EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32013R0630

Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 630/2013 tat- 28 ta’ Ġunju 2013 li jemenda l-Annessi għar-Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (KE) Nru 999/2001 li jistabblixxi r-regoli għall-prevenzjoni, kontroll u eradikazzjoni ta’ ċertu enċefalopatija sponġiformi li tinxtered Test b’relevanza għaż-ŻEE

ĠU L 179, 29.6.2013, p. 60–83 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (HR)

Legal status of the document In force

ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2013/630/oj

29.6.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 179/60


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 630/2013

tat-28 ta’ Ġunju 2013

li jemenda l-Annessi għar-Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (KE) Nru 999/2001 li jistabblixxi r-regoli għall-prevenzjoni, kontroll u eradikazzjoni ta’ ċertu enċefalopatija sponġiformi li tinxtered

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (KE) Nru 999/2001 tat-22 ta’ Mejju 2001 li jistabbilixxi r-regoli għall-prevenzjoni, kontroll u eradikazzjoni ta’ ċertu enċefalopatija sponġiformi li tinxtered (1), u b’mod partikolari l-ewwel paragrafu tal-Artikolu 23 tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament (KE) Nru 999/2001 jistabbilixxi r-regoli għall-prevenzjoni, il-kontroll u l-eradikazzjoni ta’ ċertu enċefalopatija sponġiformi li tinxtered (TSE) f’annimali bovini, kaprini u ovini. Dan japplika għall-produzzjoni u t-tqegħid fis-suq ta’ annimali ħajjin u prodotti li joriġinaw mill-annimali u f’ċerti każijiet speċifiċi l-esportazzjonijiet tagħhom.

(2)

Fid-19 ta’ Jannar 2011, l-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel (EFSA) ippubblikat opinjoni konġunta mħejjija maċ-Ċentru Ewropew għall-Prevenzjoni u l-Kontroll tal-Mard (ECDC) dwar kull assoċjazzjoni epidemjoloġika jew molekulari possibbli bejn it-TSEs fl-annimali u fil-bnedmin (‘l-Opinjoni konġunta tal-EFSA u l-ECDC’) (2). Fl-opinjoni konġunta tal-EFSA u l-ECDC, it-tnejn li huma kkonfermaw l-identifikazzjoni ta’ forom atipiċi ta’ enċefalopatija sponġiformi bovina (BSE) fil-bhejjem u għamlu distinzjoni bejn BSE klassika, BSE atipika tat-tip L u BSE atipika tat-tip H. Għalhekk huwa xieraq li jiddaħħlu definizzjonijiet għal każijiet ta’ BSE klassika u każijiet ta’ BSE atipika fl-Anness I għar-Regolament (KE) Nru 999/2001.

(3)

Il-Parti I tal-Kapitolu A tal-Anness III għar-Regolament (KE) Nru 999/2001 tistabbilixxi r-regoli għall-monitoraġġ tal-BSE f’annimali bovini maqtula għall-konsum mill-bniedem. Tirreferi għal annimali maqtula skont ‘qatla speċjali ta’ emerġenza’ kif iddefinita fl-Artikolu 2(n) tad-Direttiva tal-Kunsill 64/433/KEE tas-26 ta’ Ġunju 1964 dwar kundizzjonijiet tas-saħħa għall-produzzjoni u t-tqegħid fis-suq ta’ laħam frisk (3). Dik id-Direttiva ġiet irrevokata mid-Direttiva 2004/41/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (4). Dan wassal għal inċertezza legali u kkawża tnaqqis fl-ittestjar ta’ annimali li kellhom jiġu ttestjati. Għalhekk hemm bżonn li l-qatla ta’ emerġenza tiġi ddefinita b’mod ċar fil-qafas tar-regoli għall-monitoraġġ tal-BSE fl-annimali bovini maqtula għall-konsum mill-bniedem fl-Anness III għar-Regolament (KE) Nru 999/2001.

(4)

Il-Parti II tal-Kapitolu A tal-Anness III għar-Regolament (KE) Nru 999/2001 tistabbilixxi r-regoli għall-monitoraġġ ta’ annimali ovini u kaprini. F’dawn l-aħħar snin, ir-rapporti annwali mwettqa mill-Istati Membri dwar il-monitoraġġ u l-ittestjar ta’ ruminanti għall-preżenza ta’ Enċefalopatija Sponġiformi li Tittieħed (TSE) fl-Unjoni wrew li l-ittestjar ta’ annimali ovini jew kaprini mhux maqtula għall-konsum mill-bniedem huwa ġeneralment aktar effiċjenti biex jiġu identifikati każijiet ta’ TSE meta mqabbel mal-ittestjar ta’ annimali maqtula għall-konsum mill-bniedem. Għalhekk, għandha tingħata flessibbiltà akbar lill-Istati Membri biex jiffokaw sehem akbar min-numru limitat ta’ testijiet meħtieġa minn dak l-Anness fis-subpopolazzjonijiet fejn hemm aktar ċans li jiġu identifikati każijiet bħal dawn.

(5)

L-Anness VII għar-Regolament (KE) Nru 999/2001 jistabbilixxi l-miżuri ta’ eradikazzjoni li għandhom jitwettqu wara l-konferma tal-preżenza ta’ TSE f’annimali bovini, ovini u kaprini u r-rekwiżiti minimi għall-programmi tat-tgħammir għal reżistenza għat-TSE fin-ngħaġ. Dak l-Anness ġie emendat bosta drabi, fosthom permezz tar-Regolamenti tal-Kummissjoni (KE) Nru 727/2007 (5) u (KE) Nru 746/2008 (6).

(6)

Fis-17 ta’ Lulju 2007, fil-Kawża T-257/07, Franza ressqet azzjoni kontra l-Kummissjoni quddiem il-Qorti Ġenerali, li fiha applikat għas-sospensjoni tal-operat tal-punt (3) tal-Anness għar-Regolament (KE) Nru 727/2007 hekk kif dan jintroduċi l-punt 2.3(b)(iii), il-punt 2.3(d) u l-punt 4 fil-Kapitolu A tal-Anness VII għar-Regolament (KE) Nru 999/2001, jew inkella l-annullament sħiħ ta’ dak ir-Regolament. Skont Franza, dawk il-punti jawtorizzaw miżuri inqas restrittivi ta’ sorveljanza u eradikazzjoni meta mqabbla ma’ dawk preskritti qabel għan-ngħaġ u l-mogħoż. Fl-Ordni tagħha tat-28 ta’ Settembru 2007 (7), il-Qorti ssospendiet l-applikazzjoni ta’ dawk id-dispożizzjonijiet sakemm tinqata’ s-sentenza fuq l-azzjoni ewlenija.

(7)

Wara, il-Kummissjoni talbet lill-EFSA biex tgħinha tiċċara l-premessi ewlenin li kien ibbażat fuqhom ir-Regolament (KE) Nru 727/2007. Fid-dawl tal-kjarifiki tal-EFSA, ir-Regolament (KE) Nru 999/2001 ġie emendat mir-Regolament (KE) Nru 746/2008, li reġa’ daħħal dawk id-dispożizzjonijiet li l-applikazzjoni tagħhom kienet ġiet sospiża mill-Qorti Ġenerali. Fl-Ordni tagħha tat-30 ta’ Ottubru 2008 (8), il-Qorti Ġenerali ssospendiet l-applikazzjoni tal-punt 2.3(b)(iii), il-punt 2.3(d) u l-punt 4 tal-Kapitolu A tal-Anness VII għar-Regolament (KE) Nru 999/2001, kif emendat bir-Regolament (KE) Nru 746/2008, sakemm tinqata’ s-sentenza fuq l-akkuża ewlenija fil-Kawża T-257/07.

(8)

Fis-sentenza tagħha tad-9 ta’ Settembru 2011 fil-Kawża T-257/07 (9), il-Qorti Ġenerali ma laqgħetx l-applikazzjoni minn Franza għall-annullament tar-Regolament (KE) Nru 746/2008, u waqqgħet is-sospensjoni tal-applikazzjoni ta’ dawk id-dispożizzjonijiet tal-Kapitolu A tal-Anness VII tar-Regolament (KE) Nru 999/2001.

(9)

Fit-28 ta’ Novembru 2011, fil-Kawża C-601/11 P (10), Franza ressqet appell kontra s-sentenza tal-Qorti Ġenerali fil-Kawża T-257/07, u fih talbet lill-Qorti biex tibdel is-sentenza tal-Qorti Ġenerali fil-Kawża T-257/07 u minflok din taqta’ sentenza finali dwar il-kwistjoni billi tannulla r-Regolament (KE) Nru 746/2008 jew tirreferi l-kawża lura quddiem il-Qorti Ġenerali.

(10)

Tajjeb li tiġi ċċarata l-binja ferm kumplessa tal-għażliet ta’ ġestjoni u d-derogi għall-kontroll u l-eradikazzjoni tal-iscrapie klassika fl-annimali ovini u kaprini kif stipulat fl-Anness VII għar-Regolament (KE) Nru 999/2001. L-Anness VII għandu jipprovdi biss għal tliet għażliet fi gruppi jew merħliet ta’ annimali ovini u kaprini li ttieħdu, jiġifieri: l-għażla 1, eliminazzjoni tal-annimali kollha; l-għażla 2, eliminazzjoni tal-annimali suxxettibbli biss; u l-għażla 3, l-ebda eliminazzjoni obbligatorja ta’ annimali.

(11)

Il-miżuri li għandhom jiġu applikati f’kull waħda minn dawk it-tliet għażliet għandhom jiġu abbozzati mill-ġdid sabiex jitħaffef il-paragun bejn l-għażliet u jiżdied l-għarfien dwar il-konsegwenzi għall-azjenda individwali. Peress li l-għażla 1 u l-għażliet 2 jinkludu miżuri stretti ta’ eradikazzjoni li jtejbu l-kontroll tal-mard, il-miżuri ta’ wara l-eradikazzjoni infurzati fl-għażla 1 u fl-għażla 2 għandhom ikunu aktar flessibbli meta mqabbla mal-għażla 3.

(12)

Hemm bżonn li jiġu ċċarati l-kundizzjonijiet li fihom jistgħu jiġu ttardjati l-miżuri tal-eliminazzjoni stabbiliti fl-għażla 2. Huwa xieraq li jiġi permess dewmien qasir ta’ mhux iżjed minn tliet xhur marbut ma’ kunsiderazzjonijiet tal-istaġun tat-twelid tal-ħrief. Madankollu, dewmien fit-tul jista’ jkun ġustifikat biss mill-bżonn ta’ żmien addizzjonali sabiex jiżdied il-livell ta’ reżistenza ġenetika għall-iscrapie klassika f’azjenda. Peress li sa issa r-reżistenza ġenetika għall-iscrapie klassika ġiet ipprovata biss fl-annimali ovini, id-dewmien fit-tul ma għandux ikun permess għal merħliet li jinkludu annimali kaprini biss. Meta jkun permess, dan għandu jkun limitat għal perjodu ta’ tliet snin taħt ċerti kundizzjonijiet.

(13)

Meta l-iscrapie klassika tiġi kkonfermata f’azjendi li jrabbu razza ovina lokali fil-periklu li tintilef għall-biedja, il-miżuri ta’ wara l-eradikazzjoni stipulati fl-Anness VII għar-Regolament (KE) Nru 999/2001 għandhom iqisu d-diffikultà tal-introduzzjoni u l-użu biss ta’ annimali ovini reżistenti jew prodotti ġerminali ovini tal-istess razza fil-periklu. F’dan il-każ partikolari, l-Istati Membri għandhom jitħallew japplikaw regoli aktar flessibbli rigward il-ġenotip ta’ min irabbi u prodotti ġerminali introdotti u użati fl-azjendi.

(14)

L-Opinjoni konġunta tal-EFSA u l-ECDC tissuġġerixxi li l-iscrapie atipika tista’ tkun tittieħed ftit jew inkella ma tittiħidx. Din is-sejba tiddependi l-iktar fuq in-nuqqas ta’ differenza statistika fil-frekwenzi Atipiċi/Nor98 osservati bejn il-popolazzjoni ġenerali u l-gruppi li fihom ikun ġie identifikat każ pożittiv. Għalhekk, miżuri ta’ restrizzjoni fuq il-moviment ta’ annimali ovini u kaprini fejn ikun ġie kkonfermat każ ta’ scrapie atipika ma għadhomx iġġustifikati. Madankollu, għandha tinżamm iż-żieda fis-sorveljanza ta’ dawk il-gruppi jew merħliet sabiex tinġabar aktar dejta xjentifika dwar l-iscrapie atipika. Din l-emenda għall-Anness VII tar-Regolament (KE) Nru 999/2001 hija konformi mal-għażliet politiċi futuri previsti mill-paragrafu 2.4.3 tal-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill - It-Tieni Pjan direzzjonali dwar it-TSE - Karta ta’ strateġija dwar l-Enċefalopatiji Sponġiformi Trasmissibbli għall-2010-2015 (11).

(15)

Sa issa, il-parteċipazzjoni fi programmi tat-tgħammir kienet limitata għal gruppi ovini b’mertu ġenetiku għoli. Fejn dawn ġew applikati, il-programmi ta’ tgħammir kienu effettivi biex iżidu r-reżistenza għall-iscrapie klassika fil-popolazzjoni tan-ngħaġ b’mertu ġenetiku għoli. Iżda d-diffużjoni fil-popolazzjoni ta’ produzzjoni ordinarja tal-fattur ereditarju (allel) li jġorr ir-reżistenza jidher li sa issa għadu limitat. Il-Kapitolu C tal-Anness VII tar-Regolament (KE) Nru 999/2001 għandu jippermetti l-ġenotipar tal-imtaten għat-tgħammir ta’ gruppi li ma jiħdux sehem fil-programm tat-tgħammir sabiex titħaffef diffużjoni usa’ tal-fattur ta’ reżistenza għall-iscrapie klassika fil-popolazzjoni tal-produzzjoni.

(16)

Il-Kapitolu A tal-Anness VIII tar-Regolament (KE) Nru 999/2001 jistabbilixxi r-regoli li jirregolaw il-kummerċ ta’ annimali ħajjin, ta’ semen u ta’ embrijuni fi ħdan l-Unjoni. Kif inhu ddikjarat fil-premessa 14, l-Opinjoni konġunta tal-EFSA u l-ECDC tissuġġerixxi li l-iscrapie atipika tista’ tittieħed ftit jew inkella ma tittiħidx. Għalhekk, it-tneħħija tal-miżuri kollha ta’ restrizzjoni fuq il-moviment tal-ovini u l-kaprini meta jkun ġie kkonfermat każ ta’ scrapie atipika għandha tapplika għall-kummerċ fl-Unjoni. Din il-pożizzjoni hija sostnuta wkoll mill-fatt li l-Kodiċi tas-Saħħa tal-Annimali Terrestri, kif ġie vvotat fl-2010 fit-78 Sessjoni Ġenerali tal-Organizzazzjoni Dinjija għas-Saħħa tal-Annimali (OIE), ma jirrakkomanda l-ebda restrizzjoni kummerċjali fir-rigward ta’ scrapie atipika.

(17)

Ir-regoli stabbiliti fl-Anness VIII tar-Regolament (KE) Nru 999/2001 rigward il-kummerċ fl-Unjoni ta’ annimali ovini u kaprini u tas-semen u l-embrijuni tagħhom għandhom isiru konsistenti kemm jista’ jkun mal-istandards tal-OIE, sabiex ma jipprekludux lill-Istati Membri bi programm ta’ kontroll nazzjonali approvat għall-iscrapie klassika milli jitolbu l-istatus ta’ ħelsien tal-pajjiż mill-iscrapie klassika skont il-kundizzjonijiet stabbiliti fil-kodiċi tal-OIE. Madankollu, id-dispożizzjonijiet emendati tal-kummerċ fl-Unjoni ma għandhomx iħallu impatt negattiv fuq il-flussi kummerċjali eżistenti fl-Unjoni bejn l-Istati Membri meta ma jkun ġie approvat l-ebda programm ta’ kontroll nazzjonali għall-iscrapie klassika.

(18)

Għal dan il-għan, u kif propost fil-paragrafu 2.4.3 tat-Tieni Pjan Direzzjonali dwar it-TSE, fl-Anness VIII għar-Regolament (KE) Nru 999/2001 għandu jiġi stabbilit qafas li jippermetti lill-Istati Membri jistabbilixxu skema uffiċjali għar-rikonoxximent tal-istatus ta’ scrapie klassika fl-azjendi. Il-possibbiltà li azjenda twettaq kummerċ fl-Unjoni ta’ annimali ovini u kaprini, rigward scrapie klassika, għandha tiġi ddeterminata mill-istatus tagħha fir-rigward tal-iscrapie klassika.

(19)

Fl-Anness VIII tar-Regolament (KE) Nru 999/2001 għandha tiġi stabbilita sistema b’żewġ saffi għall-istatus ta’ scrapie klassika fl-azjendi. Status ta’ riskju negliġibbli, ekwivalenti f’termini tekniċi għall-istatus ħieles minn scrapie f’azjenda, kif stabbilit fl-Artikolu 14.9.5. tal-Kodiċi tas-Saħħa tal-Annimali Terrestri tal-OIE u abbażi tal-konformità mal-lista sħiħa tar-rekwiżiti tal-OIE għal tal-inqas seba’ snin (madankollu, skont ir-regola stabbilita fl-Artikolu 6a u l-Anness VII tar-Regolament (KE) Nru 999/2001 li jiffavorixxi l-iżvilupp tal-ġenotipi reżistenti fl-annimali ovini, il-proposta tirrikonoxxi l-ġenotip ARR/ARR bħala għażla valida), għandu jkun meħtieġ għat-trasport ta’ annimali għat-tgħammir u t-trobbija lejn l-Istati Membri bi programm ta’ kontroll nazzjonali approvat għall-iscrapie klassika. L-annimali għat-tgħammir maħsuba għal Stati Membri oħrajn għandhom ikunu meħtieġa biss li jiġu minn azjendi b’riskju kkontrollat ta’ scrapie klassika fuq il-bażi ta’ konformità ma’ lista iqsar ta’ rekwiżiti għal tal-inqas tliet snin, kif inhu l-każ bħalissa.

(20)

Meta wieħed iqis id-diffikultà biex jintwera ħelsien fit-territorju ta’ parti mit-territorju ta’ Stat Membru għal marda kumplessa daqs l-iscrapie klassika, li hija kkaratterizzata minn dewmien twil fl-inkubazzjoni, in-nuqqas ta’ ebda metodu dijanjostiku in-vivo u suxxettibilità individwali varjabbli tal-annimali skont il-profil ġenetiku tagħhom, il-kunċett ta’ ‘Stat Membru ħieles mill-iscrapie klassika’ jittiħidlu postu fl-Anness VIII tar-Regolament (KE) Nru 999/2001 minn dak ta’ ‘Stat Membru jew żona ta’ Stat Membru b’riskju negliġibbli ta’ scrapie klassika’. Il-kundizzjonijiet għar-rikonoxximent ta’ Stat Membru jew żona ta’ Stat Membru b’riskju negliġibbli ta’ scrapie klassika għandhom jiġu aġġornati wkoll u għandhom isiru konformi fil-parti l-kbira mar-rakkomandazzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 14.9.3 tal-Kodiċi tas-Saħħa tal-Annimali Terrestri tal-OIE.

(21)

Peress li l-Anness VIII tar-Regolament (KE) Nru 999/2001 għandu jkopri l-aspetti kummerċjali kollha relatati mal-iscrapie klassika, u meta wieħed jikkunsidra li l-ħolqien propost ta’ skema uffiċjali għar-rikonoxximent tal-istatus ta’ scrapie klassika fl-azjendi jikkostitwixxi bażi xierqa għall-istabbiliment ta’ garanziji differenzjati sabiex l-annimali jiġu nnegozjati ma’ Stati Membri bi pjan ta’ kontroll nazzjonali approvat għall-iscrapie klassika u ma’ Stati Membri oħra, dan l-Anness għandu jinkludi wkoll il-lista tal-Istati Membri bi pjan ta’ kontroll nazzjonali approvat għall-iscrapie klassika.

(22)

Il-Kapitolu C tal-Anness IX tar-Regolament (KE) Nru 999/2001 jistabbilixxi regoli relatati mal-importazzjonijiet fl-Unjoni ta’ prodotti li joriġinaw mill-annimali minn annimali bovini, ovini u kaprini, b’mod partikolari l-ġelatina maħsuba għall-konsum mill-bniedem. It-Taqsima A tal-Kapitolu D tal-Anness IX tar-Regolament (KE) Nru 999/2001 tistabbilixxi regoli relatati mal-importazzjonijiet fl-Unjoni ta’ prodotti sekondarji mill-annimali u prodotti derivati ta’ oriġini bovina, ovina u kaprina, b’mod partikolari l-ġelatina maħsuba għall-użu bħala ingredjent fl-għalf. Peress li l-kollaġen maħsub sabiex jintuża għall-ikel jew għall-għalf huwa magħmul mill-istess materja prima bħall-ġelatina, il-kundizzjonijiet tal-importazzjoni għall-kollaġen li għandu jintuża għall-ikel jew għall-għalf għandhom jaqblu ma’ dawk stabbiliti għall-ġelatina maħsuba għall-istess użu.

(23)

It-Taqsima B tal-Kapitolu D tal-Anness IX tar-Regolament (KE) Nru 999/2001 tipprovdi tistipula attestazzjonijiet speċifiċi li għandhom jakkumpanjaw l-importazzjonijiet fl-Unjoni ta’ ċerti prodotti sekondarji tal-annimali u prodotti derivati ta’ oriġini bovina, ovina u kaprina. Dawn l-attestazzjonijiet għandhom jiġu emendati sabiex japplikaw ukoll għall-prodotti pproċessati f’pajjiż terz ikklassifikat bħala wieħed b’riskju kkontrollat jew mhux determinat ta’ BSE u magħmula minn materjal imħallat li joriġina minn dan il-pajjiż terz kif ukoll minn pajjiż terz b’riskju negliġibbli ta’ BSE. L-attestazzjoni speċifika rigward l-importazzjoni ta’ prodotti li fihom il-ħalib ta’ oriġini ovina u kaprina u maħsuba għall-għalf tal-annimali mrobbija għandha tiġi emendata wkoll sabiex tirrifletti aħjar ir-restrizzjonijiet applikabbli għall-kummerċ ta’ dawn il-prodotti fl-Unjoni.

(24)

Il-Kapitoli E u H tal-Anness IX tar-Regolament (KE) Nru 999/2001 jistabbilixxu r-regoli għall-importazzjoni fl-Unjoni ta’ annimali ovini u kaprini, u semen u embrijuni ta’ annimali ovini u kaprini. Dawn ir-regoli ta’ importazzjoni għandhom jiġu aġġornati biex jirriflettu l-kundizzjonijiet għall-kummerċ fl-Unjoni stabbiliti fl-Anness VIII tar-Regolament (KE) Nru 999/2001, inklużi l-prerekwiżiti ġenerali f’termini ta’ monitoraġġ u eradikazzjoni tal-iscrapie klassika stabbiliti fl-Annessi III u VII tar-Regolament (KE) Nru 999/2001, kif ukoll id-dispożizzjonijiet ta’ projbizzjoni fuq l-għalf stipulati fl-Anness IV tar-Regolament (KE) Nru 999/2001.

(25)

L-Anness X tar-Regolament (KE) Nru 999/2001 jistabbilixxi l-metodi ta’ analiżi applikabbli għall-ittestjar tat-TSE f’annimali bovini, ovini u kaprini. L-Opinjoni konġunta tal-EFSA u l-ECDC indikat li l-aġent ta’ BSE Atipika tat-tip L għandu potenzjal żoonotiku sinifikanti (trażmissjoni mill-annimali għall-bnedmin), li tidher simili jew saħansitra ogħla minn dak tal-aġent tal-BSE Klassika. Ġew identifikati każijiet tat-tip L u tat-tip H ta’ BSE atipika f’diversi pajjiżi madwar id-dinja u l-EFSA indikat li l-età kbira mhux tas-soltu tal-każijiet identifikati kollha tal-BSE tat-tip H u l-BSE tat-tip L u l-prevalenza baxxa apparenti tagħhom fil-popolazzjoni tista’ tissuġġerixxi li dawn il-forom atipiċi tal-BSE qegħdin joħorġu spontanjament. Sabiex jinkiseb aktar għarfien dwar il-BSE atipiċi, jeħtieġ li tinġabar aktar dejta rilevanti.

(26)

Għal dan il-għan, hemm bżonn li jintalab li l-materjal mill-każijiet kollha ta’ BSE li fil-ġejjieni se jiġu kkonfermati fl-Unjoni jiġi sottomess għal testijiet diskriminatorji li jippermettu l-identifikazzjoni preċiża tal-aġent, jiġifieri l-BSE klassika, il-BSE atipika tat-tip L u l-BSE atipika tat-tip H. Peress li ċerti Stati Membri u pajjiżi terzi diġà ppubblikaw id-dettalji tal-fenotip tal-każijiet riċenti tagħhom tal-BSE, l-ittestjar diskriminatorju ta’ każijiet ta’ BSE li fil-ġejjieni se jiġu kkonfermati fl-Unjoni għandhom isiru obbligatorji fil-Kapitolu C tal-Anness X tar-Regolament (KE) Nru 999/2001.

(27)

Il-punt 4 tal-Kapitolu C tal-Anness X tar-Regolament (KE) Nru 999/2001 jistabbilixxi lista ta’ testijiet rapidi approvati għall-monitoraġġ tat-TSE fl-annimali bovini, ovini u kaprini.

(28)

Peress li ż-żewġ settijiet li ġejjin ta’ testijiet rapidi għall-monitoraġġ tal-BSE fl-annimali bovini ma għadhomx jiġu manifatturati, kif ikkonfermat fl-ittri mibgħuta minn Enfer Scientific fil-21 ta’ Awwissu 2012 u Roche Diagnostics GmbH fil-31 ta’ Awwissu 2012, dawn għandhom jitħassru mil-lista ta’ testijiet rapidi stabbiliti fil-Punt 4 tal-Kapitolu C tal-Anness X: Enfer test & Enfer TSE Kit version 2.0, preparazzjoni awtomatizzata tal-kampjun; Roche Applied Science PrionScreen.

(29)

Peress li l-Istati Membri għandhom bżonn biżżejjed żmien biex jadattaw l-istruzzjonijiet nazzjonali tagħhom għar-rekwiżiti l-ġodda introdotti b’dan ir-Regolament, dan ir-Regolament għandu japplika mill-1 ta’ Lulju 2013.

(30)

Ir-Regolament (KE) Nru 999/2001 għandu għalhekk jiġi emendat kif xieraq.

(31)

Il-miżuri previsti f’dan ir-Regolament huma konformi mal-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa tal-Annimali u la l-Parlament Ewropew u lanqas il-Kunsill ma opponewhom,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-Annessi għar-Regolament (KE) Nru 999/2001 huma emendati skont l-Anness ta’ dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-20 jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Huwa għandu japplika mill-1 ta’ Lulju 2013.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, it-28 ta’ Ġunju 2013.

Għall-Kummissjoni

Il-President

José Manuel BARROSO


(1)  ĠU L 147, 31.5.2001, p. 1.

(2)  EFSA Journal 2011;9(1):1945

(3)  ĠU 121, 29.7.1964, p. 2012.

(4)  ĠU L 157, 30.4.2004, p. 33.

(5)  ĠU L 165, 27.6.2007, p. 8.

(6)  ĠU L 202, 31.7.2008, p. 11.

(7)  ĠU C 283, 24.11.2007, p. 28.

(8)  ĠU C 327, 20.12.2008, p. 26.

(9)  ĠU C 311, 22.10.2011, p. 33.

(10)  ĠU C 80, 17.3.2012, p. 5.

(11)  COM(2010)384 finali.


ANNESS

L-Annessi tar-Regolament (KE) Nru 999/2001 huma emendati kif ġej:

(1)

Fl-Anness I, il-punt 2 jinbidel b’dan li ġej:

‘2.

Għall-finijiet ta’ dan ir-Regolament, għandhom japplikaw ukoll id-definizzjonijiet li ġejjin:

(a)

“każ indiġenu ta’ BSE” tfisser każ ta’ enċefalopatija sponġiformi bovina li ma ntweriex biċ-ċar li hu dovut għal infezzjoni qabel l-importazzjoni bħala annimal ħaj;

(b)

“koorti” tfisser grupp ta’ annimali bovini li jinkludi kemm:

(i)

annimali mwielda fl-istess merħla bħall-annimal bovin affettwat, u fi żmien 12-il xahar qabel jew wara d-data tat-twelid tal-annimal bovin affettwat; kif ukoll

(ii)

annimali li fi kwalunkwe żmien matul l-ewwel sena ta’ ħajjithom trabbew flimkien mal-annimal bovin affettwat matul l-ewwel sena ta’ ħajtu;

(c)

“każ ta’ indiċi” tfisser l-ewwel annimal f’azjenda, jew fi grupp iddefinit b’mod epidemjoloġiku, li fih hija kkonfermata infezzjoni tat-TSE;

(d)

“TSE f’ruminanti żgħar” tfisser każ ta’ enċefalopatija sponġiformi li tittieħed żvelat f’annimal ovin jew kaprin wara test ta’ konferma għal proteina PrP anormali;

(e)

“każ ta’ scrapie” tfisser każ ikkonfermat ta’ enċefalopatija sponġiformi li tittieħed f’annimal ovin jew kaprin fejn dijanjosi ta’ BSE ġiet eskluża skont il-kriterji stipulati fil-manwal tekniku ta’ referenza tal-laboratorju tal-Unjoni Ewropea dwar il-karatterizzazzjoni tal-varjetà tat-TSE f’annimali ruminanti żgħar (*);

(f)

“każ ta’ scrapie klassika” tfisser każ ikkonfermat ta’ scrapie kklassifikata skont il-kriterji stipulati fil-manwal tekniku ta’ referenza tal-laboratorju tal-Unjoni Ewropea dwar il-karatterizzazzjoni tal-varjetà tat-TSE f’ruminanti żgħar;

(g)

“każ ta’ scrapie atipika” tfisser każ ikkonfermat ta’ scrapie li fih tista’ tingħaraf differenza minn scrapie klassika skont il-kriterji stipulati fil-manwal tekniku ta’ referenza tal-laboratorju tal-Unjoni Ewropea dwar il-karatterizzazzjoni tal-varjetà tat-TSE f’ruminanti żgħar;

(h)

“ġenotip tal-proteina prijonika” fl-annimali ovini tfisser taħlita ta’ żewġ alleli kif deskritt fil-punt 1 tal-Anness I għad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2002/1003/KE (**);

(i)

“każ ta’ BSE” tfisser każ ta’ BSE kklassifikat bħala tali skont il-kriterji stabbiliti fil-metodu tal-laboratorju ta’ referenza nazzjonali skont il-metodi u l-protokolli fil-punt 3.1 (a) u (b) tal-Kapitolu C tal-Anness X;

(j)

“każ ta’ BSE klassika” tfisser każ ta’ BSE kklassifikata bħala tali skont il-kriterji stabbiliti fil-metodu tal-laboratorju ta’ referenza tal-Unjoni Ewropea għall-klassifikazzjoni ta’ iżolati tat-TSE tal-bovini (***);

(k)

“każ ta’ BSE atipika” tfisser każ ta’ BSE li ma jistax jiġi kklassifikat bħala każ ta’ BSE klassika skont il-kriterji stabbiliti fil-metodu tal-laboratorju ta’ referenza tal-Unjoni Ewropea għall-klassifikazzjoni ta’ iżolati tat-TSE tal-annimali bovini;

(l)

“annimali ovini u kaprini ta’ aktar minn 18-il xahar” tfisser annimali ovini u kaprini:

(i)

li l-età tagħhom hija kkonfermata mir-reġistri jew mid-dokumenti ta’ moviment imsemmija fil-punt 1(b), (c) u (d) tal-Artikolu 3 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 21/2004 (****), jew

(ii)

li jkollhom iktar minn żewġ sinniet inċiżi permanenti spuntati mill-ħanek.

(*)  http://vla.defra.gov.uk/science/docs/sci_tse_rl_handbookv4jan10.pdf"

(**)  ĠU L 349, 24.12.2002, p. 105."

(***)  http://vla.defra.gov.uk/science/docs/sci_tse_rl_2blot.pdf"

(****)  ĠU L 5, 9.1.2004, p. 8.’"

(2)

Fl-Anness III, il-Kapitolu A huwa emendat kif ġej:

(a)

Fil-Parti I, il-punt 2 jinbidel b’dan li ġej:

‘2.   Monitoraġġ ta’ annimali maqtula għall-konsum mill-bniedem

2.1.

L-annimali bovini kollha li jkollhom aktar minn 24 xahar għandhom jiġu ttestjati għall-BSE meta jkunu għaddew minn:

qatla ta’ emerġenza skont il-punt 1 tal-Kapitolu VI tat-Taqsima I tal-Anness III tar-Regolament (KE) Nru 853/2004 (*****), jew

spezzjoni ante mortem b’osservazzjonijiet dwar inċidenti, jew problemi serji fiżjoloġiċi jew funzjonali, jew b’sinjali skont il-punt 2 tal-Parti B tal-Kapitolu II tat-Taqsima I tal-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 854/2004 (******).

2.2.

L-annimali bovini kollha f’saħħithom li jkollhom aktar minn 30 xahar maqtula b’mod normali għall-konsum mill-bniedem għandhom jiġu ttestjati għall-BSE.

(*****)  ĠU L 139, 30.4.2004, p. 55."

(******)  ĠU L 139, 30.4.2004, p. 206.’"

(b)

Il-Parti II hija emendata kif ġej:

(i)

Il-punt 2 huwa mibdul b’dan li ġej:

‘2.   Monitoraġġ ta’ annimali ovini u kaprini maqtula għall-konsum mill-bniedem

(a)

L-Istati Membri li fihom il-popolazzjoni ta’ ngħaġ u ħrief tan-ngħaġ mogħtija lill-muntun taqbeż is-750 000 annimal għandhom jittestjaw, skont ir-regoli ta’ teħid ta’ kampjuni stipulati fil-punt 4, kampjun annwali minimu ta’ 10 000 annimal ovin maqtula għall-konsum mill-bniedem;

(b)

L-Istati Membri li fihom il-popolazzjoni ta’ mogħoż li diġà welldu gidi u mogħoż li tgħammru taqbeż is-750 000 għandhom jittestjaw, skont ir-regoli ta’ teħid ta’ kampjuni stipulati fil-punt 4, kampjun annwali minimu ta’ 10 000 annimal kaprin maqtula għall-konsum mill-bniedem;

(c)

Stat Membru jista’ jagħżel li jibdel massimu ta’:

50 % tad-daqs minimu tal-kampjun ta’ annimali ovini u kaprini tiegħu maqtula għall-konsum mill-bniedem stipulati fil-punti (a) u (b) billi jittestja annimali ovini mejta ta’ età ikbar minn 18-il xahar bi proporzjon ta’ wieħed għal kull wieħed, u flimkien mad-daqs minimu tal-kampjuni stipulat fil-punt 3;

10 % tad-daqs minimu tal-kampjun tiegħu stipulat fil-punti (a) u (b) billi jittestja l-annimali ovini u kaprini maqtula fil-kuntest ta’ kampanja għall-eradikazzjoni tal-marda ta’ età ogħla minn 18-il xahar fil-proporzjon ta’ wieħed għal kull wieħed.’

(ii)

Il-punt 5 huwa mibdul b’dan li ġej:

‘5.   Monitoraġġ f’azjendi taħt miżuri ta’ kontroll u eradikazzjoni tat-TSE

L-annimali li għandhom aktar minn 18-il xahar li jinqatlu biex jinqerdu skont l-Anness VII, Kapitolu B, Parti 2, punt 2.2.1. u punt 2.2.2.(b) jew (c), għandhom jiġu ttestjati għall-preżenza ta’ TSE skont il-metodi tal-laboratorju u l-protokolli stipulati fl-Anness X, Kapitolu C, Parti 3, punt 3.2.(b), fuq il-bażi tal-għażla ta’ kampjun sempliċi aleatorju, skont il-daqs tal-kampjun indikat fit-tabella li ġejja.

Numru ta’ annimali fil-merħla jew grupp li għandhom aktar minn 18-il xahar u li nqatlu biex jinqerdu

Daqs minimu tal-kampjun

70 jew inqas

L-annimali kollha eliġibbli

80

68

90

73

100

78

120

86

140

92

160

97

180

101

200

105

250

112

300

117

350

121

400

124

450

127

500 jew aktar

150 ’

(3)

L-Anness VII huwa mibdul b’dan li ġej:

‘ANNESS VII

IL-KONTROLL U L-ERADIKAZZJONI TA’ ENĊEFALOPATIJI SPONĠIFORMI LI JITTIEĦDU

KAPITOLU A

Miżuri wara suspett ta’ preżenza ta’ tse f’annimali ovini u kaprini

Jekk tiġi suspettata t-TSE f’annimal ovin jew kaprin f’azjenda fi Stat Membru, u sakemm ikunu disponibbli r-riżultati tal-eżamijiet li jikkonfermaw is-suspett, l-annimali ovini u kaprini l-oħra kollha f’dik l-azjenda, għandhom jitqiegħdu taħt restrizzjoni uffiċjali tal-moviment.

Jekk ikun hemm evidenza li l-azjenda fejn l-annimal kien preżenti meta ġiet issuspettata t-TSE x’aktarx li mhix l-azjenda fejn l-annimal seta’ ġie espost għat-TSE, l-Istat Membru kompetenti jista’ jiddeċiedi li azjendi oħra jew l-azjenda biss fejn ġie espost titqiegħed taħt kontroll uffiċjali, skont it-tagħrif epidemjoloġiku disponibbli.

Sakemm ikunu disponibbli r-riżultati li jikkonfermaw il-preżenza tat-TSE, il-ħalib u l-prodotti tal-ħalib li ġejjin mill-annimali ovini u kaprini ta’ azjenda mqiegħda taħt kontroll uffiċjali, li huma preżenti f’dik l-azjenda mid-data li fiha ġiet issuspettata l-preżenza tat-TSE għandhom jintużaw biss f’dik l-azjenda.

KAPITOLU B

Miżuri wara konferma tal-preżenza ta’ tse f’annimali bovini, ovini u kaprini

1.

L-inkjesta msemmija fl-Artikolu 13(1)(b) għandha tidentifika:

(a)

fil-każ ta’ annimali bovini:

ir-ruminanti l-oħrajn kollha fl-azjenda fejn il-marda ġiet ikkonfermata f’annima,

fejn il-marda ġiet ikkonfermata f’annimal mara, il-wild tagħha li jitwieled f’perjodu ta’ sentejn qabel jew wara l-bidu kliniku tal-marda,

l-annimali kollha fil-koorti tal-annimal li fih ġiet ikkonfermata l-marda,

l-oriġini possibbli tal-marda,

annimali oħrajn fl-azjenda tal-annimal li fih tkun ġiet ikkonfermata l-marda jew f’ażjendi oħra fejn setgħu ġew infettati mill-aġent tat-TSE jew li kienu esposti għall-istess tip ta’ għalf jew sors ta’ kontaminazzjoni,

il-moviment ta’ għalf li huwa potenzjalment ikkontaminat, ta’ materjal ieħor jew ta’ kwalunkwe mezz ieħor li bih setgħet ittieħdet il-marda, li setgħu għaddew l-aġent tat-TSE mill-azjenda jew lill-azjenda kkonċernata;

(b)

fil-każ ta’ annimali ovini u kaprini:

ir-ruminanti kollha apparti mill-annimali ovini u kaprini fl-azjenda tal-annimal li fih ġiet ikkonfermata l-marda,

diment li jkunu identifikabbli, il-ġenituri, u fil-każ tan-nisa, l-embrijuni kollha, l-ova u l-aħħar wild tal-annimal mara li l-marda tkun ġiet ikkonfermata fiha,

l-annimali ovini u kaprini kollha l-oħrajn fl-azjenda tal-annimal li l-marda ġiet ikkonfermata fih flimkien ma’ dawk imsemmija fit-tieni inċiż,

l-oriġini possibbli tal-marda u l-identifikazzjoni ta’ azjendi oħra li fihom hemm annimali, embrijuni jew ova li setgħu ġew infettati mill-aġent tat-TSE jew li ġew esposti għall-istess għalf jew sors ta’ kontaminazzjoni,

il-moviment ta’ għalf potenzjalment ikkontaminat, ta’ materjal ieħor, jew kwalunkwe mezz ieħor li bih setgħu għaddew l-aġent tat-TSE mill-azjenda jew lill-azjenda kkonċernata.

2.

Il-miżuri stabbiliti fl-Artikolu 13(1)(c) għandhom jinkludu mill-inqas:

2.1.

Fil-każ ta’ konferma tal-BSE f’annimal bovin, il-qatla u l-qerda sħiħa tal-annimali bovini identifikati mill-inkjesta msemmija fit-tieni u t-tielet inċiż tal-punt 1(a); minkejja dan, Stat Membru jista’ jiddeċiedi:

li ma joqtolx u ma jeqridx l-annimali tal-koorti msemmija fit-tielet inċiż tal-punt 1(a) jekk tingħata evidenza li dawn l-annimali ma kellhomx aċċess għall-istess għalf bħall-annimal affettwat,

li jipposponi l-qatla u l-qerda ta’ annimali tal-koorti msemmija fit-tielet inċiż tal-punt 1(a) sal-aħħar tal-ħajja produttiva tagħhom, diment li jkunu barrin li konsistentement jinżammu f’ċentru tal-ġbir tas-semen u jista’ jiġi żgurat li jinqerdu kompletament wara mewthom.

2.2.

Fil-każ ta’ konferma tat-TSE f’annimal ovin jew kaprin:

2.2.1.

F’każijiet fejn il-BSE ma tistax tiġi eskluża

Jekk il-BSE ma tistax tiġi eskluża wara r-riżultati ta’ prova interlaboratorja mwettqa skont il-metodi u l-protokolli stipulati fl-Anness X, Kapitolu C C, Parti 3, punt 3.2(c), il-qatla u l-qerda sħiħa, mingħajr dewmien, tal-annimali, l-embrijuni u l-ova kollha identifikati mill-inkjesta msemmija mit-tieni sal-ħames inċiż tal-punt 1(b).

L-annimali li għandhom aktar minn 18-il xahar maqtula biex jinqerdu għandhom jiġu ttestjati għall-preżenza tat-TSE skont il-metodi u l-protokolli tal-laboratorji stabbiliti fl-Anness X, Kapitolu C, Parti 3, punt 3.2, kif stabbilit fl-Anness III, Kapitolu A, Parti II, punt 5.

Għandu jiġi ddeterminat il-ġenotip tal-proteina prijonika tal-annimali ovini kollha, sa massimu ta’ 50.

Il-ħalib u l-prodotti tal-ħalib miġjuba mill-annimali li għandhom jinqerdu, li kienu preżenti fl-azjenda bejn id-data tal-konferma li l-BSE ma tistax tiġi eskluża u d-data tal-qerda sħiħa tal-annimali, għandhom jintremew skont l-Artikolu 12 tar-Regolament (KE) Nru 1069/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (*******).

Wara l-qtil u l-qerda sħiħa tal-annimali kollha, il-kundizzjonijiet stipulati fil-punt 3 għandhom japplikaw għall-azjenda.

2.2.2.

F’każijiet fejn il-BSE u l-iscrapie atipika jistgħu jiġu esklużi

Jekk il-BSE u l-iscrapie atipika jiġu esklużi skont il-metodi tal-laboratorju u l-protokolli stabbiliti fl-Anness X, Kapitolu C, Parti 3, punt 3.2(c), l-azjenda għandha tkun soġġetta għall-kundizzjonijiet stabbiliti fil-punt (a) u, skont id-deċiżjoni tal-Istat Membru responsabbli għall-azjenda, il-kundizzjonijiet tal-għażla 1 stabbilita fil-punt (b), jew tal-għażla 2 stabbilita fil-punt (c), jew l-għażla 3 stabbilita fil-punt (d):

(a)

Il-ħalib u l-prodotti tal-ħalib li ġejjin mill-annimali li għandhom jinqerdu jew jinqatlu u li kienu preżenti fl-azjenda bejn id-data tal-konferma tal-każ tat-TSE u d-data tat-tlestija tal-miżuri li għandhom jiġu applikati fl-azjenda kif stabbilit fil-punti (b) u (c), jew li ġejjin mill-grupp/merħla infettata sakemm jitneħħew ir-restrizzjonijiet kollha stabbiliti fil-punt (d) u l-punt 4, ma għandhomx jintużaw għall-għalf ta’ ruminanti, ħlief għall-għalf ta’ ruminanti f’dik l-azjenda.

It-tqegħid fis-suq tat-tali ħalib u prodotti tal-ħalib bħala għalf għal annimali mhux ruminanti għandu jkun limitat għat-territorju tal-Istat Membru responsabbli għall-azjenda.

Id-dokument kummerċjali li jakkumpanja kunsinni ta’ ħalib u prodotti tal-ħalib bħal dawn u kwalunkwe imballaġġ li jkun fih kunsinni bħal dawn għandhom ikunu mmarkati b’mod ċar bil-kliem: ‘m’għandux jingħata bħala għalf lir-ruminanti’.

L-użu u l-ħażna tal-għalf li fih dan il-ħalib u prodotti tal-ħalib għandu jkun ipprojbit f’azjendi fejn jinżammu r-ruminanti.

Għalf bil-grossa li fih dan il-ħalib jew prodotti tal-ħalib għandu jiġi ttrasportat permezz ta’ vetturi li ma jġorrux għalf għar-ruminanti fl-istess ħin.

Jekk dawn il-vetturi wara jintużaw għat-trasport ta’ għalf maħsub għar-ruminanti, dawn għandhom jinħaslu sew sabiex tiġi evitata l-kontaminazzjoni minn prodott għall-ieħor, skont proċedura approvata mill-Istat Membru responsabbli għall-azjenda.

(b)

L-għażla 1 – il-qtil u l-qerda sħiħa tal-annimali kollha

Il-qtil u l-qerda sħiħa, mingħajr dewmien, tal-annimali, l-embrijuni u l-ova kollha identifikati mill-inkjesta msemmija fit-tieni u t-tielet inċiżi tal-punt 1(b).

L-annimali li għandhom aktar minn 18-il xahar maqtula biex jinqerdu għandhom jiġu ttestjati għall-preżenza tat-TSE skont il-metodi tal-laboratorji u l-protokolli stabbiliti fl-Anness X, il-Kapitolu C, Parti 3, punt 3.2, kif stabbilit fl-Anness III, Kapitolu A, Parti II, punt 5.

Għandu jiġi ddeterminat Il-ġenotip tal-proteina prijonika tal-annimali ovini kollha, sa massimu ta’ 50.

Permezz ta’ deroga mill-kundizzjonijiet stabbiliti fl-ewwel paragrafu tal-għażla 1, l-Istati Membri jistgħu jiddeċiedu minflok ma jwettqu l-miżuri elenkati f’(i) jew (ii):

(i)

li jibdlu l-qtil u l-qerda sħiħa tal-annimali kollha, mingħajr dewmien, mal-qtil tagħhom għall-konsum mill-bniedem, mingħajr dewmien, diment li:

l-annimali jinqatlu għall-konsum mill-bniedem fit-territorju tal-Istat Membru responsabbli għall-azjenda;

l-annimali kollha li għandhom aktar minn 18-il xahar maqtula għall-konsum uman jiġu ttestjati għall-preżenza tat-TSE skont il-metodi tal-laboratorji u l-protokolli stabbiliti fl-Anness X, Kapitolu C, Parti 3, punt 3.2.

(ii)

li jeżentaw il-ħrief u l-gidjien li jkollhom inqas minn tliet xhur mill-qtil u l-qerda sħiħa mingħajr dewmien, diment li dawn jinqatlu għall-konsum mill-bniedem mhux aktar tard minn meta jgħalqu tliet xhur.

Sakemm isiru l-qtil u l-qerda sħiħa jew il-qtil għall-konsum mill-bniedem tal-annimali kollha, fl-azjenda fejn ġie deċiż li tiġi applikata l-għażla 1 għandhom jiġu applikati l-miżuri stipulati fil-punt 2.2.2.(a) u l-punt 3.4.(b) it-tielet u r-raba’ inċiżi.

Wara l-qtil u l-qerda sħiħa jew il-qtil għall-konsum mill-bniedem tal-annimali kollha, għall-azjenda fejn ġie deċiż li tiġi applikata l-għażla 1 għandhom jiġu applikati l-kundizzjonijiet stipulati fil-punt 3.

(c)

L- għażla 2 – il-qtil u l-qerda sħiħa tal-annimali suxxettibbli biss

Il-ġenotipar tal-proteina prijonika tal-annimali ovini kollha preżenti fl-azjenda segwit mill-qtil u l-qerda sħiħa, mingħajr dewmien, tal-annimali, l-embrijuni u l-ova kollha identifikati mill-inkjesta msemmija fit-tieni u t-tielet inċiż tal-punt 1(b), bl-eċċezzjoni ta’:

imtaten għat-tgħammir tal-ġenotip ARR/ARR,

ngħaġ għat-tgħammir li jġorru mill-inqas allel ARR wieħed u ebda allel VRQ u, fejn dawn in-ngħaġ ikunu tqal fiż-żmien tal-inkjesta, il-ħrief li jitwieldu wara, jekk il-ġenotip tagħhom jissodisfa r-rekwiżiti ta’ dan is-subparagrafu,

annimali ovini li jġorru mill-inqas allel ARR wieħed li huma maħsuba biss għal qtil għall-konsum mill-bniedem,

jekk l-Istat Membru responsabbli għall-azjenda jiddeċiedi hekk, il-ħrief u l-gidjien li jkollhom inqas minn tliet xhur sakemm jinqatlu għall-konsum mill-bniedem mhux aktar tard minn meta jkollhom tliet xhur. Dawn il-ħrief u l-gidjien għandhom jiġu eżentati mill-ġenotipar.

L-annimali ta’ iktar minn 18-il xahar maqtula sabiex jinqerdu għandhom jiġu ttestjati għall-preżenza tat-TSE skont il-metodi tal-laboratorji u l-protokolli stabbiliti fl-Anness X, Kapitolu C, Parti 3, punt 3.2, kif stabbilit fl-Anness III, Kapitolu A, Parti II, punt 5.

Permezz ta’ deroga mill-kundizzjonijiet stabbiliti fl-ewwel paragrafu tal-għażla 2, l-Istati Membri jistgħu jiddeċiedu minflok li jwettqu l-miżuri elenkati f’(i), (ii) u (iii):

(i)

li jissostitwixxu l-qtil u l-qerda sħiħa tal-annimali msemmija fl-ewwel paragrafu tal-għażla 2 permezz tal-qtil tagħhom għall-konsum mill-bniedem, diment li:

l-annimali jinqatlu għall-konsum mill-bniedem fit-territorju tal-Istat Membru responsabbli għall-azjenda;

l-annimali kollha li għandhom aktar minn 18-il xahar maqtula għall-konsum mill-bniedem għandhom jiġu ttestjati għall-preżenza tat-TSE skont il-metodi tal-laboratorju u l-protokolli stabbiliti fl-Anness X, Kapitolu C, Parti 3, punt 3.2.

(ii)

li jdewwmu l-ġenotipar u l-qtil u l-qerda sħiħa sussegwenti jew il-qtil għall-konsum mill-bniedem tal-annimali msemmija fl-ewwel paragrafu tal-għażla 2 għal perjodu ta’ mhux aktar minn tliet xhur f’sitwazzjonijiet fejn il-każ primarju jiġi kkonfermat qrib il-bidu tal-istaġun tat-twelid tal-ħrief, sakemm in-ngħaġ, il-mogħoż u l-annimali li jitwieldu minnhom jinżammu iżolati minn annimali ovini u kaprini ta’ azjendi oħrajn matul il-perjodu kollu;

(iii)

li jdewmu l-qtil u l-qerda sħiħa jew il-qtil għall-konsum mill-bniedem tal-annimali msemmija fl-ewwel paragrafu tal-għażla 2 għal perjodu massimu ta’ tliet snin mid-data tal-konferma tal-każ primarju, fil-merħliet ta’ annimali ovini u f’azjendi fejn jinżammu flimkien annimali ovini u kaprini. L-applikazzjoni tad-deroga stipulata fil-paragrafu preżenti għandha tkun limitata għal każijiet fejn l-Istat Membru responsabbli għall-azjenda jqis li s-sitwazzjoni epidemjoloġika ma tistax tiġi indirizzata mingħajr il-qtil tal-annimali rilevanti, iżda li dan ma jistax jsir minnufih minħabba l-livell baxx ta’ reżistenza fil-populazzjoni ovina tal-azjenda flimkien ma’ kunsiderazzjonijiet oħra, inklużi fatturi ekonomiċi. L-imtaten għat-tgħammir minbarra dawk tal-ġenotip ARR/ARR għandhom jinqatlu jew jissewwew mingħajr dewmien u għandhom jiġu implimentati l-miżuri kollha possibbli għall-bini malajr ta’ reżistenza ġenetika fil-popolazzjoni ovina tal-azjenda, inkluż permezz ta’ tgħammir u qtil motivat tan-ngħaġ sabiex tiżdied il-frekwenza tal-allel ARR u jiġi eliminat l-allel VRQ. L-Istat Membru responsabbli għall-azjenda għandu jiżgura li n-numru ta’ annimali li għandhom jinqatlu fl-aħħar tal-perjodu ta’ dewmien ma jkunx akbar minn dak fiż-żmien immedjat wara li ġie kkonfermat il-każ primarju.

Sakemm isiru l-qtil u l-qerda sħiħa jew il-qtil għall-konsum mill-bniedem tal-annimali msemmija fl-ewwel paragrafu tal-għażla 2, il-miżuri li ġejjin għandhom japplikaw fl-azjenda meta jiġi deċiż li ser tiġi applikata l-għażla 2: il-punt 2.2.2(a), il-punt 3.1., il-punt 3.2.(a) u (b), il-punt 3.3. u l-punt 3.4.(a) l-ewwel u t-tieni inċiż, (b) l-ewwel, it-tielet u r-raba’ inċiż, u (c). Madankollu, meta l-Istat Membru responsabbli għall-azjenda jiddeċiedi li jipposponi l-qtil u l-qerda sħiħa jew il-qtil għall-konsum mill-bniedem tal-annimali skont il-punt (iii), minflok, fuq l-impriża għandhom jiġu applikati l-miżuri li ġejjin: il-punt 2.2.2(a) u l-punti 4.1. sa 4.6.

Wara l-qtil u l-qerda sħiħa, jew il-qtil għall-konsum mill-bniedem tal-annimali msemmija fl-ewwel paragrafu tal-għażla 2, għandhom jiġu applikati l-kundizzjonijiet stipulati fil-punt 3 għall-azjenda fejn ikun ġie deċiż li tiġi applikata l-għażla 2.

(d)

L-għażla 3 – l-ebda qtil obbligatorju u qerda sħiħa tal-annimali

Stat Membru jista’ jiddeċiedi li ma joqtolx u ma jeqridx totalment l-annimali identifikati fl-inkjesta msemmija fit-tieni u t-tielet inċiż tal-punt 1(b) meta jintlaħqu l-kriterji stipulati f’mill-inqas wieħed mill-erba’ inċiżi li ġejjin:

ikun diffiċli li jinkisbu annimali ovini biex jieħdu post lil dawk b’ġenotipi awtorizzati mill-punt 3.2(a) u (b),

il-frekwenza tal-allel ARR fir-razza jew l-azjenda tkun baxxa,

dan jitqies meħtieġ sabiex jiġi evitat tgħammir bejn annimali tal-istess demm,

dan jitqies meħtieġ mill-Istati Membri abbażi ta’ kunsiderazzjoni motivata tal-fatturi epidemjoloġiċi kollha.

L-Istati Membri li jippermettu rikors għall-għażla 3 fil-ġestjoni ta’ tifqigħat ta’ scrapie klassika għandhom iżommu rekord tar-raġunijiet u l-kriterji li tkun ibbażata fuqhom kull deċiżjoni individwali ta’ applikazzjoni.

Meta jinqabdu każijiet oħrajn ta’ scrapie klassika f’azjenda fejn tkun qed tiġi applikata l-għażla 3, ir-rilevanza tar-raġunijiet u l-kriterji li tkun ibbażata fuqhom id-deċiżjoni li tiġi applikata l-għażla 3 għal din l-azjenda għandha terġa’ tiġi eżaminata mill-Istat Membru. Jekk jiġi konkluż li l-applikazzjoni tal-għażla 3 ma tiżgurax kontroll xieraq tat-tifqigħa, l-Istat Membru għandu jaqleb il-ġestjoni ta’ din l-azjenda mill-għażla 3 għall-għażla 1 jew għall-għażla 2, kif stipulat fil-punti (b) u (c).

Il-ġenotip tal-proteina prijonika tal-annimali ovini kollha, sa massimu ta’ 50, għandu jiġi ddeterminat f’perjodu ta’ tliet xhur mid-data tal-konferma tal-każ primarju ta’ scrapie klassika.

Il-kundizzjonijiet stabbiliti fil-punt 2.2.2.(a) u l-punt 4 għandhom japplikaw immedjatament għal azjenda fejn ikun ġie deċiż li għandha tiġi applikata l-għażla 3.

2.2.3.

F’każijiet li fihom tiġi kkonfermata scrapie atipika

Fejn il-każ tat-TSE kkonfermat f’azjenda jkun każ ta’ scrapie atipika, l-azjenda għandha tiġi soġġetta għall-protokoll intensifikat ta’ monitoraġġ tat-TSE li jidher hawn taħt għal perjodu ta’ sentejn mid-data tal-iskoperta tal-aħħar każ ta’ scrapie atipika: l-annimali ovini u kaprini kollha li għandhom iktar minn 18-il xahar u li nqatlu għall-konsum mill-bniedem u l-annimali ovini u kaprini kollha li għandhom iktar minn 18-il xahar li mietu jew li nqatlu fl-azjenda għandhom jiġu ttestjati għall-preżenza tat-TSE skont il-metodi tal-laboratorju u l-protokolli stabbiliti fl-Anness X, Kapitolu C, Parti 3, punt 3.2.

Jekk matul il-perjodu ta’ sentejn ta’ monitoraġġ intensifikat tat-TSE msemmi fl-ewwel paragrafu jiġi kkonfermat każ ta’ TSE li mhix scrapie atipika, l-azjenda għandha tkun soġġetta għall-miżuri msemmija fil-punt 2.2.1 jew fil-punt 2.2.2.

2.3.

Jekk annimal infettat bit-TSE jkun ġie introdott minn azjenda oħra:

(a)

Stat Membru jista’ jiddeċiedi, abbażi tal-istorja tal-annimal infettat, li japplika miżuri ta’ eradikazzjoni fl-azjenda ta’ oriġini flimkien mal-azjenda li fiha ġiet ikkonfermata l-infezzjoni, jew minflokha;

(b)

fil-każ ta’ art użata għall-mergħa komuni minn aktar minn merħla jew grupp wieħed, l-Istati Membri jistgħu jiddeċiedu li jillimitaw l-applikazzjoni ta’ miżuri ta’ eradikazzjoni għal merħla jew grupp wieħed, abbażi ta’ kunsiderazzjoni motivata tal-fatturi epidemjoloġiċi kollha;

(c)

fejn aktar minn merħla jew grupp wieħed jinżamm f’azjenda waħda, l-Istati Membri jistgħu jiddeċiedu li jillimitaw l-applikazzjoni tal-miżuri ta’ eradikazzjoni għall-grupp jew merħla li fih tkun ġiet ikkonfermata t-TSE, sakemm ikun ġie vverifikat li l-gruppi jew il-merħliet jinżammu iżolati minn xulxin u li t-tixrid tal-infezzjoni bejn il-gruppi jew il-merħliet permezz ta’ kuntatt dirett jew indirett huwa improbabbli.

3.

Wara l-qtil u l-qerda sħiħa jew il-qtil għall-konsum mill-bniedem tal-annimali kollha identifikati f’azjenda, skont il-punt 2.2.1., il-punt 2.2.2.(b) jew il-punt 2.2.2.(c):

3.1.

L-azjenda għandha tkun soġġetta għal protokoll ta’ monitoraġġ intensiv tat-TSE inkluż l-ittestjar għall-preżenza tat-TSE, skont il-metodi tal-laboratorju u l-protokolli stabbiliti fl-Anness X, Kapitolu C, Parti 3, punt 3.2, tal-annimali kollha li ġejjin li għandhom iktar minn 18-il xahar, minbarra annimali ovini tal-ġenotip ARR/ARR:

(a)

annimali li kienu qed jinżammu fl-azjenda meta ġie kkonfermat il-każ tat-TSE, skont il-punt 2.2.2.(c), u li nqatlu għall-konsum mill-bniedem;

(b)

annimali li mietu jew li nqatlu fl-azjenda iżda li ma nqatlux fil-kuntest ta’ kampanja ta’ eradikazzjoni tal-mard.

3.2.

L-annimali li ġejjin biss jistgħu jiġu introdotti fl-azjenda:

(a)

annimali ovini maskili tal-ġenotip ARR/ARR;

(b)

annimali ovini nisa li jġorru mill-inqas allel ARR wieħed u ebda allel VRQ;

(c)

annimali kaprini, sakemm ikun sar tindif u diżinfettar tal-bini kollu fejn jinżamu l-annimali fuq il-post wara li tkun tneħħiet il-merħla.

3.3.

L-imtaten għat-tgħammir u l-prodotti ġerminali ovini li ġejjin biss jistgħu jintużaw fl-azjenda:

(a)

annimali ovini maskili tal-ġenotip ARR/ARR;

(b)

semen minn imtaten tal-ġenotip ARR/ARR;

(c)

embrijuni li jġorru mill-inqas allel ARR wieħed u ebda allel VRQ.

3.4.

Il-moviment tal-annimali mill-azjenda għandu jew jitħalla għall-finijiet tal-qerda, jew inkella jiġi soġġett għall-kundizzjonijiet li ġejjin:

(a)

l-annimali li ġejjin jistgħu jiġu mċaqalqa mill-azjenda għall-finijiet kollha, inkluż it-tgħammir:

annimali ovini ARR/ARR;

ngħaġ li jġorru allel ARR wieħed u ebda allel VRQ, sakemm jiġu mċaqalqa lejn azjendi oħrajn li jkunu ristretti wara l-applikazzjoni tal-miżuri skont il-punt 2.2.2(c) jew 2.2.2 (d);

annimali kaprini, diment li jitpoġġew f’azjendi oħrajn li jkunu ristretti wara l-applikazzjoni tal-miżuri skont il-punt 2.2.2(c) jew 2.2.2(d);

(b)

l-annimali li ġejjin jistgħu jiċċaqilqu mill-azjenda sabiex imorru direttament għall-qatla għall-konsum mill-bniedem:

annimali ovini li jġorru mill-inqas allel ARR wieħed;

annimali kaprini;

jekk l-Istat Membru jiddeċiedi hekk, il-ħrief u l-gidjien li jkollhom inqas minn tliet xhur fid-data tal-qatla;

l-annimali kollha meta l-Istat Membru jkun iddeċieda li japplika d-derogi stipulati fil-punt 2.2.2.(b)(i) u l-punt 2.2.2.(c)(i);

(c)

jekk l-Istat Membru jiddeċiedi hekk, il-ħrief u l-gidjien jistgħu jintbagħtu f’azjenda oħra li tinsab fit-territorju tiegħu biss għall-finijiet ta’ tismin qabel il-qtil soġġett għall-konformità mal-kundizzjonijiet li ġejjin:

l-azjenda destinatarja ma jkun fiha ebda annimali ovini jew kaprini minbarra dawk li jkunu qed jissemmnu qabel il-qtil;

fl-aħħar tal-perjodu ta’ tismin, il-ħrief u l-gidjien li joriġinaw mill-azjendi soġġett għall-miżuri ta’ eradikazzjoni għandhom jiġu ttrasportati direttament f’biċċerija allokata fit-territorju tal-istess Stat Membru sabiex jinqatlu meta ma jkollhomx iktar minn tnax-il xahar.

3.5.

Ir-restrizzjonijiet stipulati fil-punt 3.1 sa 3.4 għandhom ikomplu japplikaw għall-azjenda:

(a)

sad-data tal-kisba tal-istatus ARR/ARR mill-annimali ovini kolha fl-azjenda, sakemm ma jinżammu ebda annimali kaprini fl-azjenda; jew

(b)

għal perjodu ta’ sentejn mid-data meta l-miżuri kollha msemmija fil-punt 2.2.1., il-punt 2.2.2.(b) jew il-punt 2.2.2.(c) ikunu ġew imwettqa, sakemm ma jiġi skopert ebda każ ta’ TSE ħlief l-iscrapie atipika matul dan il-perjodu ta’ sentejn. Jekk jiġi kkonfermat każ ta’ scrapie atipika matul dan il-perjodu ta’ sentejn, l-azjenda għandha tkun soġġetta wkoll għall-miżuri msemmija fil-punt 2.2.3.

4.

Wara d-deċiżjoni li tiġi implimentata l-għażla 3 stabbilita fil-punt 2.2.2.(d) jew id-deroga prevista fil-punt 2.2.2.(c)(iii), il-miżuri li ġejjin għandhom japplikaw immedjatament għall-azjenda:

4.1.

L-azjenda għandha tkun soġġetta għal protokoll ta’ monitoraġġ intensiv tat-TSE inkluż l-ittestjar għall-preżenza tat-TSE skont il-metodi tal-laboratorju u l-protokolli stabbiliti fl-Anness X, Kapitolu C, Parti 3, punt 3.2, tal-annimali kollha li jissemmew hawn taħt li għandhom iktar minn 18-il xahar, ħlief annimali ovini tal-ġenotip ARR/ARR:

(a)

annimali li nqatlu għall-konsum mill-bniedem;

(b)

annimali li mietu jew li nqatlu fl-azjenda iżda li ma kinux nqatlu fil-kuntest ta’ kampanja għall-eradikazzjoni tal-marda.

4.2.

L-annimali ovini ta’ hawn taħt biss jistgħu jiġu introdotti fl-azjenda:

(a)

annimali ovini maskili tal-ġenotip ARR/ARR;

(b)

annimali ovini nisa li jġorru mill-inqas allel ARR wieħed u ebda allel VRQ.

Madankollu, permezz ta’ deroga mill-punti (a) u (b), Stat Membru jista’ jippermetti li l-annimali msemmija fil-punti (c) u (d) jiġu introdotti fl-azjenda fejn ir-razza mrobbija fl-azjenda tkun elenkata mill-Istat Membru bħala razza lokali fil-periklu li tintilef għall-biedja skont l-Anness IV għar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1974/2006 (********), u fejn il-frekwenza tal-allel tal-ARR fir-razza hija baxxa:

(c)

annimali ovini maskili li jġorru mill-inqas allel ARR wieħed u ebda allel VRQ;

(d)

annimali ovini nisa li ma jġorru ebda allel VRQ.

4.3.

L-imtaten għat-tgħammir u l-prodotti ġerminali ovini li ġejjin biss jistgħu jintużaw fl-azjenda:

(a)

annimali ovini maskili tal-ġenotip ARR/ARR;

(b)

semen minn imtaten tal-ġenotip ARR/ARR;

(c)

embrijuni li jġorru mill-inqas allel ARR wieħed u ebda allel VRQ.

Madankollu, permezz ta’ deroga mill-punti (a), (b) u (c), Stat Membru jista’ jippermetti li l-imtaten għat-tgħammir u l-prodotti ovini ġerminali msemmija fil-punti (d), (e) u (f) jiġu introdotti fl-azjenda fejn ir-razza mrobbija fl-azjenda tkun elenkata mill-Istat Membru bħala razza lokali fil-periklu li tintilef għall-biedja skont l-Anness IV għar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1974/2006, u fejn il-frekwenza tal-allel tal-ARR fir-razza hija baxxa:

(d)

annimali ovini maskili li jġorru mill-inqas allel ARR wieħed u l-ebda allel VRQ;

(e)

semen minn annimali ovini maskili li jġorru mill-inqas allel ARR wieħed u l-ebda allel VRQ;

(f)

embrijuni li ma jġorru l-ebda allel VRQ.

4.4.

Għandu jitħalla jsir ċaqliq ta’ annimali mill-azjenda għall-finijiet tal-qerda, jew inkella dan għandu jkun soġġett għall-kundizzjonijiet li ġejjin:

(a)

imtaten u ngħaġ tal-ġenotip ARR/ARR jistgħu jiċċaqilqu mill-azjenda għall-iskopijiet kollha, inkluż it-tgħammir, diment li dawn jitpoġġew f’azjendi oħrajn li jkunu soġġetti għall-applikazzjoni tal-miżuri skont il-punt 2.2.2.(c) jew 2.2.2.(d);

(b)

l-annimali li ġejjin jistgħu jiċċaqilqu mill-azjenda sabiex jittieħdu direttament għall-qatla għall-konsum mill-bniedem:

jew annimali ovini li jġorru mill-inqas allel ARR wieħed u, jekk l-Istat Membru jiddeċiedi hekk, ħrief u gidjien li jkollhom inqas minn tliet xhur fid-data tal-qatla;

jew inkella l-annimali kollha meta l-Istat Membru jkun iddeċieda li japplika d-deroga mill-għażla 2 stabbilita fil-punt 2.2.2.(c)(iii) jew l-għażla 3 stabbilita fil-punt 2.2.2.(d).

(c)

jekk l-Istat Membru jiddeċiedi hekk, ħrief u gidjien jistgħu jintbagħtu f’azjenda oħra li tkun allokata fit-territorju tiegħu biss għall-finijiet ta’ tismin qabel il-qtil soġġett għal konformità mal-kundizzjonijiet li ġejjin:

l-azjenda destinatarja ma għandu jkun fiha ebda annimali ovini jew kaprini ħlief dawk li jkunu qed jissemmnu qabel il-qtil;

fl-aħħar tal-perjodu ta’ tismin, il-ħrief u l-gidjien li joriġinaw mill-azjendi soġġetti għall-miżuri ta’ eradikazzjoni għandhom jiġu ttrasportati direttament lejn biċċerija li tkun allokata fit-territorju tal-istess Stat Membru sabiex jinqatlu mhux iktar tard minn meta jkollhom tnax-il xahar.

4.5.

Il-moviment ta’ prodotti ġerminali mill-azjenda għandu jkun soġġett għall-kundizzjonijiet li ġejjin: l-Istat Membru għandu jiżgura li l-ebda semen, embrijuni jew ova ma jintbagħtu mill-azjenda.

4.6.

Il-mergħa komuni tal-annimali ovini u kaprini kollha fl-azjenda mal-annimali ovini u kaprini ta’ azjendi oħrajn għandha tkun ipprojbita matul il-perjodu tat-twelid ta’ ħrief u gidjien.

Barra mill-perjodu tat-twelid ta’ ħrief u gidjien, il-mergħa komuni għandha tkun soġġetta għal restrizzjonijiet li għandhom jiġu determinati mill-Istat Membru, abbażi ta’ kunsiderazzjoni motivata tal-fatturi epidemjoloġiċi kollha.

4.7.

Ir-restrizzjonijiet stipulati fil-punt 2.2.2.(a) u fil-punti 4.1 sa 4.6 għandhom ikomplu japplikaw għal perjodu ta’ sentejn wara l-iskoperta tal-aktar każ riċenti ta’ TSE, ħlief scrapie atipika, fl-azjendi fejn tkun ġiet implimentata l-għażla 3 stipulata fil-punt 2.2.2.(d). Jekk matul dan il-perjodu ta’ sentejn jiġi kkonfermat każ ta’ scrapie atipika, l-azjenda għandha tkun soġġetta wkoll għall-miżuri msemmija fil-punt 2.2.3.

F’azjendi fejn tkun ġiet implimentata d-deroga mill-għażla 2 prevista fil-punt 2.2.2.(c)(iii), ir-restrizzjonijiet stabbiliti fil-punt 2.2.2.(a) u fil-punti 4.1 sa 4.6 għandhom japplikaw sa meta ssir il-qerda sħiħa jew il-qtil għall-konsum mill-bniedem tal-annimali identifikati għall-qtil skont il-punt 2.2.2.(c), u wara dan għandhom ikunu applikabbli r-restrizzjonijiet stabbiliti fil-punt 3.

KAPITOLU C

Rekwiżiti minimi għal programm ta’ tgħammir għal reżistenza għat-tse f’annimali ovini skont l-artikolu 6 A

PARTI 1

Rekwiżiti ġenerali

1.

Il-programm tat-tgħammir għandu jikkonċentra fuq gruppi ta’ mertu ġenetiku għoli, kif iddefinit fil-punt 3 tal-Anness I għad-Deċiżjoni tal-Kumissjoni 2002/1003/KE.

Madankollu, l-Istati Membri fejn ikun hemm programm ta’ tgħammir fis-seħħ jistgħu jiddeċiedu li jippermettu t-teħid ta’ kampjuni u l-ġenotipar ta’ imtaten għat-tgħammir biss, fil-gruppi li ma jiħdux sehem fil-programm tat-tgħammir.

2.

Għandha tiġi stabbilita bażi ta’ dejta li jkun fiha tal-inqas l-informazzjoni li ġejja:

(a)

l-identità, ir-razza u n-numru ta’ annimali fil-merħliet kollha li jieħdu sehem fil-programm tat-tgħammir;

(b)

l-identifikazzjoni tal-annimali individwali li ttieħdu bħala kampjun fil-programm tat-tgħammir, inklużi l-imtaten għat-tgħammir li ttieħdu bħala kampjuni minn merħliet li ma ħadux sehem fil-programm tat-tgħammir;

(c)

ir-riżultati ta’ kwalunkwe test ta’ ġenotipar.

3.

Għandha tiġi stabbilita sistema ta’ ċertifikazzjoni uniformi li fiha l-ġenotip ta’ kull annimal meħud bħala kampjun fil-programm tat-tgħammir, inklużi l-imtaten għat-tgħammir li ttieħdu bħala kampjuni f’merħliet li ma ħadux sehem fil-programm tat-tgħammir, jiġi ċċertifikat b’referenza għan-numru ta’ identifikazzjoni individwali tiegħu.

4.

Għandha tiġi stabbilita sistema għall-identifikazzjoni tal-annimali u l-kampjuni, l-ipproċessar tal-kampjuni u l-kunsinna ta’ riżultati li tnaqqas kemm jista’ jkun il-possibbiltà ta’ żball mill-bniedem. L-effettività ta’ dik is-sistema għandha tkun soġġetta għal verifika aleatorja regolari.

5.

Il-ġenotipar ta’ demm jew tessuti oħrajn miġbura għall-finijiet tal-programm tat-tgħammir, inkluż minn imtaten għat-tgħammir meħuda bħala kampjuni f’merħliet li ma ħadux sehem fil-programm tat-tgħammir, għandu jitwettaq f’laboratorji li jkunu ġew approvati skont il-programm tat-tgħammir.

6.

L-awtorità kompetenti tal-Istat Membru tista’ tgħin lill-assoċjazzjonijiet tat-tgħammir sabiex iwaqqfu banek ġenetiċi li jikkonsistu f’semen, ova u embrijuni rappreżentattivi tal-ġenotipi tal-proteina prijonika li aktarx isiru rari bħala riżultat tal-programm tat-tgħammir.

7.

Għandhom jiġu mfassla programmi tat-tgħammir għal kull razza, b’kunsiderazzjoni ta’:

(a)

il-frekwenzi tal-alleli differenti fir-razza;

(b)

ir-rarità tar-razza;

(c)

l-evitar ta’ tgħammir ta’ annimali tal-istess demm jew deriva ġenetika.

PARTI 2

Regoli speċifiċi għall-merħliet li jieħdu sehem

1.

Il-programm tat-tgħammir għandu jkun immirat biex iżid il-frekwenza tal-allel ARR fi ħdan il-grupp, filwaqt li jnaqqas il-prevalenza ta’ dawk l-alleli li jkunu ntwerew li jikkontribwixxu għas-suxxettibilità għat-TSE.

2.

Ir-rekwiżiti minimi għall-gruppi li jieħdu sehem għandhom ikunu dawn li ġejjin:

(a)

l-annimali kollha fil-merħla li għandhom jiġu ġenotipati għandhom jiġu identifikati individwalment permezz ta’ mezzi siguri;

(b)

l-imtaten kollha maħsuba għat-tgħammir fil-grupp għandhom jiġu ġenotipati qabel jintużaw għat-tgħammir;

(c)

kull annimal raġel li jġorr l-allel VRQ għandu jinqatel jew jiġi kkastrat, fi żmien sitt xhur wara d-determinazzjoni tal-ġenotip tiegħu; kwalunkwe annimal bħal dan ma għandux jinħareġ mill-azjenda ħlief għall-qtil;

(d)

l-annimali nisa li jkunu magħrufa li jġorru l-allel VRQ ma għandhomx jinħarġu mill-azjenda ħlief għall-biċċerija;

(e)

l-annimali rġiel, li jinkludu donaturi tas-semen użati għall-inseminazzjoni artifiċjali, barra minn dawk iċċertifikati skont il-programm tat-tgħammir, ma għandhomx jintużaw għat-tgħammir fi ħdan il-grupp.

3.

L-Istati Membri jistgħu jiddeċiedu li jagħtu derogi mir-rekwiżiti stipulati fil-punt 2(c) u (d) għall-finijiet tal-protezzjoni tar-razez u l-karatteristiċi tal-produzzjoni.

4.

L-Istati Membri għandhom jinfurmaw lill-Kummissjoni dwar kwalunkwe deroga mogħtija skont il-punt 3 u dwar il-kriterji użati.

PARTI 3

Regoli speċifiċi għall-imtaten għat-tgħammir meħuda bħala kampjun f’merħliet li ma ħadux sehem fil-programm ta’ tgħammir

1.

L-imtaten li minnhom għandhom jittieħdu l-kampjuni jridu jiġu identifikati b’mod individwali bl-użu ta’ mezzi siguri.

2.

Kull muntun li jinstab li jġorr l-allel VRQ ma għandux jinħareġ mill-azjenda ħlief għall-qtil.

PARTI 4

Il-qafas għar-rikonoxximent tal-istatus ta’ reżistenti għat-TSE ta’ gruppi ta’ annimali ovini

1.

Il-qafas għar-rikonoxximent tal-istatus reżistenti għat-TSE ta’ gruppi ta’ annimali ovini għandu jirrikonoxxi l-istatus reżistenti għat-TSE ta’ gruppi ta’ annimali ovini li bħala riżultat tal-parteċipazzjoni fil-programm ta’ tgħammir kif stipulat fl-Artikolu 6a, jissodisfaw il-kriterji meħtieġa f’dak il-programm.

Dak ir-rikonoxximent għandu jingħata mill-anqas fuq dawn iż-żewġ livelli:

(a)

gruppi tal-livell I għandhom ikunu gruppi msawra kompletament minn annimali ovini tal-ġenotip ARR/ARR;

(b)

gruppi tal-livell II għandhom ikunu gruppi li l-wild tagħhom ikun ġie esklussivament minn imtaten irġiel tal-ġenotip ARR/ARR.

L-Istati Membri jistgħu jiddeċiedu li jagħtu rikonoxximent fuq livelli addizzjonali sabiex jissodisfaw ir-rekwiżiti nazzjonali.

2.

Għandu jsir teħid ta’ kampjuni aleatorju regolari ta’ annimali ovini minn gruppi reżistenti għat-TSE:

(a)

fl-azjenda jew fil-biċċerija sabiex jiġi vverifikat il-ġenotip tagħhom;

(b)

fil-każ ta’ gruppi tal-livell I, f’annimali ta’ aktar minn 18-il xahar fil-biċċerija, għall-ittestjar tat-TSE skont l-Anness III.

PARTI 5

Rapporti li għandhom jintbagħtu lill-Kummissjoni mill-Istati Membri

L-Istati Membri li jintroduċu programmi nazzjonali tat-tgħammir biex jagħżlu għar-reżistenza għat-TSE fil-popolazzjonijiet ovini tagħhom għandhom:

1.

jinnotifikaw lill-Kummissjoni r-rekwiżiti għal dawn il-programmi;

2.

jippreżentaw rapport annwali dwar il-progress tagħhom lill-Kummissjoni.

Ir-rapport għal kull sena kalendarja għandu jintbagħat mhux aktar tard mill-31 ta’ Marzu tas-sena ta’ wara.

(4)

Fl-Anness VIII, il-Kapitolu A jinbidel b’dan li ġej:

‘KAPITOLU A

Kundizzjonijiet għal kummerċ fi ħdan l-Unjoni ta’ annimali ħajjin, ta’ semen u ta’ embrijuni

TAQSIMA A

Kundizzjonijiet li japplikaw għal-annimali ovini u kaprini u għas-semen u l-embrijuni tagħhom

1.   Azjendi b’riskju negliġibbli ta’ scrapie klassika u riskju kkontrollat ta’ scrapie klassika:

1.1.

L-Istati Membri jistgħu jistabbilixxu jew jissorveljaw skema uffiċjali għar-rikonoxximent ta’ azjendi b’riskju negliġibbli ta’ scrapie klassika u azjendi b’riskju kkontrollat ta’ scrapie klassika.

Meta jagħmlu dan, huma għandhom iżommu lista ta’ azjendi ta’ annimali ovini u kaprini b’riskju negliġibbli u azjendi b’riskju kkontrollat ta’ scrapie klassika.

1.2.

Azjenda ta’ annimali ovini li jkollhom status ta’ reżistenza għat-TSE tal-livell I, kif stabbilit fl-Anness VII, Kapitolu C, Parti 4, punt 1.(a), u fejn ma jkun ġie kkonfermat ebda każ ta’ scrapie klassika għal mill-inqas seba’ snin, tista’ jiġi rikonoxxuta bħala li għandha riskju negliġibbli ta’ scrapie klassika.

Azjenda ta’ annimali ovini, kaprini, jew annimali ovini u kaprini tista’ tiġi rikonoxxuta wkoll bħala li għandha riskju negliġibbli ta’ scrapie klassika sakemm ikun hemm konformità mal-kundizzjonijiet li ġejjin għal mill-inqas seba’ snin:

(a)

l-annimali ovini u kaprini ikunu identifikati b’mod permanenti u jinżammu reġistri, sabiex ikunu jistgħu jiġu traċċati lura għall-azjenda fejn twieldu;

(b)

jinżammu rekords tal-movimenti tal-annimali ovini u kaprini ġewwa u barra l-azjenda;

(c)

l-annimali ovini u kaprini li ġejjin biss jistgħu jiddaħħlu:

(i)

annimali ovini u kaprini minn azjendi b’riskju negliġibbli ta’ scrapie klassika;

(ii)

annimali ovini u kaprini minn azjendi li jkunu ssodisfaw il-kundizzjonijiet stabbiliti fil-punti (a) sa (i) għal mill-inqas seba’ snin jew għal mill-inqas l-istess perjodu ta’ żmien bħall-azjenda fejn se jiddaħħlu;

(iii)

annimali ovini tal-ġenotip tal-proteina prijonika ARR/ARR.

(d)

l-azjenda tkun soġġetta għal kontrolli regolari sabiex tivverifika l-konformità mad-dispożizzjonijiet stabbiliti fil-punt (a) sa (i) minn veterinarju uffiċjali jew minn veterinarju awtorizzat għal dak il-għan mill-awtorità kompetenti, li għandhom isiru mill-inqas fuq bażi annwali mill-1 ta’ Jannar 2014;

(e)

ma jkun ġie kkonfermat ebda każ ta’ scrapie klassika;

(f)

l-annimali ovini u kaprini kollha li jkollhom iktar minn 18-il xahar maqtula għall-konsum mill-bniedem jiġu spezzjonati minn veterinarju uffiċjali, u dawk kollha li juru sinjali ta’ tnewwin, sinjali newroloġiċi jew mibgħuta għall-qatla ta’ emerġenza jiġu ttestjati għall-iscrapie klassika f’laboratorju skont il-metodi tal-laboratorju u l-protokolli stabbiliti fl-Anness X, Kapitolu C, Parti 3, punt 3.2.

Sal-31 ta’ Diċembru 2013, l-annimali ovini u kaprini kollha msemmija fl-Anness III, Kapitolu A, Parti II, punt 3 li jkollhom aktar minn 18-il xahar li mietu jew li nqatlu għal raġunijiet oħrajn u mhux għall-qtil għall-konsum mill-bniedem huma ttestjati għall-iscrapie klassika f’laboratorju skont il-metodi tal-laboratorju u l-protokolli stabbiliti fl-Anness X, Kapitolu C, Parti 3, punt 3.2.

Mill-1 ta’ Jannar 2014, l-annimali ovini u kaprini kollha li għandhom iktar minn 18-il xahar li mietu jew li nqatlu għal raġunijiet oħrajn u mhux għall-qtil għall-konsum mill-bniedem għandhom jiġu ttestjati għall-iscrapie klassika fil-laboratorju skont il-metodi tal-laboratorju u l-protokolli stabbiliti fl-Anness X, Kapitolu C, Parti 3, punt 3.2.

Permezz ta’ deroga mill-kundizzjonijiet stabbiliti fit-tieni u t-tielet paragrafi tal-punt (f), l-Istati Membri jistgħu jiddeċiedu li japplikaw id-dispożizzjonijiet tal-ewwel paragrafu tal-punt (f) għall-annimali ovini u kaprini ta’ ebda valur kummerċjali li jkollhom aktar minn 18-il xahar, li jinqatlu fl-aħħar tal-ħajja produttiva tagħhom minflok ma jinqatlu għall-konsum mill-bniedem.

Minbarra l-kundizzjonijiet stipulati fil-punti (a) sa (f), mill-1 ta’ Jannar 2014 għandha tinżamm konformità mal-kundizzjonijiet li ġejjin:

(g)

l-embrijuni/ooċiti ovini u kaprini li ġejjin biss jistgħu jiġu introdotti:

(i)

embrijuni/ooċiti minn annimali donaturi li jkunu nżammu mit-twelid fi Stat Membru b’riskju negliġibbli ta’ scrapie klassika, jew f’azjenda b’riskju negliġibbli jew ikkontrollat ta’ scrapie klassika, jew li jissodisfaw ir-rekwiżiti li ġejjin:

ikunu mmarkati b’mod permanenti li jippermetti li jiġu ttraċċati lura għall-azjenda fejn twieldu;

ikunu nżammu mit-twelid f’azjendi fejn ma jkun ġie kkonfermat ebda każ ta’ scrapie klassika sakemm damu hemm;

ma jkunu wrew ebda sinjal kliniku ta’ scrapie klassika fil-mument tal-ġbir tal-embrijun/ooċit;

(ii)

embrijuni/ooċiti ovini tal-ġenotip tal-proteina prijonika ARR/ARR.

(h)

is-semen ovin u kaprin li ġej biss jista’ jiġi introdott:

(i)

semen minn annimali donaturi li jkunu nżammu mit-twelid fi Stat Membru b’riskju negliġibbli ta’ scrapie klassika, jew f’azjenda b’riskju negliġibbli jew riskju kkontrollat ta’ scrapie klassika, jew li jissodisfaw ir-rekwiżiti li ġejjin:

ikunu mmarkati b’mod permanenti li jippermetti li jiġu ttraċċati lura għall-azjenda fejn twieldu;

ma wrew ebda sinjal kliniku ta’ scrapie klassika fil-mument tal-ġbir tas-semen;

(ii)

semen ovin minn muntun tal-ġenotip tal-proteina prijonika ARR/ARR;

(i)

l-annimali ovini u kaprini fl-azjenda ma jkollhom ebda kuntatt dirett jew indirett, ma’ annimali ovini u kaprini minn azjendi bi status aktar baxx, dan jinkludi l-mergħa flimkien.

1.3.

Azjenda ta’ annimali ovini u/jew kaprini tista’ tiġi rikonoxxuta bħala waħda li għandha riskju kkontrollat ta’ scrapie klassika sakemm tinżamm konformità mal-kundizzjonijiet li ġejjin għal perjodu ta’ mill-inqas tliet snin:

(a)

l-annimali ovini u kaprini jkunu mmarkati b’mod permanenti u jinżammu reġistri, sabiex ikunu jistgħu jiġu ttraċċati lura għall-azjenda fejn twieldu;

(b)

jinżammu rekords tal-movimenti tal-annimali ovini u kaprini fl-azjenda u barra mill-azjenda;

(c)

l-annimali ovini u kaprini li ġejjin biss jistgħu jiddaħħlu:

(i)

annimali ovini u kaprini minn azjendi b’riskju negliġibbli jew ikkontrollat ta’ scrapie klassika;

(ii)

annimali ovini u kaprini minn azjendi li jkunu ssodisfaw il-kundizzjonijiet stabbiliti fil-punti (a) sa (i) għal minimu ta’ tliet snin jew mill-inqas l-istess tul ta’ żmien bħall-tal-azjenda fejn ikunu ser jiġu introdotti;

(iii)

annimali ovini tal-ġenotip tal-proteina prijonika ARR/ARR.

(d)

l-azjenda tkun soġġetta għal kontrolli regolari li għandhom isiru mill-inqas fuq bażi annwali mill-1 ta’ Jannar 2014 għall-verifika tal-konformità mad-dispożizzjonijiet stabbiliti fil-punt (a) sa (i) minn veterinarju uffiċjali jew minn veterinarju awtorizzat għal dak il-għan mill-awtorità kompetenti;

(e)

ma jkun ġie kkonfermat ebda każ ta’ scrapie klassika;

(f)

l-annimali ovini u kaprini kollha li jkollhom iktar minn 18-il xahar maqtula għall-konsum mill-bniedem jiġu spezzjonati minn veterinarju uffiċjali, u dawk kollha li juru sinjali ta’ tnewwin, sinjali newroloġiċi jew li jkunu mibgħuta għall-qatla ta’ emerġenza jiġu ttestjati għall-iscrapie klassika f’laboratorju skont il-metodi tal-laboratorju u l-protokolli stabbiliti fl-Anness X, Kapitolu C, Parti 3, punt 3.2.

Sal-31 ta’ Diċembru 2013, l-annimali ovini u kaprini kollha msemmija fl-Anness III, Kapitolu A, Parti II, punt 3 li jkollhom aktar minn 18-il xahar li mietu jew li nqatlu għal raġunijiet oħrajn u mhux għall-konsum mill-bniedem jiġu ttestjati għall-iscrapie klassika f’laboratorju skont il-metodi tal-laboratorju u l-protokolli stabbiliti fl-Anness X, Kapitolu C, Parti 3, punt 3.2.

Mill-1 ta’ Jannar 2014, l-annimali ovini u kaprini kollha li għandhom iktar minn 18-il xahar li mietu jew li nqatlu għal raġunijiet oħrajn u mhux għall-konsum mill-bniedem għandhom jiġu ttestjati għall-iscrapie klassika fil-laboratorju skont il-metodi tal-laboratorju u l-protokolli stabbiliti fl-Anness X, Kapitolu C, Parti 3, punt 3.2.

Permezz ta’ deroga mill-kundizzjonijiet stabbiliti fit-tieni u t-tielet paragrafi tal-punt (f), l-Istati Membri jistgħu jiddeċiedu li japplikaw id-dispożizzjonijiet tal-ewwel paragrafu tal-punt (f) għall-annimali ovini u kaprini ta’ ebda valur kummerċjali li jkollhom aktar minn 18-il xahar maqtula fl-aħħar tal-ħajja produttiva tagħhom minflok ma jinqatlu għall-konsum mill-bniedem.

Minbarra l-kundizzjonijiet stipulati fil-punti (a) sa (f), mill-1 ta’ Jannar 2014 għandha tinżamm konformità mal-kundizzjonijiet li ġejjin:

(g)

l-embrijuni/ooċiti ovini u kaprini li ġejjin biss jistgħu jiddaħħlu:

(i)

embrijuni/ooċiti minn annimali donaturi li jkunu nżammu mit-twelid fi Stat Membru b’riskju negliġibbli ta’ scrapie klassika, jew f’azjenda b’riskju negliġibbli jew ikkontrollat ta’ scrapie klassika, jew li jissodisfaw ir-rekwiżiti li ġejjin:

ikunu mmarkati b’mod permanenti li jippermetti li jiġu ttraċċati lura għall-azjenda fejn twieldu;

ikunu nżammu mit-twelid f’azjendi fejn ma jkun ġie kkonfermat ebda każ ta’ scrapie klassika sakemm damu hemm;

ma jkunu wrew ebda sinjal kliniku ta’ scrapie klassika fil-mument tal-ġbir tal-embrijun/ooċit;

(ii)

embrijuni/ooċiti ovini tal-ġenotip tal-proteina prijonika ARR/ARR.

(h)

is-semen ovin u kaprin li ġej biss jista’ jiddaħħal:

(i)

semen minn annimali donaturi li jkunu nżammu mit-twelid fi Stat Membru b’riskju negliġibbli ta’ scrapie klassika, jew f’azjenda b’riskju negliġibbli jew riskju kkontrollat ta’ scrapie klassika, jew li jissodisfaw ir-rekwiżiti li ġejjin:

ikunu mmarkati b’mod permanenti li jippermetti li jiġu ttraċċati lura għall-azjenda fejn twieldu;

ma wrew ebda sinjal kliniku ta’ scrapie klassika fil-mument tal-ġbir tas-semen;

(ii)

semen ovin minn muntun tal-ġenotip tal-proteina prijonika ARR/ARR;

(i)

annimali ovini u kaprini fl-azjenda ma jkollhom ebda kuntatt dirett jew indirett, ma’ annimali ovini u kaprini minn azjendi bi status aktar baxx, dan jinkludi l-mergħa flimkien.

1.4.

Jekk każ ta’ scrapie klassika jiġi kkonfermat f’azjenda b’riskju negliġibbli jew riskju kkontrollat ta’ scrapie klassika, jew f’azjenda li jinstab li jkollha rabta epidemjoloġika ma’ azjenda b’riskju negliġibbli jew riskju kkontrollat ta’ scrapie klassika bħala riżultat ta’ inkjesta imsemmija fil-Parti 1 tal-Kapitolu B tal-Anness VII, l-azjenda b’riskju negliġibbli jew b’riskju kkontrollat ta’ scrapie klassika għandha tiġi mħassra immedjatament mil-lista msemmija fil-punt 1.1.

L-Istat Membru għandu jgħarraf minnufih lill-Istati Membri l-oħra li jkunu importaw l-annimali ovini u kaprini li joriġinaw minn dik l-azjenda, jew semen jew embrijuni miġbura minn annimali ovini u kaprini miżmuma f’dik l-azjenda matul l-aħħar seba’ snin fil-każ ta’ azjenda b’riskju negliġibbli jew matul l-aħħar tliet snin fil-każ ta’ azjenda b’riskju kkontrollat.

2.   L-Istati Membri jew iż-żoni ta’ Stat Membru b’riskju negliġibbli ta’ scrapie klassika

2.1.

Fejn Stat Membru jikkunsidra li t-territorju tiegħu jew parti mit-territorju tiegħu joħloq riskju negliġibbli ta’ scrapie klassika, huwa għandu jibgħat id-dokumentazzjoni xierqa ta’ prova lill-Kummissjoni, u f’din għandu jistabbilixxi b’mod partikolari li:

(a)

twettqet valutazzjoni tar-riskju, u din uriet li attwalment hemm fis-seħħ miżuri xierqa u li dawn ittieħdu għall-perjodu rilevanti taż-żmien sabiex jiġi kkontrollat kull riskju identifikat. Din il-valutazzjoni tar-riskju għandha tidentifika l-fatturi potenzjali kollha għall-okkorrenza ta’ scrapie klassika u l-perspettiva storika tagħhom, b’mod partikolari:

(i)

l-importazzjoni jew l-introduzzjoni ta’ annimali ovini u kaprini jew is-semen u l-embrijuni tagħhom potenzjalment infettati bi scrapie klassika;

(ii)

il-firxa ta’ għarfien tal-istruttura tal-popolazzjoni u l-prattiki tat-trobbija tal-annimali ovini u kaprini;

(iii)

il-prattiki tal-għalf, inkluż il-konsum ta’ laħam u għadam imfarrak jew qrieqeċ ta’ oriġini minn ruminanti;

(iv)

l-importazzjoni ta’ ħalib u prodotti tal-ħalib li joriġinaw minn annimali ovini u kaprini maħsuba għall-użu fl-għalf ta’ annimali ovini u kaprini;

(b)

għal perjodu ta’ mill-inqas seba’ snin, l-annimali ovini u kaprini li juru sinjali kliniċi kumpatibbli mal-iscrapie klassika ġew ittestjati;

(c)

għal perjodu ta’ mill-inqas seba’ snin, numru għoli biżżejjed ta’ annimali ovini u kaprini li għandhom aktar minn 18-il xahar, li jirrappreżentaw dawk imbiċċra, maqtula b’mod selettiv jew li nstabu mejta fir-razzett, ġew ittestjati kull sena, sabiex jipprovdu livell ta’ kunfidenza ta’ 95 fil-mija li tinstab scrapie klassika jekk tkun preżenti f’dik il-popolazzjoni b’rata ta’ prevalenza ogħla minn 0,1 fil-mija u ma jkun ġie rrapportat ebda każ ta’ scrapie klassika tul dak il-perjodu;

(d)

l-għalf lill-annimali ovini u kaprini ta’ laħam u għadam imfarrak jew qrieqeċ ta’ oriġini minn ruminanti ġie pprojbit u infurzat b’mod effettiv fl-Istat Membru kollu għal perjodu ta’ mill-inqas seba’ snin;

(e)

introduzzjonijiet minn Stati Membri oħrajn ta’ annimali ovini u kaprini u semen u embrijuni tagħhom jitwettqu skont il-punt 4.1(b) jew il-punt 4.2.;

(f)

l-introduzzjonijiet minn pajjiżi terzi ta’ annimali ovini u kaprini u semen u embrijuni tagħhom jitwettqu skont il-Kapitolu E jew il-Kapitolu H tal-Anness IX.

2.2.

L-istatus ta’ riskju negliġibbli għal scrapie klassika tal-Istat Membru jew taż-żona tal-Istat Membru jista’ jiġi approvat skont il-proċedura msemmija fl-Artikolu 24(2).

L-Istat Membru għandu jgħarraf lill-Kummissjoni dwar kull bidla fl-informazzjoni relatata mal-marda li titressaq skont il-punt 2.1..

L-istatus ta’ riskju negliġibbli approvat skont il-punt 2.2. jista’, fid-dawl ta’ din in-notifika, jista’ jiġi rtirat skont il-proċedura msemmija fl-Artikolu 24(2).

3.   Programm ta’ kontroll nazzjonali għal scrapie klassika:

3.1.

Stat Membru li għandu programm ta’ kontroll nazzjonali għall-iscrapie klassika li jkopri t-territorju kollu tiegħu:

(a)

jista’ jissottometti l-programm ta’ kontroll nazzjonali tiegħu lill-Kummissjoni, u fih jispjega b’mod partikolari:

id-distribuzzjoni tal-iscrapie klassika fl-Istat Membru,

ir-raġunijiet għall-programm ta’ kontroll nazzjonali, b’kunsiderazzjoni tal-importanza tal-marda u l-bilanċ bejn l-ispejjeż u l-benefiċċji,

il-kategoriji tal-istatus iddefiniti għall-azjendi u l-istandards li għandhom jinkisbu f’kull kategorija,

il-proċeduri tal-ittestjar li għandhom jintużaw,

il-proċeduri ta’ monitoraġġ tal-programm ta’ kontroll nazzjonali,

l-azzjoni li għandha tittieħed jekk, għal xi raġuni, azjenda titlef l-istatus tagħha,

il-miżuri li għandhom jittieħdu jekk ir-riżultati tal-kontrolli mwettqa skont il-programm ta’ kontroll nazzjonali jkunu pożittivi,

(b)

il-programm imsemmi fil-punt (a) jista’ jiġi approvat jekk jikkonforma mal-kriterji stabbiliti f’dak il-punt, skont il-proċedura msemmija fl-Artikolu 24(2); emendi jew żidiet għall-programmi sottomessi mill-Istati Membri jistgħu jiġu approvati skont il-proċedura msemmija fl-Artikolu 24(2).

3.2.

Huma approvati l-programmi ta’ kontroll nazzjonali ta’ scrapie tal-Istati Membri li ġejjin:

id-Danimarka

l-Awstrija

il-Finlandja

l-Isvezja.

4.   Il-kummerċ fi ħdan l-Unjoni ta’ annimali ovini u kaprini u semen u embrijuni tagħhom

Il-kundizzjonijiet li ġejjin għandhom japplikaw:

4.1.

annimali ovini u kaprini:

(a)

annimali ovini u kaprini għat-tgħammir maħsuba għal Stati Membri li mhumiex dawk b’riskju negliġibbli ta’ scrapie klassika jew bi programm ta’ kontroll nazzjonali ta’ scrapie approvat għandhom:

(i)

ikunu ġejjin minn azjenda jew azjendi b’riskju negliġibbli jew b’riskju kkontrollat ta’ scrapie klassika; madankollu l-annimali ovini u kaprini għat-tgħammir li ġejjin minn azjenda jew azjendi li jkunu kkonformaw mar-rekwiżiti kollha stabbiliti fil-punt 1.3.(a) sa (f), għal perjodu ta’ tal-inqas tliet snin jistgħu jkunu soġġetti għall-kummerċ fi ħdan l-Unjoni sal-31 ta’ Diċembru 2014; jew

(ii)

ikunu ġejjin minn Stat Membru jew żona ta’ Stat Membru b’riskju negliġibbli ta’ scrapie klassika; jew

(iii)

fil-każ ta’ annimali ovini, iridu jkunu tal-ġenotip tal-proteina prijonika ARR/ARR, sakemm dawn ma jkunux ġejjin minn azjenda soġġetta għar-restrizzjonijiet stabbiliti fl-Anness VII, Kapitolu B, punti 3 u 4.

(b)

l-annimali ovini u kaprini għal kull użu maħsub minbarra l-qatla minnufiha destinati għal Istati Membri li għandhom riskju negliġibbli ta’ scrapie klassika jew li għandhom programm nazzjonali ta’ kontroll ta’ scrapie approvat għandhom:

(i)

ikunu ġejjin minn azjenda jew azjendi b’riskju negliġibbli ta’ scrapie klassika; madankollu l-annimali ovini u kaprini li jkunu ġejjin minn azjenda jew azjendi li jkunu kkonformaw mar-rekwiżiti kollha stabbiliti fil-punt 1.2.(a) sa (i), għal perjodu ta’ mill-inqas seba’ snin jistgħu jkunu soġġetti għall-kummerċ fi ħdan l-Unjoni sal-31 ta’ Diċembru 2014; jew

(ii)

ikunu ġejjin minn Stat Membru jew żona ta’ Stat Membru b’riskju negliġibbli ta’ scrapie klassika; jew

(iii)

fil-każ ta’ annimali ovini, ikunu tal-ġenotip tal-proteina prijonika ARR/ARR, sakemm dawn ma jkunux ġejjin minn azjenda soġġetta għar-restrizzjonijiet stabbiliti fl-Anness VII, Kapitolu B, punti 3 u 4.

4.2.

is-semen u l-embrijuni ta’ annimali ovini u kaprini għandhom:

(a)

jinġabru minn annimali li nżammu kontinwament mit-twelid f’azjenda jew azjendi b’riskju negliġibbli jew b’riskju kkontrollat ta’ scrapie klassika; jew

(b)

jinġabru minn annimali li nżammu kontinwament għall-aħħar tliet snin qabel il-ġabra f’azjenda jew azjendi li jikkonformaw mar-rekwiżiti kollha stabbiliti fil-Parti 1, punt 1.3.(a) sa (f) għal tliet snin; jew

(c)

jinġabru minn annimali li nżammu kontinwament minn twelidhom f’pajjiż jew f’żona b’riskju negliġibbli ta’ scrapie klassika; jew

(d)

fil-każ tas-semen ta’ ovini, dan għandu jinġabar mill-annimali maskili tal-ġenotip tal-proteina prijonika ARR/ARR; jew

(e)

fil-każ ta’ embrijuni ta’ ovini, dawn għandhom ikunu tal-ġenotip tal-proteina prijonika ARR/ARR.

TAQSIMA B

Kundizzjonijiet li japplikaw għall-annimali bovini

Ir-Renju Unit għandu jiżgura li l-annimali bovini mwielda jew imrobbija fit-territorju tiegħu qabel l-1 ta’ Awwissu 1996 ma jintbagħtux mit-territorju tiegħu lejn Stati Membri jew pajjiżi terzi oħrajn.’

(5)

L-Anness IX huwa emendat kif ġej:

(a)

Fil-Kapitolu C, it-Taqsima A tinbidel b’dan li ġej:

TAQSIMA A

Prodotti

Il-prodotti li ġejjin li joriġinaw minn annimali bovini, ovini u kaprini, kif iddefiniti mill-punti 1.10, 1.13, 1.15, 7.1, 7.5, 7.6, 7.7, 7.8 u 7.9 tal-Anness I għar-Regolament (KE) Nru 853/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, għandhom ikunu soġġetti għall-kundizzjonijiet stipulati fit-Taqsimiet B, C jew D ta’ dan il-Kapitolu skont il-kategorija tar-riskju għall-BSE tal-pajjiż ta’ oriġini:

laħam frisk,

laħam ikkapuljat,

preparati tal-laħam,

prodotti tal-laħam,

xaħam tal-annimali pproċessat,

qrieqeċ,

ġelatina u kollaġen ħlief dawk idderivati minn ġlud ta’ barra u ġlud,

imsaren ittrattati.’

(b)

Il-Kapitoli D u E huma mibdulin b’dan li ġej:

‘KAPITOLU D

Importazzjonijiet ta’ prodotti sekondarji tal-annimali u prodotti derivati ta’ oriġini bovina, ovina u kaprina

TAQSIMA A

Prodotti sekondarji tal-annimali

Dan il-Kapitolu għandu japplika għall-prodotti sekondarji tal-annimali u l-prodotti derivati kollha li ġejjin, kif iddefiniti fil-punti (1) u (2) tal-Artikolu 3 tar-Regolament (KE) Nru 1069/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, diment li dawk il-prodotti jkunu ta’ oriġini bovina, ovina u kaprina:

(a)

Xaħmijiet ipproċessati li ġejjin minn materjal tal-Kategorija 2, li huma maħsuba biex jintużaw bħala fertilizzanti organiċi jew sustanzi li jtejbu l-ħamrija, kif iddefinit fil-punt 22 tal-Artikolu 3 tar-Regolament (KE) Nru 1069/2009, jew il-materjali tal-bidu jew prodotti intermedjarji tagħhom;

(b)

Għadam u prodotti mill-għadam li ġejjin minn materjal tal-Kategorija 2;

(c)

Xaħmijiet ipproċessati li ġejjin minn materjal tal-Kategorija 3 li huma maħsuba biex jintużaw bħala fertilizzanti organiċi jew sustanzi li jtejbu l-ħamrija jew bħala għalf, kif iddefinit fil-punti 22 u 25 tal-Artikolu 3 tar-Regolament (KE) Nru 1069/2009, jew il-materjali tal-bidu jew prodotti derivati tagħhom;

(d)

Għalf tal-annimali domestiċi inklużi prodotti li jomogħdu l-klieb;

(e)

Prodotti tad-demm;

(f)

Proteina pproċessata mill-annimali;

(g)

Għadam u prodotti mill-għadam idderivati minn materjal tal-Kategorija 3;

(h)

Ġelatina u kollaġen idderivati minn materjali li mhumiex ġlud ta’ barra u ġlud;

(i)

Materjal tal-kategorija 3 u prodotti derivati li mhumiex dawk imsemmija fil-punti (c) sa (h) esklużi:

(i)

ġlud ta’ barra u ġlud friski, ġlud ta’ barra u ġlud ittrattati;

(ii)

ġelatina u kollaġen idderivati minn ġlud ta’ barra u ġlud;

(iii)

derivati tax-xaħam.

TAQSIMA B

Rekwiżiti għaċ-ċertifikat tas-saħħa

L-importazzjonijiet tal-prodotti sekondarji tal-annimali u tal-prodotti dderivati ta’ oriġini bovina, ovina u kaprina msemmija fit-Taqsima A għandhom ikunu soġġetti għall-preżentazzjoni ta’ ċertifikat tas-saħħa li jkun sar bl-attestazzjoni li ġejja:

(a)

il-prodott sekondarju tal-annimali jew il-prodott derivat ma fihx u mhuwiex ġej minn materjal b’riskju speċifikat jew minn laħam separat mekkanikament miksub minn għadam ta’ annimali bovini, ovini jew kaprini u, ħlief għall-annimali li twieldu, trabbew kontinwament u nqatlu f’pajjiż jew reġjun ikklassifikat bħala wieħed li jippreżenta riskju negliġibbli ta’ BSE permezz ta’ deċiżjoni skont l-Artikolu 5(2), l-annimali li minnhom ġej dan il-prodott sekondarju tal-annimali jew il-prodott derivat, la tbiċċru wara sturdament permezz ta’ gass injettat fil-kavità kranjali, la ma nqatlu bl-istess metodu u lanqas ma tbiċċru permezz ta’ laċerazzjoni tat-tessut nervuż ċentrali bl-użu ta’ strument tawwali forma ta’ virga mdaħħal fil-kavità kranjali, jew

(b)

il-prodott sekondarju tal-annimali jew il-prodott derivat ma jkunx fih u ma jkunx ġej minn materjali bovini, ovini u kaprini ħlief għal dawk li ġejjin minn annimali li twieldu, trabbew kontinwament u nqatlu f’pajjiż jew f’reġjun ikklassifikat bħala li għandu riskju neġliġibbli tal-BSE permezz ta’ deċiżjoni skont l-Artikolu 5(2).

Minbarra l-punti (a) u (b), l-importazzjonijiet tal-prodotti sekondarji u prodotti derivati msemmija fit-Taqsima A, li fihom ħalib jew prodotti tal-ħalib ta’ oriġini minn annimali ovini jew kaprini u li huma maħsuba għall-għalf, għandhom ikunu soġġetti għall-preżentazzjoni ta’ ċertifikat tas-saħħa li jkun sar permezz tal-attestazzjoni li ġejja:

(c)

l-annimali ovini u kaprini li minnhom ikunu nġiebu dawn il-prodotti nżammu kontinwament sa mit-twelid f’pajjiż fejn huma sodisfatti l-kundizzjonijiet li ġejjin:

(i)

l-iscrapie klassika hija notifikabbli b’mod obbligatorju;

(ii)

hemm sistema ta’ sensibilizzazzjoni, sorveljanza u monitoraġġ fis-seħħ;

(iii)

japplikaw restrizzjonijiet uffiċjali għal azjendi ta’ annimali ovini u kaprini f’każ ta’ suspett ta’ TSE jew konferma ta’ scrapie klassika;

(iv)

l-annimali ovini u kaprini milquta minn scrapie klassika jinqatlu u jinqerdu kompletament;

(v)

l-għalf lill-annimali ovini u kaprini ta’ laħam u għadam imfarrak jew ta’ qrieqeċ li joriġinaw minn ruminanti huwa pprojbit u l-projbizzjoni hija infurzata b’mod effettiv fil-pajjiż kollu għal tal-inqas seba’ snin;

(d)

il-ħalib u l-prodotti tal-ħalib ta’ annimali ovini jew kaprini ġejjin minn azjendi fejn ma tkun imposta l-ebda restrizzjoni uffiċjali minħabba suspett ta’ TSE;

(e)

il-ħalib u l-prodotti tal-ħalib ta’ annimali ovini u kaprini ġejjin minn azjendi fejn ma jkun ġie dijanjostikat ebda każ ta’ scrapie klassika fl-aħħar seba’ snin jew fejn, wara l-konferma ta’ każ ta’ scrapie klassika:

(i)

l-annimali ovini u kaprini kollha fl-azjenda nqatlu u nqerdu jew tbiċċru, minbarra l-imtaten għat-tgħammir tal-ġenotip ARR/ARR, in-ngħaġ għat-tgħammir li tal-inqas iġorru allel ARR wieħed u l-ebda allel VRQ u annimali ovini oħrajn li tal-inqas iġorru allel ARR wieħed; jew

(ii)

l-annimali kollha li fihom ġiet ikkonfermata l-iscrapie klassika nqatlu u nqerdu u, għal tal-inqas sentejn mill-konferma tal-aħħar każ ta’ scrapie klassika, l-azjenda ġiet soġġetta għal monitoraġġ intensiv tat-TSE, inkluż l-ittestjar b’riżultati negattivi għall-preżenza tat-TSE skont il-metodi tal-laboratorju stipulati fl-Anness X, Kapitolu C, punt 3.2, tal-annimali kollha li ġejjin li għandhom aktar minn 18-il xahar, minbarra annimali ovini tal-ġenotip ARR/ARR:

annimali li nqatlu għall-konsum mill-bniedem; u

annimali li jkunu mietu jew li nqatlu fl-azjenda iżda li ma nqatlux fil-kuntest ta’ kampanja għall-qerda tal-marda.

KAPITOLU E

Importazzjonijiet ta’ annimali ovini u kaprini

L-annimali ovini u kaprini importati fl-Unjoni għandhom ikunu soġġetti għall-preżentazzjoni ta’ ċertifikat tas-saħħa tal-annimali li juri li dawn inżammu kontinwament mit-twelid f’pajjiż fejn huma sodisfatti l-kundizzjonijiet li ġejjin:

1.

l-iscrapie klassika hija notifikabbli b’mod obbligatorju;

2.

hemm fis-seħħ sistema ta’ sensibilizzazzjoni, sorveljanza u monitoraġġ;

3.

l-annimali ovini u kaprini milquta mill-iscrapie klassika jinqatlu u jinqerdu kompletament;

4.

l-għalf tal-annimali ovini u kaprini b’laħam u b’għadam imfarrak jew bi qrieqeċ li joriġinaw minn ruminanti ġie pprojbit u l-projbizzjoni hija infurzata b’mod effettiv fil-pajjiż kollu għal tal-inqas seba’ snin;

Minbarra l-kundizzjonijiet stabbiliti fil-punti 1 sa 4, iċ-ċertifikat tas-saħħa tal-annimali għandu jiċċertifika li:

5.

Għal annimali ovini u kaprini għat-tgħammir importati fl-Unjoni u maħsubin għal Stati Membri li mhumiex dawk b’riskju negliġibbli ta’ scrapie klassika jew dawk bi programm ta’ kontroll nazzjonali ta’ scrapie approvat elenkat fil-punt 3.2 tat-Taqsima A tal-Kapitolu A tal-Anness VIII, għandu jkun hemm konformità mal-kundizzjonijiet li ġejjin:

l-annimali ovini u kaprini importati ġejjin minn azjenda jew azjendi li jikkonformaw mal-kundizzjonijiet tal-punt 1.3 tat-Taqsima A tal-Kapitolu A tal-Anness VIII; jew

huma annimali ovini tal-ġenotip tal-proteina prijonika ARR/ARR u ġejjin minn azjenda fejn fl-aħħar sentejn ma tkun ġiet imposta l-ebda restrizzjoni uffiċjali fuq il-moviment tagħhom minħabba BSE jew scrapie klassika.

6.

Għal annimali ovini u kaprini għall-użi kollha ħlief qtil minnufih importati fl-Unjoni u li huma destinati għal Stat Membru b’riskju negliġibbli ta’ scrapie klassika jew bi programm nazzjonali ta’ kontroll ta’ scrapie approvat elenkati fil-punt 3.2 tat-Taqsima A tal-Kapitolu A tal-Anness VIII, għandha tinżamm konformità mal-kundizzjonijiet li ġejjin:

ġejjin minn azjenda jew azjendi li jkunu konformi mal-kundizzjonijiet tal-punt 1.2 tat-Taqsima A tal-Kapitolu A tal-Anness VIII; jew

huma annimali ovini tal-ġenotip tal-proteina prijonika ARR/ARR u ġejjin minn azjenda fejn fl-aħħar sentejn ma tkun ġiet imposta l-ebda restrizzjoni uffiċjali minħabba BSE jew scrapie klassika.’

(c)

Il-Kapitolu H huwa mibdul b’dan li ġej:

‘KAPITOLU H

Importazzjoni ta’ semen u embrijuni ovini u kaprini

Is-Semen u l-embrijuni ovini u kaprini importati fl-Unjoni għandhom ikunu soġġetti għall-preżentazzjoni ta’ ċertifikat tas-saħħa tal-annimali li juri li l-annimali donaturi:

1.

inżammu kontinwament mit-twelid fil-pajjiż fejn jiġu sodisfatti l-kundizzjonijiet li ġejjin:

(i)

l-iscrapie klassika hija notifikabbli b’mod obbligatorju;

(ii)

hemm fis-seħħ sistema ta’ sensibilizzazzjoni, sorveljanza u monitoraġġ;

(iii)

l-annimali ovini u kaprini milquta minn scrapie klassika jinqatlu u jinqerdu kompletament;

(iv)

l-għalf lill-annimali ovini u kaprini ta’ laħam u għadam imfarrak jew ta’ qrieqeċ li joriġinaw minn ruminanti huwa pprojbit u l-projbizzjoni hija infurzata b’mod effettiv fil-pajjiż kollu għal perjodu ta’ mill-inqas seba’ snin;

2.

għall-aħħar tliet snin qabel il-ġbir tas-semen jew tal-embrijuni esportati, inżammu kontinwament f’azjenda jew azjendi li ilhom jissodisfaw ir-rekwiżiti kollha stabbiliti fil-punt 1.3.(a) sa (f) tat-Taqsima A tal-Kapitolu A tal-Anness VIII għal tal-inqas dawn l-aħħar tliet snin, jew:

(i)

fil-każ ta’ semen ta’ ovini, is-semen inġabar minn annimali maskili tal-ġenotip tal-proteina prijonika ARR/ARR.

(ii)

fil-każ ta’ embrijuni ta’ ovini, l-embrijuni jkunu tal-ġenotip tal-proteina prijonika ARR/ARR.’

(6)

L-Anness X huwa emendat kif ġej

(a)

Fil-Kapitolu C, Parti 3, punt 3.1, jiżdied il-punt 3.1(c) li ġej:

‘(c)   Eżaminazzjoni ulterjuri ta’ każijiet pożittivi ta’ BSE

Kampjuni mill-każijiet pożittivi kollha ta’ BSE għandhom jintbagħtu f’laboratorju, maħtur mill-awtorità kompetenti, li ħa sehem b’suċċess f’ittestjar tal-profiċjenza organizzat mil-laboratorju ta’ referenza tal-Unjoni Ewropea għall-ittestjar diskriminatorju ta’ każi kkonfermati ta’ BSE, fejn dawn għandhom jerġgħu jiġu ttestjati skont il-metodi u l-protokolli stabbiliti fil-metodu tal-laboratorju tal-Unjoni Ewropea ta’ referenza għall-klassifika ta’ iżolati tat-TSE tal-bovini (*********).

(*********)  http://vla.defra.gov.uk/science/docs/sci_tse_rl_2blot.pdf’"

(b)

Il-Parti 4 tal-Kapitolu C tal-Anness X hija mibdula b’dan li ġej:

‘4.   Testijiet rapidi

Għall-finijiet tat-twettiq tat-testijiet rapidi skont l-Artikoli 5(3) u 6(1), il-metodi li ġejjin biss għandhom jintużaw bħala testijiet rapidi għall-monitoraġġ tal-BSE fl-annimali bovini:

it-test tal-immuno-blotting ibbażat fuq il-proċedura Western blotting għall-identifikazzjoni tal-framment PrPRes reżistenti għall-Proteinasi K (it-test Prionics-Check Western),

l-immunoanaliżi bbażata fuq il-mikroplejt għall-identifikazzjoni tal-PrPSc (Enfer TSE Verżjoni 3),

l-immunoanaliżi sandwich għall-identifikazzjoni tal-PrPRes (protokoll għal analiżi qasira) imwettqa wara l-fażijiet ta’ denaturazzjoni u konċentrazzjoni (it-test rapidu Bio-Rad TeSeE SAP),

l-immunoanaliżi bbażata fuq il-mikroplejt (ELISA) li tidentifika l-PrPRes reżistenti għall-Proteinasi K b’antikorpi monoklonali (it-test Prionics-Check LIA),

l-immunoanaliżi li tuża polimeru kimiku għall-qbid selettiv tal-PrP Sc u antikorp monoklonali ta’ identifikazzjoni mmirat kontra reġjuni konservati tal-molekula tal-PrP (IDEXX HerdChek BSE Antigen Test Kit, l-EIA & IDEXX HerdChek BSE-Scrapie Antigen Test Kit, EIA),

l-immunoanaliżi bi fluss laterali li tuża żewġ antikorpi monoklonali differenti biex tidentifika frazzjonijiet tal-PrP reżistenti għall-Proteinasi K (Prionics Check PrioSTRIP),

l-immunoanaliżi b’żewġ naħat li tuża żewġ antikorpi monoklonali differenti mmirati kontra żewġ epitopi preżenti fi stat tassew mhux mitni tal-PrP Sc bovina (Roboscreen Beta Prion BSE EIA Test Kit),

Għall-finijiet tat-twettiq tat-testijiet rapidi skont l-Artikoli 5(3) u 6(1), huma biss il-metodi li ġejjin li għandhom jintużaw bħala testijiet rapidi għall-monitoraġġ tat-TSE fl-annimali ovini u kaprini:

l-immunoanaliżi sandwich għall-identifikazzjoni ta’ PrPRes (protokoll għal analiżi qasira) imwettqa wara l-fażijiet ta’ denaturazzjoni u konċentrazzjoni (it-test rapidu Bio-Rad TeSeE SAP),

l-immunoanaliżi sandwich għall-identifikazzjoni ta’ PrPRes bit-TeSeE Sheep/Goat Detection kit imwettqa wara l-fażijiet ta’ denaturazzjoni u konċentrazzjoni bit-TeSeE Sheep/Goat Purification kit (it-test rapidu Bio-Rad TeSeE Sheep/Goat),

l-immunoanaliżi li tuża polimeru kimiku għall-qbid selettiv tal-PrP Sc u antikorp monoklonali ta’ identifikazzjoni mmirat kontra reġjuni konservati tal-molekula tal-PrP (IDEXX HerdChek BSE-Scrapie Antigen Test Kit, EIA),

l-immunoanaliżi bi fluss laterali li tuża żewġ antikorpi monoklonali differenti biex tidentifika frazzjonijiet tal-PrP reżistenti għall-Proteinasi K (Prionics Check PrioSTRIP, protokoll għall-qari viżwali).

Fit-testijiet rapidi kollha, it-teħid ta’ kampjuni tat-tessuti li fuqhom għandu jiġi applikat it-test għandu jkun konformi mal-istruzzjonijiet dwar l-użu tal-manifattur.

Il-produtturi tat-testijiet rapidi jrid ikollhom fis-seħħ sistema ta’ garanzija tal-kwalità li tkun ġiet approvata mil-Laboratorju ta’ Referenza tal-Unjoni Ewropea u li tiżgura li l-mod kif isir it-test ma jinbidilx. Il-produtturi għandhom jipprovdu l-protokolli tat-test lil-Laboratorju ta’ Referenza tal-Unjoni Ewropea.

Bidliet fit-testijiet rapidi u fil-protokolli tat-testijiet jistgħu jsiru biss wara notifika minn qabel lil-Laboratorju ta’ Referenza tal-Unjoni Ewropea u diment li l-Laboratorju ta’ Referenza tal-Unjoni Ewropea jqis li l-bidla ma tibdilx is-sensittività, l-ispeċifiċità u l-affidabbiltà tat-test rapidu. Dik is-sejba għandha tiġi kkomunikata lill-Kummisjoni u lil-laboratorji nazzjonali ta’ referenza.’


(*******)  ĠU L 300, 14.11.2009, p. 1.

(********)  ĠU L 368, 23.12.2006, p. 15.’


Top