This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32018R0609
Commission Implementing Regulation (EU) 2018/609 of 19 April 2018 on the maximum buying-in price for skimmed milk powder for the second individual invitation to tender within the tendering procedure opened by Implementing Regulation (EU) 2018/154
Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2018/609 tad-19 ta' April 2018 dwar il-prezz massimu għax-xiri sfurzat tat-trab tal-ħalib xkumat għat-tieni sejħa individwali għall-offerti fi ħdan il-proċedura tal-offerti miftuħa bir-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2018/154
Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2018/609 tad-19 ta' April 2018 dwar il-prezz massimu għax-xiri sfurzat tat-trab tal-ħalib xkumat għat-tieni sejħa individwali għall-offerti fi ħdan il-proċedura tal-offerti miftuħa bir-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2018/154
ĠU L 101, 20.4.2018, p. 68–68
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
20.4.2018 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 101/68 |
REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2018/609
tad-19 ta' April 2018
dwar il-prezz massimu għax-xiri sfurzat tat-trab tal-ħalib xkumat għat-tieni sejħa individwali għall-offerti fi ħdan il-proċedura tal-offerti miftuħa bir-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2018/154
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 1370/2013 tas-16 ta' Diċembru 2013 li jiddetermina miżuri dwar l-iffissar ta' ċerti għajnuniet u rifużjonijiet relatati mal-organizzazzjoni komuni tas-swieq tal-prodotti agrikoli (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 3 tiegħu,
Billi:
(1) |
Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2018/154 (2) fetaħ ix-xiri sfurzat tat-trab tal-ħalib xkumat permezz ta' proċedura tal-offerti għall-perjodu mill-1 ta' Marzu sat-30 ta' Settembru 2018, skont il-kundizzjonijiet stipulati fir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/1240 (3). |
(2) |
Abbażi tal-offerti li waslu bi tweġiba għas-sejħiet individwali għall-offerti, il-Kummissjoni għandha tiffissa prezz massimu għax-xiri sfurzat jew għandha tiddeċiedi li ma tiffissax prezz massimu għax-xiri sfurzat, f'konformità mal-Artikolu 14(1) tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2016/1240. |
(3) |
Fid-dawl tal-offerti li saru b'risposta għat-tieni sejħa individwali għall-offerti, ma jenħtieġx li jiġi ffissat prezz massimu għax-xiri sfurzat. |
(4) |
Il-miżuri previsti f'dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat għall-Organizzazzjoni Komuni tas-Swieq Agrikoli, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Għat-tieni sejħa individwali għall-offerti għax-xiri sfurzat tat-trab tal-ħalib xkumat fi ħdan il-proċedura għall-offerti miftuħa bir-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2018/154, li għaliha d-data tal-għeluq għall-preżentazzjoni tal-offerti skadiet fis-17 ta' April 2018 l-ebda prezz massimu għax-xiri sfurzat ma għandu jiġu stabbilit.
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, id-19 ta' April 2018.
Għall-Kummissjoni,
F'isem il-President,
Jerzy PLEWA
Direttur Ġenerali
Direttorat Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali
(1) ĠU L 346, 20.12.2013, p. 12.
(2) Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2018/154 tat-30 ta' Jannar 2018 li jiftaħ proċedura għall-offerti għax-xiri ta' trab tal-ħalib xkumat matul il-perjodu ta' intervent pubbliku mill-1 ta' Marzu sat-30 ta' Settembru 2018 (ĠU L 29, 1.2.2018, p. 6).
(3) Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/1240 tat-18 ta' Mejju 2016 li jistabbilixxi regoli għall-applikazzjoni tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward ta' intervent pubbliku u ta' għajnuna għall-ħżin privat (ĠU L 206, 30.7.2016, p. 71).