Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32014R0017

Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 17/2014 tal- 10 ta’ Jannar 2014 li jistabbilixxi l-formola standardizzata għan-notifika għal miżura speċjali skont il-Mekkaniżmu ta’ Reazzjoni Rapida kontra l-frodi tal-VAT

ĠU L 8, 11.1.2014, p. 13–15 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Legal status of the document In force

ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2014/17/oj

11.1.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 8/13


REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 17/2014

tal-10 ta’ Jannar 2014

li jistabbilixxi l-formola standardizzata għan-notifika għal miżura speċjali skont il-Mekkaniżmu ta’ Reazzjoni Rapida kontra l-frodi tal-VAT

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KE tat-28 ta’ Novembru 2006 dwar is-sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud (1) u b’mod partikolari l-Artikolu 199b(4) tagħha,

Billi:

(1)

Id-Direttiva 2006/112/KE, kif emendata mid-Direttiva tal-Kunsill 2013/42/UE (2), tintroduċi Mekkaniżmu ta’ Reazzjoni Rapida għall-ġlieda kontra l-frodi tat-taxxa fuq il-valur miżjud (VAT).

(2)

Il-Mekkaniżmu ta’ Reazzjoni Rapida jippermetti lill-Istati Membri li jinnotifikaw l-adozzjoni ta’ miżura speċjali li tidderoga mir-regola ġenerali prevista fid-Direttiva 2006/112/KE dwar il-persuna responsabbli għall-ħlas tal-VAT. Dik il-miżura tikkonsisti fl-applikazzjoni ta’ reverse charge tal-VAT bil-għan li jiġu miġġielda l-forom massivi u għall-għarrieda ta’ frodi li jista’ jwassal għal telf finanzjarju konsiderevoli u rrimedjabbli.

(3)

Sabiex jiġi ffaċilitat l-ipproċessar tan-notifika ta’ miżuri speċjali tal-Mekkaniżmu ta’ Reazzjoni Rapida, għandha tiġi adottata formola standardizzata ta’ notifika li tiddeskrivi u tirristruttura t-tagħrif meħtieġ minn Stat Membru li jinnotifika.

(4)

Sabiex titqassar u tiġi razzjonalizzata l-proċedura ta’ notifika tali formoli għandhom jiġu ppreżentati b’mod elettroniku lill-Kummissjoni.

(5)

Il-miżuri previsti f’dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Kooperazzjoni Amministrattiva,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

1.   L-Istati Membri jużaw il-formola standardizzata stabbilita fl-Anness ta’ dan ir-Regolament biex jinnotifikaw lill-Kummissjoni dwar l-adozzjoni ta’ miżura speċjali tal-Mekkaniżmu ta’ Reazzjoni Rapida kif stabbilita fl-Artikolu 199b tad-Direttiva 2006/112/KE.

2.   In-notifika msemmija fil-paragrafu 1 tiġi ppreżentata elettronikament f’indirizz elettroniku apposta, kkomunikat mill-Kummissjoni lill-Kumitat Permanenti dwar il-Kooperazzjoni Amministrattiva.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ fit-tielet jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, l-10 ta’ Jannar 2014.

Għall-Kummissjoni

Il-President

José Manuel BARROSO


(1)  ĠU L 347, 11.12.2006, p. 1.

(2)  Id-Direttiva tal-Kunsill 2013/42/UE tat- 22 ta’ Lulju 2013 li temenda d-Direttiva 2006/112/KE dwar is-sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud fir-rigward ta’ Mekkaniżmu ta’ Reazzjoni Rapida kontra l-frodi tal-VAT (ĠU L 201, 26.7.2013, p. 1).


ANNESS

Image 1

Test ta 'immaġni

Image 2

Test ta 'immaġni

Top