Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32013R0736

    Regolament ta’ Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 736/2013 tas- 17 ta’ Mejju 2013 li jemenda r-Regolament (UE) Nru 528/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-medda ta’ żmien għall-programm ta’ ħidma għall-eżami ta’ sustanzi attivi bijoċidali eżistenti Test b’relevanza għaż-ŻEE

    ĠU L 204, 31.7.2013, p. 25–25 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
    ĠU L 204, 31.7.2013, p. 17–17 (HR)

    Legal status of the document In force

    ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_del/2013/736/oj

    31.7.2013   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    L 204/25


    REGOLAMENT TA’ DELEGA TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 736/2013

    tas-17 ta’ Mejju 2013

    li jemenda r-Regolament (UE) Nru 528/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-medda ta’ żmien għall-programm ta’ ħidma għall-eżami ta’ sustanzi attivi bijoċidali eżistenti

    (Test b’relevanza għaż-ŻEE)

    IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

    Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

    Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 528/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta’ Mejju 2012 dwar it-tqegħid fis-suq u l-użu tal-prodotti bijoċidali (1), u b’mod partikolari t-tieni subparagrafu tal-Artikolu 89(1) tiegħu,

    Billi:

    (1)

    Ir-Regolament (UE) Nru 528/2012 jipprovdi għall-kontinwazzjoni tal-programm ta’ ħidma għall-eżami sistematiku tas-sustanzi attivi kollha eżistenti użati fil-prodotti bijoċidali li nbeda skont l-Artikolu 16(2) tad-Direttiva 98/8/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Frar 1998 dwar it-tqegħid fis-suq tal-prodotti bijoċidali (2).

    (2)

    L-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 89(1) tar-Regolament (UE) Nru 528/2012 jipprovdi li l-programm ta’ ħidma għandu jintlaħaq sal-14 ta’ Mejju 2014.

    (3)

    Skont l-aħħar stimi tal-Kummissjoni, kif espressi fil-Komunikazzjoni mill-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew skont l-Artikolu 294(6) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea dwar il-pożizzjoni tal-Kunsill fuq l-adozzjoni ta’ Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill rigward it-tqegħid fis-suq u l-użu tal-prodotti bijoċidali (3), l-eżami tas-sustanzi attivi kollha eżistenti użati fil-prodotti bijoċidali mhux se jitlesta qabel il-31 ta’ Diċembru 2024.

    (4)

    Għalhekk huwa xieraq li l-programm ta’ ħidma jiġi estiż sa dik id-data.

    ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

    Artikolu 1

    L-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 89(1) tar-Regolament (KE) Nru 528/2012 huwa sostitwit b’dan li ġej:

    “1.   Il-Kummissjoni għandha tibqa’ għaddejja bil-programm ta’ ħidma għall-eżami sistematiku tas-sustanzi attivi kollha eżistenti li nbeda skont l-Artikolu 16(2) tad-Direttiva 98/8/KE bl-għan li jitlesta sal-31 ta’ Diċembru 2024. Għal dak il-għan, il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa tadotta atti ddelegati skont l-Artikolu 83 fir-rigward tat-twettiq tal-programm ta’ ħidma u tal-ispeċifikazzjoni tad-drittijiet u l-obbligi relatati tal-awtoritajiet kompetenti u tal-parteċipanti fil-programm.”

    Artikolu 2

    Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

    Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

    Magħmula fi Brussell, is-17 ta’ Mejju 2013.

    Għall-Kummissjoni

    Il-President

    José Manuel BARROSO


    (1)  ĠU L 167, 27.6.2012, p. 1.

    (2)  ĠU L 123, 24.4.1998, p. 1.

    (3)  COM(2011) 498 finali


    Top