This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32018R1142
Commission Regulation (EU) 2018/1142 of 14 August 2018 amending Regulation (EU) No 1321/2014 as regards the introduction of certain categories of aircraft maintenance licences, the modification of the acceptance procedure of components from external suppliers and the modification of the maintenance training organisations' privileges (Text with EEA relevance.)
Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2018/1142 tal-14 ta' Awwissu 2018 li jemenda r-Regolament (UE) Nru 1321/2014 fir-rigward tal-introduzzjoni ta' ċerti kategoriji ta' liċenzji għall-manutenzjoni ta' inġenji tal-ajru, tal-modifika tal-proċedura ta' aċċettazzjoni ta' komponenti minn fornituri esterni u tal-modifika tal-privileġġi ta' organizzazzjonijiet ta' taħriġ fil-manutenzjoni (Test b'rilevanza għaż-ŻEE.)
Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2018/1142 tal-14 ta' Awwissu 2018 li jemenda r-Regolament (UE) Nru 1321/2014 fir-rigward tal-introduzzjoni ta' ċerti kategoriji ta' liċenzji għall-manutenzjoni ta' inġenji tal-ajru, tal-modifika tal-proċedura ta' aċċettazzjoni ta' komponenti minn fornituri esterni u tal-modifika tal-privileġġi ta' organizzazzjonijiet ta' taħriġ fil-manutenzjoni (Test b'rilevanza għaż-ŻEE.)
C/2018/5474
ĠU L 207, 16.8.2018, p. 2–57
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
In force
16.8.2018 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 207/2 |
REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) 2018/1142
tal-14 ta' Awwissu 2018
li jemenda r-Regolament (UE) Nru 1321/2014 fir-rigward tal-introduzzjoni ta' ċerti kategoriji ta' liċenzji għall-manutenzjoni ta' inġenji tal-ajru, tal-modifika tal-proċedura ta' aċċettazzjoni ta' komponenti minn fornituri esterni u tal-modifika tal-privileġġi ta' organizzazzjonijiet ta' taħriġ fil-manutenzjoni
(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 216/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta' Frar 2008 dwar regoli komuni fil-kamp tal-avjazzjoni ċivili u li jistabbilixxi Aġenzija Ewropea tas-Sikurezza tal-Avjazzjoni, u li jħassar id-Direttiva tal-Kunsill 91/670/KEE, ir-Regolament (KE) Nru 1592/2002 u d-Direttiva 2004/36/KE (1), u b'mod partikolari l-Artikoli 5(5) u 6(3) tiegħu,
Billi:
(1) |
Ir-Regolament (UE) Nru 1321/2014 (2) jistabbilixxi regoli ta' implimentazzjoni dwar il-kontinwità tal-ajrunavigabbiltà ta' inġenji tal-ajru u prodotti, partijiet u tagħmir ajrunwatiċi u dwar l-approvazzjoni tal-organizzazzjonijiet u persunal involuti f'dan ix-xogħol. |
(2) |
Sabiex jiġi żgurat livell għoli u uniformi ta' sikurezza tal-avjazzjoni, hemm bżonn ta' sistema, stabbilita fil-livell tal-Unjoni, għall-ħruġ ta' liċenzji għall-persunal li jiċċertifika, involut fil-manutenzjoni ta' ajruplani ELA1 u ta' inġenji tal-ajru oħra għajr ajruplani u ħelikopters. Dik is-sistema għandha tkun sempliċi u proporzjonata. Għalhekk, għandhom jittieħdu miżuri xierqa issa biex tiġi stabbilita sistema ta' dan it-tip. |
(3) |
Ir-rekwiżiti eżistenti relatati ma' liċenzja għall-persunal li jiċċertifika involut fil-manutenzjoni ta' sistemi avjoniċi u elettriċi ta' inġenji tal-ajru għajr dawk fil-grupp ta' inġenji tal-ajru kumplessi mhumiex proporzjonati għall-kumplessità aktar baxxa ta' dawk l-inġenji tal-ajru, b'mod partikolari minħabba li ammont sinifikanti ta' rekwiżiti ta' għarfien bażiku huma rilevanti biss fir-rigward ta' inġenji tal-ajru kumplessi. Għalhekk jenħtieġ li tiġi introdotta liċenzja ġdida għal tali persunal. Ir-rekwiżiti għal dik il-liċenzja ġdida għandhom jiżguraw li l-livell ta' sikurezza ma jitnaqqasx meta mqabbel ma' dak miksub bl-użu tal-liċenzja eżistenti. L-introduzzjoni ta' dik il-liċenzja ġdida għandha tnaqqas ir-riskji potenzjali għas-sikurezza li jistgħu jinqalgħu bħala konsegwenza tan-nuqqas ta' persunal bi kwalifiki adegwati u bil-liċenzja disponibbli għall-kompiti ta' manutenzjoni kkonċernati. |
(4) |
Waqt it-twettiq tal-manutenzjoni, huwa komuni li l-persuni jew l-organizzazzjonijiet jużaw komponenti, partijiet jew materjal ipprovduti minn partijiet terzi. Jenħtieġ li jittaffu r-riskji assoċjati mal-aċċettazzjoni ta' tali komponenti, partijiet jew materjal u, b'mod partikolari, li jiġi żgurat li l-persuni u l-organizzazzjonijiet ikkonċernati jieħdu l-miżuri neċessarji biex jiżguraw l-aċċettazzjoni, il-klassifikazzjoni u s-segregazzjoni xierqa tagħhom. |
(5) |
Għadd sinifikanti ta' każijiet ta' frodi, li jixhdu ksur deliberat tal-istandards ta' eżamijiet stabbiliti skont ir-Regolament (UE) Nru 1321/2014, ġew irrapportati lill-Aġenzija Ewropea tas-Sikurezza tal-Avjazzjoni (l-“Aġenzija”) Dawn il-każijiet kienu relatati ma' eżamijiet ta' għarfien bażiku mwettqa minn organizzazzjonijiet approvati ta' taħriġ fil-manutenzjoni għal studenti li ma attendewx il-kors tat-taħriġ bażiku. Din is-sitwazzjoni wasslet għal tħassib serju dwar is-sikurezza, b'mod partikolari fid-dawl tar-riskju li xi detenturi tal-liċenzja jirrilaxxaw inġenji tal-ajru għas-servizz wara l-manutenzjoni mingħajr ma jkollhom l-għarfien bażiku meħtieġ. Għalhekk, għandhom jittieħdu miżuri issa biex jiġi indirizzat dan it-tħassib dwar is-sikurezza. |
(6) |
Skont ir-Regolament (UE) Nru 1321/2014, l-operaturi ta' inġenji tal-ajru kumplessi li jaħdmu bil-magni, f'operazzjonijiet kummerċjali jew mhux kummerċjali, għandhom jiżguraw li l-kompiti assoċjati mal-kontinwità tal-ajrunavigabbiltà jitwettqu minn organizzazzjoni approvata tal-ġestjoni tal-kontinwità tal-ajrunavigabbiltà u li l-manutenzjoni tal-inġenju tal-ajru u tal-komponenti li jiġu installati fuqu titwettaq minn organizzazzjoni ta' manutenzjoni approvata. Madankollu, f'ċerti każijiet, bħal fil-każ ta' operazzjoni mhux kummerċjali ta' ajruplani eħfef b'magni twin-turboprop, l-isforz tal-konformità meħtieġ minn dawn l-operaturi huwa sproporzjonat meta mqabbel mal-benefiċċji miksuba għas-sikurezza tal-operazzjonijiet tagħhom bl-implimentazzjoni ta' dawk ir-rekwiżiti. Għalhekk, ir-rekwiżiti applikabbli f'dawk il-każijiet għandhom jiġu adattati. Meta wieħed iqis dawk l-isforzi ta' konformità sproporzjonati, iż-żmien meħtieġ għall-adattament ta' dawk ir-rekwiżiti u l-fatt li jekk ma jiġux applikati f'dawk il-każijiet sakemm jiġu adattati mhux meqjus li joħloq xi riskji sinifikanti għas-sikurezza tal-avjazzjoni, jenħtieġ li dawk ir-rekwiżiti jieqfu japplikaw għalissa u li japplikaw biss minn data xierqa aktar 'il quddiem. |
(7) |
Xi regoli dettaljati dwar l-użu tal-Appendiċi VI tal-Anness III tar-Regolament (UE) Nru 1321/2014 tħassru bi żball meta r-Regolament (UE) Nru 1321/2014 ġie emendat bir-Regolament (UE) 2015/1536 (3). Dak l-iżball jenħtieġ li jiġi kkorreġut. |
(8) |
Fl-Anness Va tar-Regolament (UE) Nru 1321/2014 ġew identifikati ċerti żbalji editorjali li wasslu għal diffikultajiet fl-implimentazzjoni. Dawk l-iżbalji jenħtieġ li jiġu kkoreġuti. |
(9) |
Jenħtieġ li jingħata żmien biżżejjed lill-partijiet kollha kkonċernati biex jadattaw għall-qafas regolatorju emendat maħluq b'segwitu tal-miżuri stipulati f'dan ir-Regolament. Għalhekk, dawk il-miżuri jenħtieġ li jsiru applikabbli sitt xhur wara d-data tad-dħul fis-seħħ tiegħu. Madankollu, minħabba l-għan tagħhom u l-fatt li ma jeħtiġux sforzi sinifikanti biex jiġu adattati mill-partijiet ikkonċernati, jenħtieġ li ċerti miżuri japplikaw mingħajr dewmien. Ċerti miżuri oħra, madankollu, jeħtieġu aktar sforzi biex jiġu adattati u għaldaqstant għandhom japplikaw minn data xierqa aktar 'il quddiem, minħabba li jinvolvu t-tranżizzjoni minn regolament primarjament fl-ambitu tal-liġi nazzjonali għall-qafas regolatorju emendat skont il-liġi tal-Unjoni stabbilit f'dan ir-Regolament. |
(10) |
Għalhekk, ir-Regolament (UE) Nru 1321/2014 jenħtieġ li jiġi emendat skont dan. |
(11) |
Il-miżuri previsti f'dan ir-Regolament huma konformi mal-opinjonijiet tal-Aġenzija ppreżentati skont l-Artikolu 19(1) tar-Regolament (KE) Nru 216/2008. |
(12) |
Il-miżuri previsti f'dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat stabbilit bl-Artikolu 65 tar-Regolament (KE) Nru 216/2008, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Ir-Regolament (UE) Nru 1321/2014 huwa emendat kif ġej:
(1) |
fl-Artikolu 5, il-paragrafu 6 huwa sostitwit b'dan li ġej: “6. Sakemm rekwiżiti speċifiċi għall-persunal li jiċċertifika l-komponenti jiġu miżjuda ma' dan ir-Regolament, ir-rekwiżiti stabbiliti fil-liġijiet nazzjonali fis-seħħ fl-Istati Membri rilevanti għandhom jibqgħu japplikaw, minbarra fil-każ ta' organizzazzjonijiet tal-manutenzjoni li jinsabu barra l-Unjoni Ewropea, f'liema każ, ir-rekwiżiti jenħtieġ li jiġu approvati mill-Aġenzija.”; |
(2) |
L-Artikolu 8 huwa emendat kif ġej:
|
(3) |
L-Anness I (Parti-M) huwa emendat skont l-Anness I ta' dan ir-Regolament. |
(4) |
L-Anness II (Parti-145) huwa emendat skont l-Anness II ta' dan ir-Regolament. |
(5) |
L-Anness III (Parti-66) huwa emendat skont fl-Anness III ta' dan ir-Regolament. |
(6) |
L-Anness IV (Parti-147) huwa emendat skont l-Anness IV ta' dan ir-Regolament. |
(7) |
L-Anness Va (Parti-T) huwa emendat skont l-Anness V ta' dan ir-Regolament. |
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Japplika mill-5 ta' Marzu 2019.
Madankollu,
(1) |
L-Artikolu 1(2)(c), l-Artikolu 1(7) and l-punt (1) tal-Anness IV għandhom japplikaw mill-5 ta' Settembru 2018; |
(2) |
għall-manutenzjoni ta' ajruplani ELA1 li mhumiex involuti f'operazzjonijiet CAT u ta' inġenji tal-ajru għajr ajruplani u ħelikopters:
|
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, l-14 ta' Awwissu 2018.
Għall-Kummissjoni
Il-President
Jean-Claude JUNCKER
(2) Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1321/2014 tas-26 ta' Novembru 2014 dwar il-kontinwità tal-ajrunavigabbiltà ta' inġenji tal-ajru u prodotti, partijiet u tagħmir ajrunawtiċi, u dwar l-approvazzjoni ta' organizzazzjonijiet u persunal involuti f'dan ix-xogħol (ĠU L 362, 17.12.2014, p. 1).
(3) Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2015/1536 tas-16 ta' Settembru 2015 li jemenda r-Regolament (UE) Nru 1321/2014 fir-rigward tal-allinjament tar-regoli għall-kontinwità tal-ajrunavigabbiltà mar-Regolament (KE) Nru 216/2008, l-impenji tal-manutenzjoni kritika u l-monitoraġġ tal-kontinwità (ĠU L 241, 17.9.2015, p. 16)
ANNESS I
L-Anness I huwa emendat kif ġej:
(1) |
il-werrej huwa emendat kif ġej:
|
(2) |
Il-Punt M.A.501 jinbidel b'dan li ġej: “M.A.501 Klassifikazzjoni u installazzjoni
|
(3) |
fil-punt M.A.502, il-punt (d) jinbidel b'dan li ġej:
|
(4) |
il-Punt M.A.504 jinbidel b'dan li ġej: “M.A.504 Segregazzjoni tal-komponenti
|
(5) |
fil-punt M.A.606, il-punt (g) jinbidel b'dan li ġej:
|
(6) |
fil-punt M.A.608, il-punt (c) jinbidel b'dan li ġej:
|
(7) |
fl-Appendiċi VII, l-ewwel sentenza għandha tinbidel b'dan li ġej: “Dan li ġej jikkostitwixxi l-kompiti ta' manutenzjoni kumplessi msemmija fil-punti M.A.801(b)2 u M.A.801(c)”. |
ANNESS II
L-Anness II huwa emendat kif gej:
(1) |
il-werrej huwa emendat kif ġej:
|
(2) |
fil-punt 145.A.30, il-punti (f), (g), (h) u (i) jinbidlu b'dan li ġej:
|
(3) |
il-punti 145.A.35(a) u (b) jinbidlu b'dan li ġej:
|
(4) |
il-punt 145.A.40 huwa emendat kif ġej:
|
(5) |
il-Punt 145.A.42 jinbidel b'dan li ġej: “145.A.42 Komponenti
|
ANNESS III
L-Anness III huwa emendat kif gej:
(1) |
fil-werrej, dawn ir-referenzi li ġejjin għall-Appendiċi VII u VIII huma miżjudin:
|
(2) |
il-Punt 66.A.3 jinbidel b'dan li ġej: “66.A.3 Kategoriji u subkategoriji ta' liċenzji Il-liċenzji għall-manutenzjoni ta' inġenji tal-ajru jinkludu dawn il-kategoriji li ġejjin u, fejn ikun applikabbli, is-subkategoriji u l-klassifikazzjonijiet ta' sistemi:
|
(3) |
il-Punt 66.A.5 jinbidel b'dan li ġej: “66.A.5 Gruppi ta' inġenji tal-ajru Għall-fini tal-klassifikazzjoni tal-liċenzji għall-manutenzjoni ta' inġenji tal-ajru, l-inġenji tal-ajru għandhom jiġu kklassifikati fil-gruppi li ġejjin:
|
(4) |
il-punt 66.A.20(a) huwa emendat kif ġej:
|
(5) |
fil-punt 66.A.25, il-punt (a) jinbidel b'dan li ġej:
|
(6) |
il-punt 66.A.25 huwa emendat kif ġej:
|
(7) |
fil-punt 66.A.30(a), jiddaħlu l-punti (2a) u (2b) li ġejjin:
|
(8) |
il-Punt 66.A.45 jinbidel b'dan li ġej: “66.A.45 Approvazzjoni bi klassifikazzjonijiet tal-inġenji tal-ajru
|
(9) |
fil-punt 66.A.50, il-punt (a) jinbidel b'dan li ġej:
|
(10) |
fil-punt 66.A.70, il-punti (c) u (d) jinbidlu b'dan li ġej:
|
(11) |
il-punt 66.B.100(b),huwa mibdul b'li ġej:
|
(12) |
il-Punt 66.B.110 jinbidel b'dan li ġej: “66.B.110 Proċedura għat-tibdil ta' liċenzja għall-manutenzjoni ta' inġenji tal-ajru sabiex tinkludi kategorija jew subkategorija bażika addizzjonali
|
(13) |
fil-punt 66.B.115, il-punt (f) jinbidel b'dan li ġej:
|
(14) |
fil-punt 66.B.125(b), il-punt (1) jinbidel b'dan li ġej:
|
(15) |
il-Punt 66.B.130 jinbidel b'dan li ġej: “66.B.130 Proċedura għall-approvazzjoni diretta ta' taħriġ skont it-tip ta' inġenji tal-ajru
|
(16) |
fil-punt 66.B.200, il-punt (c) jinbidel b'dan li ġej:
|
(17) |
Fil-punt 66.B.305(b), il-kelma “Appendiċi III” tinbidel bil-kelma “Appendiċi I”; |
(18) |
il-Punt 66.B.405 jinbidel b'dan li ġej: “66.B.405 Rapport tal-kredits tal-eżami
|
(19) |
fil-punt 66.B.410, il-punt (c) jinbidel b'dan li ġej:
|
(20) |
L-Appendiċi I hija emendata kif ġej:
|
(21) |
L-Appendiċi II huwa emendat kif ġej:
|
(22) |
L-Appendiċi III hu emendat kif ġej:
|
(23) |
L-Appendiċi IV jinbidel b'dan li ġej: “Appendiċi IV Rekwiżiti tal-esperjenza għall-estensjoni ta' liċenzja għall-manutenzjoni ta' inġenji tal-ajru skont il-Parti-66. It-tabella ta' hawn taħt turi r-rekwiżiti tal-esperjenza għaż-żieda ta' kategorija jew subkategorija ġdida mal-liċenzja eżistenti skont il-Parti-66. L-esperjenza għandha tkun esperjenza ta' manutenzjoni prattika fuq inġenji tal-ajru operattiv fis-subkategorija rilevanti għall-applikazzjoni. Ir-rekwiżit tal-esperjenza għandu jitnaqqas b'50 % jekk l-applikant ikun lesta kors approvat skont il-Parti-147 rilevanti għas-subkategorija.
|
(24) |
L-Appendiċi V jinbidel b'dan li ġej: “Appendiċi V Formola tal-Applikazzjoni — Formola 19 tal-EASA
|
(25) |
L-Appendiċi VI hu emendat kif ġej:
|
(26) |
Dawn l-Appendiċi VII u VIII li ġejjin huma miżjudin: “Appendiċi VII Rekwiżiti ta' għarfien bażiku għal liċenzja għall-manutenzjoni ta' inġenji tal-ajru tal-kategorija L Id-definizzjonijiet tal-livelli differenti ta' għarfien meħtieġa fl-Appendiċi huma l-istess bħal dawk inklużi fil-punt 1 tal-Appendiċi I tal-Anness III (Parti-66).
WERREJ:
MODULU 1L — GĦARFIEN BAŻIKU
MODULU 2L - FATTURI UMANI
MODULU 3 - LEĠIŻLAZZJONI TAL-AVJAZZJONI
MODULU 4L — QAFAS TAL-INĠENJU TAL-AJRU TAL-INJAM/TUBI TAL-METALL MIKSIJIN BIT-TESSUTI
MODULU 5L — QAFAS TAL-INĠENJU TAL-AJRU KOMPOST
MODULU 6L — IL-METALL TAL-QAFAS TAL-INĠENJU TAL-AJRU
MODULU 7L — QAFAS TAL-INĠENJU TAL-AJRU ĠENERALI
MODULU 8L — POWERPLANT
MODULU 9L — BALLUN/AIRSHIP TAL-ARJA SĦUNA
MODULI 10L — BALLUN/AIRSHIP TAL-GASS (LIBERU/IRMIĠĠAT)
MODULI 11L — AIRSHIPS TAL-ARJA SĦUNA/TAL-GASS'
MODULU 12L — RADIO COM/ELT/TRANSPONDER/STRUMENTI
Appendiċi VIII Standard ta' eżami bażiku għal liċenzja għall-manutenzjoni ta' inġenji tal-ajru tal-kategorija L
|
ANNESS IV
L-Anness IV huwa emendat kif ġej:
(1) |
fil-punt 147.A.145, il-punt (a) jinbidel b'dan li ġej:
|
(2) |
L-Appendiċi I u II jinbidlu b'dan li ġej: “Appendiċi I Durata tal-kors ta' taħriġ bażiku Id-durata minima ta' kors sħiħ ta' taħriġ bażiku għandha tkun kif ġej:
Appendiċi II Approvazzjoni tal-Organizzazzjoni ta' Taħriġ fil-Manutenzjoni msemmija fl-Anness IV (Parti-147) — Formola 11 tal-EASA Test ta 'immaġni Test ta 'immaġni |
(3) |
Il-Formola 149 tal-EASA, Ħarġa 2, li tinsab fl-Appendiċi III tinbidel b'dan li ġej: Test ta 'immaġni |
(*1) Dan in-numru ta' sigħat għandu jiġi miżjud kif ġej, skont il-klassifikazzjonijiet ta' sistemi addizzjonali magħżula:
Klassifikazzjoni ta' Sistemi |
Durata (sigħat) |
Proporzjon ta' Taħriġ Teoretiku (f'%) |
COM/NAV |
90 |
50-60 |
STRUMENTI |
55 |
|
AWTOTITJIR |
80 |
|
SORVELJANZA |
40 |
|
SISTEMI TA' QAFAS TAL-INĠENJU TAL-AJRU |
100 |
ANNESS V
L-Anness Va huwa emendat kif ġej:
(1) |
fil-werrej, il-punt T.A.501 li ġej jiddaħħal wara l-annotazzjoni “Subparti E Organizzazzjoni tal-Manutenzjoni”: “T.A.501 Organizzazzjoni tal-Manutenzjoni”; |
(2) |
fil-punt T.A.201, il-punt 3 jinbidel b'dan li ġej:
|
(3) |
it-titolu li ġej jiżdied mad-dispożizzjonijiet tas-Subparti E Organizzazzjoni tal-Manutenzjoni: “T.A. 501 Organizzazzjoni tal-Manutenzjoni”; |
(4) |
Il-punt T.A.716 jinbidel b'dan li ġej: “T.A.716 Sejbiet Wara l-wasla ta' notifika tas-sejbiet skont T.B.705, l-organizzazzjoni ta' ġestjoni tal-ajrunavigabbiltà kontinwa għandha tiddefinixxi pjan ta' azzjoni korrettiva u turi azzjoni korrettiva għas-sodisfazzjon tal-awtorità kompetenti f'perjodu miftiehem ma' din l-awtorità.”. |