This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32018R1259
Commission Regulation (EU) 2018/1259 of 20 September 2018 amending Regulation (EU) No 873/2012 on transitional measures concerning the Union list of flavourings and source materials set out in Annex I to Regulation (EC) No 1334/2008 of the European Parliament and of the Council as regards the extension of the transition period of Article 4 concerning the flavouring ‘grill flavour concentrate (vegetable)’ FL No 21.002 (Text with EEA relevance.)
Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2018/1259 tal-20 ta' Settembru 2018 li jemenda r-Regolament (UE) Nru 873/2012 dwar miżuri tranżitorji li jirrigwardaw il-lista ta' ħwawar u materjali mis-sors stabbiliti fl-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 1334/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill f'dak li għandu x'jaqsam mal-estensjoni tal-perjodu tranżitorju tal-Artikolu 4 dwar l-aromatizzant “konċentrat (veġetali) li jagħti togħma ta' xiwi” FL nru 21.002 (Test b'rilevanza għaż-ŻEE.)
Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2018/1259 tal-20 ta' Settembru 2018 li jemenda r-Regolament (UE) Nru 873/2012 dwar miżuri tranżitorji li jirrigwardaw il-lista ta' ħwawar u materjali mis-sors stabbiliti fl-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 1334/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill f'dak li għandu x'jaqsam mal-estensjoni tal-perjodu tranżitorju tal-Artikolu 4 dwar l-aromatizzant “konċentrat (veġetali) li jagħti togħma ta' xiwi” FL nru 21.002 (Test b'rilevanza għaż-ŻEE.)
C/2018/6004
ĠU L 238, 21.9.2018, pp. 28–29
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
In force
|
21.9.2018 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 238/28 |
REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) 2018/1259
tal-20 ta' Settembru 2018
li jemenda r-Regolament (UE) Nru 873/2012 dwar miżuri tranżitorji li jirrigwardaw il-lista ta' ħwawar u materjali mis-sors stabbiliti fl-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 1334/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill f'dak li għandu x'jaqsam mal-estensjoni tal-perjodu tranżitorju tal-Artikolu 4 dwar l-aromatizzant “konċentrat (veġetali) li jagħti togħma ta' xiwi” FL nru 21.002
(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 1334/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' Diċembru 2008 dwar aromatizzanti u ċerti ingredjenti tal-ikel bi proprjetajiet aromatizzanti għall-użu fl-ikel u fuq l-ikel u li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 1601/91, ir-Regolamenti (KE) Nru 2232/96 u (KE) Nru 110/2008 u d-Direttiva 2000/13/KE (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 25(3) tiegħu,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 1331/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' Diċembru 2008 li jistabbilixxi proċedura ta' awtorizzazzjoni komuni għall-addittivi tal-ikel, l-enżimi tal-ikel u l-aromatizzanti tal-ikel (2), u b'mod partikolari l-Artikolu 7(5) tiegħu,
Billi:
|
(1) |
Ir-Regolament (KE) Nru 1334/2008 jistabbilixxi lista tal-Unjoni ta' aromatizzanti u ta' materjali ta' sors approvati għall-użu fl-ikel u fuq l-ikel, u l-kundizzjonijiet tal-użu tagħhom. |
|
(2) |
Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 872/2012 (3) adotta l-lista ta' sustanzi aromatizzanti u introduċa dik il-lista fil-Parti A tal-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 1334/2008. |
|
(3) |
Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 872/2012 introduċa wkoll il-partijiet B (“Preparazzjonijiet aromatizzanti”), C (“Aromatizzanti li għaddew minn proċess termali”), D (“Prekursuri aromatizzanti”), E (“Aromatizzanti oħra”) u F (“Materjali tas-sors”) fl-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 1334/2008. Il-partijiet B sa F ta' dak l-Anness jikkorrispondu għall-kategoriji ta' ħwawar u materjali mis-sors imsemmija fl-Artikolu 9(b) sa (f) tar-Regolament (KE) Nru 1334/2008. Il-partijiet B sa F ma fihom l-ebda entrata. |
|
(4) |
Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 873/2012 (4) stabbilixxa għadd ta' miżuri tranżitorji fiż-żmien meta ġiet stabbilita għall-ewwel darba l-lista tal-Unjoni tal-ħwawar. |
|
(5) |
Ir-Regolament (UE) Nru 873/2012 stabbilixxa l-iskadenza tat-22 ta' Ottubru 2015 għas-sottomissjoni tal-applikazzjonijiet għall-ħwawar u għall-materjali mis-sors imsemmija fl-Artikolu 9(b) sa (f) tar-Regolament (KE) Nru 1334/2008 skont ir-Regolament (KE) Nru 1331/2008. Stabbilixxa wkoll perjodu tranżitorju għall-ikel li miegħu ġew miżjuda dawn il-ħwawar, sakemm issir l-evalwazzjoni tal-applikazzjonijiet sottomessi mill-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel (“l-Awtorità”). |
|
(6) |
Skont l-Artikolu 3 tar-Regolament (UE) Nru 873/2012, fl-20 ta' Ottubru 2015 tressqet applikazzjoni għall-awtorizzazzjoni tal-aromatizzant “konċentrat (veġetali) li jagħti togħma ta' xiwi” (FL nru 21.002) li tappartjeni għall-kategorija msemmija fl-Artikolu 9(e), “aromatizzanti oħrajn”. |
|
(7) |
Fil-5 ta' Ottubru 2017, l-Awtorità talbet lill-applikant biex jissottometti informazzjoni xjentifika u studji tossikoloġiċi addizzjonali sal-5 ta' Awwissu 2018. L-applikant informa lill-Kummissjoni u lill-Awtorità li l-istudji mitluba qegħdin jitwettqu sabiex l-informazzjoni mitluba tiġi sottomessa sad-data ta' skadenza. |
|
(8) |
Għal raġunijiet ta' ċertezza legali, fin-nuqqas ta' sottomissjoni tal-informazzjoni mitluba sad-data ta' skadenza stabbilita, jenħtieġ li l-Artikolu 3(4) tar-Regolament (KE) Nru 1331/2008 jiġi applikat bil-ħsieb li tintemm il-proċedura komuni għall-aġġornament tal-lista Komunitarja. |
|
(9) |
B'konformità mal-objettivi tar-Regolament (KE) Nru 1334/2008, sabiex tiġi żgurata ċ-ċertezza legali dwar l-ikel li miegħu jiġi miżjud l-aromatizzant “konċentrat (veġetali) li jagħti togħma ta' xiwi” (FL nru 21.002) sakemm titlesta l-evalwazzjoni mill-Awtorità, huwa xieraq li l-perjodu tranżitorju stabbilit fl-Artikolu 4 tar-Regolament (UE) Nru 873/2012 jiġi estiż b'mod temporanju għal din l-applikazzjoni. |
|
(10) |
Il-miżuri previsti f'dan ir-Regolament huma konformi mal-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Pjanti, l-Annimali, l-Ikel u l-Għalf, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
1. Fl-Artikolu 4 tar-Regolament (UE) Nru 873/2012, jiżdied paragrafu 2 ġdid:
“2. L-ikel li fih l-aromatizzant “konċentrat (veġetali) li jagħti togħma ta' xiwi” (FL nru 21.002) tal-kategorija “ħwawar oħrajn” li jitqiegħdu fis-suq jew li jiġu ttikkettati legalment qabel it-22 ta' April 2020 jista' jiġi kkumerċjalizzat sad-data ta' skadenza minima tiegħu jew mhux aktar tard mid-data li fiha jrid jintuża. Jekk l-informazzjoni mitluba mill-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel ma tiġix ipprovduta sal-5 ta' Awwissu 2018, il-proċedura ta' applikazzjoni għandha tintemm skont l-Artikolu 3(4) tar-Regolament (KE) Nru 1331/2008.”
2. Il-paragrafu oriġinali tal-Artikolu 4 jiġi nnumerat bħala l-paragrafu 1.
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Għandu japplika mit-23 ta' April 2018.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, l-20 ta' Settembru 2018.
Għall-Kummissjoni
Il-President
Jean-Claude JUNCKER
(1) ĠU L 354, 31.12.2008, p. 34.
(2) ĠU L 354, 31.12.2008, p. 1.
(3) Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 872/2012 tal-1 ta' Ottubru 2012 li jadotta l-lista ta' sustanzi aromatizzanti stipulati bir-Regolament (KE) Nru 2232/96 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, jintroduċiha fl-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 1334/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u jħassar ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1565/2000 u d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 1999/217/KE (ĠU L 267, 2.10.2012, p. 1).
(4) Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 873/2012 tal-1 ta' Ottubru 2012 dwar miżuri tranżitorji li jirrigwardaw il-lista ta' ħwawar u materjali mis-sors stabbiliti fl-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 1334/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 267, 2.10.2012, p. 162).