Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32015D0557

    Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/557 tal- 31 ta' Marzu 2015 li temenda l-Anness I tad-Deċiżjoni 2004/211/KE fejn tidħol l-entrata taċ-Ċina fil-lista ta' pajjiżi terzi u ta' partijiet fit-territorju tagħhom li minnhom hija awtorizzata l-importazzjoni fl-Unjoni ta' ekwidi ħajjin u ta' semen, ova u embrijuni tal-ispeċi ekwina (notifikata bid-dokument C(2015) 2070) Test b'rilevanza għaż-ŻEE

    ĠU L 92, 8.4.2015, p. 107–108 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 30/09/2018; Impliċitament imħassar minn 32018R0659

    ELI: http://data.europa.eu/eli/dec_impl/2015/557/oj

    8.4.2015   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    L 92/107


    DEĊIŻJONI TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2015/557

    tal-31 ta' Marzu 2015

    li temenda l-Anness I tad-Deċiżjoni 2004/211/KE fejn tidħol l-entrata taċ-Ċina fil-lista ta' pajjiżi terzi u ta' partijiet fit-territorju tagħhom li minnhom hija awtorizzata l-importazzjoni fl-Unjoni ta' ekwidi ħajjin u ta' semen, ova u embrijuni tal-ispeċi ekwina

    (notifikata bid-dokument C(2015) 2070)

    (Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

    IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

    Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

    Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 92/65/KEE tat-13 ta' Lulju 1992 li tistabbilixxi l-ħtiġijiet dwar saħħa tal-annimali li jirregolaw il-kummerċ ta', u l-importazzjoni fil-Komunità ta' annimali, semen, ova u embrijuni mhux suġġetti għal ħtiġijiet ta' saħħa tal-annimali meħtieġa f'regoli speċifiċi tal-Komunità li hemm referenza għalihom fl-Anness A(I) tad-Direttiva 90/425/KEE (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 17(3)(a) tagħha,

    Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 2009/156/KE tat-30 ta' Novembru 2009 dwar kundizzjonijiet tas-saħħa tal-annimali li jirregolaw il-moviment u l-importazzjoni minn pajjiżi terzi ta' ekwidi (2), u b'mod partikolari l-Artikolu 12(1) u (4), u l-frażi introduttorja u l-punti (a) u (b) tal-Artikolu 19 tagħha,

    Billi:

    (1)

    Id-Direttiva 92/65/KEE tistabbilixxi kundizzjonijiet applikabbli għall-importazzjonijiet fl-Unjoni, fost l-oħrajn, ta' semen, ova u embrijuni tal-ispeċi ekwina. Tal-inqas, dawk il-kundizzjonijiet iridu jkunu ekwivalenti għal dawk applikabbli għall-kummerċ bejn l-Istati Membri.

    (2)

    Id-Direttiva 2009/156/KE tistabbilixxi l-kundizzjonijiet tas-saħħa tal-annimali għall-importazzjoni ta' ekwidi ħajjin fl-Unjoni. Din tipprevedi li l-importazzjonijiet ta' ekwidi fl-Unjoni jiġu awtorizzati biss minn dawk il-pajjiżi terzi li jkunu jissodisfaw ċertu rekwiżiti dwar is-saħħa tal-annimali.

    (3)

    Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2004/211/KE (3) tistabbilixxi lista ta' pajjiżi terzi, jew ta' partijiet fit-territorju tagħhom fejn tapplika r-reġjonalizzazzjoni, li minnhom l-Istati Membri jawtorizzaw l-importazzjoni ta' ekwidi u ta' semen, ova u embrijuni tagħhom, u tindika l-kundizzjonijiet l-oħra li huma applikabbli għal dawn l-importazzjonijiet. Din il-lista jistipulaha l-Anness I tad-Deċiżjoni 2004/211/KE.

    (4)

    Sabiex mit-8 sal-10 ta' Mejju tal-2015 jilqgħu avveniment ekwestri tal-Global Champions Tour, li qed jittella' fl-awspiċi tal-World Equestrian Federation (FEI), l-awtoritajiet kompetenti Ċiniżi talbu biex iż-żona metropolitana ta' Shanghai, li tinsab qrib l-ajruport internazzjonali, tiġi rikonoxxuta bħala żona ħielsa mill-mard tal-ekwini. Billi l-faċilitajiet li nbnew apposta fil-parkeġġ tal-EXPO 2010 huma biss temporanji, jixraq li dik iż-żona tingħata biss approvazzjoni temporanja.

    (5)

    Fid-dawl tal-garanziji u l-informazzjoni li taw l-awtoritajiet Ċiniżi u sabiex, għal perjodu ta' żmien limitat, minn parti mit-territorju taċ-Ċina jitħallew jidħlu żwiemel irreġistrati wara esportazzjoni temporanja skont ir-rekwiżiti tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 93/195/KEE (4), il-Kummissjoni adottat Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni 2014/127/UE (5) li tapprova r-reġjun CN-2 b'mod temporanju.

    (6)

    Billi l-avveniment ekwestri se jerġa' jsir fl-2015 bl-istess kundizzjonijiet tas-saħħa tal-annimali u ta' kwarantina li kienu japplikaw fl-2014, jixraq li tiġi adattata d-data għar-reġjun CN-2 fil-kolonna 15 tat-tabella fl-Anness I tad-Deċiżjoni 2004/211/KE.

    (7)

    Għalhekk, id-Deċiżjoni 2004/211/KE għandha tiġi emendata skont dan.

    (8)

    Il-miżuri previsti f'din id-Deċiżjoni huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Pjanti, l-Annimali, l-Ikel u l-Għalf,

    ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

    Artikolu 1

    Fil-kolonna 15 tal-linja li tikkorrispondi għar-reġjun CN-2 taċ-Ċina fit-tabella fl-Anness I tad-Deċiżjoni 2004/211/KE, il-kliem “Validi mit-30 ta' Mejju sat-30 ta' Ġunju 2014” jinbidel bil-kliem “Validi mill-25 ta' April sal-25 ta' Mejju 2015”.

    Artikolu 2

    Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.

    Magħmul fi Brussell, il-31 ta' Marzu 2015.

    Għall-Kummissjoni

    Vytenis ANDRIUKAITIS

    Membru tal-Kummissjoni


    (1)  ĠU L 268, 14.9.1992, p. 54.

    (2)  ĠU L 192, 23.7.2010, p. 1.

    (3)  Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2004/211/KE tas-6 ta' Jannar 2004 li tistabbilixxi l-lista ta' pajjiżi terzi u ta' partijiet mit-territorju tagħhom li minnhom l-Istati Membri jawtorizzaw l-importazzjoni ta' ekwidi ħajjin u ta' semen, ova u embrijoni tal-ispeċi ekwina, u li temenda d-Deċiżjonijiet 93/195/KEE u 94/63/KE (ĠU L 73, 11.3.2004, p. 1).

    (4)  Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 93/195/KEE tat-2 ta' Frar 1993 dwar is-saħħa tal-annimali u l-kundizzjonijiet tagħhom u ċ-ċertifikazzjoni veterinarja tagħhom għad-dħul mill-ġdid ta' żwiemel reġistrati għat-tiġrija, kompetizzjoni u okkażjonijiet kulturali wara esportazzjoni temporanja (ĠU L 86, 6.4.1993, p. 1).

    (5)  Id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni 2014/127/UE tas-7 ta' Marzu 2014 li temenda l-Anness I tad-Deċiżjoni 2004/211/KE fir-rigward tal-annotazzjoni taċ-Ċina fil-lista ta' pajjiżi terzi u ta' partijiet fit-territorju tagħhom li minnhom hija awtorizzata l-importazzjoni fl-Unjoni ta' ekwidi ħajjin u ta' semen, ova u embrijuni tal-ispeċi ekwina (ĠU L 70, 11.3.2014, p. 28).


    Top