This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32013R1398
Commission Implementing Regulation (EU) No 1398/2013 of 18 December 2013 operating deductions from the fishing effort allocated to the United Kingdom in 2013 for scallops and for edible crab and spider crab on account of overuse in the previous year
Regolamen ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 1398/2013 tat- 18 ta’ Diċembru 2013 li jopera tnaqqis mill-isforz tas-sajd allokat għar-Renju Unit fl-2013 għall-arzell u għall-granċ u l-għaġuża minħabba l-użu żejjed fis-sena preċedenti
Regolamen ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 1398/2013 tat- 18 ta’ Diċembru 2013 li jopera tnaqqis mill-isforz tas-sajd allokat għar-Renju Unit fl-2013 għall-arzell u għall-granċ u l-għaġuża minħabba l-użu żejjed fis-sena preċedenti
ĠU L 349, 21.12.2013, pp. 56–57
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
In force
|
21.12.2013 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 349/56 |
REGOLAMEN TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 1398/2013
tat-18 ta’ Diċembru 2013
li jopera tnaqqis mill-isforz tas-sajd allokat għar-Renju Unit fl-2013 għall-arzell u għall-granċ u l-għaġuża minħabba l-użu żejjed fis-sena preċedenti
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1224/2009 tal-20 ta’ Novembru 2009 li jistabbilixxi sistema Komunitarja ta’ kontroll għall-iżgurar tal-konformità mar-regoli tal-Politika Komuni tas-Sajd, li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 847/96, (KE) Nru 2371/2002, (KE) Nru 811/2004, (KE) Nru 768/2005, (KE) Nru 2115/2005, (KE) Nru 2166/2005, (KE) Nru 388/2006, (KE) Nru 509/2007, (KE) Nru 676/2007, (KE) Nru 1098/2007, (KE) Nru 1300/2008, (KE) Nru 1342/2008 u li jħassar ir-Regolamenti (KEE) Nru 2847/93, (KE) Nru 1627/94 u (KE) Nru 1966/2006 (1), u b’mod partikulari l-Artikolu 106(1) u (2) tiegħu,
Billi:
|
(1) |
Ir-Renju Unit, permezz tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1415/2004 tad-19 ta’ Lulju 2004 li jistabbilixxi l-isforz annwali massimu tas-sajd għal ċertu żoni tas-sajd u sajd (2), ġie allokat sforz massimu annwali tas-sajd għall-arzell fiż-żona VII tal-ICES u għall-granċ u l-għaġuża fiż-żona VII tal-ICES. |
|
(2) |
Għall-2012, l-isforz annwali tas-sajd għall-arzell żdied minn 3 315 619 kW jiem għal 3 550 619 kW jiem wara xi skambji li saru bejn ir-Renju Unit mal-Irlanda u l-Pajjiżi l-Baxxi, skont l-Artikolu 20(5) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2371/2002 tal-20 ta’ Diċembru 2002 dwar il-konservazzjoni u l-isfruttar sostenibbli ta’ riżorsi tas-sajd skont il-Politika Komuni dwar is-Sajd (3). |
|
(3) |
B’riżultat tal-ispezzjonijiet li saru fir-Renju Unit skont ir-Regolament (KE) Nru 1224/2009 u indagazzjonijiet ulterjuri mal-awtoritajiet tar-Renju Unit, il-Kummissjoni sabet xi inkonsistenzi bejn id-dejta rrapportata lill-Kummissjoni skont l-Artikolu 33 ta’ dak ir-Regolament u l-isforz attwalment varat fl-2012 għall-arzell u l-granċ u l-għaġuża fiż-żona VII tal-ICES minn bastimenti tas-sajd li jtarju l-bandiera tar-Renju Unit. Dawn id-diskrepanzi juru li l-bastimenti tas-sajd tar-Renju Unit varaw livell ta’ sforz ogħla minn dak disponibbli għal din il-flotta fl-2012 kif jistipula r-Regolament (KE) Nru 1415/2004 u adattat skont ir-Regolament (KE) Nru 2371/2002. L-evidenza miġbura u l-indagazzjonijiet matul l-investigazzjoni jippermettu lill-Kummissjoni tistabbilixxi li dan l-Istat Membru qabeż l-isforz massimu tas-sajd tiegħu għall-2012 għall-arzell b’451 641 kW jiem u għall-granċ u l-għaġuża b’38 462 kW jiem. |
|
(4) |
Skont l-Artikolu 106(1) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1224/2009, meta l-Kummissjoni tkun stabbiliet li Stat Membru jkun qabeż l-isforz tas-sajd li ġie allokat lilu, il-Kummissjoni għandha topera tnaqqis mill-allokazzjonijiet tal-isforz tas-sajd futur lil dak l-Istat Membru. |
|
(5) |
L-Artikolu 106(2) tar-Regolament (KE) Nru 1224/2009 jistipula li t-tnaqqis mill-isforz tas-sajd għandu jiġi operat fis-sena jew fis-snin sussegwenti billi jiġu applikati ċerti fatturi ta’ multiplikazzjoni mogħtija f’dak il-paragrafu. |
|
(6) |
Għalhekk jixraq li t-tnaqqis jiġi operat mill-isforz tas-sajd allokat għar-Renju Unit għall-arzell u l-granċ u l-għaġuża fiż-żona VII tal-ICES fis-sena 2013, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
L-isforz massimu annwali tas-sajd iffissat fir-Regolament (KE) Nru 1415/2004 għall-arzell u għall-granċ u l-għaġuża fiż-żona VII tal-ICES qed jitnaqqas fl-2013 għar-Renju Unit kif hemm stipulat fl-Anness.
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fis-seba’ jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, it-18 ta’ Diċembru 2013.
Għall-Kummissjoni
Il-President
José Manuel BARROSO
ANNESS
|
Speċi |
Sforz massimu inizjali tas-sajd fl-2012 (1) |
Sforz massimu adattat tas-sajd fl-2012 |
Sforz utilizzat stabbilit tas-sajd fl-2012 |
Differenza bejn l-isforz massimu-sforz utilizzat (eċċess) |
Fattur ta’ multiplikazzjoni tal-Artikolu 106(2) tar-Regolament (KE) Nru 1224/2009 |
Tnaqqis għall-2013 |
|
Arzell fiż-żona VII tal-ICES |
3 315 619 |
3 550 619 |
4 002 260 |
451 641 (12,7 % tal-isforz massimu tal-2012) |
541 969 (eċċess * 1,2) |
541 969 |
|
Granċ u għaġuża fiż-żona VII tal-ICES |
543 366 |
543 366 |
581 828 |
38 462 (7 % tal-isforz massimu tal-2012) |
42 308 (eċċess * 1,1) |
42 308 |
(1) Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1415/2004 (ĠU L 258, 5.8.2004, p. 1).