha tissorvelja l-persuna fiżika jew ġuridika li toħroġ stqarrijiet ta’ konformità (il-Formola 52B tal-EASA) jew ċertifikati ta’ rilaxx awtorizzati (il-Formola 1 tal-EASA) taħt is-Subparti R tat-Taqsima A ta’ dan l-Anness sabiex tiġi vverifikata l-konformità kontinwa tal-persuna fiżika jew ġuridika mar-rekwiżiti applikabbli tat-Taqsima A u l-implimentazzjoni tal-miżuri ta’ sikurezza awtorizzati skont il-punti (c) u (d) tal-punt 21L.B.15.
|
(b)
|
Is-sorveljanza għandha tinkludi spezzjoni skont l-ewwel artikolu ta’ kull inġenju tal-ajru, magna, skrun jew parti ġdida li tiġi prodotta għall-ewwel darba li għaliha l-persuna fiżika jew ġuridika tkun ħarġet stqarrija ta’ konformità (il-Formola 52B tal-EASA) jew ċertifikati tar-rilaxx awtorizzat (il-Formola 1 tal-EASA), u, kif determinat mill-programm ta’ sorveljanza f’konformità mal-punt 21L.B.252, spezzjonijiet ta’ inġenji tal-ajru, magni, skrejjen u partijiet oħrajn li jiġu prodotti minn dik il-persuna fiżika jew ġuridika.
|
21L.B.252 Programm ta’ sorveljanza
(a)
|
L-awtorità kompetenti għandha tistabbilixxi u żżomm programm ta’ sorveljanza sabiex tiżgura l-konformità mal-punt 21L.B.251. Dan il-programm ta’ sorveljanza għandu jqis in-natura speċifika tal-persuna fiżika jew ġuridika, il-kumplessità tal-attivitajiet tagħha u r-riżultati ta’ attivitajiet ta’ sorveljanza li saru fil-passat, u għandu jkun ibbażat fuq il-valutazzjoni tar-riskji assoċjati. F’kull ċiklu ta’ ppjanar tas-sorveljanza, dan għandu jinkludi:
1.
|
valutazzjonijiet, verifiki u spezzjonijiet, inkluż, kif xieraq:
(i)
|
il-valutazzjonijiet tas-sistema ta’ kontroll tal-produzzjoni u l-verifiki tal-proċessi;
|
(ii)
|
il-verifiki tal-prodotti ta’ kampjun rilevanti tal-prodotti u tal-partijiet li jaqgħu fl-ambitu tal-persuna fiżika jew ġuridika;
|
(iii)
|
il-kampjunar tax-xogħol imwettaq; u
|
(iv)
|
spezzjonijiet mingħajr avviż;
|
|
2.
|
il-laqgħat bejn il-persuna ġuridika jew fiżika u l-awtorità kompetenti sabiex jiġi żgurat li t-tnejn jibqgħu jiġu informati dwar kwalunkwe kwistjoni sinifikanti.
|
|
(b)
|
Il-programm ta’ sorveljanza għandu jinkludi rekords tad-dati meta jmisshom isiru l-valutazzjonijiet, il-verifiki, l-ispezzjonijiet u l-laqgħat, u d-dati meta effettivament ikunu saru l-valutazzjonijiet, il-verifiki, l-ispezzjonijiet u l-laqgħat.
|
(c)
|
Għandu jiġi applikat ċiklu ta’ ppjanar tas-sorveljanza li ma jaqbiżx l-24 xahar.
|
(d)
|
Minkejja l-punt (c), iċ-ċiklu ta’ ppjanar tas-sorveljanza jista’ jiġi estiż sa 36 xahar, jekk l-awtorità kompetenti tkun stabbiliet li matul l-24 xahar ta’ qabel:
1.
|
il-persuna fiżika jew ġuridika tkun uriet li tista’ tidentifika b’mod effettiv il-perikli għas-sikurezza tal-avjazzjoni u tiġġestixxi r-riskji assoċjati;
|
2.
|
il-persuna fiżika jew ġuridika tkun uriet kontinwament il-konformità mal-punt 21L.A.273 u li jkollha kontroll sħiħ fuq il-bidliet kollha fis-sistema ta’ ġestjoni għall-produzzjoni;
|
3.
|
ma tkun inħarġet l-ebda sejba tal-livell 1;
|
4.
|
l-azzjonijiet korrettivi kollha ġew implimentati fil-perjodu ta’ żmien li kien aċċettat jew estiż mill-awtorità kompetenti kif definit fil-punt 21L.B.21.
|
|
(e)
|
Minkejja l-punt (c), iċ-ċiklu ta’ ppjanar tas-sorveljanza jista’ jkompli jiġi estiż għal massimu ta’ 48 xahar jekk, minbarra l-kundizzjonijiet previsti fil-punt (d), il-persuna fiżika jew ġuridika tkun stabbiliet, u l-awtorità kompetenti tkun approvat, sistema kontinwa effettiva għar-rapportar lill-awtorità kompetenti dwar il-prestazzjoni tas-sikurezza u l-konformità regolatorja tal-persuna fiżika jew ġuridika nnifisha.
|
(f)
|
Iċ-ċiklu ta’ ppjanar tas-sorveljanza jista’ jitqassar jekk ikun hemm evidenza li l-prestazzjoni tas-sikurezza tal-persuna fiżika jew ġuridika tkun naqset.
|
(g)
|
Mat-tlestija ta’ kull ċiklu ta’ ppjanar tas-sorveljanza, l-awtorità kompetenti għandha toħroġ rapport ta’ rakkomandazzjoni dwar il-kontinwazzjoni tal-attivitajiet imwettqa mill-persuna fiżika jew ġuridika, li jirrifletti r-riżultati tas-sorveljanza.
|
21L.B.253 Attivitajiet ta’ sorveljanza
(a)
|
Meta l-awtorità kompetenti tivverifika l-konformità tal-persuna fiżika jew ġuridika f’konformità mal-punt 21L.B.251 u l-programm ta’ sorveljanza stabbilit f’konformità mal-punt 21L.B.252, din għandha:
1.
|
tipprovdi lill-persunal responsabbli għas-sorveljanza bi gwida sabiex iwettaq il-funzjonijiet tiegħu;
|
2.
|
twettaq valutazzjonijiet, verifiki, spezzjonijiet u, jekk ikun meħtieġ, spezzjonijiet mingħajr avviż;
|
3.
|
tiġbor l-evidenza meħtieġa f’każ li tkun meħtieġa azzjoni ulterjuri, inklużi l-miżuri previsti fil-punti 21L.B.21 u 21L.B.22;
|
4.
|
tinforma lill-persuna fiżika jew ġuridika dwar ir-riżultati tal-attivitajiet ta’ sorveljanza.
|
|
(b)
|
Jekk il-faċilitajiet tal-persuna fiżika jew ġuridika jkunu jinsabu f’aktar minn Stat wieħed, l-awtorità kompetenti identifikata fil-punt 21L.2 tista’ taqbel li l-kompiti ta’ sorveljanza jitwettqu mill-awtorità/awtoritajiet kompetenti tal-Istat(i) Membru/i fejn ikunu jinsabu l-faċilitajiet l-oħrajn, jew mill-Aġenzija għal faċilitajiet li jinsabu fi Stat mhux Membru. Kwalunkwe persuna fiżika jew ġuridika li tkun soġġetta għal ftehim bħal dan għandha tiġi informata dwar l-eżistenza u l-ambitu tiegħu.
|
(c)
|
Għal kwalunkwe attività ta’ sorveljanza li titwettaq mill-awtorità kompetenti f’faċilitajiet li jinsabu fi Stat Membru għajr dak fejn il-persuna fiżika jew ġuridika jkollha l-post prinċipali tan-negozju tagħha, l-awtorità kompetenti għandha tinforma lill-awtorità kompetenti ta’ dak l-Istat Membru qabel twettaq kwalunkwe verifika jew spezzjoni fuq il-post tal-faċilitajiet.
|
(d)
|
L-awtorità kompetenti għandha tiġbor u tipproċessa kwalunkwe informazzjoni li titqies meħtieġa għat-twettiq ta’ attivitajiet ta’ sorveljanza.
|
(e)
|
Jekk l-awtorità kompetenti ssib nuqqas ta’ konformità tal-persuna fiżika jew ġuridika li toħroġ stqarrijiet ta’ konformità (il-Formola 52B tal-EASA) jew ċertifikati tar-rilaxx awtorizzat (il-Formola 1 tal-EASA) mar-rekwiżiti applikabbli tat-Taqsima A u l-implimentazzjoni ta’ miżuri ta’ sikurezza obbligatorji skont il-punti (c) u (d) tal-punt 21L.B.15, l-awtorità kompetenti għandha taġixxi f’konformità mal-punti 21L.B.21 u 21L.B.22.”.
|
|
|