Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32019D0015(01)

    Deċiżjoni (UE) 2019/1006 tal-Bank Ċentrali Ewropew tas-7 ta' Ġunju 2019 li temenda d-Deċiżjoni BĊE/2011/20 li tistabbilixxi regoli u proċeduri dettaljati għall-implimentazzjoni tal-kriterji ta' eliġibbiltà biex id-depożitorji ċentrali tat-titoli jaċċessaw servizzi tat-TARGET2-Securities (BĊE/2019/15)

    ĠU L 163, 20.6.2019, p. 103–107 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    Legal status of the document In force

    ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2019/1006/oj

    20.6.2019   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    L 163/103


    DEĊIŻJONI (UE) 2019/1006 TAL-BANK ĊENTRALI EWROPEW

    tas-7 ta' Ġunju 2019

    li temenda d-Deċiżjoni BĊE/2011/20 li tistabbilixxi regoli u proċeduri dettaljati għall-implimentazzjoni tal-kriterji ta' eliġibbiltà biex id-depożitorji ċentrali tat-titoli jaċċessaw servizzi tat-TARGET2-Securities (BĊE/2019/15)

    IL-KUNSILL GOVERNATTIV TAL-BANK ĊENTRALI EWROPEW,

    Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

    Wara li kkunsidra l-Istatut tas-Sistema Ewropea tal-Banek Ċentrali u tal-Bank Ċentrali Ewropew, u b'mod partikolari l-Artikoli 3.1 u 12.1 u l-Artikoli 17, 18 u 22 tiegħu,

    Wara li kkunsidra l-Linja Gwida BĊE/2012/13 tat-18 ta' Lulju 2012 dwar TARGET2-Securities (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 4(2)(d) u l-Artikolu 15 tiegħu,

    Billi:

    (1)

    Id-Deċiżjoni BĊE/2011/20 (2) tistabbilixxi proċedura tal-applikazzjoni biex depożitorju ċentrali tat-titoli jaċċessa servizzi tat-TARGET2-Securities, li jinkludi rekwiżit li depożitorju ċentrali tat-titoli għandu jiġi ivvalutat pożittivament mill-awtorità kompetenti fil-konfront tar-Rakkomandazzjonijiet tas-Sistema Ewropea ta' Banek Ċentrali/tal-Kumitat tar-Regolaturi Ewropej tat-Titoli dwar is-Sistemi ta' Saldu tat-Titoli. Ir-Rakkomandazzjonijiet tas-Sistema Ewropea ta' Banek Ċentrali/tal-Kumitat tar-Regolaturi Ewropej tat-Titoli dwar is-Sistemi ta' Saldu tat-Titoli ġew sostitwiti mill-Prinċipji għal Infrastrutturi tas-Suq Finanzjarju tal-Kumitat għall-Pagamenti u l-Infrastrutturi tas-Swieq u l-Organizzazzjoni Internazzjonali tal-Kummissjonijiet tat-Titoli (PFMI) (3) jew sett ta' rekwiżiti li jimplimentaw dawk il-prinċipji, li, per eżempju, fiż-Żona Ekonomika Ewropea, huma implimentati mir-Regolament (UE) Nru 909/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (4).

    (2)

    Fil-25 ta' Jannar 2019, il-Kunsill Governattiv tal-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE) adotta d-Deċiżjoni (UE) 2019/166 (BĊE/2019/3) (5) li waqqaf il-Bord tal-Infrastruttura tas-Suq (MIB) fil-format kurrenti tiegħu. Preċedentement, l-MIB kien iltaqa' f'formati dedikati differenti u l-Bord T2S kien opera bħala wieħed minn dawn il-formati dedikati.

    (3)

    Saru ċertu tibdiliet fir-regoli u proċeduri għall-implimentazzjoni tal-kriterji tal-eliġibbiltà biex depożitorji ċentrali tat-titoli jaċċessaw servizzi tat-TARGET2-Securities, b'mod partikolari fir-rigward tal-kriterju numru 2 għall-aċċess ta' CSD.

    (4)

    Għaldaqstant, id-Deċiżjoni BĊE/2011/20 għandha tiġi emendata kif meħtieġ,

    ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

    Artikolu 1

    Emendi

    Id-Deċiżjoni BĊE/2011/20 hija emendata kif ġej:

    1.

    fl-Artikolu 1, il-punt (4) huwa ssostitwit b'dan li ġej:

    “(4)

    ‘Kriterju numru 2 għall-aċċess ta' CSD’ tfisser dak il-kriterju li jinsab fl-Artikolu 15(1)(b) tal-Linja Gwida BĊE/2012/13 (*1), jiġifieri li CSDs huma eliġibbli għall-aċċess għas-servizzi tat-T2S sakemm huma ġew ivvalutati b'mod pożittiv mill-awtoritajiet kompetenti fil-konfront ta' (i) Regolament (UE) Nru 909/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (*2), għal CSDs li jinsabu f'pajjiż ġewwa ż-Żona Ekonomika Ewropea (ŻEE), jew (ii) il-Prinċipji għal Infrastrutturi tas-Suq Finanzjarju tal-Kumitat għall-Pagamenti u l-Infrastrutturi tas-Swieq u l-Organizzazzjoni Internazzjonali tal-Kummissjonijiet tat-Titoli (*3) jew qafas legali li jimplimenta dawk il-prinċipji, għal CSDs li jinsabu f'pajjiż mhux fiż-ŻEE;

    (*1)  Linja Gwida BĊE/2012/13 tat-18 ta' Lulju 2012 dwar TARGET2-Securities (ĠU L 215, 11.8.2012, p. 19)."

    (*2)  Regolament (UE) Nru 909/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta' Lulju 2014 dwar titjib fis-saldu tat-titoli fl-Unjoni Ewropea u dwar depożitorji ċentrali tat-titoli u li jemenda d-Direttivi 98/26/KE u 2014/65/UE u r-Regolament (UE) Nru 236/2012 (ĠU L 257, 28.8.2014. p. 1)."

    (*3)  CPMI-IOSCO, Prinċipji għal Infrastrutturi tas-Suq Finanzjarju (April 2012);”"

    2.

    fl-Artikolu 1, il-punt (11) huwa ssostitwit b'dan li ġej:

    “(11)

    ‘Bord tal-Infrastruttura tas-Suq’ jew ‘MIB’ tfisser il-korp ta' governanza tal-Eurosistema stabbilit skont id-Deċiżjoni (UE) 2019/166 tal-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE/2019/3) (*4);

    (*4)  Deċiżjoni (UE) 2019/166 tal-Bank Ċentrali Ewropew tal-25 ta' Jannar 2019 dwar il-Bord tal-Infrastruttura tas-Suq u li tħassar id-Deċiżjoni BĊE/2012/6 dwar it-twaqqif tal-Bord għall-Programm TARGET2-Securities (BĊE/2019/3) (ĠU L 32, 4.2.2019, p. 14);”;"

    3.

    fl-Artikolu 1, il-punt (12) huwa ssostitwit b'dan li ġej:

    “(12)

    ‘Grupp Konsultattivi dwar Infrastrutturi tas-Suq għat-Titoli u l-Kollateral’ jew ‘AMI SeCo’ għandha l-istess tifsira bħal fil-punt (25) tal-Artikolu 2 ta' Linja Gwida BĊE/2012/13”;

    4.

    fil-paragrafu 1 tal-Artikolu 3, il-kliem “rapport ta' valutazzjoni” huma sostitwiti bil-kliem “rapport ta' awtovalutazzjoni”;

    5.

    fil-paragrafu 2 tal-Artikolu 3, il-kliem “ir-rapport ta' valutazzjoni” huma sostitwiti bil-kliem “ir-rapport ta' awtovalutazzjoni”

    6.

    L-Artikolu 5 huwa mibdul b'dan li ġej:

    “Artikolu 5

    Konformità kontinwa mal-ħames kriterji għall-aċċess ta' CSD

    1.   CSD b'aċċess għas-servizzi T2S għandu jikkonforma, wara l-migrazzjoni għat-T2S, mal-ħames kriterji għall-aċċess ta' CSD fuq bażi kontinwa u għandu:

    (a)

    jiżgura, b'mod partikolari, permezz ta' valutazzjoni affidabbli li ssir minnu stess ta' kull sena u appoġġata minn dokumentazzjoni rilevanti li ser ikompli jikkonforma mal-kriterji numru 1, 3, 4 u 5 għall-aċċess ta' CSD;

    (b)

    jagħti minnufih lill-MIB ir-riżultat l-aktar riċenti tal-valutazzjoni li tkun saret mill-awtoritajiet kompetenti rilevanti fil-konfront tar-Regolament (UE) Nru 909/2014, il-Prinċipji għal Infrastrutturi tas-Suq Finanzjarju tal-Kumitat għall-Pagamenti u l-Infrastrutturi tas-Swieq u l-Organizzazzjoni Internazzjonali tal-Kummissjonijiet tat-Titoli (PFMI) jew qafas legali li jimplimenta l-PFMI. Jekk ir-riżultat tal-valutazzjoni imsemmi hawn fuq ma jkunx disponibbli, is-CSD għandu jissottometti awtoattestazzjoni bbażata fuq id-dokumentazzjoni rilevanti;

    (c)

    jitlob valutazzjoni ġdida mill-awtoritajiet kompetenti rilevanti tal-konformità tiegħu mar-Regolament (UE) Nru 909/2014, il-PFMI jew qafas legali li jimplimenta l-PFMI f'każ ta' bidliet materjali fis-sistema tas-CSD;

    (d)

    jinnotifika, mingħajr dewmien żejjed, lill-MIB fejn valutazzjoni ta' awtorità kompetenti rilevanti jew valutazzjoni li ssir minnu stess tkun sabet non-konformità ma xi wieħed mill-ħames kriterji ta' aċċess għal CSD;

    (e)

    wara talba mill-MIB, jagħti rapport ta' valutazzjoni li juri illi s-CSD għadu jikkonforma mal-ħames kriterji ta' aċċess għal CSD.

    2.   L-MIB jista' jwettaq il-valutazzjoni tiegħu stess u jimmonitorja l-konformità mal-ħames kriterji tal-aċċess għal CSD jew jitlob l-informazzjoni mingħand CSD. Fejn l-MIB jiddeċiedi illi CSD ma jikkonformax ma' wieħed mill-ħames kriterji ta' access għal CSD, huwa għandu jniedi l-proċedura stabbilita fil-kuntratti mas-CSDs skont l-Artikolu 16 tal-Linja Gwida BĊE/2012/13.”;

    7.

    fl-Artikoli 3 u 4, u fl-Anness, ir-referenzi għall-“Bord tal-Programm T2S” huma mibdula b “MIB)”;

    8.

    fl-Artikolu 4, ir-referenzi għall-“Grupp Konsultattiv T2S” huma mibdula b ‘‘AMI SeCo‘;

    9.

    l-Anness huwa emendat skont l-Anness ta' din id-Deċiżjoni.

    Artikolu 2

    Dispożizzjoni tranżitorja

    Fir-rigward ta' konformità kontinwa mal-kriterju numru 2 għall-aċċess ta' CSD, ir-riżultat tal-valutazzjoni mill-awtoritajiet kompetenti rilevanti fil-konfront tar-Rakkomandazzjonijiet tas-Sistema Ewropea ta' Banek Ċentrali/tal-Kumitat tar-Regolaturi Ewropej tat-Titoli dwar is-Sistemi ta' Saldu tat-Titoli għandu jibqa' validu sakemm id-depożitorju ċentrali tat-titoli rilevanti jiġi eżaminat mill-awtoritajiet kompetenti rilevanti fil-konfront tar-Regolament (UE) Nru 909/2014, il-PFMI, jew qafas legali li jimplimenta l-PFMI.

    Artikolu 3

    Dħul fis-seħħ

    Din id-deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tagħha f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

    Magħmul fi Frankfurt am Main, is-7 ta' Ġunju 2019.

    Il-President tal-BĊE

    Mario DRAGHI


    (1)  ĠU L 215, 11.8.2012, p. 19.

    (2)  Deċiżjoni BĊE/2011/20 tas-16 ta' Novembru 2011 li tistabbilixxi regoli u proċeduri dettaljati għall-implimentazzjoni tal-kriterji ta' eliġibbiltà biex id-depożitorji ċentrali tat-titoli jaċċessaw servizzi tat-TARGET2-Securities (ĠU L 319, 2.12.2011, p. 117).

    (3)  CPMI-IOSCO Prinċipji għal Infrastrutturi tas-Suq Finanzjarju (April 2012).

    (4)  Regolament (UE) Nru 909/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta' Lulju 2014 dwar titjib fis-saldu tat-titoli fl-Unjoni Ewropea u dwar depożitorji ċentrali tat-titoli u li jemenda d-Direttivi 98/26/KE u 2014/65/UE u r-Regolament (UE) Nru 236/2012 (ĠU L 257, 28.8.2014. p. 1).

    (5)  Deċiżjoni (UE) 2019/166 tal-Bank Ċentrali Ewropew tal-25 ta' Jannar 2019 dwar il-Bord tal-Infrastruttura tas-Suq u li tħassar id-Deċiżjoni BĊE/2012/6 dwar it-twaqqif tal-Bord għall-Programm TARGET2-Securities (BĊE/2019/3) (ĠU L 32, 4.2.2019, p. 14).


    ANNESS

    L-Anness tad-Deċizjoni BĊE/2011/20 huwa emendat kif ġej:

    1.

    It-Taqsima II hija mibdula b'li ġej:

    “   Dettalji dwar l-implimentazzjoni fir-rigward tal-kriterju ta' aċċess għal CSD numru 2

    Fil-kuntest tal-valutazzjoni tiegħu fil-konfront ta' dan il-kriterju, CSD għandu jipprovdi d-dokumentazzjoni li ġejja:

    (a)

    għal CSD li jinsab f'pajjiż taż-ŻEE, ir-riżultat tal-valutazzjoni jew il-prova tal-awtorizzazzjoni (skont liema huwa l-iktar riċenti) mill-awtoritajiet kompetenti rilevanti fil-konfront tar-Regolament (UE) Nru 909/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (*1); jekk l-ebda prova ta' konformità ma' dak ir-Regolament ma tkun ma hija disponibbli, is-CSD għandu jissottometti awtoattestazzjoni konsistenti mal-valutazzjoni u/jew awtorizzazzjoni; jew

    (b)

    għal CSD li jinsab f'pajjiż mhux fiż-ŻEE, ir-riżultat tal-valutazzjoni tiegħu jew prova tal-awtorizzazzjoni (skont liema huwa l-iktar riċenti) mill-awtoritajiet kompetenti rilevanti fil-konfront tal- Prinċipji għal Infrastrutturi tas-Suq Finanzjarju tal-Kumitat għall-Pagamenti u l-Infrastrutturi tas-Swieq u l-Organizzazzjoni Internazzjonali tal-Kummissjonijiet tat-Titoli (PFMI) (*2) jew qafas legali li jimplimenta l-PFMI, kif applikabbli. Jekk l-ebda prova ta' konformità ma' qafas legali li jimplimenta l-PFMI ma hija disponibbli, is-CSD għandu jissottometti awtoattestazzjoni konsistenti mal-valutazzjoni u/jew awtorizzazzjoni.

    Meta jkunu ġew identifikati nuqqasijiet mill-awtoritajiet kompetenti rilevanti fir-rigward tal-konformità tas-CSD mar-Regolament (UE) Nru 909/2014, mal-PFMI jew ma' qafas legali li jimplimenta l-PFMI, is-CSD rispettiv għandu jinforma lill-MIB dwar id-dettalji relevanti u jagħti spjegazzjonijiet u evidenza fir-rigward ta' dawk in-nuqqasijiet. Is-CSD għandu jipprovdi lill-MIB ukoll bil-konklużjonijiet tal-awtoritajiet kompetenti relevanti, kif ikunu jinsabu fil-valutazzjoni.

    Kull nuqqas identifikat mill-awtoritajiet kompetenti rilevanti fir-rigward tal-konformità tas-CSD mar- Regolament (UE) Nru 909/2014, il-PFMI jew qafas legali li jimplimenta l-PFMI m'għandux jipperikola, fl-evalwazzjoni tal-Kunsill Governattiv, il-forniment sigur u effiċjenti tas-servizzi T2S.

    L-informazzjoni hawn fuq għandha tiġi pproċessata skont il-proċeduri tal-applikazzjoni rilevanti għall-aċċess għas-servizzi T2S u konformità kontinwa mal-ħames kriterji għall-aċċess ta' CSD.

    CSD iwettaq dan il-krierju ta' aċċess għal CSD fejn:

    (a)

    CSD li jinsab f'pajjiż taż-ŻEE jkun ġie awtorizzat taħt ir-Regolament (UE) Nru 909/2014 jew ingħata valutazzjoni pożittiva fil-konfront tar-Regolament (UE) Nru 909/2014 fl-aktar valutazzjoni reċenti mwettqa mill-awtoritajiet kompetenti rilevanti; jew

    (b)

    CSD li jinsab f'pajjiż mhux taż-ŻEE ngħata valutazzjoni pożittiva fil-konfront tal-PFMI jew qafas legali li jimplimenta l-PFMI fl-aktar valutazzjoni reċenti li saritlu mill-awtoritajiet kompetenti rilevanti.

    Jekk is-CSD huwa awtorizzat taħt jew evalwat fil-konfront ta' qafas legali li mhux il-PFMI jew ir-Regolament (UE) Nru 909/2014, is-CSD għandu jipprovdi prova sodisfaċenti lill-MIB u lill-Kunsill Governattiv li ġie evalwat fil-konfront ta' qafas legali ta' livell u natura komparabbli ma' dik tal-PFMI jew tar-Regolament (UE) Nru 909/2014.

    Fejn il-valutazzjoni tal-awtoritajiet kompetenti rilevanti jkun fiha informazzjoni kunfidenzjali, is-CSD għandu jagħti sommarju ġenerali jew il-konklużjoni tal-valutazzjoni biex juri l-livell ta' konformità tiegħu.

    (*1)  Regolament (UE) Nru 909/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta' Lulju 2014 dwar titjib fis-saldu tat-titoli fl-Unjoni Ewropea u dwar depożitorji ċentrali tat-titoli u li jemenda d-Direttivi 98/26/KE u 2014/65/UE u r-Regolament (UE) Nru 236/2012 (ĠU L 257, 28.8.2014. p. 1)."

    (*2)  CPMI-IOSCO, Prinċipji għal Infrastrutturi tas-Suq Finanzjarju (April 2012);”;"

    2.

    is-Sezzjoni VI li ġejja hija miżjuda:

    “VI.   Dispożizzjonijiet ġenerali

    Fejn CSD b'aċċess għal servizzi T2S ma jibqax jikkonforma ma' wieħed mill-ħames kriterji għall-aċċess ta' CSD, l-MIB għandu jniedi l-proċedura stipulata fil-kuntratti mas-CSDs.”.


    (*1)  Regolament (UE) Nru 909/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta' Lulju 2014 dwar titjib fis-saldu tat-titoli fl-Unjoni Ewropea u dwar depożitorji ċentrali tat-titoli u li jemenda d-Direttivi 98/26/KE u 2014/65/UE u r-Regolament (UE) Nru 236/2012 (ĠU L 257, 28.8.2014. p. 1).

    (*2)  CPMI-IOSCO, Prinċipji għal Infrastrutturi tas-Suq Finanzjarju (April 2012);”;”


    Top