Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32020R2209

Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2020/2209 tat-22 ta’ Diċembru 2020 li jemenda l-Annessi I, II u III tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2019/626 fir-rigward tal-entrati tar-Renju Unit u tad-Dipendenzi tal-Kuruna fil-lista tal-pajjiżi terzi jew tar-reġjuni tagħhom awtorizzati għad-dħul fl-Unjoni Ewropea ta’ ċerti annimali jew oġġetti maħsuba għall-konsum mill-bniedem (Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

C/2020/9557

ĠU L 438, 28.12.2020, p. 24–27 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 20/04/2021; Impliċitament imħassar minn 32021R0405

ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2020/2209/oj

28.12.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 438/24


IR-REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2020/2209

tat-22 ta’ Diċembru 2020

li jemenda l-Annessi I, II u III tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2019/626 fir-rigward tal-entrati tar-Renju Unit u tad-Dipendenzi tal-Kuruna fil-lista tal-pajjiżi terzi jew tar-reġjuni tagħhom awtorizzati għad-dħul fl-Unjoni Ewropea ta’ ċerti annimali jew oġġetti maħsuba għall-konsum mill-bniedem

(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) 2017/625 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta’ Marzu 2017 dwar il-kontrolli uffiċjali u attivitajiet uffiċjali oħra mwettqa biex jiżguraw l-applikazzjoni tal-liġi tal-ikel u tal-għalf, ta’ regoli dwar is-saħħa u t-trattament xieraq tal-annimali, dwar is-saħħa tal-pjanti u dwar prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti, li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 999/2001, (KE) Nru 396/2005, (KE) Nru 1069/2009, (KE) Nru 1107/2009, (UE) Nru 1151/2012, (UE) Nru 652/2014, (UE) 2016/429 u (UE) 2016/2031 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, ir-Regolamenti tal-Kunsill (KE) Nru 1/2005 u (KE) Nru 1099/2009 u d-Direttivi tal-Kunsill 98/58/KE, 1999/74/KE, 2007/43/KE, 2008/119/KE u 2008/120/KE, u li jħassar ir-Regolamenti (KE) Nru 854/2004 u (KE) Nru 882/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, id-Direttivi tal-Kunsill 89/608/KEE, 89/662/KEE, 90/425/KEE, 91/496/KEE, 96/23/KE, 96/93/KE u 97/78/KE u d-Deċiżjoni tal-Kunsill 92/438/KEE (Regolament dwar il-Kontrolli Uffiċjali) (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 127(2) tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2019/625 (2) jissupplimenta r-Regolament (UE) 2017/625 fir-rigward tal-kundizzjonijiet tad-dħul fl-Unjoni ta’ kunsinni ta’ ċerti annimali u oġġetti maħsuba għall-konsum mill-bniedem minn pajjiżi terzi jew mir-reġjuni tagħhom sabiex jiġi żgurat li jikkonformaw mar-rekwiżiti applikabbli stabbiliti fir-regoli dwar is-sikurezza tal-ikel imsemmija fl-Artikolu 1(2)(a) tar-Regolament (UE) 2017/625 jew mar-rekwiżiti rikonoxxuti għallanqas bħala ekwivalenti. Dawk il-kundizzjonijiet jinkludu l-identifikazzjoni tal-annimali u tal-oġġetti maħsuba għall-konsum mill-bniedem, li jistgħu jidħlu biss fl-Unjoni minn pajjiżi terzi jew mir-reġjuni elenkati f’konformità mal-Artikolu 126(2)(a) tar-Regolament (UE) 2017/625.

(2)

Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2019/626 (3) jistabbilixxi listi ta’ pajjiżi terzi u tar-reġjuni tagħhom awtorizzati għad-dħul fl-Unjoni mill-perspettiva tas-sikurezza tal-ikel, b’mod partikolari ta’ molluski bivalvi, ekinodermi, tunikati u gasteropodi tal-baħar ħajjin, imkessħin, iffriżati jew ipproċessati għall-konsum mill-bniedem, ta’ prodotti tas-sajd oħrajn u ta’ saqajn taż-żrinġijiet u bebbux ippreparati f’konformità mar-Regolament (KE) Nru 853/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (4).

(3)

Ir-Renju Unit ipprovda l-garanziji neċessarji meħtieġa mir-Regolament Delegat (UE) 2019/625 sabiex ir-Renju Unit u d-Dipendenzi tal-Kuruna ta’ Guernsey, Isle of Man u Jersey jiġu elenkati fl-Annessi I, II u III tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2019/626 wara t-tmiem tal-perjodu ta’ tranżizzjoni previst fil-Ftehim dwar il-ħruġ tar-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq mill-Unjoni Ewropea u mill-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika (il-Ftehim dwar il-ħruġ), mingħajr preġudizzju għall-applikazzjoni tad-dritt tal-Unjoni għar-Renju Unit u fih fir-rigward tal-Irlanda ta’ Fuq, f’konformità mal-Artikolu 5(4) tal-Protokoll dwar l-Irlanda/l-Irlanda ta’ Fuq tal-Ftehim dwar il-ħruġ, flimkien mal-Anness 2 ta’ dak il-Protokoll. Filwaqt li jitqiesu l-garanziji pprovduti mir-Renju Unit, dak il-pajjiż terz u d-Dipendenzi tal-Kuruna jenħtieġ li jiġu inklużi fl-Annessi I, II u III tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2019/626.

(4)

Għalhekk, l-Annessi I, II u III tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2019/626 jenħtieġ li jiġu emendati skont dan.

(5)

Peress li l-perjodu ta’ tranżizzjoni previst fil-Ftehim dwar il-ħruġ jintemm fil-31 ta’ Diċembru 2020, dan ir-Regolament jenħtieġ li japplika mill-1 ta’ Jannar 2021.

(6)

Il-miżuri previsti f’dan ir-Regolament huma f’konformità mal-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Pjanti, l-Annimali, l-Ikel u l-Għalf,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-Annessi I, II u III tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2019/626 huma emendati f’konformità mal-Anness ta’ dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-tielet jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Għandu japplika mill-1 ta’ Jannar 2021.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, it-22 ta’ Diċembru 2020.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Ursula VON DER LEYEN


(1)   ĠU L 95, 7.4.2017, p. 1.

(2)  Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2019/625 tal-4 ta’ Marzu 2019 li jissupplimenta r-Regolament (UE) 2017/625 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward ta’ rekwiżiti għad-dħul fl-Unjoni ta’ kunsinni ta’ ċerti annimali u oġġetti maħsuba għall-konsum mill-bniedem (ĠU L 131, 17.5.2019, p. 18).

(3)  Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2019/626 tal-5 ta’ Marzu 2019 li jikkonċerna listi ta’ pajjiżi terzi jew reġjuni tagħhom li minnhom hu awtorizzat id-dħul fl-Unjoni Ewropea ta’ ċerti annimali u oġġetti maħsuba għall-konsum mill-bniedem, u li jemenda r-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2016/759 fir-rigward ta’ dawn il-listi (ĠU L 131, 17.5.2019, p. 31).

(4)  Ir-Regolament (KE) Nru 853/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta’ April 2004 li jistabbilixxi ċerti regoli speċifiċi ta’ iġjene għall-ikel li joriġina mill-annimali (ĠU L 139, 30.4.2004, p. 55).


ANNESS

L-Annessi I, II u III tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2019/626 huma emendati kif ġej:

(1)

L-Anness I huwa emendat kif ġej:

(a)

l-entrati li ġejjin jiddaħħlu wara l-entrata għaċ-Ċilì:

“GB

Ir-Renju Unit (*)

 

GG

Guernsey

 

(b)

l-entrati li ġejjin jiddaħħlu wara l-entrata għal Greenland:

“IM

Isle of Man

 

JE

Jersey

 

(2)

L-Anness II huwa emendat kif ġej:

(a)

l-entrata li ġejja tiddaħħal wara l-entrata għall-Gabon:

“GB

Ir-Renju Unit (*)

 

(b)

l-entrata li ġejja tiddaħħal wara l-entrata għall-Georgia:

“GG

Guernsey

 

(c)

l-entrata li ġejja tiddaħħal wara l-entrata għall-Iżrael:

“IM

Isle of Man

 

(d)

l-entrata li ġejja tiddaħħal wara l-entrata għall-Iran:

“JE

Jersey

 

(3)

L-Anness III huwa emendat kif ġej:

(a)

l-entrata li ġejja tiddaħħal wara l-entrata għall-Gabon:

“GB

Ir-Renju Unit (*)

 

(b)

l-entrata li ġejja tiddaħħal wara l-entrata għall-Georgia:

“GG

Guernsey

 

(c)

l-entrata li ġejja tiddaħħal wara l-entrata għall-Iżrael:

“IM

Isle of Man

 

(d)

l-entrata li ġejja tiddaħħal wara l-entrata għall-Iran:

“JE

Jersey

 



Top