Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32013R0616

    Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 616/2013 tal- 24 ta’ Ġunju 2013 dwar il-klassifikazzjoni ta’ ċerti prodotti fin-Nomenklatura Magħquda

    ĠU L 175, 27.6.2013, p. 11–12 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (HR)

    Legal status of the document In force

    ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2013/616/oj

    27.6.2013   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    L 175/11


    REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 616/2013

    tal-24 ta’ Ġunju 2013

    dwar il-klassifikazzjoni ta’ ċerti prodotti fin-Nomenklatura Magħquda

    IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

    Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

    Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87 tat-23 ta’ Lulju 1987 dwar in-nomenklatura tat-tariffa u l-istatistika u dwar it-Tariffa Doganali Komuni (1), u speċjalment l-Artikolu 9(1)(a) tiegħu,

    Billi:

    (1)

    Biex tiġi żgurata l-applikazzjoni uniformi tan-Nomenklatura Magħquda annessa mar-Regolament (KEE) Nru 2658/87, huwa meħtieġ li jiġu adottati miżuri li jikkonċernaw il-klassifikazzjoni tal-prodotti msemmija fl-Anness ta’ dan ir-Regolament.

    (2)

    Ir-Regolament (KEE) Nru 2658/87 stabbilixxa r-regoli ġenerali għall-interpretazzjoni tan-Nomenklatura Magħquda. Dawk ir-regoli japplikaw ukoll għal kwalunkwe nomenklatura oħra li hija bbażata, parzjalment jew kollha kemm hi fuqha, jew li żżid kwalunkwe subdiviżjoni magħha u li hija stabbilita b’dispożizzjonijiet speċifiċi tal-Unjoni, bil-għan tal-applikazzjoni ta’ tariffi u miżuri oħra relatati mal-kummerċ tal-oġġetti.

    (3)

    Skont dawn ir-regoli ġenerali, il-prodotti deskritti fil-kolonna (1) tat-tabella li tinsab fl-Anness għandhom jiġu kklassifikati taħt il-kodiċi NM indikat fil-kolonna (2), minħabba r-raġunijiet stabbiliti fil-kolonna (3) ta’ din it-tabella.

    (4)

    Huwa xieraq li jkun stipulat li informazzjoni li torbot dwar it-tariffa u li nħarġet mill-awtoritajiet tad-dwana tal-Istati Membri rigward il-klassifikazzjoni ta’ oġġetti fin-Nomenklatura Magħquda, iżda li mhijiex skont dan ir-Regolament, tkun tista’, għal perjodu ta’ tliet xhur, tibqa’ tkun invokata mid-detentur, skont l-Artikolu 12(6) tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2913/92 tat-12 ta’ Ottubru 1992 li jwaqqaf il-Kodiċi Doganali tal-Komunità (2).

    (5)

    Il-Kumitat tal-Kodiċi Doganali ma ħariġx opinjoni fil-limitu taż-żmien stabbilit mill-President tiegħu.

    ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

    Artikolu 1

    L-oġġetti deskritti fil-kolonna (1) tat-tabella mniżżla fl-Anness ikunu kklassifikati fin-Nomenklatura Magħquda taħt il-kodiċi NM indikat fil-kolonna (2) ta’ din it-tabella.

    Artikolu 2

    Informazzjoni vinkolanti dwar it-tariffa, maħruġa mill-awtoritajiet doganali tal-Istati Membri, li mhijiex skont dan ir-Regolament, tista’ tkompli tkun invokata għal perjodu ta’ tliet xhur skont l-Artikolu 12(6) tar-Regolament (KEE) Nru 2913/92.

    Artikolu 3

    Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ fl-20 jum wara dik tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

    Dan ir-Regolament jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

    Magħmul fi Brussell, l-24 ta’ Ġunju 2013.

    Għall-Kummissjoni, F’isem il-President,

    Algirdas ŠEMETA

    Membru tal-Kummissjoni


    (1)  ĠU L 256, 7.9.1987, p. 1

    (2)  ĠU L 302, 19.10.1992, p. 1.


    ANNESS

    Deskrizzjoni tal-oġġetti

    Klassifikazzjoni

    (Kodiċi NM)

    Raġunijiet

    (1)

    (2)

    (3)

    Oġġett magħmul minn plastik riġidu ffurmat li jikkonsisti fi tliet jew erba’ fergħat.

    L-oġġett ma għandux partijiet li jiċċaqilqu b’mod indipendenti (pereżempju, roti, blalen jew rollers), biċċiet żgħar (nubs) rotob jew partijiet imwaħħlin flessibbli oħrajn.

    Huwa maħsub biex jintuża bħala oġġett li jitħaddem bl-idejn biex jimmassaġġja l-ġisem billi fergħa waħda jew aktar jingħorku fuq il-partijiet rilevanti tal-ġisem. L-effett tal-immassaġġjar jinħoloq mill-pressjoni li ssir mill-persuna li tkun qed tagħti l-massaġġi.

     (*) Ara l-istampi

    9019 10 90

    Il-klassifikazzjoni hija ddeterminata mir-Regoli Ġenerali 1 u 6 għall-interpretazzjoni tan-Nomenklatura Magħquda u mit-test tal-kodiċi tan-NM 9019 , 9019 10 u 9019 10 90 .

    Minħabba l-forma speċifika tiegħu, l-oġġett huwa maħsub biex jintuża bħala apparat li jitħaddem bl-idejn biex jimmassaġġja l-ġisem.

    L-oġġett jaħdem bil-frizzjoni. Għalkemm ma għandux partijiet li jiċċaqilqu b’mod indipendenti, mhuwiex eskluż mill-klassifikazzjoni bħala apparat għall-massaġġi (Ara wkoll it-tieni paragrafu tan-Noti ta’ Spjegazzjoni tas-SA għall-intestatura 9019 , (II), fejn jissemmew ir-rollers tal-lastku u apparat tal-massaġġi simili).

    Għaldaqstant, l-oġġett għandu jiġi kklassifikat bil-kodiċi NM 9019 10 90 bħala apparat għall-massaġġi.


    Image

    Image

    Image


    (*)  L-istampi huma biss għal finijiet ta’ informazzjoni.


    Top