Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32021D2133

    Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2021/2133 tat-2 ta’ Diċembru 2021 b’appoġġ għall-programm komprensiv dwar l-appoġġ għall-isforzi għall-prevenzjoni u l-ġlieda kontra t-traffikar illeċitu ta’ Armi Ħfief u ta’ Kalibru Żgħir (SALW) u Munizzjon Konvenzjonali (CA) fix-Xlokk tal-Ewropa

    ST/12549/2021/INIT

    ĠU L 432, 3.12.2021, p. 36–54 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    Legal status of the document In force

    ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2021/2133/oj

    3.12.2021   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    L 432/36


    DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (PESK) 2021/2133

    tat-2 ta’ Diċembru 2021

    b’appoġġ għall-programm komprensiv dwar l-appoġġ għall-isforzi għall-prevenzjoni u l-ġlieda kontra t-traffikar illeċitu ta’ Armi Ħfief u ta’ Kalibru Żgħir (SALW) u Munizzjon Konvenzjonali (CA) fix-Xlokk tal-Ewropa

    IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

    Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikoli 28(1) u 31(1) tiegħu,

    Wara li kkunsidra l-proposta mir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta’ Sigurtà,

    Billi:

    (1)

    Fid-19 ta’ Novembru 2018, il-Kunsill adotta l-Istrateġija tal-UE kontra l-armi tan-nar, armi ħfief u ta’ kalibru żgħir illeċiti (“SALW”) u l-munizzjon tagħhom, intitolata “Aktar Sigurtà fuq l-Armi biex Nipproteġu liċ-Ċittadini” (l-“Istrateġija tal-UE dwar is-SALW”).

    (2)

    L-istati fix-Xlokk tal-Ewropa (SEE) ilhom għal aktar minn tliet deċennji jiffaċċjaw riskji u sfidi sinifikanti relatati mal-akkumulazzjoni destabbilizzanti u t-tixrid bla kontroll ta’ Armi Ħfief u ta’ Kalibru Żgħir illeċiti (SALW) u Munizzjon Konvenzjonali (CA) bejn il-fruntieri tagħhom u fit-territorji tagħhom. Dawk ir-riskji għandhom implikazzjonijiet negattivi usa’ għall-Ewropa kollha kemm hi, u lil hinn minnha. L-Istrateġija tal-UE dwar is-SALW tiddikjara li minkejja li fi snin reċenti sar progress sinifikanti, speċjalment fix-Xlokk tal-Ewropa, l-iskala tal-akkumulazzjoni ta’ SALW u munizzjon, il-kondizzjonijiet ta’ ħażna inadegwati, il-pussess illeċitu mifrux, u n-nuqqasijiet fl-implimentazzjoni jkomplu jillimitaw l-effettività ta’ sforzi ta’ kontroll ta’ armi tan-nar u tas-SALW f’partijiet tal-Balkani tal-Punent.

    (3)

    Fuq livell reġjonali, l-Istrateġija tal-UE dwar is-SALW torbot lill-Unjoni u l-Istati Membri tagħha li jassistu fit-tisħiħ tal-kapaċitajiet tal-infurzar tal-liġi sabiex jiġu identifikati, sfrattati u pprojbiti netwerks tat-traffikar u sabiex jiġu pprevenuti armi tan-nar milli jilħqu terroristi u kriminali permezz tas-suq illeċitu, fost l-oħrajn, billi jiġu imblukkati l-finanzjament u t-trasport illeċiti ta’ armi u billi jissaħħaħ ir-rwol tal-pulizija tal-fruntieri u tal-awtoritajiet doganali u tal-portijiet fl-indirizzar ta’ flussi ta’ armi illeċiti permezz ta’ trasport marittimu. L-Unjoni u l-Istati Membri tagħha huma impenjati li jgħinu lil pajjiżi oħra biex itejbu l-ġestjoni u s-sigurtà tal-ħażniet miżmuma mill-istat billi jsaħħu l-oqfsa leġiżlattivi u amministrattivi nazzjonali, u billi jsaħħu l-istituzzjonijiet li jirregolaw il-provvista leġittima u l-ġestjoni tal-ħażniet tas-SALW u l-munizzjon għad-difiża u l-forzi tas-sigurtà.

    (4)

    F’konformità mal-Istrateġija tal-UE dwar is-SALW, l-Unjoni ser issaħħaħ id-djalogu u l-kooperazzjoni tagħha mal-organizzazzjonijiet reġjonali li jaħdmu fuq il-kontroll tas-SALW, billi tallinja l-attivitajiet tagħha mal-istrateġiji reġjonali u l-pjanijiet ta’ azzjoni.

    (5)

    Fl-2000, l-Istati li jipparteċipaw fl-Organizzazzjoni għas-Sigurtà u l-Kooperazzjoni fl-Ewropa (“OSKE”) adottaw id-Dokument tal-OSKE dwar is-SALW (1) li permezz tiegħu huma impenjaw ruħhom li jikkumbattu t-traffikar illeċitu tas-SALW fl-aspetti kollha tiegħu. Dak id-Dokument jenfasizza wkoll l-effetti destabbilizzanti li l-akkumulazzjoni eċċessiva tas-SALW u l-ġestjoni u s-sigurtà mhux adegwati tal-ħażniet tagħhom jista’ jkollhom fuq is-sigurtà nazzjonali, reġjonali u internazzjonali.

    (6)

    Barra minn hekk, fl-2003, l-Istati parteċipanti tal-OSKE adottaw id-Dokument tal-OSKE dwar il-Ħażniet ta’ Munizzjon Konvenzjonali (SCA) (2) u b’hekk irrikonoxxew ir-riskji għas-sikurezza u s-sigurtà li l-akkumulazzjoni eċċessiva ta’ munizzjon konvenzjonali ġġib magħha. Sabiex jiġu indirizzati dawk ir-riskji, huma ddeċidew li jistabbilixxu proċedura prattika għall-għoti ta’ għajnuna għall-qerda ta’ ħażniet żejda ta’ munizzjon konvenzjonali u/jew it-titjib tal-prattiki tal-ġestjoni u s-sigurtà tal-ħażniet.

    (7)

    Id-dokumenti tal-OSKE dwar is-SALW u l-SCA jidentifikaw il-qerda bħala l-metodu preferut għar-rimi ta’ SALW u munizzjon konvenzjonali żejda.

    (8)

    Il-proġett appoġġat minn din id-Deċiżjoni tal-Kunsill ser iqis inizjattivi reġjonali oħra, b’mod partikolari l-Pjan Direzzjonali tal-Balkani tal-Punent (3), il-ħidma tal-Programm ta’ Żvilupp tan-Nazzjonijiet Uniti, (UNDP)/iċ-Ċentru tax-Xlokk u tal-Lvant tal-Ewropa għall-Kontroll tal-Armi Ħfief u ta’ Kalibru Żgħir (SEESAC) u l-attivitajiet rilevanti tal-Kummissjoni Ewropea fis-SEE relatati mal-kontroll tal-armi u t-traffikar illeċitu tal-armi.

    Il-proġett ser iseħħ f’koordinazzjoni mal-assistenza relatata tal-Unjoni lil ġuriżdizzjonijiet fis-SEE (id-Deċiżjonijiet tal-Kunsill (PESK) 2018/101 (4) u (PESK) 2017/915 (5)), il-kooperazzjoni reġjonali mal-Balkani tal-Punent fil-qasam tal-kontroll tas-SALW implimentata mill-UNDP/SEESAC (id-Deċiżjonijiet tal-Kunsill (PESK) 2019/2111 (6), (PESK) 2018/1788 (7) u (PESK) 2016/2356 (8)), u l-kooperazzjoni fl-infurzar tal-liġi bejn l-UE u s-SEE fil-qasam tat-traffikar tal-armi tan-nar appoġġata mid-DĠ HOME tal-Kummissjoni Ewropea, l-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Kooperazzjoni fl-Infurzar tal-Liġi (Europol) u l-Pjattaforma Multidixxiplinari Ewropea Kontra t-Theddid Kriminali (EMPACT).

    (9)

    L-Unjoni preċedentement appoġġat l-attivitajiet tal-OSKE permezz tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2012/662/PESK (9) b’appoġġ għall-attivitajiet biex jitnaqqas ir-riskju tal-kummerċ illeċitu, u l-akkumulazzjoni eċċessiva ta’ SALW fir-reġjun kopert mill-OSKE. Fl-4 ta’ Awwissu 2017, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni (PESK) 2017/1424 b’appoġġ għall-attivitajiet tal-OSKE biex jitnaqqas ir-riskju tat-traffikar illeċitu u l-akkumulazzjoni eċċessiva ta’ armi ħfief u ta’ kalibru żgħir u munizzjon konvenzjonali fir-Repubblika tal-Maċedonja ta’ Fuq u fil-Georgia (10). Fit-2 ta’ Diċembru 2019, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni (PESK) 2019/2009 (11) b’appoġġ għall-Isforzi tal-Ukrajna għall-Ġlieda Kontra t-Traffikar Illeċitu ta’ Armi, Munizzjon u Splussivi, f’kooperazzjoni mal-OSKE.

    (10)

    Fit-30 ta’ Ġunju 2018, it-tielet Konferenza tan-Nazzjonijiet Uniti għar-Rieżami tal-Progress li sar fl-Implimentazzjoni tal-Programm ta’ Azzjoni tan-NU kontra Armi Ħfief u ta’ Kalibru Żgħir adottat dokument ta’ eżitu li fih l-Istati ġeddu l-impenn tagħhom għall-prevenzjoni u l-ġlieda kontra d-devjazzjoni ta’ armi ħfief u ta’ kalibru żgħir. L-Istati tennew ir-rieda tagħhom li jaħdmu għal kooperazzjoni internazzjonali u li jsaħħu l-kooperazzjoni reġjonali permezz ta’ koordinazzjoni, konsultazzjoni, skambju ta’ informazzjoni u kooperazzjoni operazzjonali mtejba, bl-involviment ta’ organizzazzjonijiet reġjonali u subreġjonali rilevanti, kif ukoll awtoritajiet tal-infurzar tal-liġi, tal-kontroll tal-fruntieri u tal-ħruġ ta’ liċenzji ta’ esportazzjoni u importazzjoni.

    (11)

    Ir-riżoluzzjonital-Assemblea Ġenerali tan-Nazzjonijiet Uniti tal-25 ta’ Settembru 2015 intitolata “Nittrasformaw id-dinja tagħna: L-Aġenda 2030 għall-Iżvilupp Sostenibbli” ttenni li huwa meħtieġ li jiġi miġġieled il-kummerċ illeċitu ta’ armi ħfief u ta’ kalibru żgħir għall-kisba ta’ ħafna għanijiet ta’ żvilupp sostenibbli, fosthom dawk relatati mal-paċi, il-ġustizzja u l-istituzzjonijiet b’saħħithom, it-tnaqqis tal-faqar, it-tkabbir ekonomiku, is-saħħa, l-ugwaljanza bejn is-sessi u l-bliet sikuri. Għalhekk, fl-Għan ta’ Żvilupp Sostenibbli 16.4 tagħha, l-Istati kollha impenjaw ruħhom li jnaqqsu b’mod sinifikanti l-flussi illeċiti finanzjarji u tal-armi.

    (12)

    L-Aġenda għad-Diżarm intitolata “Securing our Common Future” (“Niżguraw il-Ġejjieni Komuni Tagħna”), li ġiet ippreżentata fl-24 ta’ Mejju 2018 mis-Segretarju Ġenerali tan-NU appellat biex tiġi indirizzata l-akkumulazzjoni eċċessiva ta’ u l-kummerċ illeċitu f’armi konvenzjonali u biex jingħata appoġġ lill-approċċi għall-armi żgħar fil-livell ta’ pajjiżi,

    ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

    Artikolu 1

    1.   Bil-ħsieb tal-implimentazzjoni tal-Istrateġija tal-Unjoni dwar Armi Ħfief u ta’ Kalibru Żgħir, l-għan ta’ din id-Deċiżjoni huwa li jitnaqqsu r-riskji ta’ traffikar illeċitu u tixrid bla kontroll ta’ SALW fi, lejn jew mill-Ewropa tax-Xlokk li jimminaw is-sikurezza u s-sigurtà billi jimpedixxu l-bini tal-paċi u l-iżvilupp soċjoekonomiku sostenibbli kif ukoll billi jikkontribwixxu għall-kollass fl-ordni, iħeġġu t-terroriżmu u l-vjolenza kriminali jew iwasslu biex jerġa’ jibda konflitt.

    2.   Skont il-paragrafu 1, l-objettivi ta’ din id-Deċiżjoni huma dawn li ġejjin:

    (a)

    li jitnaqqas ir-riskju tal-proliferazzjoni u l-użu ħażin tas-SALW fir-Repubblika tal-Albanija;

    (b)

    li l-Bożnija-Ħerzegovina tiġi appoġġata fil-mitigazzjoni tar-riskji għas-sigurtà u s-sikurezza relatati mal-pussess illegali, l-użu ħażin u t-traffikar tas-SALW u l-munizzjon tagħhom;

    (c)

    li jiġi appoġġat it-tisħiħ tal-kapaċità eżistenti K-9 tal-Pulizija tal-Kosovo (*) u l-kontribut dirett tagħha lejn il-prevenzjoni, it-trażżin u l-investigazzjoni tas-SALW, il-munizzjon, u l-użu ħażin u t-traffikar ta’ splussivi fil-Balkani tal-Punent;

    (d)

    li jitnaqqas ir-riskju tal-proliferazzjoni tal-armi u l-użu ħażin tas-SALW fir-Repubblika tal-Maċedonja ta’ Fuq, permezz ta’ żieda fil-kapaċità ta’ prevenzjoni, detezzjoni, analiżi u investigazzjoni tal-Ministeru għall-Affarijiet Interni, u organizzazzjonijiet governattivi oħra;

    (e)

    li jitnaqqas ir-riskju ta’ splużjonijiet mhux ippjanati f’siti ta’ munizzjon u li titnaqqas id-devjazzjoni ta’ SALW/SCA mis-siti ta’ ħżin tal-Ministeru għad-Difiża tal-Montenegro;

    (f)

    li jitnaqqsu r-riskji ta’ sikurezza u sigurtà relatati mas-SALW fil-pussess illegali, l-abbużi tas-SALW legali, u t-traffikar illeċitu tas-SALW fis-Serbja;

    (g)

    li l-Istati parteċipanti tal-OSKE jiġu assistiti biex jippjanaw, jimplimentaw u, jekk meħtieġ, isaħħu aħjar l-impenji tagħhom kontra l-proliferazzjoni illeċita ta’ SALW/SCA.

    3.   Il-benefiċjarji tal-proġett għandhom ikunu:

    (a)

    l-awtoritajiet fis-SEE li ingħataw mandat u li huma responsabbli għall-prevenzjoni u l-ġlieda kontra t-traffikar illeċitu tas-SALW u s-CA, jiġifieri l-kummissjonijiet/bordijiet tas-SALW, il-Ministeri għall-Affarijiet Interni, u l-aġenziji tal-infurzar tal-liġi bħall-pulizija. Awtoritajiet involuti oħra huma l-Ministeri għas-Sigurtà, l-uffiċċji tal-prosekuturi, il-qrati u s-servizzi penitenzjarji fil-Bożnija-Ħerzegovina, kif ukoll il-Ministeru għad-Difiża fil-Montenegro. Fis-Serbja, il-proġett jipprevedi wkoll l-involviment ma’ organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili li jittrattaw kwistjonijiet ta’ kontroll tas-SALW (benefiċjarji diretti);

    (b)

    popolazzjonijiet ta’ ġuriżdizzjonijiet fis-SEE u l-viċinat Ewropew tiegħu li jinsabu f’riskju bl-użu tas-SALW u s-CA illeċiti f’attivitajiet kriminali, terroriżmu u użu ħażin vjolenti (benefiċjarji indiretti);

    (c)

    awtoritajiet li ngħataw mandat fl-Unjoni u l-Istati Membri tagħha li jibbenefikaw minn kapaċitajiet imtejba ta’ kontroll tas-SALW u tas-CA fis-SEE permezz, fost l-oħrajn, ta’ skambji aħjar ta’ informazzjoni, kif ukoll miżuri ta’ koordinazzjoni u kooperazzjoni bħall-identifikazzjoni tar-riskju, l-investigazzjoni u t-traċċar, id-detezzjoni u s-sekwestru tas-SALW u tas-CA illeċiti (benefiċjarji indiretti).

    4.   Deskrizzjoni dettaljata tal-proġett tinsab fl-Anness għal din id-Deċiżjoni.

    Artikolu 2

    1.   Ir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta’ Sigurtà (“RGħ”) għandu jkun responsabbli għall-implimentazzjoni ta’ din id-Deċiżjoni.

    2.   L-implimentazzjoni teknika tal-proġett imsemmi fl-Artikolu 1 (“il-proġett”) għandha titwettaq mis-Segretarjat tal-OSKE.

    3.   Is-Segretarjat tal-OSKE għandu jwettaq il-kompiti tiegħu taħt ir-responsabbiltà tar-RGħ. Għal dak il-għan, ir-RGħ għandu jidħol fl-arranġamenti meħtieġa mas-Segretarjat tal-OSKE.

    Artikolu 3

    1.   L-ammont ta’ referenza finanzjarja għall-implimentazzjoni tal-proġett iffinanzjat mill-Unjoni għandu jkun ta’ EUR 4 208 827.

    2.   In-nefqa ffinanzjata mill-ammont ta’ referenza stipulat fil-paragrafu 1 għandha tkun amministrata konformement mal-proċeduri u r-regoli applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni.

    3.   Il-Kummissjoni għandha tissorvelja l-amministrazzjoni xierqa tan-nefqa msemmija fil-paragrafu 1. Għal dan il-għan, hija għandha tikkonkludi l-ftehim ta’ finanzjament neċessarju mas-Segretarjat tal-OSKE. Il-ftehim ta’ finanzjament għandu jistipula li s-Segretarjat tal-OSKE jrid jiżgura l-viżibbiltà tal-kontribuzzjoni tal-Unjoni, adatta għad-daqs tagħha.

    4.   Il-Kummissjoni għandha tagħmel ħilitha biex tikkonkludi l-ftehim ta’ finanzjament imsemmi fil-paragrafu 3 malajr kemm jista’ jkun wara d-dħul fis-seħħ ta’ din id-Deċiżjoni. Hija għandha tinforma lill-Kunsill bi kwalunkwe diffikultà f’dak il-proċess u bid-data tal-konklużjoni tal-ftehim ta’ finanzjament.

    Artikolu 4

    1.   Ir-RGħ għandu jirrapporta lill-Kunsill dwar l-implimentazzjoni ta’ din id-Deċiżjoni abbażi ta’ rapporti narrattivi regolari mħejjija mis-Segretarjat tal-OSKE. Dawk ir-rapporti għandhom jifformaw il-bażi għall-evalwazzjoni li għandha ssir mill-Kunsill.

    2.   Il-Kummissjoni għandha tirrapporta dwar l-aspetti finanzjarji tal-proġett imsemmi fl-Artikolu 1.

    Artikolu 5

    1.   Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha.

    2.   Din id-Deċiżjoni għandha tiskadi 36 xahar wara d-data tal-konklużjoni tal-ftehim ta’ finanzjament imsemmi fl-Artikolu 3(3). Madankollu, għandha tiskadi sitt xhur wara d-data tad-dħul fis-seħħ tagħha jekk ma jkun ġie konkluż ebda ftehim sa dak iż-żmien

    Magħmul fi Brussell, it-2 ta’ Diċembru 2021.

    Għall-Kunsill

    Il-President

    J. VRTOVEC


    (1)  FSC.DOC/1/00/Rev.1

    (2)  FSC.DOC/1/03/Rev.1

    (3)  Fl-10 ta’ Lulju 2018, is-Summit tal-Balkani tal-Punent f’Londra adotta l-“Pjan Direzzjonali Reġjonali għal soluzzjoni sostenibbli għall-pussess illegali, l-użu ħażin u t-traffikar ta’ SALW/armi tan-nar u l-munizzjon tagħhom fil-Balkani tal-Punent sal-2024”.

    (4)  Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2018/101 tat-22 ta’ Jannar 2018 dwar il-Promozzjoni ta’ Kontrolli Effettivi fuq l-Esportazzjoni tal-Armi (ĠU L 17, 23.1.2018, p. 40).

    (5)  Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2017/915 tad-29 ta’ Mejju 2017 dwar attivitajiet ta’ sensibilizzazzjoni tal-Unjoni b’appoġġ għall-implimentazzjoni tat-Trattat dwar il-Kummerċ tal-Armi (ĠU L 139, 30.5.2017, p. 38).

    (6)  Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2019/2111 tad-9 ta’ Diċembru 2019 b’appoġġ għall-attivitajiet tas-SEESAC rigward id-diżarm u l-kontroll tal-armi fix-Xlokk tal-Ewropa li jnaqqsu t-theddida ta’ armi ħfief u ta’ kalibru żgħir illeċiti u l-munizzjon tagħhom (ĠU L 318, 10.12.2019, p. 147).

    (7)  Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2018/1788 tad-19 ta’ Novembru 2018 b’appoġġ għaċ-Ċentru tax-Xlokk u tal-Lvant tal-Ewropa għall-kontroll tal-Armi Ħfief u ta’ Kalibru Żgħir (SEESAC) għall-implimentazzjoni tal-Pjan Direzzjonali Reġjonali għall-ġlieda kontra t-traffikar illeċitu ta’ armi fil-Balkani tal-Punent (ĠU L 293, 20.11.2018, p. 11).

    (8)  Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2016/2356 tad-19 ta’ Diċembru 2016 b’appoġġ għall-attivitajiet tas-SEESAC rigward id-diżarm u l-kontroll tal-armi fix-Xlokk tal-Ewropa fil-qafas tal-Istrateġija tal-UE għall-ġlieda kontra l-akkumulazzjoni u t-traffikar illeċiti ta’ SALW u l-munizzjon tagħhom (ĠU L 348, 21.12.2016, p. 60).

    (9)  Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2012/662/PESK tal-25 ta’ Ottubru 2012 b’appoġġ għall-attivitajiet biex jitnaqqas ir-riskju tal-kummerċ illeċitu fi, u l-akkumulazzjoni eċċessiva ta’ Armi Ħfief u ta’ Kalibru Żgħir fir-reġjun kopert mill-Organizzazzjoni għas-Sigurtà u l-Kooperazzjoni fl-Ewropa (OSKE) (ĠU L 297, 26.10.2012, p. 29).

    (10)  ĠU L 204, 5.8.2017, p. 82.

    (11)  Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2019/2009 tat-2 ta’ Diċembru 2019 b’appoġġ għall-Isforzi tal-Ukrajna għall-Ġlieda Kontra t-Traffikar Illeċitu ta’ Armi, Munizzjon u Splussivi, f’kooperazzjoni mal-OSKE (ĠU L 312, 3.12.2019, p. 42).

    (*)  Dan l-isem huwa mingħajr preġudizzju għall-pożizzjonijiet dwar l-istatus, u huwa konformi mal-UNSCR 1244/1999 u l-Opinjoni tal-QIĠ dwar id-dikjarazzjoni tal-indipendenza tal-Kosovo.


    ANNESS

    DOKUMENT TA' PROĠETT

    PROGRAMM KOMPRENSIV TAL-OSKE DWAR L-APPOĠĠ GĦALL-ISFORZI GĦALL-PREVENZJONI U L-ĠLIEDA KONTRA T-TRAFFIKAR ILLEĊITU TA' SALW U CA FIX-XLOKK TAL-EWROPA - HR (2021) 138

    1.   Sfond

    Għal aktar minn tliet deċennji, l-istati fix-Xlokk tal-Ewropa (SEE) ilhom jiffaċċjaw riskji u sfidi sinifikanti relatati mal-akkumulazzjoni destabbilizzanti u t-tixrid bla kontroll ta’ Armi Ħfief u ta’ Kalibru Żgħir illeċiti (SALW) u Munizzjon Konvenzjonali (CA) bejn il-fruntieri tagħhom u fit-territorji kollha tagħhom. Dawn ir-riskji għandhom implikazzjonijiet negattivi usa’ għall-Ewropa kollha kemm hi, u lil hinn minnha.

    Is-SEE jibqa’ sors ta’ tħassib u sfida importanti fl-Istrateġija tal-UE kontra l-armi tan-nar, l-Armi Ħfief u ta’ Kalibru Żgħir (SALW) u l-munizzjon tagħhom ("l-Istrateġija tal-UE dwar is-SALW"). L-Istrateġija tal-UE dwar is-SALW tiddikjara li minkejja li fi snin reċenti sar progress sinifikanti, speċjalment fix-Xlokk tal-Ewropa, l-iskala tal-akkumulazzjoni ta' SALW u munizzjon, il-kundizzjonijiet ta' ħażna inadegwati, il-pussess illeċitu mifrux u n-nuqqasijiet fl-implimentazzjoni jkomplu jillimitaw l-effettività ta' sforzi ta' kontroll ta' armi tan-nar/SALW f'partijiet tal-Balkani tal-Punent.

    B’hekk, bir-referenza għall-Balkani tal-Punent l-istrateġija tal-UE dwar is-SALW tistabbilixxi s-sett komprensiv ta’ azzjonijiet bħal [...] "għat-tnaqqis ta' ħażniet żejda ta' SALW u munizzjon, għat-tnaqqis tal-pussess illeċitu, għall-ġlieda kontra d-devjazzjoni u t-traffikar tal-armi, għat-titjib tal-kontrolli fil-fruntieri, għat-tisħiħ tal-immarkar, iż-żamma ta' rekords u r-rintraċċar ta' SALW kif ukoll kapaċitajiet ta' rimi, għaż-żieda tas-sensibilizzazzjoni, u għall-appoġġ ta' kapaċitajiet ta' infurzar tal-liġi, [...], u żżomm l-appoġġ għal sistemi ta' kontroll nazzjonali u tqis inizjattivi reġjonali rilevanti għall-ġlieda kontra s-SALW illeċiti u l-munizzjon tagħhom bħall-inizjattiva tal-Pjan Direzzjonali Reġjonali għal soluzzjoni sostenibbli għall-pussess illegali, l-użu ħażin u t-traffikar ta' SALW/armi tan-nar u l-munizzjon tagħhom fil-Balkani tal-Punent sal-2024; inizjattiva li kienet appoġġata minn Franza u l-Ġermanja."

    Il-legat tal-konflitti passati fir-reġjun, il-fallimenti fl-implimentazzjoni f’waqtha u dovuta tad-demobilizzazzjoni, id-diżarm, u r-reintegrazzjoni, kif ukoll sistemi ta’ kontroll ċentralizzati tas-SALW u l-Ħażniet ta' Munizzjon Konvenzjonali implimentati ħażin manifestati:

    fil-kummerċ illeċitu tas-SALW u l-Munizzjon Konvenzjonali u l-proliferazzjoni fi u bejn il-fruntieri tas-SEE;

    fid-devjazzjoni illegali tas-SALW u l-Munizzjon Konvenzjonali;

    fl-użu tas-SALW u l-Munizzjon Konvenzjonali illeċiti/imdaħħlin b’kuntrabandu f’attivitajiet terroristiċi, kriminali u reati vjolenti fir-reġjun u lil hinn minnu;

    fit-telf u s-serq tas-SALW u l-Munizzjon Konvenzjonali minn siti u ħabi uffiċjali ta’ ħżin (u, b’hekk, il-proliferazzjoni illeċita tagħhom);

    f'responsabbiltà u trasparenza baxxi fil-prevenzjoni, il-ġestjoni, l-infurzar, u l-kontroll tas-SALW u l-Munizzjon Konvenzjonali.

    L-Istati parteċipanti (pS) tal-OSKE qablu li jikkooperaw biex jindirizzaw dawn il-problemi u biex jagħmlu dan b’mod komprensiv. B’mod speċifiku, l-Istati parteċipanti impenjaw ruħhom li jiġġieldu t-traffikar illeċitu u t-tixrid bla kontroll tas-SALW u l-Munizzjon Konvenzjonali f’konformità mad-dispożizzjonijiet tad-dokumenti tal-OSKE dwar is-SALW (FSC.DOC/1/00/Rev.1) u l-Ħażniet tal-Munizzjon Konvenzjonali (FSC.DOC/1/03/Rev.1).

    Sabiex jiġu indirizzati dawn l-isfidi u t-tħassib, l-istati tas-SEE indirizzaw talbiet għal assistenza uffiċjali lill-OSKE fil-qasam tal-kontroll tas-SALW u l-Munizzjon Konvenzjonali fl-2019 (1). Dawn ġew mill-Ministeru għall-Intern tal-Albanija, il-Ministeru għas-Sigurtà tal-Bożnija-Ħerzegovina, il-Ministeru għall-Intern tar-Repubblika tal-Maċedonja ta’ Fuq, il-Ministeru għad-Difiża tal-Montenegro, u l-Ministeru għall-Affarijiet Interni tas-Serbja.

    2.   Objettiv ġenerali

    Biex jitnaqqsu r-riskji ta’ traffikar illeċitu u tixrid mhux ikkontrollat tas-SALW fi/lejn/minn SEE li jimminaw is-sikurezza u s-sigurtà billi jimpedixxu l-bini sostenibbli tal-paċi u l-iżvilupp soċjoekonomiku kif ukoll billi jikkontribwixxu għal kollass fl-ordni, iħeġġu t-terroriżmu u l-vjolenza kriminali jew li jwasslu biex jerġa’ jibda konflitt.

    3.   Deskrizzjoni tal-Azzjoni

    L-azzjoni hija bbażata fuq proċessi sistematiċi ta’ valutazzjoni tal-ħtiġijiet implimentati fil-perijodu 2019 – 2021. Dawn il-proċessi vverifikaw it-talbiet għall-assistenza u kkonfermaw il-ħtiġijiet għall-appoġġ tal-OSKE, jiġifieri fit-tisħiħ tal-kapaċitajiet tal-awtoritajiet b’mandat fi:

    il-ġestjoni tal-informazzjoni u l-iskambji dwar il-prevenzjoni u l-ġlieda kontra t-traffikar illeċitu tas-SALW;

    il-kapaċitajiet tal-klieb (K-9) fil-kxif u l-qbid tas-SALW u l-Munizzjon Konvenzjonali illeċiti;

    is-sensibilizzazzjoni u l-promozzjoni b’appoġġ għall-prevenzjoni u l-ġlieda kontra t-traffikar illeċitu tas-SALW u l-Munizzjon Konvenzjonali;

    l-oqfsa regolatorji u operazzjonali tad-diżattivazzjoni tas-SALW;

    il-ġestjoni u sigurtà tal-ħażniet tas-SALW.

    L-azzjoni - il-programm komprensiv tal-OSKE dwar l-isforzi ta’ appoġġ għall-prevenzjoni u l-ġlieda kontra t-traffikar illeċitu tas-SALW u l-Munizzjon Konvenzjonali fix-Xlokk tal-Ewropa - li tikkonsisti f’seba’ proġetti tal-OSKE, twieġeb għall-ħtiġiet ta’ hawn fuq b’mod komprensiv ukoll permezz tat-tisħiħ tad-dinamika transkonfinali / reġjonali għall-prevenzjoni u l-ġlieda kontra t-traffikar illeċitu tas-SALW u l-Munizzjon Konvenzjonali b’mod aktar effiċjenti, effettiv u b’impatt akbar. Il-proġetti ġew żviluppati f’kooperazzjoni mill-qrib fost l-awtoritajiet/istituzzjonijiet b’mandat, iċ-Ċentru għall-Prevenzjoni ta' Kunflitti tal-OSKE u l-operazzjonijiet fuq il-post tal-OSKE fis-SEE.

    Il-programm komprensiv tal-OSKE permezz tal-proġetti tagħha jappoġġa l-Istrateġija tal-UE dwar is-SALW b’mod partikolari l-kooperazzjoni u l-assistenza internazzjonali relatati mal-Balkani tal-Punent.

    Il-proġetti għandhom ukoll l-għan li jimmitigaw u jipprevjenu l-effetti negattivi fuq l-iżvilupp sostenibbli mill-kummerċ illeċitu tas-SALW u l-munizzjon tagħhom u b’hekk isaħħu l-Għanijiet ta’ Żvilupp Sostenibbli tan-NU bħal:

    Għan 05. Tinkiseb l-ugwaljanza bejn il-ġeneri u tingħata setgħa lin-nisa u lill-bniet kollha (eż. mira 5.2); u

    Għan 16. Jiġu promossi soċjetajiet paċifiċi u inklużivi għall-iżvilupp sostenibbli, jingħata aċċess għall-ġustizzja lil kulħadd u jinbnew istituzzjonijiet effettivi, responsabbli u inklużivi fil-livelli kollha (eż. miri 16.1, 16.4 & 16.a).

    Barra minn hekk, il-proposti ġew armonizzati bil-"Pjan Direzzjonali għal soluzzjoni sostenibbli għall-pussess illegali, l-użu ħażin u t-traffikar tas-SALW u l-munizzjon tagħhom fil-Balkani tal-Punent sal-2024" (2) kif ukoll ikkoordinati mal-partijiet ikkonċernati rilevanti li jappoġġaw il-Pjan Direzzjonali, u l-monitoraġġ tal-implimentazzjoni tiegħu. Il-proposti huma wkoll komplementari għal, u b’hekk jappoġġaw lill-awtoritajiet tas-SEE biex jikkonformaw mal-Istrateġija tal-UE kontra l-armi tan-nar illeċiti, is-SALW u l-munizzjon tagħhom (2018) b’mod partikolari azzjonijiet fil-Balkani tal-Punent.

    3.1.   Proġett 1: Assistenza lill-awtoritajiet nazzjonali tar-Repubblika tal-Albanija biex jitnaqqas ir-riskju tal-proliferazzjoni u l-użu ħażin tas-SALW

    3.1.1.   Objettiv

    L-objettiv tal-proġett huwa li jitnaqqas ir-riskju tal-proliferazzjoni u l-użu ħażin tas-SALW fir-Repubblika tal-Albanija.

    3.1.2.   Deskrizzjoni

    L-impatt tal-proliferazzjoni mhux ikkontrollata u l-pussess tas-SALW, il-munizzjon u l-isplussivi jkomplu jikkostitwixxu theddida kbira għas-sigurtà pubblika, l-iżvilupp soċjali u ekonomiku fl-Albanija. SALW ikkontrollati ħażin u illegali jsostnu elementi kriminali u kriminalità organizzata, billi jippermettu l-vjolenza u n-nuqqas ta’ sigurtà. Dawn l-aspetti kollha għandhom effetti detrimentali fuq is-sigurtà u l-miżuri għall-bini tal-fiduċja fil-pajjiż u fir-reġjun. L-Albanija talbet assistenza f’Ottubru 2019 fil-Forum tal-OSKE għall-Kooperazzjoni fis-Sigurtà.

    L-OSKE vverifikat nuqqasijiet fil-kapaċitajiet:

    a)

    fil-qafas leġiżlattiv u regolatorju għad-diżattivazzjoni tal-armi tan-nar, u l-implimentazzjoni xierqa tiegħu bit-titjib tal-infrastruttura, it-tagħmir u l-elementi tat-taħriġ;

    b)

    fis-servizzi tal-klieb (K9) tal-pulizija tal-Istat Albaniż fid-detezzjoni tas-SALW, il-munizzjon, u l-isplussivi;

    c)

    fis-sensibilizzazzjoni tal-pubbliku dwar il-perikli tal-użu ħażin u l-proliferazzjoni tas-SALW.

    Il-finanzjament tal-Kunsill tal-UE ser jintuża biex jiġu indirizzati n-nuqqasijiet fil-kapaċitajiet taħt il-punti a) sa c).

    Il-benefiċjarji tal-proġett, minbarra l-popolazzjoni tal-Albanija, huma bosta awtoritajiet nazzjonali bil-mandat fil-qasam tal-kontroll tas-SALW b’mod partikolari l-Kummissjoni Nazzjonali tas-SALW, il-Ministeru għall-Intern tar-Repubblika tal-Albanija (MoI) u l-Pulizija tal-Istat fl-Albanija (ASP).

    3.1.3.   Riżultati mistennija

    Riżultat 1: Il-qafas leġiżlattiv tar-Repubblika tal-Albanija dwar kwistjonijiet tas-SALW u diżattivazzjoni huma msaħħa.

    Indikaturi:

    L-eżistenza ta’ qafas normattiv għall-kontroll tas-SALW f’konformità mal-istandards internazzjonali

    L-eżistenza ta’ faċilitajiet u prattika dwar id-diżattivazzjoni tas-SALW li joperaw f’konformità mal-impenji tal-OSKE u l-istandards internazzjonali

    L-għadd ta’ taħriġ u l-għadd ta’ persuni mħarrġa biex jiddiżattivaw jew jissorveljaw il-proċess ta’ diżattivazzjoni

    Riżultat 2: Il-kapaċitajiet tal-Pulizija Albaniża fid-detezzjoni ta’ armi u splussivi huma msaħħa.

    Indikaturi:

    L-eżistenza ta’ qafas normattiv li javvanza l-kapaċità K9 f’konformità mal-istandards internazzjonali

    L-eżistenza ta’ faċilitajiet u infrastruttura K9 f’konformità mal-istandards internazzjonali u r-rakkomandazzjonijiet tal-OSKE

    L-għadd ta’ taħriġ u l-għadd ta’ persuni mħarrġa

    Riżultat 3: Tiżdied is-sensibilizzazzjoni tal-pubbliku dwar il-perikli u s-SALW u kwistjonijiet ta’ kontroll tas-SALW.

    Indikaturi:

    L-għadd ta’ dokumenti ta’ gwida jew ta' regolament dwar is-sensibilizzazzjoni u l-involviment tal-pubbliku fis-seħħ (jiġifieri Strateġija ta’ Komunikazzjoni dwar is-SALW)

    L-għadd ta’ kampanji aġġornati ta’ sensibilizzazzjoni u ta' involviment tal-pubbliku dwar l-importanza tas-SALW, il-munizzjon u l-kontroll tal-isplussivi u dwar ir-riskji relatati mal-pussess illegali u l-użu ħażin tagħhom f’konformità mal-Istrateġija ta’ Komunikazzjoni adottata dwar is-SALW

    Perċentwal ta’ udjenza fil-mira (diżaggregata skont is-sess) li huma konxji tar-riskji ta’ użu ħażin tas-SALW

    3.1.4.   Attivitajiet

    3.1.4.1   Attività relatata mat-tisħiħ tal-qafas leġiżlattiv tar-Repubblika tal-Albanija dwar kwistjonijiet tas-SALW u d-diżattivazzjoni.

    L-attività ser tinkludi:

    Appoġġ għall-iżvilupp ta’ ordinanza dwar id-diżattivazzjoni u pjan ta’ azzjoni għall-implimentazzjoni tagħha

    Appoġġ għall-istabbiliment ta’ mekkaniżmi għall-implimentazzjoni u s-sorveljanza xierqa tad-diżattivazzjoni tas-SALW

    Appoġġ għall-iżvilupp ta’ Manwal ta’ Taħriġ dwar id-diżattivazzjoni tas-SALW, u l-għoti ta’ taħriġ nazzjonali u internazzjonali għall-prattikanti lokali

    3.1.4.2   Attività relatata mat-tisħiħ tal-kapaċitajiet tal-Pulizija Albaniża fid-detezzjoni ta’ armi u splussivi illeċiti.

    L-attività ser tinkludi:

    Żvilupp tas-SOP għall-użu tal-kapaċità K9 fid-detezzjoni tas-SALW, kif ukoll il-Pjan Regolatorju K9 għall-modernizzazzjoni ta’ din il-kapaċità

    Programm ta’ taħriġ dwar l-applikazzjoni tas-SOP għall-użu tal-kapaċità K9 fid-detezzjoni tas-SALW

    Assistenza fit-tagħmir u titjib fl-infrastruttura tal-unità K9

    Implimentazzjoni ta’ titjib fl-infrastruttura għall-postijiet fejn jinżammu l-klieb, il-faċilitajiet tal-uffiċċju u l-perimetru K9 kif ukoll l-akkwist u t-trasferiment ta’ tagħmir għall-unitajiet K9 biex tiżdied il-kapaċità ta’ detezzjoni

    Forniment ta’ pjattaforma għall-promozzjoni tal-użu tal-kapaċitajiet tal-K9 permezz tal-organizzazzjoni ta’ kompetizzjonijiet fil-livell nazzjonali u reġjonali

    3.1.4.3   Attività relatata maż-żieda fis-sensibilizzazzjoni tal-pubbliku dwar il-perikli tas-SALW u kwistjonijiet ta’ kontroll tas-SALW

    L-attività ser tinkludi:

    Appoġġ għat-tfassil ta’ Strateġija kkoordinata ta’ Sensibilizzazzjoni u Komunikazzjoni

    Appoġġ għall-implimentazzjoni tal-Istrateġija ta’ Sensibilizzazzjoni u Komunikazzjoni

    3.2.   Proġett 2: L-indirizzar tar-riskji għas-sigurtà u s-sikurezza tal-pussess illegali, l-użu ħażin u t-traffikar tas-SALW u l-munizzjon tagħhom fil-Bożnija-Ħerzegovina

    3.2.1.   Objettiv

    L-objettiv tal-proġett huwa li l-Bożnija-Ħerzegovina (BiH) tiġi appoġġata fil-mitigazzjoni tar-riskji għas-sigurtà u s-sikurezza relatati mal-pussess illegali, l-użu ħażin u t-traffikar tas-SALW u l-munizzjon tagħhom.

    3.2.2.   Deskrizzjoni

    Il-proġett jindirizza ħtiġijiet ta’ prijorità għolja speċifikati fit-talba għall-assistenza tal-Ministeru għas-Sigurtà (2019) u għandu l-għan li jappoġġa lill-BiH fil-mitigazzjoni tar-riskji għas-sigurtà u s-sikurezza relatati mal-pussess illegali, l-użu ħażin u t-traffikar tas-SALW, il-munizzjon u l-isplussivi – u b’hekk jikkontribwixxi għas-sigurtà u l-istabbiltà fil-pajjiż u r-reġjun b'mod aktar wiesa'.

    L-OSKE vverifikat nuqqasijiet fil-kapaċitajiet:

    a)

    fl-infrastruttura tal-ħażna tas-SALW u l-munizzjon tal-aġenziji tal-infurzar tal-liġi (LEA), inkluż is-sigurtà fiżika u l-proċeduri u l-prattiki tal-ġestjoni tal-ħażniet;

    b)

    fis-sensibilizzazzjoni istituzzjonali u involviment dwar il-kontroll tas-SALW b’appoġġ għall-Bord ta’ Koordinazzjoni tal-Kontroll tas-SALW (CCB) inkluż approċċ metodoloġiku u sett ta’ għodod ta’ monitoraġġ u evalwazzjoni;

    c)

    fil-kapaċitajiet tal-klieb tal-LEA għad-detezzjoni tas-SALW, il-munizzjon u l-isplussivi, inkluż l-ippjanar, l-oqfsa leġiżlattivi u operazzjonali, it-tagħmir u l-infrastruttura tagħhom kif ukoll elementi ta’ taħriġ;

    d)

    fl-aċċessibbiltà għal u l-komparabbiltà tad-data relatata mas-SALW meħtieġa għat-tfassil effettiv tal-politika u r-rispons operazzjonali;

    e)

    fid-diżattivazzjoni tas-SALW, inkluż oqfsa leġiżlattivi u regolatorji, taħriġ, tagħmir u elementi tal-infrastruttura.

    Il-finanzjament tal-Kunsill tal-UE ser jintuża biex jiġu indirizzati n-nuqqasijiet fil-kapaċitajiet taħt il-punti c) u d).

    Il-benefiċjarji tal-proġett, minbarra l-popolazzjoni tal-BiH, huma bosta awtoritajiet nazzjonali bil-mandat fil-qasam tal-kontroll tas-SALW, jiġifieri aġenziji tal-infurzar tal-liġi (LEAs) inkluż ministeri għall-intern (MoIs) tal-entità u kantonali/aġenziji tal-pulizija, SALW CCB, Ministeru għas-Sigurtà (MoS) tal-BiH, kif ukoll uffiċċji tal-prosekuturi, qrati u servizzi penitenzjarji.

    3.2.3.   Riżultati mistennija

    Riżultat 1: Il-kapaċitajiet ta’ infurzar tal-liġi K9 għad-detezzjoni tas-SALW, il-munizzjon, u l-isplussivi huma msaħħa.

    Indikaturi:

    Ir-rata ta’ implimentazzjoni tal-Pjan Regolatorju żviluppat dwar l-iżvilupp tal-qafas leġiżlattiv, infrastrutturali u operazzjonali meħtieġ għall-unitajiet K9

    Perċentwal ta’ trainees li juru l-ħiliet meħtieġa għall-applikazzjoni effettiva tas-SOPs

    Għadd ta’ unitajiet/siti K9 imtejba f'konformità mal-valutazzjoni tal-ħtiġijiet tal-OSKE

    Riżultat 2: Tiġi żviluppata bażi ta’ data integrata tal-każijiet interistituzzjonali dwar is-SALW u l-munizzjon u sistema ta’ traċċar.

    Indikaturi:

    Il-grad ta’ interoperabbiltà/kompatibbiltà tal-metodoloġiji tal-ġbir tad-data

    L-eżistenza ta’ sistema tal-IT interistituzzjonali funzjonali li tippermetti l-ġbir u l-analiżi integrati ta’ data minn każijiet relatati mas-SALW u l-munizzjon

    3.2.4.   Attivitajiet

    3.2.4.1.   Attività relatata mal-kapaċitajiet ta’ infurzar tal-liġi K9 għad-detezzjoni tas-SALW, il-munizzjon, u l-isplussivi.

    L-attività ser tinkludi:

    Appoġġ għall-organizzazzjoni ta’ gruppi ta’ ħidma u laqgħat ta’ koordinazzjoni biex jiġi żviluppat Pjan Regolatorju għall-bini tal-kapaċità tal-K9

    Appoġġ għall-iżvilupp ta’ oqfsa leġiżlattivi u operazzjonali meħtieġa għall-użu tal-kapaċità K9 fid-detezzjoni tas-SALW

    Titjib tal-infrastruttura K9 u forniment tat-tagħmir meħtieġ

    Organizzazzjoni ta’ programm ta’ taħriġ dwar l-applikazzjoni tas-SOP għall-użu tal-kapaċità K9 fid-detezzjoni tas-SALW

    Stabbiliment ta’ pjattaforma għall-promozzjoni tal-użu tal-kapaċitajiet tal-K9 permezz tal-organizzazzjoni ta’ kompetizzjonijiet fil-livell nazzjonali u reġjonali

    3.2.4.2.   Attività relatata mal-iżvilupp ta’ bażi ta’ data integrata tal-każijiet interistituzzjonali dwar is-SALW u l-munizzjon u sistema ta’ traċċar.

    L-attività ser tinkludi:

    Appoġġ għal valutazzjoni tal-mudelli legali u statistiċi rilevanti tal-infurzar tal-liġi u l-ġudikatura fl-istabbiliment ta’ rekord interistituzzjonali integrat tas-SALW u l-munizzjon

    Appoġġ għall-istabbiliment tas-sistema ta’ rekord tas-SALW tal-BiH

    Organizzazzjoni ta’ taħriġ għall-ġudikatura u l-utenti tal-infurzar tal-liġi tas-sistema ta’ traċċar tas-SALW

    3.3.   Proġett 3: Appoġġ għat-tisħiħ tal-kapaċità K-9 tal-pulizija tal-Kosovo (*) biex tidentifika u tikkonfiska s-SALW, il-munizzjon u l-isplussivi

    3.3.1.   Objettiv

    L-objettiv tal-proġett huwa li jiġi appoġġat it-tisħiħ tal-kapaċità eżistenti K-9 tal-Pulizija tal-Kosovo u l-kontribut dirett tagħha lejn il-prevenzjoni, it-trażżin u l-investigazzjoni tas-SALW, il-munizzjon, u l-użu ħażin u t-traffikar ta’ splussivi fil-Balkani tal-Punent.

    3.3.2.   Deskrizzjoni

    Il-proġett ġie żviluppat f’kuntest tal-Istrateġija tal-Kosovo dwar il-Kontroll tas-SALW li takkumpanja l-Pjan ta’ Azzjoni. Dan għandu l-għan li jappoġġa t-tisħiħ tal-kapaċità eżistenti K-9 tal-Pulizija tal-Kosovo u l-kontribut dirett tagħha lejn il-prevenzjoni, it-trażżin u l-investigazzjoni tas-SALW, il-munizzjon, u l-użu ħażin u t-traffikar ta’ splussivi fil-Balkani tal-Punent.

    Il-proġett ser ikollu l-għan li jindirizza nuqqasijiet fil-kapaċitajiet ivverifikati fis-servizzi K9 fil-prevenzjoni, it-trażżin u l-investigazzjoni tal-użu ħażin u t-traffikar tas-SALW, inkluż il-qafas regolatorju, l-użu operazzjonali tat-timijiet K9, in-nuqqas ta’ riżorsi umani, infrastrutturali u tat-trasport.

    Il-benefiċjarji tal-proġett, minbarra l-popolazzjoni tal-Kosovo, huma l-pulizija tal-Kosovo.

    3.3.3.   Riżultati mistennija

    Riżultat 1: Il-qafas regolatorju u ta’ taħriġ, kif ukoll l-infrastruttura u t-tagħmir tal-unità K-9 lejn prevenzjoni, soppressjoni u investigazzjoni aktar effiċjenti u effettivi tas-SALW, il-munizzjon, u użu ħażin u traffikar ta’ splussivi huwa msaħħaħ

    Indikaturi:

    L-eżistenza ta’ qafas regolatorju u ta’ taħriġ tal-unità K-9

    Eżistenza ta’ infrastruttura u tagħmir imtejba tal-unità K9

    3.3.4.   Attivitajiet

    3.3.4.1.   Attività relatata mat-titjib tal-qafas regolatorju u ta’ taħriġ, kif ukoll l-infrastruttura u t-tagħmir tal-unità K-9 lejn prevenzjoni, soppressjoni u investigazzjoni aktar effiċjenti u effettivi tas-SALW, il-munizzjon, u użu ħażin u traffikar ta’ splussivi.

    L-attività ser tinkludi:

    Stabbiliment u attivitajiet tal-Grupp ta’ Ħidma għat-titjib tal-kapaċità K-9

    Twettiq ta’ żjarat ta’ studju ma’ kontropartijiet li għandhom sistema avvanzata għall-użu ta’ klieb ta' kxif għas-SALW, munizzjon u splussivi

    Għoti ta' appoġġ lid-Diviżjoni tat-Taħriġ tal-benefiċjarju fl-abbozzar tal-Pjan ta’ Taħriġ, li tiġi żviluppata metodoloġija ta’ taħriġ li ser tkun integrata bis-sħiħ fl-Unitajiet tal-K9 għat-taħriġ u l-operazzjonijiet tal-K9, u li jinbena ċirku ta’ esperti tat-taħriġ

    Appoġġ għall-forniment tal-infrastruttura neċessarja u t-tagħmir meħtieġ għat-taħriġ, għall-prestazzjoni tattika u operazzjonali tal-Unità K-9

    Għoti ta’ taħriġ speċjalizzat u avvanzat għall-uffiċjali tal-klieb

    3.4.   Proġett 4: Assistenza lill-awtoritajiet nazzjonali tar-Repubblika tal-Maċedonja ta' Fuq biex jitnaqqas ir-riskju tal-proliferazzjoni ta' armi u l-użu ħażin tas-SALW

    3.4.1.   Objettiv

    L-objettiv tal-proġett huwa li jitnaqqas ir-riskju tal-proliferazzjoni tal-armi u l-użu ħażin tas-SALW fir-Repubblika tal-Maċedonja ta’ Fuq, permezz ta’ żieda fil-kapaċità ta’ prevenzjoni, detezzjoni, analiżi u investigazzjoni tal-Ministeru għall-Affarijiet Interni u organizzazzjonijiet Governattivi oħra.

    3.4.2.   Deskrizzjoni

    Il-proġett ġie żviluppat biex iwieġeb għat-talba ta’ assistenza mill-Gvern tar-Repubblika tal-Maċedonja ta’ Fuq (2019) biex jissaħħu l-kapaċitajiet tal-Kummissjoni Nazzjonali dwar is-SALW u biex jinbnew il-kapaċitajiet tal-Unità K9 tad-dipartiment tal-Pulizija fid-detezzjoni ta’ armi u splussivi.

    L-OSKE vverifikat nuqqasijiet fil-kapaċitajiet:

    a)

    fil-kapaċità operazzjonali K9 tal-Ministeru għall-Affarijiet Interni fid-detezzjoni tal-proliferazzjoni illeċita tas-SALW;

    b)

    fil-mekkaniżmu ta’ kooperazzjoni u koordinazzjoni intra- u, interistituzzjonali u transkonfinali fil-prevenzjoni u l-ġlieda kontra t-traffikar illeċitu tas-SALW;

    c)

    fl-analiżi tal-kwistjonijiet ta’ kontroll tas-SALW fil-livelli strateġiċi u operazzjonali;

    d)

    fl-involviment pubbliku kkoordinat u s-sensibilizzazzjoni dwar ir-riskji relatati mal-użu ħażin tas-SALW fir-Repubblika tal-Maċedonja ta’ Fuq, inkluż l-isforzi li qed isiru mill-Kummissjoni Nazzjonali dwar is-SALW.

    Il-finanzjament tal-Kunsill tal-UE ser jintuża biex jiġu indirizzati n-nuqqasijiet fil-kapaċitajiet taħt il-punti a), b) u c).

    Il-benefiċjarji tal-proġett, minbarra l-popolazzjoni tar-Repubblika tal-Maċedonja ta’ Fuq, huma bosta awtoritajiet nazzjonali bil-mandat fil-qasam tal-kontroll tas-SALW, jiġifieri l-kummissjoni nazzjonali tas-SALW (3), il-Ministeru għall-Affarijiet Interni (MoIA) u l-Pulizija.

    3.4.3.   Riżultati mistennija

    Riżultat 1: Jissaħħu l-kapaċitajiet ta’ kooperazzjoni regolatorja, operazzjonali u bejn l-aġenziji tal-Ministeru għall-Affarijiet Interni tar-Repubblika tal-Maċedonja ta’ Fuq (MoIA) u tal-Kummissjoni dwar is-SALW biex tiġi miġġielda/indirizzata l-proliferazzjoni tas-SALW.

    Indikaturi:

    L-eżistenza ta’ qafas regolatorju dwar il-K9

    L-għadd ta’ servizzi reġjonali K9 stabbiliti u b’kapaċità funzjonali

    L-iskambju ta’ informazzjoni f’ħin reali jinsab fis-seħħ fi ħdan il-pulizija u maċ-Ċentri ta' Kooperazzjoni tal-Pulizija u tad-Dwana u l-pajjiżi tas-SEE

    Il-perċentwal ta’ udjenza fil-mira (diżaggregata skont is-sess) li huma konxji tar-riskji tal-proliferazzjoni tas-SALW u l-użu ħażin tagħhom

    L-għadd ta’ nisa u rġiel li ntlaħqu minn avvenimenti ta’ sensibilizzazzjoni

    3.4.4.   Attivitajiet

    3.4.4.1.   Appoġġ għaż-żieda fil-kapaċità ta’ detezzjoni tas-SALW illeċiti tal-MoIA permezz tal-iskjerament effiċjenti tal-assi K9

    L-attività ser tinkludi:

    Assistenza fit-tagħmir u titjib fl-infrastruttura tal-unitajiet tas-servizz K9 fil-livell ċentrali u reġjonali, inkluż ħżin imtejjeb tas-SALW u infrastruttura tal-IT f’mhux aktar minn ħames (5) siti (armeriji), kollokati b'unitajiet K-9 tal-Ministeru għall-Intern tar-Repubblika tal-Maċedonja ta’ Fuq

    Żvilupp ta’ SOP u l-aġġornament ta’ regolamenti għall-użu tal-kapaċità K9 fid-detezzjoni tas-SALW

    Programm ta’ taħriġ dwar l-applikazzjoni tas-SOP għall-użu tal-kapaċità K9 fid-detezzjoni tas-SALW

    Forniment ta’ pjattaforma għall-promozzjoni tal-użu tal-kapaċitajiet tal-K9 permezz tal-organizzazzjoni ta’ kompetizzjonijiet fil-livell nazzjonali u reġjonali

    3.4.4.2.   Appoġġ għall-pilotaġġ tas-sistema ta’ skambju ta’ informazzjoni f’ħin reali fil-ġlieda kontra t-traffikar illeċitu tas-SALW

    L-attività ser tinkludi:

    Assistenza fit-tagħmir, infrastruttura fiżika u aġġornamenti tal-ICT tas-sistemi ta’ skambju ta’ informazzjoni f’ħames (5) Ċentri ta’ Kooperazzjoni tal-Pulizija u tad-Dwana (PCCC) magħżula

    Żvilupp ta’ SOP dwar l-iskambju ta’ informazzjoni f’ħin reali relatat ma’ inċidenti tas-SALW

    Programm ta’ taħriġ dwar l-applikazzjoni tas-SOP dwar inċidenti tas-SALW relatati ma’ skambju ta’ informazzjoni f’ħin reali

    Programm ta’ skambju tal-persunal (traineeship)

    Organizzazzjoni tal-konferenza taċ-Ċentru ta’ Kooperazzjoni tal-Pulizija u tad-Dwana

    3.4.4.3.   Appoġġ għall-avvanz tal-kapaċitajiet operazzjonali u analitiċi tal-Kummissjoni Nazzjonali dwar is-SALW fil-ġlieda kontra t-traffikar illeċitu tas-SALW

    L-attività ser tinkludi:

    Organizzazzjoni ta’ workshop ta’ kooperazzjoni bejn l-aġenziji dwar ir-reġim ta’ kontroll tas-SALW

    Żvilupp ta’ Manwal ta’ Orjentazzjoni għall-membri tal-Kummissjoni

    Analiżi tal-istat tal-kontroll tas-SALW, inkluż l-elaborazzjoni tas-SOP dwar il-ġbir ta’ data, it-traċċar u r-rappurtar ta’ informazzjoni kif ukoll l-iżvilupp ta’ Sistema ta' Ġestjoni tal-Każijiet biex tiġi ffaċilitata l-analiżi dwar is-SALW

    3.5.   Proġett 5: Mitigazzjoni tar-riskji għas-sikurezza u s-sigurtà relatati mas-SALW/SCA fil-Montenegro

    3.5.1.   Objettiv

    L-objettiv tal-proġett huwa li jitnaqqas ir-riskju ta’ splużjonijiet mhux ippjanati f’siti ta’ munizzjon u d-devjazzjoni ta’ SALW/SCA mis-siti ta’ ħżin tal-Ministeru għad-Difiża tal-Montenegro.

    3.5.2.   Deskrizzjoni

    Il-Montenegro qed jiffaċċa r-riskji ta’ splużjonijiet mhux ippjanati f’siti ta’ munizzjon, traffikar illeċitu u tixrid mhux ikkontrollat tas-SALW/SCA. Dan ġie kkonfermat matul diversi żjarat ta’ esperti tal-OSKE f’dawn l-aħħar snin. Il-Ministeru għad-Difiża (MoD) tal-Montenegro indirizza dawk il-kwistjonijiet fid-Dokument ta' Riferiment tiegħu li jipprovdi l-istat aħħari mixtieq. Ir-rimi trasparenti ta’ Armi u Mezzi Esplożivi surplus u l-iżvilupp ta’ sistema sostenibbli ta’ Ġestjoni taċ-Ċiklu tal-Ħajja għall-armi, mezzi u splussivi (WEO) fi ħdan l-MoD tal-Montenegro. Il-Montenegro talab assistenza fl-2019 fil-FSC tal-OSKE.

    L-OSKE vverifikat nuqqasijiet fil-kapaċitajiet:

    a)

    fl-iżgurar ta’ approċċ ta’ ġestjoni taċ-ċiklu tal-ħajja għas-SALW u l-munizzjon konvenzjonali, inkluż taħriġ kontinwu u trasferiment tal-għarfien, qafas ta’ sorveljanza tal-munizzjon u koordinazzjoni u kooperazzjoni interistituzzjonali;

    b)

    b) fit-trasport sikur ta’ munizzjon konvenzjonali f’konformità mal-istandards internazzjonali.

    Il-finanzjament tal-Kunsill tal-UE ser jintuża biex jiġu indirizzati n-nuqqasijiet fil-kapaċitajiet taħt il-punti a) u b).

    Il-benefiċjarji tal-proġett, minbarra l-popolazzjoni tal-Montenegro, huma l-Ministeru għad-Difiża u l-Forzi Armati tal-Montenegro.

    3.5.3.   Riżultati mistennija

    Riżultat 1: Jissaħħu l-kapaċitajiet strateġiċi, ta' taħriġ u ta' koordinazzjoni tal-Ministeru għad-Difiża u korpi governattivi kompetenti oħra fil-qasam tal-ġestjoni tas-SALW/SCA

    Indikaturi:

    L-għadd ta' persunal tal-MoD fl-istituzzjonijiet edukattivi/ta' taħriġ rilevanti u fl-unitajiet operazzjonali b'kapaċitajiet avvanzati fl-appoġġ għall-ġestjoni u t-trattament tas-SALW/SCA;

    L-għadd ta' attivitajiet tas-SALW/SCA kkoordinati mill-Montenegro permezz ta' korpi maħtura;

    L-eżistenza ta' korp ta' kontroll ad interim

    Riżultat 2: Jittejbu l-kapaċitajiet għat-trasport tas-SALW/SCA b'mod sikur u sigur skont it-trattat tal-ADR.

    Indikaturi:

    L-għadd ta' persunal benefiċjarju tal-proġett b'aktar kompetenza fit-trasport tas-SALW/SCA

    L-eżistenza ta' sistema ta' trasport tas-SALW/SCA inkorporata fil-qafas organizzattiv

    Analiżi tar-rekwiżiti tal-konformità mal-ADR b'rakkomandazzjonijiet ippreżentati lill-MoD tal-Montenegro

    3.5.4.   Attivitajiet

    3.5.4.1   Attività relatata mat-tisħiħ tal-kapaċitajiet strateġiċi, ta' taħriġ u ta' koordinazzjoni tal-Ministeru għad-Difiża u korpi governattivi oħra responsabbli u ekwi fil-qasam tal-ġestjoni tas-SALW/SCA.

    L-attività ser tinkludi:

    Trasferiment ta' għarfien dwar prattika tajba internazzjonali fil-qasam tal-ġestjoni tas-SALW/SCA

    Konsulenza u Koordinazzjoni għall-Programm tal-MoD tal-Montenegro f'oqsma speċifiċi ta' ġestjoni sostenibbli taċ-ċiklu tal-ħajja tas-SALW/SCA

    Konsulenza Teknika dwar il-mekkaniżmi nazzjonali ta' kontroll tal-ġestjoni tas-SALW/SCA

    3.5.4.2   Attività relatata mal-programm ta' taħriġ u tagħmir fl-istabbiliment tal-kapaċitajiet tat-trasport tas-SALW/SCA fil-Montenegro, f'konformità mat-trattat tal-ADR (Ftehim Ewropew dwar it-trasport internazzjonali ta' oġġetti perikolużi bit-triq).

    L-attività ser tinkludi:

    Ġenerazzjoni ta' analiżi tar-rekwiżiti b'mod konġunt mal-MoD tal-Montenegro sabiex ikun hemm konformità sħiħa mat-trattat tal-ADR

    Akkwist ta' żewġ trakkijiet konformi mal-ADR, inkluż kuntratt ta' taħriġ ta' familjarizzazzjoni, manutenzjoni u spare parts

    3.6.   Proġett 6: Indirizzar tar-riskji għas-sikurezza u s-sigurtà relatati mal-pussess illeċitu, l-użu ħażin u t-traffikar tas-SALW fis-Serbja

    3.6.1.   Objettiv

    L-objettiv tal-proġett huwa li jitnaqqsu r-riskji għas-sikurezza u s-sigurtà relatati mas-SALW fil-pussess illegali, l-abbużi tas-SALW legali u t-traffikar illeċitu tas-SALW.

    3.6.2.   Deskrizzjoni

    Il-proġett ġie żviluppat biex iwieġeb għat-talba ta' assistenza mill-Ministeru għall-Intern (MoI) tas-Serbja (2019) biex jiġu indirizzati l-isfidi tal-proliferazzjoni mhux ikkontrollata u l-pussess illeċitu tas-SALW li joħolqu theddida kbira għas-sigurtà u s-sikurezza fis-Serbja. Dawn l-isfidi jikkontribwixxu għat-tixrid tal-kriminalità u l-kriminalità organizzata serja, billi jaġixxu bħala l-faċilitaturi ta' vjolenza, imġiba perikoluża u terroriżmu. Għandhom ukoll effett negattiv simili fuq il-miżuri għat-tisħiħ tal-fiduċja fil-pajjiż u bħala theddida fil-kuntest tal-vjolenza abbażi tal-ġeneru.

    L-OSKE vverifikat il-ħtiġijiet fil-ġlieda kontra t-traffikar illeċitu tas-SALW:

    a)

    tisħiħ tal-kapaċitajiet tal-pulizija biex isiru kampanji ta' sensibilizzazzjoni dwar il-kontroll u l-ġbir tas-SALW, biex b'hekk isir kontribut biex jitnaqqas l-ammont ta' armi li jkunu f'pussess illegali, jixxekkel l-użu ħażin tas-SALW, filwaqt li tiżdied is-sikurezza taċ-ċittadini tas-Serbja;

    b)

    tisħiħ tal-kapaċità K9 tal-Ministeru għall-Intern fid-detezzjoni ta' armi u splussivi, billi i) jiġi stabbilit il-qafas legali meħtieġ, ii) jiġu vvalutati u żviluppati l-kapaċitajiet, u iii) jiġi akkwistat tagħmir speċjali u tinbena infrastruttura,

    c)

    emendi għal-Liġi dwar l-Armi u l-Munizzjon, u l-Ġabra ta' Regoli dwar id-Diżattivazzjoni tal-Armi, billi a) jiġu vvalutati l-kapaċitajiet u l-possibbiltajiet tekniċi; u b) tingħata assistenza teknika fit-tfassil tal-ġabra ta' regoli.

    Il-finanzjament tal-Kunsill tal-UE ser jintuża biex jiġu indirizzati n-nuqqasijiet fil-kapaċitajiet taħt il-punti a) sa c).

    Il-benefiċjarji tal-proġett, minbarra l-popolazzjoni tas-Serbja, huma l-kunsill tas-SALW, il-Ministeru għall-Intern, il-Pulizija u l-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili involuti fi kwistjonijiet ta' kontroll tas-SALW.

    3.6.3.   Riżultati mistennija

    Riżultat 1: Jiġu stabbiliti sħubija bejn il-Ministeru għall-Intern (MoI) u l-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili u mekkaniżmu għas-sensibilizzazzjoni tal-pubbliku għall-prevenzjoni tal-użu ħażin tas-SALW.

    Indikaturi:

    L-għadd ta' inizjattivi ta' sensibilizzazzjoni fil-livell nazzjonali u lokali dwar il-perikli tal-proliferazzjoni tas-SALW

    L-eżistenza u l-użu ta' mekkaniżmi għall-kooperazzjoni bejn diversi aġenziji

    L-għadd ta' avviżi soċjali pubbliċi mxandra fuq stazzjonijiet tat-televiżjoni u tar-radju nazzjonali u lokali

    L-għadd ta' individwi żgħażagħ minn bliet fil-mira li huma infurmati dwar il-perikli tas-SALW permezz ta' seminars u materjal informattiv

    Riżultat 2: Il-qafas legali dwar id-diżattivazzjoni jittejjeb u jiġi armonizzat mal-istandards internazzjonali u l-aħjar prattiki

    Indikaturi:

    L-istandards internazzjonali u l-aħjar prattiki huma kondiviżi mal-Grupp ta' Ħidma

    L-eżistenza ta' abbozzi ta' regolamenti li jinkorporaw l-inputs u r-rakkomandazzjonijiet

    L-abbozzi ta' regolamenti jiġu kkonsultati mas-OSĊ

    Riżultat 3: Il-kapaċitajiet tal-unitajiet K9 tal-MoI fid-detezzjoni tas-SALW, il-munizzjon u l-isplussivi jissaħħu f'konformità mal-istandards tad-drittijiet tal-bniedem.

    Indikaturi:

    L-eżistenza ta' pjan ta' ħidma għat-titjib tal-kapaċitajiet tal-unitajiet K9 tal-MoI

    L-għadd ta' laqgħat dwar il-kooperazzjoni bejn l-aġenziji, il-kondiviżjoni tal-informazzjoni u l-interoperabbiltà tal-Unitajiet tal-Pulizija K9 u partijiet ikkonċernati ewlenin oħra tal-infurzar tal-liġi fid-detezzjoni tas-SALW, il-munizzjon u l-isplussivi

    L-eżistenza ta' metodoloġija ta' taħriġ u kurrikuli mtejba tal-K9 skont l-istandards internazzjonali

    L-għadd ta' għalliema tat-taħriġ u uffiċjali tal-K9 imħarrġa skont l-istandards internazzjonali

    3.6.4.   Attivitajiet

    3.6.4.1.   Attività relatata mal-istabbiliment ta' sħubija bejn l-MoI u l-OSĊ u mekkaniżmu għas-sensibilizzazzjoni dwar il-prevenzjoni tal-użu ħażin tas-SALW.

    L-attività ser tinkludi:

    Laqgħa tal-esperti dwar il-bini ta' sħubiji mal-media elettronika u stampata, u l-identifikazzjoni ta' mekkaniżmi għall-prevenzjoni tal-użu ħażin tas-SALW

    Stabbiliment ta' Pjattaforma tal-Media Soċjali u l-appoġġ għal kampanji tal-media dwar il-prevenzjoni tal-proliferazzjoni tas-SALW u s-sjieda responsabbli ta' armi tan-nar

    Twettiq ta' attivitajiet ta' promozzjoni fil-livell nazzjonali u komunitarju

    3.6.4.2.   Attivitajiet relatati mal-qafas legali dwar id-diżattivazzjoni jittejbu u jiġu armonizzati mal-istandards internazzjonali u l-aħjar prattiki

    L-attività ser tinkludi:

    Għoti ta' pariri esperti u appoġġ loġistiku għal-laqgħat tal-grupp ta' ħidma dwar id-diżattivazzjoni

    Valutazzjoni tal-leġiżlazzjoni attwali dwar id-diżattivazzjoni u evalwazzjoni tal-implimentazzjoni prattika tagħha

    Workshop dwar l-aħjar prattiki u t-tagħlimiet meħuda fl-abbozzar u l-implimentazzjoni tal-qafas normattiv dwar id-diżattivazzjoni

    Programm ta' taħriġ u tagħmir għad-diżattivazzjoni tas-SALW

    3.6.4.3.   Attivitajiet marbutin mat-tisħiħ tal-kapaċitajiet tal-unitajiet K9 tal-MoI fid-detezzjoni tas-SALW, il-munizzjon u l-isplussivi f'konformità mal-istandards tad-drittijiet tal-bniedem

    L-attività ser tinkludi:

    Għoti ta' pariri esperti u appoġġ għal-laqgħat tal-Grupp ta' Ħidma għat-titjib tal-kapaċitajiet tal-K9

    Żvilupp ta' pjan ta' ħidma għat-titjib tal-kapaċitajiet tal-unitajiet K9 tal-MoI

    Kostruzzjoni, akkwist u konsenja ta' tagħmir u servizzi għall-unitajiet K9

    Tisħiħ tal-kapaċitajiet għall-użu u l-istazzjonament tal-unitajiet K9 fil-prevenzjoni u l-investigazzjoni tat-traffikar tas-SALW, il-munizzjon u l-isplussivi permezz ta' appoġġ konsultattiv, programm ta' skambju u żvilupp tal-metodoloġija tat-taħriġ

    Organizzazzjoni ta' korsijiet ta' taħriġ speċjalizzati għall-klieb tas-servizz u l-uffiċjali tal-klieb dwar l-istazzjonament u d-detezzjoni tas-SALW, il-munizzjon, u l-isplussivi

    Twettiq ta' Workshop ta' Konsultazzjoni Reġjonali dwar prattiki tajbin fl-istazzjonament u l-parteċipazzjoni f'azzjonijiet tal-pulizija

    3.7.   Proġett 7: Tisħiħ tal-azzjoni tal-OSKE kontra l-proliferazzjoni illeċita tas-SALW u l-SCA - Fażi 2 (4)

    3.7.1.   Objettiv

    L-objettiv tal-proġett huwa li tingħata assistenza lill-Istati parteċipanti tal-OSKE biex ikunu jistgħu jippjanaw aħjar, jimplimentaw u, jekk meħtieġ, isaħħu l-impenji tagħhom kontra l-proliferazzjoni illeċita tas-SALW/SCA.

    3.7.2.   Deskrizzjoni

    Il-proġett ġie żviluppat fl-isfond tal-kompiti mogħtija mill-Kunsill Ministerjali tal-OSKE lill-Forum għall-Kooperazzjoni fis-Sigurtà (MC.DEC/10/17), f'konformità mal-mandat tiegħu, b'mod partikolari biex:

    jitkomplew jissaħħu l-isforzi għall-implimentazzjoni sħiħa tal-miżuri u l-impenji eżistenti stipulati fid-Dokument tal-OSKE dwar is-SALW, id-Dokument tal-OSKE dwar l-SCA, u d-deċiżjonijiet relatati tal-KSF;

    jittieħdu passi ulterjuri biex jittejbu l-effiċjenza u l-eżitu tal-proġetti tas-SALW u l-SCA biex jiġi żgurat il-valur massimu possibbli fl-indirizzar tal-isfidi assoċjati mas-SALW u l-SCA skont il-mekkaniżmi ta' assistenza tal-OSKE kif deskritt fid-Dokumenti tal-OSKE dwar is-SALW u l-SCA u d-deċiżjonijiet rilevanti tal-KSF;

    jiġu esplorati modi għall-prevenzjoni tad-devjazzjoni tas-SALW u l-SCA lejn swieq illeċiti;

    jiġu esplorati modi kif jiġu kkomplementati l-miżuri eżistenti tal-OSKE mmirati lejn l-indirizzar tat-traffikar illeċitu tas-SALW;

    jitkomplew jingħataw kontribuzzjonijiet ekstrabaġitarji fuq bażi volontarja biex jiġu appoġġati proġetti ta' assistenza tal-KSF dwar is-SALW u l-KSA;

    jiġu esplorati possibbiltajiet biex jingħata, fejn adatt, parir espert volontarju fi proġetti ta' assistenza tal-OSKE dwar is-SALW u l-SCA minn Stati parteċipanti li jkollhom għarfien speċifiku.

    Minkejja li l-istabbiliment tal-proġett iwassal għal involviment usa' mal-Istati parteċipanti kollha fir-rigward tas-SEE, huwa għandu l-għan li jappoġġa l-valutazzjoni tal-ħtiġijiet u r-rekwiżiti tal-operazzjonijiet tal-Istati parteċipanti u l-operazzjonijiet fuq il-post (FOs) tal-OSKE fir-reġjun b'appoġġ għall-implimentazzjoni ta' proġetti ta' assistenza prattika u appoġġ programmatiku konsultattiv fir-rigward tas-SALW/SCA. L-Istati parteċipanti u l-operazzjonijiet fuq il-post fis-SEE ser jibbenefikaw ukoll mis-sistema tal-IT tal-proġett biex jiġu appoġġati l-monitoraġġ, il-ħarsa ġenerali, u l-implimentazzjoni tal-proġetti ta' assistenza prattika tas-SALW/SCA.

    Barra minn hekk, il-proġett ser jipprovdi koordinazzjoni u appoġġ għall-ġestjoni tal-proġetti lil sitt (6) operazzjonijiet fuq il-post tal-OSKE fl-implimentazzjoni tal-programm komprensiv tal-OSKE dwar l-isforzi għall-appoġġ għall-prevenzjoni u l-ġlieda kontra t-traffikar illeċitu tas-SALW u l-Munizzjon Konvenzjonali fis-SEE.

    Il-benefiċjarji tal-proġett, minbarra l-popolazzjoni tal-Istati parteċipanti fis-SEE, huma awtoritajiet governattivi b'mandat fil-qasam tal-kontroll tas-SALW (bħall-kummissjoni dwar is-SALW, il-Ministeru għall-Intern, il-Pulizija, il-Ministeru għad-Difiża) u l-Operazzjonijiet fuq il-Post tal-OSKE.

    3.7.3.   Riżultati mistennija

    Riżultat 1: Jitmexxew 'il quddiem il-qafas normattiv tas-SALW/SCA tal-OSKE u l-implimentazzjoni ta' proġetti ta' assistenza prattika korrispondenti.

    Indikaturi:

    L-eżistenza ta' linja bażi u mekkaniżmu għal verifika kontinwa tal-ħtiġijiet u r-rekwiżiti fil-qasam tas-SALW/SCA

    L-eżistenza ta' pjattaforma tal-IT ibbażata fuq il-web li jkun fiha informazzjoni f'ħin reali relatata mal-portafoll tal-proġetti ta' assistenza tas-SALW/SCA tal-OSKE

    3.7.4.   Attivitajiet

    3.7.4.1.   Valutazzjoni tal-ħtiġijiet u r-rekwiżiti tal-Istati parteċipanti tal-OSKE, is-Segretarjat tal-OSKE u l-operazzjonijiet fuq il-post b'appoġġ għall-implimentazzjoni ta' proġetti ta' assistenza prattika tas-SALW/SCA fis-SEE

    L-attività ser tinkludi:

    Valutazzjoni tal-ħtiġijiet tal-istati tal-OSKE li jitolbu assistenza prattika b'rabta mas-SALW/CSA u li appoġġ għall-proċess ta' ħarsa ġenerali

    Valutazzjoni tal-ħtiġijiet tal-istati tal-OSKE li jipprovdu donazzjonijiet / riżorsi b'rabta mas-SALW/SCA u appoġġ għall-proċess ta' ħarsa ġenerali

    Konsulenza strateġika u appoġġ programmatiku għall-Istati parteċipanti tal-OSKE u l-operazzjonijiet fuq il-post tal-OSKE permezz tal-mekkaniżmu tat-tagħlimiet meħuda mill-proġetti ta' assistenza prattika

    Koordinazzjoni ġenerali u appoġġ għall-ġestjoni għal proġetti u attivitajiet ta' kontroll tas-SALW/SCA fis-SEE

    3.7.4.2.   Żvilupp, ittestjar u tnedija tas-sistema tal-IT maħsuba biex jiġu appoġġati l-monitoraġġ, il-ħarsa ġenerali, u l-implimentazzjoni ta' proġetti ta' assistenza prattika tas-SALW/SCA

    L-attività ser tinkludi:

    Applikazzjoni web żviluppata, moderna u aċċessibbli biex tiġi integrata l-informazzjoni dwar il-proġetti kollha ta' assistenza tal-OSKE minn sorsi multipli, inkluż data teknika, finanzjarja, ġeografika u tematika kif ukoll dokumenti ta' sostenn. Din l-informazzjoni ser tippermetti lid-donaturi u lill-Istati parteċipanti fis-SEE biex jippjanaw aħjar, jimplimentaw u jsaħħu l-impenji politiċi u finanzjarji tagħhom kontra l-proliferazzjoni illeċita tas-SALW u l-SCA

    4.   Ġestjoni tal-proġetti u appoġġ amministrattiv għall-implimentazzjoni tal-azzjoni

    Persunal dedikat tal-proġett fl-Unità ta' Appoġġ (SU) tal-Forum għall-Kooperazzjoni fis-Sigurtà (FSC)/Ċentru għall-Prevenzjoni tal-Kunflitti (CPC) tas-Segretarjat tal-OSKE u f'sitt (6) missjonijiet fuq il-post tal-OSKE fis-SEE ser jimmaniġġja l-implimentazzjoni tal-azzjoni u l-attivitajiet tal-proġetti relatati tagħha kif stipulat fit-Taqsima 3. L-Unità ta' Appoġġ tal-FSC/CPC ser tiżgura koordinazzjoni mal-missjonijiet fuq il-post tal-OSKE fis-SEE u tipprovdilhom appoġġ konsultattiv b'rabta mas-suġġett permezz tal-Proġett 7; dan jinkludi monitoraġġ u evalwazzjoni tal-programm.

    L-SU tal-FSC/CPC u l-missjonijiet fuq il-post permezz tal-persunal dedikat tagħhom tal-proġett — organizzati f'timijiet ta' implimentazzjoni tal-proġetti — ser jappoġġaw aktar il-kooperazzjoni u l-koordinazzjoni mal-komunità internazzjonali fil-livelli reġjonali u dak tal-ġuriżdizzjoni, fost l-oħrajn, fil-qafas tal-Pjan Direzzjonali għall-Kontroll tas-SALW fil-Balkani tal-Punent.

    Il-persunal dedikat tal-proġett ser iwettaq il-kompiti li ġejjin:

    il-ġestjoni ta’ proġetti tul il-passi kollha taċ-ċiklu tal-proġett,

    it-twettiq ta’ sorveljanza finanzjarja ta’ kuljum tal-proġetti,

    l-għoti ta’ għarfien espert tekniku u legali, l-appoġġ għall-akkwisti ta’ proġetti,

    l-involviment ta’ organizzazzjonijiet u programmi internazzjonali oħra u l-koordinazzjoni magħhom,

    it-twettiq ta’ garanzija tal-kwalità u ta’ kontroll tal-kwalità tar-riżultati tanġibbli tal-proġetti approvati,

    l-appoġġ lill-ġuriżdizzjonijiet fis-SEE fl-iżvilupp ta' miżuri ġodda biex jissaħħu l-kapaċitajiet u l-isforzi kollettivi fil-prevenzjoni u l-ġlieda kontra t-traffikar illeċitu tas-SALW u l-Munizzjon Konvenzjonali.

    5.   Ġeneru

    Il-perspettivi tal-integrazzjoni tal-ġeneri ġew integrati fl-istadji kollha tat-tfassil, l-iżvilupp u l-implimentazzjoni tal-proġetti. Il-premessa prinċipali applikata kienet li l-użu, l-użu ħażin, u l-effetti tas-SALW u l-Munizzjon Konvenzjonali jaffettwaw lin-nisa u l-irġiel, u lis-subien u l-bniet b'mod differenti. L-integrazzjoni tal-perspettiva tal-ġeneri ġiet adattata għall-kuntesti speċifiċi u t-tip ta' assistenza prevista fil-proġetti kif ukoll kienet ibbażata fuq analiżi tas-sitwazzjoni li tqis il-perspettivi tal-ġeneru.

    L-għodda "indikatur tal-ġeneru" tal-OSKE ġiet applikata fit-tfassil tal-proġetti, iżda wkoll biex jinżamm rendikont tal-progress li jsir fl-implimentazzjoni tal-integrazzjoni tal-perspettiva tal-ġeneri matul iċ-ċiklu tal-ġestjoni tal-proġett. Il-maġġoranza l-kbira tal-proġetti proposti għandhom l-ugwaljanza bejn il-ġeneri bħala objettiv sinifikanti jew jintegraw għalkollox il-perspettiva tal-ġeneri.

    6.   Benefiċjarji

    Il-benefiċjarji diretti tal-azzjoni ser ikunu l-awtoritajiet fis-SEE b'mandat u responsabbli għall-prevenzjoni u l-ġlieda kontra t-traffikar illeċitu tas-SALW u l-Munizzjon Konvenzjonali. L-awtoritajiet immirati primarjament huma: Il-kummissjoni/bord dwar is-SALW, il-Ministeru għall-Affarijiet Interni u l-aġenziji tal-infurzar tal-liġi bħall-pulizija. Awtoritajiet involuti oħra huma l-Ministeru għas-Sigurtà, l-uffiċċji tal-prosekuturi, il-qrati u s-servizzi penitenzjarji fil-Bożnija-Ħerzegovina kif ukoll il-Ministeru għad-Difiża fil-Montenegro. Filwaqt li fis-Serbja, il-proġett jipprevedi l-involviment ma' organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili li jittrattaw kwistjonijiet ta' kontroll tas-SALW.

    Il-benefiċjarji indiretti tal-azzjoni huma l-popolazzjonijiet ta' ġuriżdizzjonijiet fis-SEE u l-viċinat Ewropew tiegħu li huma f'riskju minħabba l-użu tas-SALW u l-Munizzjon Konvenzjonali illeċiti f'attivitajiet kriminali, terroriżmu u użu ħażin vjolenti.

    L-UE u l-awtoritajiet b'mandat tal-Istati Membri tagħha wkoll ser ikunu benefiċjarji indiretti tal-proġetti peress li ser jibbenefikaw minn kapaċitajiet imtejba ta' kontroll tas-SALW u l-Munizzjon Konvenzjonali fis-SEE permezz ta', fost l-oħrajn, skambji aħjar ta' informazzjoni kif ukoll miżuri ta' koordinazzjoni u kooperazzjoni bħall-identifikazzjoni tar-riskju, l-investigazzjoni u t-traċċar, id-detezzjoni u s-sekwestru tas-SALW u l-Munizzjon Konvenzjonali illeċiti.

    7.   Viżibbiltà tal-Unjoni

    L-OSKE għandha tieħu l-miżuri adatti kollha biex tirreklama l-fatt li l-azzjoni tkun ġiet iffinanzjata mill-Unjoni. Tali miżuri ser jitwettqu f’konformità mal-Manwal tal-Kummissjoni ta’ Komunikazzjoni u Viżibbiltà għall-Azzjonijiet Esterni tal-Unjoni Ewropea. B’dan il-mod, l-OSKE ser tiżgura l-viżibbiltà tal-kontribut tal-Unjoni permezz ta’ branding u pubbliċità adatti, li jenfasizzaw ir-rwol tal-Unjoni, jiżguraw it-trasparenza tal-azzjonijiet tagħha u s-sensibilizzazzjoni tar-raġunijiet għad-Deċiżjoni kif ukoll l-appoġġ tal-Unjoni għad-Deċiżjoni u r-riżultati ta’ dan l-appoġġ. Il-materjal prodott bil-proġett ser juri b’mod prominenti l-bandiera tal-Unjoni Ewropea f’konformità mal-linji gwida tal-Unjoni għall-użu u r-riproduzzjoni preċiżi tal-bandiera.

    Minħabba li l-attivitajiet ippjanati jvarjaw ħafna fl-ambitu u l-karattru, ser tintuża firxa ta' għodod promozzjonali, inkluż: media tradizzjonali; siti web; media soċjali; u materjal informattiv u promozzjonali inkluż infografiċi, fuljetti, bullettini, stqarrijiet għall-istampa u oħrajn kif adattat. Pubblikazzjonijiet, avvenimenti pubbliċi, kampanji, tagħmir u xogħlijiet ta' kostruzzjoni akkwistati taħt kull proġett ser jiġu mmarkati kif xieraq. Biex jiġi amplifikat aktar l-impatt permezz tas-sensibilizzazzjoni fost diversi ġuriżdizzjonijiet u popolazzjonijiet, il-komunità internazzjonali u l-media lokali u internazzjonali, kull wieħed mill-gruppi fil-mira tal-proġett ser jiġi indirizzat permezz tal-lingwa adatta.

    Il-viżibbiltà tal-Unjoni ser tiġi implimentata fil-livell tal-ġuriżdizzjonijiet permezz tal-involviment tal-missjonijiet fuq il-post tal-OSKE kif ukoll fl-OSKE kollha kemm hi permezz tas-Segretarjat.

    8.   Durata

    Abbażi tal-esperjenza fl-implimentazzjoni tad-Deċiżjonijiet tal-Kunsill (PESK) 2017/1424 u (PESK) 2019/2009, u b'kont meħud tal-ambitu wiesa' tal-azzjoni, l-għadd ta' benefiċjarji u l-għadd u l-kumplessità tal-attivitajiet ippjanati, il-perijodu ta' żmien għall-implimentazzjoni huwa 36 xahar.

    9.   Entità tal-implimentazzjoni teknika

    L-implimentazzjoni teknika ta' dan il-programm hija fdata lill-SU tal-FSC/CPC tas-Segretarjat tal-OSKE u sitt (6) missjonijiet fuq il-post tal-OSKE fis-SEE fejn tal-ewwel għandhom ukoll ir-rwol ta' koordinazzjoni. Fejn applikabbli, ser jingħata appoġġ konsultattiv mid-Dipartiment tat-Theddid Tranżnazzjonali (TNTD) fi ħdan is-Segretarjat tal-OSKE. L-Unità ta' Appoġġ għall-Programmar u l-Evalwazzjoni tas-CPC tas-Segretartjat tal-OSKE għandha r-rwol ta' osservatur fil-Kumitat ta' Tmexxija.

    10.   Kumitat ta' Tmexxija

    Il-Kumitat ta' Tmexxija għal din l-azzjoni ser ikun magħmul minn rappreżentanti tar-Rappreżentant Għoli, mid-Delegazzjonijiet tal-UE fil-ġuriżdizzjonijiet u mill-entitajiet ta' implimentazzjoni msemmija fil-kapitolu 4 ta' dan l-Anness.

    L-entità ta' implimentazzjoni, u għalhekk megħjuna mill-Kumitat ta' Tmexxija, ser tiżgura li l-implimentazzjoni tal-proġett isseħħ f'koordinazzjoni mal-assistenza relatata l-oħra tal-UE lil ġuriżdizzjonijiet fis-SEE, bħall-Uffiċċju Federali Ġermaniż tal-Ekonomija u l-Kontroll tal-Esportazzjoni (BAFA) (appoġġat bid-Deċiżjonjiet tal-Kunsill (PESK) 2018/101 (5) u (PESK) 2017/915 (6)), il-kooperazzjoni reġjonali mal-Balkani tal-Punent fil-qasam tal-kontroll tas-SALW implimentata bil-UNDP/SEESAC (appoġġata bid-Deċiżjonijiet tal-Kunsill (PESK) 2019/2011 (7), (PESK) 2018/1788 (8) u (PESK) 2016/2356 (9)), u l-kooperazzjoni fl-infurzar tal-liġi bejn l-UE u s-SEE fil-qasam tat-traffikar tal-armi tan-nar (appoġġata mid-DĠ HOME tal-Kummissjoni, l-Europol, u l-EMPACT fir-rigward tal-armi tan-nar).

    Il-Kumitat ta' Tmexxija ser jistieden fuq bażi regolari rappreżentanti minn sħab tal-ġuriżdizzjonijiet fis-SEE. Il-Kumitat ta’ Tmexxija jista' jistieden ukoll rappreżentanti ta' entitajiet involuti fi proġetti fis-SEE li għandhom objettiv simili jew relatat. Il-Kumitat ta’ Tmexxija ser jirrieżamina l-implimentazzjoni ta’ din id-Deċiżjoni regolarment, mill-anqas darba kull sitt xhur, inkluż bl-użu ta’ mezzi elettroniċi ta’ komunikazzjoni.

    11.   Rappurtar

    Ir-rappurtar, kemm narrattiv kif ukoll finanzjarju, għandu jkopri l-azzjoni kollha deskritta fil-ftehim speċifiku għall-kontribut rilevanti u l-baġit mehmuż tiegħu, irrispettivament minn jekk din l-azzjoni hijiex kompletament iffinanzjata jew kofinanzjata mid-Deċiżjoni tal-Kunsill.

    L-OSKE ser tintegra r-rappurtar lill-KE/UE permezz tal-SU tal-FSC/CPC, jiġifieri t-tim ta' implimentazzjoni tal-proġett fi ħdan il-Proġett 7.


    (1)  Fir-rigward tal-Kosovo*, minħabba kunsiderazzjonijiet tal-istatus, ir-restrizzjonijiet u r-rekwiżiti tal-proċedura formali tal-OSKE ma japplikawx bħala tali għal proġetti potenzjali hemmhekk. Għalhekk, taħt il-gwida tal-Missjoni tal-OSKE fil-Kosovo (OMIK) ser jiġu implimentati diversi proġetti b’appoġġ għat-talbiet ta’ assistenza mill-awtoritajiet/istituzzjonijiet lokali. (*Dan l-isem huwa mingħajr preġudizzju għall-pożizzjonijiet dwar l-istatus, u huwa konformi mal-UNSCR 1244/1999 u l-Opinjoni tal-QIĠ dwar id-dikjarazzjoni tal-indipendenza tal-Kosovo).

    (2)  Il-Pjan Direzzjonali ġie żviluppat abbażi tad-Dikjarazzjoni Konġunta tal-Viċi Ministri għall-Intern u Viċi Ministri għall-Affarijiet Barranin fix-Xlokk tal-Ewropa, u l-elementi tal-Pjan Direzzjonali, it-tnejn adottati fil-Laqgħa ta’ Podgorica fl-1 ta’ Frar 2018. Dan ġie adottat uffiċjalment fis-Summit bejn l-UE u l-Balkani tal-Punent f’Londra fl-10 ta’ Lulju 2018.

    (*)  Dan l-isem huwa mingħajr preġudizzju għall-pożizzjonijiet dwar l-istatus, u huwa konformi mal-UNSCR 1244/1999 u l-Opinjoni tal-QIĠ dwar id-dikjarazzjoni tal-indipendenza tal-Kosovo.

    (3)  L-awtoritajiet nazzjonali li jipparteċipaw fil-kummissjoni nazzjonali tas-SALW: Il-Ministeru għall-Ekonomija, il-Ministeru għall-Ġustizzja, il-Ministeru għall-Kummerċ u l-Politika Soċjali, il-Ministeru għad-Difiża, il-Ministeru għall-Edukazzjoni u x-Xjenza, il-Ministeru għall-Finanzi, id-Dwana, il-Ministeru għall-Agrikoltura, il-Forestrija & Ekonomija tal-Ilma.

    (4)  Elementi tal-proġett li jappoġġaw l-isforzi b'rabta mas-SALW/SCA fis-SEE.

    (5)  Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2018/101 dwar il-Promozzjoni ta' Kontrolli Effettivi fuq l-Esportazzjoni tal-Armi (ĠU L 17, 23.01.2018, p. 40).

    (6)  Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2017/915 dwar attivitajiet ta' sensibilizzazzjoni tal-Unjoni b'appoġġ għall-implimentazzjoni tat-Trattat dwar il-Kummerċ tal-Armi (ĠU L 139, 30.05.2017, p. 38).

    (7)  Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2019/2111 tad-9 ta' Diċembru 2019 b'appoġġ għall-attivitajiet tas-SEESAC rigward id-diżarm u l-kontroll tal-armi fix-Xlokk tal-Ewropa li jnaqqsu t-theddida ta' armi ħfief u ta' kalibru żgħir illeċiti u l-munizzjon tagħhom (ĠU L 318, 10.12.2019, p. 147).

    (8)  Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2018/1788 tad-19 ta' Novembru 2018 b'appoġġ għaċ-Ċentru tax-Xlokk u tal-Lvant tal-Ewropa għall-kontroll tal-Armi Ħfief u ta' Kalibru Żgħir (SEESAC) għall-implimentazzjoni tal-Pjan Direzzjonali Reġjonali għall-ġlieda kontra t-traffikar illeċitu ta' armi fil-Balkani tal-Punent (ĠU L 293, 20.11.2018, p. 11).

    (9)  Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2016/2356 tad-19 ta' Diċembru 2016 b'appoġġ għall-attivitajiet tas-SEESAC rigward id-diżarm u l-kontroll tal-armi fix-Xlokk tal-Ewropa fil-qafas tal-Istrateġija tal-UE għall-ġlieda kontra l-akkumulazzjoni u t-traffikar illeċiti ta' SALW u l-munizzjon tagħhom (ĠU L 348, 21.12.2016, p. 60).


    Top