EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32017R2278

Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2017/2278 tal-4 ta' Settembru 2017 li jemenda l-Anness I tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1217/2009 li jistabbilixxi netwerk għall-ġbir ta' informazzjoni tal-kontabilità dwar id-dħul u l-operazzjoni kummerċjali ta' azjendi agrikoli fl-Unjoni Ewropea

C/2017/5968

ĠU L 328, 12.12.2017, p. 1–2 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Legal status of the document In force

ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_del/2017/2278/oj

12.12.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 328/1


REGOLAMENT DELEGAT TAL-KUMMISSJONI (UE) 2017/2278

tal-4 ta' Settembru 2017

li jemenda l-Anness I tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1217/2009 li jistabbilixxi netwerk għall-ġbir ta' informazzjoni tal-kontabilità dwar id-dħul u l-operazzjoni kummerċjali ta' azjendi agrikoli fl-Unjoni Ewropea

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1217/2009 tat-30 ta' Novembru 2009 li jistabbilixxi netwerk għall-ġbir ta' informazzjoni tal-kontabilità dwar id-dħul u l-operazzjoni kummerċjali ta' azjendi agrikoli fl-Unjoni Ewropea (1), u b'mod partikulari l-Artikolu 3 tiegħu,

Billi:

(1)

L-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 1217/2009 fih lista ta' taqsimiet tan-Netwerk ta' Dejta tal-Kontabiltà Agrikola (“taqsimiet tal-FADN”) għal kull Stat Membru.

(2)

Skont dak l-Anness, il-Ġermanja hija maqsuma f'16-il taqsima. Għall-finijiet tar-Regolament (KE) Nru 1217/2009, il-Ġermanja talbet li jingħaqdu t-taqsimiet tal-FADN Schleswig-Holstein u Hamburg fit-taqsima waħda tal-FADN: Schleswig-Holstein/Hamburg.

(3)

Għalhekk ir-Regolament (KE) Nru 1217/2009 għandu jiġi emendat skont dan,

(4)

Il-lista aġġornata ta' taqsimiet FADN previsti f'dan ir-Regolament għandha tapplika mis-sena fiskali 2018,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 1217/2009 huwa emendat skont l-Anness ta' dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fis-seba' jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Jibda japplika mis-sena fiskali 2018.

Dan ir-Regolament jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmula fi Brussell, l-4 ta' Settembru 2017.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Jean-Claude JUNCKER


(1)  ĠU L 328, 15.12.2009, p. 27


ANNESS

Fl-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 1217/2009, il-lista ta' taqsimiet tal-FADN li tirrigwarda l-Ġermanja tinbidel b'dan li ġej:

“Il-Ġermanja

1.

Schleswig-Holstein/Hamburg

2.

Is-Sassonja t'Isfel

3.

Bremen

4.

Nordrhein-Westfalen

5.

Hessen

6.

Rheinland-Pfalz

7.

Baden-Württemberg

8.

Il-Bavarja

9.

Saarland

10.

Berlin

11.

Brandenburg

12.

Mecklenburg-Vorpommern

13.

Is-Sassonja

14.

Is-Sassonja Anhalt:

15.

Thüringen”


Top