EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32014R0114

Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 114/2014 tal- 4 ta’ Frar 2014 dwar il-klassifikazzjoni ta’ ċerti prodotti fin-Nomenklatura Magħquda

ĠU L 38, 7.2.2014, p. 22–23 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Legal status of the document In force

ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2014/114/oj

7.2.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 38/22


REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 114/2014

tal-4 ta’ Frar 2014

dwar il-klassifikazzjoni ta’ ċerti prodotti fin-Nomenklatura Magħquda

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87 tat-23 ta’ Lulju 1987 dwar in-nomenklatura tat-tariffa u l-istatistika u dwar it-Tariffa Doganali Komuni (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 9(1)(a) tiegħu,

Billi:

(1)

Biex tiġi żgurata l-applikazzjoni uniformi tan-Nomenklatura Magħquda annessa mar-Regolament (KEE) Nru 2658/87, huwa meħtieġ li jiġu adottati miżuri li jikkonċernaw il-klassifikazzjoni tal-prodotti msemmija fl-Anness ta’ dan ir-Regolament.

(2)

Ir-Regolament (KEE) Nru 2658/87 stabbilixxa r-regoli ġenerali għall-interpretazzjoni tan-Nomenklatura Magħquda. Dawk ir-regoli japplikaw ukoll għal kwalunkwe nomenklatura oħra li hija bbażata, parzjalment jew kollha kemm hi, fuqu, jew li żżid kwalunkwe suddiviżjoni magħha u li hija stabbilita b’dispożizzjonijiet speċifiċi tal-Unjoni, bl-għan tal-applikazzjoni ta’ tariffi u miżuri oħra relatati mal-kummerċ tal-prodotti.

(3)

Skont dawn ir-regoli ġenerali, il-prodotti deskritti fil-kolonna (1) tat-tabella li tinsab fl-Anness għandhom jiġu kklassifikati taħt il-kodiċi NM indikat fil-kolonna (2), minħabba r-raġunijiet stabbiliti fil-kolonna (3) ta’ din it-tabella.

(4)

Huwa xieraq li jiġi pprovdut li informazzjoni tariffarja vinkolanti maħruġa fir-rigward tal-prodotti kkonċernati minn dan ir-Regolament li ma tikkonformax ma’ dan ir-Regolament tista’, għal ċertu perjodu, tibqa’ tiġi invokata mid-detentur skont l-Artikolu 12(6) tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2913/92 (2). Dan il-perjodu għandu jkun ta’ tliet xhur.

(5)

Il-miżuri previsti f’dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat tal-Kodiċi Doganali,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Il-prodotti deskritti fil-kolonna (1) tat-tabella stabbilita fl-Anness ikunu kklassifikati fin-Nomenklatura Magħquda taħt il-kodiċi NM indikat fil-kolonna (2) ta’ din it-tabella.

Artikolu 2

L-informazzjoni vinkolanti tat-tariffa li ma tikkonformax ma’ dan ir-Regolament tista’ tibqa’ tiġi invokata skont l-Artikolu 12(6) tar-Regolament (KEE) Nru 2913/92 għal perjodu ta’ tliet xhur mid-data tad-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament.

Artikolu 3

Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, l-4 ta’ Frar 2014.

Għall-Kummissjoni, F'isem il-President,

Algirdas ŠEMETA

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 256, 7.9.1987, p. 1.

(2)  Ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2913/92 tat-12 ta’ Ottubru 1992 li jwaqqaf il-Kodiċi Doganali tal-Komunità (ĠU L 302, 19.10.1992, p. 1).


ANNESS

Deskrizzjoni tal-prodotti

Klassifikazzjoni

(Kodiċi NM)

Raġunijiet

(1)

(2)

(3)

Moniter tal-kulur tat-tip li juża l-kristalli likwidi (LCD) b’qies dijagonali tal-iskrin ta’ madwar 54 ċm (21 pulzier) u b’dimensjonijiet (mingħajr l-istand) ta’ bejn wieħed u ieħor 37 × 47 × 7 cm bi:

riżoluzzjoni ta’ 1 200  × 1 600 pixels,

proporzjon tal-aspett ta’ 3:4,

pixel pitch ta’ 0,270 mm,

frekwenza ta’ skennjar orizzontali ta’ 31 sa 76 kHz,

frekwenza ta’ scanning vertikali ta’ 49 sa 61 Hz,

luminożità massima ta’ 250 cd/m2 li tista’ tiġi kkalibrata,

angolu tal-wiri totali, orizzontali u vertikali, ta’ 170°,

proporzjon tal-kuntrast ta’ 550:1,

ħin ta’ rispons ta’ 30 ms,

buttuni biex tixgħel u titfi u buttuni ta’ kontroll inkluża l-għażla tal-mod tal-kalibrazzjoni.

Huwa mgħammar bl-interfaċċi li ġejjin:

DVI-I,

D-Sub żgħir,

USB 1 upstream u 2 USB downstream.

Għandu funzjoni ta’ fus ta’ 90°.

Għandu stand b’mekkaniżmu li jdur jew li jitmejjel u wiċċ li ma jirriflettix. Jista’ wkoll jiġi mmuntat fuq ħajt.

Il-prodott huwa konformi mal-istandards tad-“Digital Imaging and Communications in Medicine” (DICOM), inkluża l-Parti 14 u jippermetti lill-utent jissettja valuri estremament preċiżi ta’ gamma, luminożità u tat-temperatura tal-kulur kif ukoll lill-moniters li juru gradazzjonijiet bil-kulur u bi sfumaturi differenti ta’ griż ta’ stampi bil-preċiżjoni meħtieġa fid-dijanjostika medika.

Il-moniter huwa ppreżentat għall-użu f’sistemi mediċi biex juri stampi radjografiċi għal djanjostiċi kliniċi.

8528 59 31

Il-klassifikazzjoni hija ddeterminata mir-regoli ġenerali 1 u 6 għall-interpretazzjoni tan-Nomenklatura Magħquda u mit-test tal-kodiċi NM 8528 , 8528 59 u 8528 59 31 .

Minħabba l-karatteristiċi oġġettivi tiegħu, bħall-konformità mal-istandards DICOM li jippermetti lill-utent jissettja valuri estremament preċiżi ta’ gamma, luminożità u tat-temperatura tal-kulur kif ukoll lill-moniters li juru gradazzjonijiet bil-kulur u bi sfumaturi differenti ta’ griż ta’ stampi bil-preċiżjoni meħtieġa fid-dijanjostika medika, l-użu maħsub tal-moniter huwa dak ta’ wiri mediku użati f’sistemi mediċi biex juri immaġini radjografiċi għal dijanjostika klinika. Il-moniter mhux meqjus wieħed użat biss jew prinċipalment fis-sistema tal-ipproċessar awtomatiku ta’ dejta (ADP) tal-intestatura 8471 . Il-klassifikazzjoni taħt is-subintestatura 8528 51 00 hija għaldaqstant eskluża.

Minħabba li l-moniter huwa kapaċi juri sinjali minn magna ADP f’livell suffiċjenti għal użu prattiku mal-magna ADP, huwa kkunsidrat li kapaċi juri sinjali minn magni awtomatiċi tal-ipproċessar tad-dejta b’livell aċċettabbli ta’ funzjonalità.

Il-moniter għandu għalhekkjiġi kklassifikat taħt il-Kodiċi NM 8528 59 31 bħala skrin tal-pannell ċatt li kapaċi juri sinjali minn magni ta’ pproċessar tad-dejta awtomatiċi b’livell aċċettabbli ta’ funzjonalità bi skrin b’teknoloġija tal-kristalli likwidi (LCD).


Top