This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32020R2206
Commission Implementing Regulation (EU) 2020/2206 of 22 December 2020 amending Annex I to Regulation (EC) No 119/2009 as regards the entry for the United Kingdom in the list of third countries or parts thereof authorised for the introduction into the Union of consignments of meat of wild leporidae, of certain wild land mammals and of farmed rabbits (Text with EEA relevance)
Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2020/2206 tat-22 ta’ Diċembru 2020 li jemenda l-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 119/2009 fir-rigward tal-entrata għar-Renju Unit fil-lista ta’ pajjiżi terzi jew partijiet minnhom awtorizzati għall-introduzzjoni fl-Unjoni ta’ kunsinni ta’ laħam ta’ leporidae selvaġġi, ta’ ċerti mammali tal-art selvaġġi u ta’ fniek imrobbija fl-irziezet (Test b’rilevanza għaż-ŻEE)
Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2020/2206 tat-22 ta’ Diċembru 2020 li jemenda l-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 119/2009 fir-rigward tal-entrata għar-Renju Unit fil-lista ta’ pajjiżi terzi jew partijiet minnhom awtorizzati għall-introduzzjoni fl-Unjoni ta’ kunsinni ta’ laħam ta’ leporidae selvaġġi, ta’ ċerti mammali tal-art selvaġġi u ta’ fniek imrobbija fl-irziezet (Test b’rilevanza għaż-ŻEE)
C/2020/9546
ĠU L 438, 28.12.2020, p. 15–17
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
No longer in force, Date of end of validity: 20/04/2021
28.12.2020 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 438/15 |
IR-REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2020/2206
tat-22 ta’ Diċembru 2020
li jemenda l-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 119/2009 fir-rigward tal-entrata għar-Renju Unit fil-lista ta’ pajjiżi terzi jew partijiet minnhom awtorizzati għall-introduzzjoni fl-Unjoni ta’ kunsinni ta’ laħam ta’ leporidae selvaġġi, ta’ ċerti mammali tal-art selvaġġi u ta’ fniek imrobbija fl-irziezet
(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 2002/99/KE tas-16 ta’ Diċembru 2002 li tistabbilixxi r-regoli sanitarji għall-annimali u li jiddeterminaw il-produzzjoni, l-ipproċessar, id-distribuzzjoni u l-introduzzjoni ta’ prodotti li joriġinaw mill-annimali u li huma għall-konsum uman (1), u b’mod partikolari l-frażi introduttorja tal-Artikolu 8, l-ewwel subparagrafu tal-punt (1) u l-punt (4) tal-Artikolu 8, u l-frażi introduttorja u l-punt (c) tal-Artikolu 9(4) tagħha,
Billi:
(1) |
Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 119/2009 (2) jistabbilixxi l-kundizzjonijiet tas-saħħa pubblika u tal-annimali u r-rekwiżiti taċ-ċertifikazzjoni għall-introduzzjoni fl-Unjoni ta’ kunsinni ta’ ċertu laħam ta’ leporidae selvaġġi, ta’ mammali tal-art selvaġġi u ta’ fniek imrobbija fl-irziezet. B’mod partikolari, il-Parti 1 tal-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 119/2009 telenka l-pajjiżi terzi u l-partijiet minnhom awtorizzati għall-introduzzjoni fl-Unjoni tat-tali kunsinni. |
(2) |
Ir-Renju Unit ipprovda l-garanziji neċessarji meħtieġa mir-Regolament (KE) Nru 119/2009 sabiex ir-Renju Unit jiġi elenkat fil-Parti 1 tal-Anness I ta’ dak ir-Regolament wara t-tmiem tal-perjodu ta’ tranżizzjoni previst fil-Ftehim dwar il-ħruġ tar-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq mill-Unjoni Ewropea u mill-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika (il-Ftehim dwar il-ħruġ), mingħajr preġudizzju għall-applikazzjoni tad-dritt tal-Unjoni għar-Renju Unit u fih fir-rigward tal-Irlanda ta’ Fuq, f’konformità mal-Artikolu 5(4) tal-Protokoll dwar l-Irlanda/l-Irlanda ta’ Fuq tal-Ftehim dwar il-ħruġ, flimkien mal-Anness 2 ta’ dak il-Protokoll. Filwaqt li jitqiesu l-garanziji pprovduti mir-Renju Unit, dak il-pajjiż terz jenħtieġ li jiġi elenkat fil-Parti 1 tal-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 119/2009. |
(3) |
Għalhekk, l-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 119/2009 jenħtieġ li jiġi emendat skont dan. |
(4) |
Peress li l-perjodu ta’ tranżizzjoni previst fil-Ftehim dwar il-ħruġ jintemm fil-31 ta’ Diċembru 2020, dan ir-Regolament jenħtieġ li japplika mill-1 ta’ Jannar 2021. |
(5) |
Il-miżuri previsti f’dan ir-Regolament huma f’konformità mal-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Pjanti, l-Annimali, l-Ikel u l-Għalf, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Il-Parti 1 tal-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 119/2009 hija emendata f’konformità mal-Anness ta’ dan ir-Regolament.
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-tielet jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Għandu japplika mill-1 ta’ Jannar 2021.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, it-22 ta’ Diċembru 2020.
Għall-Kummissjoni
Il-President
Ursula VON DER LEYEN
(1) ĠU L 18, 23.1.2003, p. 11.
(2) Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 119/2009 tad-9 ta’ Frar 2009 li jistabbilixxi lista ta’ pajjiżi terzi jew ta’ partijiet minnhom, għall-importazzjoni fil-Komunità, jew għat-tranżitu minnha, ta’ laħam ta’ leporidae selvaġġi, ta’ ċerti mammali tal-art selvaġġi u ta’ fniek imrobbija fl-irziezet u r-rekwiżiti taċ-ċertifikazzjoni veterinarja (ĠU L 39, 10.2.2009, p. 12).
ANNESS
Il-Parti 1 tal-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 119/2009 hija emendata kif ġej:
(1) |
l-entrata li ġejja għar-Renju Unit tiddaħħal wara l-entrata għar-Russja:
|
(2) |
in-nota li ġejja li tikkonċerna l-entrata għar-Renju Unit tiżdied fl-aħħar tal-lista ta’ pajjiżi terzi u partijiet minnhom u garanziji addizzjonali:
|