This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32014D0061
2014/61/EU: Commission Implementing Decision of 5 February 2014 extending the validity of Decision 2006/502/EC requiring Member States to take measures to ensure that only lighters which are child-resistant are placed on the market and to prohibit the placing on the market of novelty lighters (notified under document C(2014) 493) Text with EEA relevance
2014/61/UE: Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni tal- 5 ta’ Frar 2014 li testendi l-validità tad-Deċiżjoni 2006/502/KE li tirrikjedi li l-Istati Membri jieħdu miżuri sabiex jiżguraw li l-lajters li jitqiegħdu fis-suq ikunu biss dawk reżistenti għat-tfal u li jipprojbixxu t-tqegħid fis-suq tal-lajters magħrufa bħala novelty lighters (notifikata bid-dokument C(2014) 493) Test b’relevanza għaż-ŻEE
2014/61/UE: Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni tal- 5 ta’ Frar 2014 li testendi l-validità tad-Deċiżjoni 2006/502/KE li tirrikjedi li l-Istati Membri jieħdu miżuri sabiex jiżguraw li l-lajters li jitqiegħdu fis-suq ikunu biss dawk reżistenti għat-tfal u li jipprojbixxu t-tqegħid fis-suq tal-lajters magħrufa bħala novelty lighters (notifikata bid-dokument C(2014) 493) Test b’relevanza għaż-ŻEE
ĠU L 38, 7.2.2014, pp. 43–44
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
No longer in force, Date of end of validity: 11/05/2017
|
7.2.2014 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 38/43 |
DEĊIŻJONI TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI
tal-5 ta’ Frar 2014
li testendi l-validità tad-Deċiżjoni 2006/502/KE li tirrikjedi li l-Istati Membri jieħdu miżuri sabiex jiżguraw li l-lajters li jitqiegħdu fis-suq ikunu biss dawk reżistenti għat-tfal u li jipprojbixxu t-tqegħid fis-suq tal-lajters magħrufa bħala novelty lighters
(notifikata bid-dokument C(2014) 493)
(Test b’relevanza għaż-ŻEE)
(2014/61/UE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat id-Direttiva 2001/95/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-3 ta’ Diċembru 2001 dwar is-sigurtà ġenerali tal-prodotti (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 13 tagħha,
Billi:
|
(1) |
Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2006/502/KE (2) tirrikjedi li l-Istati Membri jieħdu miżuri sabiex jiżguraw li l-lajters li jitqiegħdu fis-suq ikunu biss dawk reżistenti għat-tfal u li jipprojbixxu t-tqegħid fis-suq tal-lajters magħrufa bħala novelty lighters. |
|
(2) |
Id-Deċiżjoni 2006/502/KE ġiet adottata skont id-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 13 tad-Direttiva 2001/95/KE, li tillimita l-validità tad-Deċiżjoni għal perjodu ta’ mhux iżjed minn sena, iżda tippermetti li tiġi estiża għal perjodi addizzjonali li l-ebda wieħed minnhom ma għandu jaqbeż sena. |
|
(3) |
Il-validità tad-Deċiżjoni 2006/502/KE ġiet estiża għal perjodi ta’ sena (1), l-ewwel permezz tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2007/231/KE (3) sal-11 ta’ Mejju 2008, it-tieni permezz tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2008/322/KE (4) sal-11 ta’ Mejju 2009, it-tielet permezz tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2009/298/KE (5) sal-11 ta’ Mejju 2010, ir-raba’ permezz tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2010/157/UE (6) sal-11 ta’ Mejju 2011, il-ħames permezz tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2011/176/UE (7) sal-11 ta’ Mejju 2012, is-sitta permezz tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni 2012/53/UE (8) sal-11 ta’ Mejju 2013 u s-seba’ permezz tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni 2013/113/UE (9) sal-11 ta’ Mejju 2014. |
|
(4) |
Il-lajters li mhumiex reżistenti għat-tfal għadhom qed jitqiegħdu fis-suq. Attivitajiet imsaħħa għas-sorveljanza tas-suq, minn kampjunar immirat sa miżuri ristrettivi effettivi, għandhom ikomplu jnaqqsu l-preżenza tagħhom. |
|
(5) |
Fin-nuqqas ta’ miżuri oħra sodisfaċenti li jindirizzaw is-sikurezza tal-lajters għat-tfal, huwa meħtieġ li tittawwal il-validità tad-Deċiżjoni 2006/502/KE għal 12-il xahar oħra. |
|
(6) |
Għalhekk, id-Deċiżjoni 2006/502/KE għandha tiġi emendata skont dan. |
|
(7) |
Il-miżuri stipulati f’din id-Deċiżjoni huma skont l-opinjoni tal-Kumitat stabbilit mid-Direttiva 2001/95/KE, |
ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Fl-Artikolu 6 tad-Deċiżjoni 2006/502/KE, il-paragrafu 2 għandu jinbidel b’dan li ġej:
“2. Din id-Deċiżjoni għandha tapplika sal-11 ta’ Mejju 2015.”
Artikolu 2
L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri meħtieġa biex ikunu konformi ma’ din id-Deċiżjoni sa mhux aktar tard mill-11 ta’ Mejju 2014 u għandhom jippubblikaw dawk il-miżuri. Huma għandhom jinfurmaw lill-Kummissjoni dwar dan minnufih.
Artikolu 3
Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.
Magħmul fi Brussell, il-5 ta’ Frar 2014.
Għall-Kummissjoni
Neven MIMICA
Membru tal-Kummissjoni
(2) ĠU L 198, 20.7.2006, p. 41.
(3) ĠU L 99, 14.4.2007, p. 16.
(4) ĠU L 109, 19.4.2008, p. 40.
(5) ĠU L 81, 27.3.2009, p. 23.
(7) ĠU L 76, 22.3.2011, p. 99.