This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32014R0023
Commission Implementing Regulation (EU) No 23/2014 of 10 January 2014 fixing the allocation coefficient to be applied to applications for import licences for olive oil lodged from 6 to 7 January 2014 under the Tunisian tariff quota and suspending the issue of import licences for the month of January 2014
Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 23/2014 tal- 10 ta’ Jannar 2014 li jiffissa l-koeffiċjenti ta’ allokazzjoni li għandha tapplika għall-applikazzjonijiet għal liċenzji tal-importazzjoni taż-żejt taż-żebbuġa mressqa mis- 6 sas- 7 ta' Jannar 2014 fil-kuntest tal-kwota tariffarja tat-Tuneżija u li jissospendi l-ħruġ ta’ liċenzji tal-importazzjoni għax-xahar ta’ Jannar 2014
Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 23/2014 tal- 10 ta’ Jannar 2014 li jiffissa l-koeffiċjenti ta’ allokazzjoni li għandha tapplika għall-applikazzjonijiet għal liċenzji tal-importazzjoni taż-żejt taż-żebbuġa mressqa mis- 6 sas- 7 ta' Jannar 2014 fil-kuntest tal-kwota tariffarja tat-Tuneżija u li jissospendi l-ħruġ ta’ liċenzji tal-importazzjoni għax-xahar ta’ Jannar 2014
ĠU L 8, 11.1.2014, p. 26–26
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
11.1.2014 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 8/26 |
REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 23/2014
tal-10 ta’ Jannar 2014
li jiffissa l-koeffiċjenti ta’ allokazzjoni li għandha tapplika għall-applikazzjonijiet għal liċenzji tal-importazzjoni taż-żejt taż-żebbuġa mressqa mis-6 sas-7 ta' Jannar 2014 fil-kuntest tal-kwota tariffarja tat-Tuneżija u li jissospendi l-ħruġ ta’ liċenzji tal-importazzjoni għax-xahar ta’ Jannar 2014
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat Regolament (UE) Nru 1308/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta’ Diċembru 2013 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni tas-swieq fi prodotti agrikoli u li jħassar ir-Regolamenti tal-Kunsill (KEE) Nru 922/72, (KEE) Nru 234/79, (KE) Nru 1037/2001 u (KE) Nru 1234/2007 (1),
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1301/2006 tal-31 ta’ Awwissu 2006 li jistabbilixxi regoli komuni għall-amministrazzjoni tal-kwoti tariffarji għall-importazzjoni tal-prodotti agrikoli regolati minn sistema ta’ liċenzji tal-importazzjoni (2), u b’mod partikolari l-Artikolu 7(2) tiegħu,
Billi:
(1) |
L-Artikolu 3(1) u (2) tal-Protokoll Nru 1 (3) tal-ftehim Ewro-Mediterranju li jistabbilixxi l-assoċjazzjoni bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom, min-naħa l-waħda, u r-Repubblika Tuneżina min-naħa l-oħra (4), jistabbilixxi kwota tariffarja b’dazju doganali ta’ żero għall-importazzjoni taż-żejt taż-żebbuġa mhux raffinat li jaqa’ taħt il-kodiċijiet tan-NM 1509 10 10 u 1509 10 90, prodott kollu kemm hu fit-Tuneżija u ttrasportat direttament minn dak il-pajjiż lejn l-Unjoni Ewropea, fil-limiti stipulati għal kull sena. |
(2) |
L-Artikolu 2(2) tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1918/2006 tal-20 ta’ Diċembru 2006 li jiftaħ u jistabbilixxi regoli komuni għall-amministrazzjoni ta’ kwoti tariffarji f’dak li jirrigwarda ż-żejt taż-żebbuġa li joriġina fit-Tuneżija (5) jipprovdi għal limiti kwantitattivi ta’ kull xahar għall-ħruġ tal-liċenzji tal-importazzjoni. |
(3) |
F’konformità mal-Artikolu 3(1) tar-Regolament (KE) Nru 1918/2006, tressqu applikazzjonijiet għand l-awtoritajiet kompetenti għall-ħruġ tal-liċenzji tal-importazzjoni għal kwantità totali li taqbeż il-limitu pprovdut għax-xahar ta’ Jannar fl-Artikolu 2(2) tar-Regolamernt imsemmi. |
(4) |
F’dawn iċ-ċirkostanzi, il-Kummissjoni għandha tiffissa koeffiċjent ta’ allokazzjoni li jippermetti l-ħruġ tal-liċenzji tal-importazzjoni pro rata għall-kwantità disponibbli. |
(5) |
Ġaladarba ntlaħaq il-limitu għax-xahar ta’ Jannar, għax-xahar imsemmi ma tista’ tinħareġ l-ebda liċenzja tal-importazzjoni, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
L-applikazzjonijiet għal-liċenzji tal-importazzjoni mressqa fis-6 u s-7 ta' Jannar 2014 skont l-Artikolu 3(1) tar-Regolament (KE) Nru 1918/2006, għandhom jinħarġu skont koeffiċjent ta’ allokazzjoni ta’ 25,008646 %.
Il-ħruġ ta’ liċenzji tal-importazzjoni għall-kwantitajiet mitluba mit-8 ta’ Jannar 2014 huwa sospiż għal Jannar 2014.
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-11 ta’ Jannar 2014.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, l-10 ta’ Jannar 2014.
Għall-Kummissjoni, F'isem il-President,
Jerzy PLEWA
Direttur Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali
(1) ĠU L 347, 20.12.2013, p. 671.
(2) ĠU L 238, 1.9.2006, p. 13.
(3) ĠU L 97, 30.3.1998, p. 57.
(5) ĠU L 365, 21.12.2006, p. 84.