Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32013L0035

Direttiva 2013/35/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas- 26 ta’ Ġunju 2013 dwar ir-rekwiżiti minimi tas-saħħa u s-sigurtà li jirrigwardaw l-espożizzjoni tal-ħaddiema għar-riskji li jinħolqu minn aġenti fiżiċi (kampi elettromanjetiċi) (l-20 Direttiva individwali skont l-Artikolu 16(1) tad-Direttiva 89/391/KEE) u li tħassar id-Direttiva 2004/40/KE

ĠU L 179, 29.6.2013, p. 1–21 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (HR)

Legal status of the document In force: This act has been changed. Current consolidated version: 29/06/2013

ELI: http://data.europa.eu/eli/dir/2013/35/oj

29.6.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 179/1


DIRETTIVA 2013/35/UE TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL

tas-26 ta’ Ġunju 2013

dwar ir-rekwiżiti minimi tas-saħħa u s-sigurtà li jirrigwardaw l-espożizzjoni tal-ħaddiema għar-riskji li jinħolqu minn aġenti fiżiċi (kampi elettromanjetiċi) (l-20 Direttiva individwali skont l-Artikolu 16(1) tad-Direttiva 89/391/KEE) u li tħassar id-Direttiva 2004/40/KE

IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidraw it-Trattat dwar il-funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 153(2) tiegħu,

Wara li kkunsidraw il-proposta mill-Kummissjoni Ewropea,

Wara t-trażmissjoni tal-abbozz tal-att leġislattiv lill-parlamenti nazzjonali,

Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew (1),

Wara li kkonsultaw il-Kumitat tar-Reġjuni,

Filwaqt li jaġixxu skont il-proċedura leġislattiva ordinarja (2),

Billi:

(1)

Skont it-Trattat, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill jistgħu, permezz ta’ direttivi, jadottaw rekwiżiti minimi għat-tħeġġiġ ta’ titjib, b’mod partikolari fl-ambjent tax-xogħol, sabiex jiġi garantit livell aħjar ta’ ħarsien tas-saħħa u s-sigurtà tal-ħaddiema. Direttivi bħal dawn isiru sabiex jiġu evitati restrizzjonijiet amministrattivi, finanzjarji u legali imponenti b’mod li jżommu lura l-ħolqien u l-iżvilupp ta’ impriżi ta’ daqs żgħir u medju.

(2)

L-Artikolu 31(1) tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea jipprovdi li kull ħaddiem għandu d-dritt li jaħdem f’kundizzjonijiet li jirrispettaw is-saħħa, is-sigurtà u d-dinjità tiegħu.

(3)

Wara d-dħul fis-seħħ tad-Direttiva 2004/40/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta’ April 2004 dwar ir-rekwiżiti minimi tas-saħħa u s-sigurtà li jirrigwardaw l-espożizzjoni tal-ħaddiema għar-riskji li jinħolqu mill-aġenti fiżiċi (kampi elettromanjetiċi) (it-18-il Direttiva individwali fit-tifsira tal-Artikolu 16(1) tad-Direttiva 89/391/KEE) (3), ġie espress tħassib serju mill-partijiet interessati, b’mod partikolari dawk mill-komunità medika, dwar l-impatt potenzjali tal-implimentazzjoni ta’ dik id-Direttiva dwar l-użu ta’ proċeduri mediċi bbażati fuq immaġini mediċi. Ġie espress tħassib ukoll dwar l-impatt tad-Direttiva fuq ċertu attivitajiet industrijali.

(4)

Il-Kummissjoni eżaminat b’attenzjoni l-argumenti mressqa mill-partijiet interessati u wara ħafna konsultazzjonijiet iddeċidiet li tikkunsidra mill-ġdid bir-reqqa ċerti dispożizzjonijiet tad-Direttiva 2004/40/KE, fuq il-bażi ta’ informazzjoni xjentifika ġdida prodotta minn esperti rikonoxxuti fuq livell internazzjonali.

(5)

Id-Direttiva 2004/40/KE ġiet emendata bid-Direttiva 2008/46/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (4), bl-effett li l-iskadenza għat-traspożizzjoni tad-Direttiva 2004/40/KE ġiet posposta b’erba’ snin, u sussegwentement bid-Direttiva 2012/11/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (5), bl-effett li dik l-iskadenza għat-traspożizzjoni ġiet posposta għall-31 ta’ Ottubru 2013. Dan biex jiġi permess lill-Kummissjoni tippreżenta proposta ġdida, u lill-koleġislaturi jadottaw direttiva ġdida bbażata fuq evidenza iżjed reċenti u affidabbli.

(6)

Id-Direttiva 2004/40/KE għandha tiġi revokata u għandhom jiġu introdotti miżuri iżjed xierqa u proporzjonali għall-ħarsien tal-ħaddiema mir-riskji assoċjati mal-kampi elettromanjetiċi. Dik id-Direttiva ma kinitx tindirizza l-effetti fuq perijodu twil, inklużi l-effetti kanċeroġeniċi possibbli, tal-espożizzjoni għal kampi elettriċi, manjetiċi u elettromanjetiċi li jvarjaw fil-ħin, li għalihom attwalment ma hemm l-ebda evidenza xjentifika konklużiva li tistabbilixxi relazzjoni kawżali. Din id-Direttiva hija maħsuba biex tindirizza l-effetti bijofiżiċi diretti u l-effetti indiretti kollha magħrufa kkawżati mill-kampi elettromanjetiċi, sabiex mhux biss jiġu żgurati s-saħħa u s-sigurtà ta’ kull ħaddiem fuq bażi individwali, iżda wkoll għall-ħolqien ta’ bażi minima ta’ ħarsien għall-ħaddiema kollha fl-Unjoni, waqt li jitnaqqsu d-distorsjonijiet possibbli tal-kompetizzjoni.

(7)

Din id-Direttiva ma tindirizzax effetti ssuġġeriti fuq perijodu ta’ żmien twil ta’ espożizzjoni għal kampi elettromanjetiċi peress li bħalissa m’hemm l-ebda evidenza xjentifika stabbilita sew ta’ relazzjoni kawżali. Madankollu, jekk toħroġ tali evidenza xjentifika stabbilita sew, il-Kummissjoni għandha tqis l-aktar mezzi xierqa biex dawn l-effetti jiġu indirizzati, u għandha, permezz tar-rapport tagħha dwar l-implimentazzjoni prattika ta’ din id-Direttiva, iżżomm lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill infurmati f’dan ir-rigward. Meta tagħmel dan il-Kummissjoni għandha, barra mit-tagħrif xieraq li hija tirċievi mill-Istati Membri, tqis ir-riċerka l-aktar reċenti disponibbli u l-għarfien xjentifiku ġdid li jirriżulta mid-data f’dan il-qasam.

(8)

Għandhom jiġu stabbiliti rekwiżiti minimi, u b’hekk tiġi pprovduta l-opzjoni lill-Istati Membri li jżommu jew jadottaw dispożizzjonijiet iżjed favorevoli għall-ħarsien tal-ħaddiema, b’mod partikolari bl-iffissar ta’ valuri iżjed baxxi għal-livelli ta’ azzjoni (ALs) jew valuri tal-limiti tal-espożizzjoni (ELVs) għall-kampi elettromanjetiċi. Madankollu, l-implimentazzjoni ta’ din id-Direttiva m’għandhiex isservi bħala ġustifikazzjoni tal-ebda rigress rigward is-sitwazzjoni li diġà teżisti f’kull Stat Membru.

(9)

Is-sistema ta’ ħarsien kontra l-kampi elettromanjetiċi għandha tkun limitata għal definizzjoni, li għandha tkun ħielsa minn dettall żejjed, tal-għanijiet li għandhom jintlaħqu, il-prinċipji li jkollhom jiġu osservati u l-valuri fundamentali li jkollhom jiġu applikati, sabiex l-Istati Membri jkunu jistgħu japplikaw rekwiżiti minimi b’mod ekwivalenti.

(10)

Sabiex il-ħaddiema esposti għal kampi elettromanjetiċi jiġu mħarsa jeħtieġ it-twettiq ta’ evalwazzjoni tar-riskju effikaċi u effiċjenti. Madankollu, dan l-obbligu għandu jkun proporzjonali mas-sitwazzjoni li wieħed jiltaqa’ magħha fuq il-post tax-xogħol. Għalhekk, huwa xieraq li titfassal sistema ta’ ħarsien li tiggruppa riskji differenti b’mod sempliċi, iggradat u li jiftiehem. Konsegwentement, ir-referenza għal numru ta’ indikaturi u sitwazzjonijiet standard li għandha tiġi pprovduta minn linji gwida prattiċi tista’ tassisti b’mod utli lil min iħaddem fit-twettiq tal-obbligi tiegħu.

(11)

L-effetti mhux mixtieqa fuq il-ġisem tal-bniedem jiddependu fuq il-frekwenza tal-kamp elettromanjetiku jew ir-radjazzjoni li għaliha jkun espost. Għalhekk, jeħtieġ li sistemi ta’ limitazzjoni tal-espożizzjoni għandhom ikunu dipendenti fuq ix-xejra tal-espożizzjoni u fuq il-frekwenza sabiex tħares b’mod adegwat il-ħaddiema esposti għall-kampi elettromanjetiċi.

(12)

Il-livelli tal-espożizzjoni għall-kampi elettromanjetiċi jistgħu jitnaqqsu b’iżjed effikaċja billi jiġu inkorporati miżuri preventivi fid-disinn tal-istazzjonijiet tax-xogħol u billi tingħata prijorità, fl-għażla ta’ tagħmir, proċeduri u metodi tax-xogħol, għat-tnaqqis tar-riskji mis-sors. Għalhekk id-dispożizzjonijiet relatati mat-tagħmir u l-metodi tax-xogħol jikkontribwixxu għall-ħarsien tal-ħaddiema involuti. Madankollu, hemm il-ħtieġa li tiġi evitata d-duplikazzjoni tal-evalwazzjonijiet, fejn it-tagħmir tax-xogħol jissodisfa r-rekwiżiti tal-liġi rilevanti tal-Unjoni dwar il-prodotti li tistabbilixxi livelli aktar stretti ta’ sigurtà minn dawk ipprovduti minn din id-Direttiva. Dan jippermetti evalwazzjoni ssimplifikata f’għadd kbir ta’ każijiet.

(13)

Dawk li jħaddmu għandhom jagħmlu aġġustamenti fid-dawl tal-progress tekniku u l-għarfien xjentifiku dwar ir-riskji relatati mal-espożizzjoni għal kampi elettromanjetiċi, bl-għan li jittejbu s-sigurtà u s-saħħa għall-ħarsien tal-ħaddiema.

(14)

Billi din id-Direttiva hija Direttiva individwali skont l-Artikolu 16(1) tad-Direttiva tal-Kunsill 89/391/KEE tat-12 ta’ Ġunju 1989 dwar l-introduzzjoni ta’ miżuri sabiex jinkoraġġixxu titjib fis-sigurtà u s-saħħa tal-ħaddiema fuq ix-xogħol (6), isegwi li dik id-Direttiva 89/391/KEE tapplika għall-espożizzjoni tal-ħaddiema għall-kampi elettromanjetiċi, mingħajr preġudizzju għal dispożizzjonijiet iżjed stretti u/jew speċifiċi li jinsabu f’din id-Direttiva.

(15)

Il-kwantitajiet fiżiċi, l-ELVs u l-ALs, stabbiliti f’din id-Direttiva huma bbażati fuq ir-rakkomandazzjonijiet tal-Kummissjoni Internazzjonali għall-Protezzjoni mir-Radjazzjoni Mhux Jonizzanti (ICNIRP) u għandhom jiġu kkunsidrati f’konformità mal-kunċetti tal-ICNIRP, ħlief fejn din id-Direttiva tistipula mod ieħor.

(16)

Sabiex jiġi żgurat li din id-Direttiva tibqa aġġornata, il-Kummissjoni għandha tiġi ddelegata bis-setgħa li tadotta atti skont l-Artikolu 290 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea fir-rigward ta’ emendi purament tekniċi għall-Annessi, sabiex tkun riflessal-adozzjoni ta’ regolamenti u direttivi fil-qasam tal-armonizzazzjoni u l-istandardizzazjoni tekniċi, il-progress tekniku, it-tibdil fl-istandards jew l-ispeċifikazzjonijiet l-iżjed rilevanti u s-sejbiet xjentifiċi ġodda li jikkonċernaw il-perikli maħluq mill-kampi elettromanjetiċi, kif ukoll sabiex ikunu aġġustati l-ALs. Huwa ta’ importanza partikolari li l-Kummissjoni twettaq konsultazzjonijiet waqt ix-xogħol preparatorju, inkluż f’livell ta’ esperti. Il-Kummissjoni, meta tkun qiegħda tħejji u tfassal atti delegati, għandha tiżgura trażmissjoni simultanja, opportuna u xierqa tad-dokumenti rilevanti lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill.

(17)

Jekk ikun meħtieġ li jsiru emendi ta’ natura purament teknika fl-Annessi, il-Kummissjoni għandha taħdem f’kooperazzjoni mill-qrib mal-Kumitat Konsultattiv għas-Sigurtà u s-Saħħa fuq il-Post tax-Xogħol imwaqqaf bid-Deċiżjoni tal-Kunsill tat-22 ta’ Lulju 2003 (7).

(18)

F’każijiet eċċezzjonali, meta raġunijiet imperattivi ta’ urġenza jirrikjedu dan, bħal riskji imminenti possibbli għas-saħħa u s-sigurtà tal-ħaddiema li jinħolqu mill-espożizzjoni tagħhom għal kampi elettromanjetiċi, għandha tingħata l-possibbiltà li tiġi applikata l-proċedura ta’ urġenza għall-atti delegati adottati mill-Kummissjoni.

(19)

Skont id-Dikjarazzjoni Politika Konġunta tat-28 ta’ Settembru 2011 tal-Istati Membri u l-Kummissjoni dwar id-dokumenti ta’ spjegazzjoni (8), l-Istati Membri ntrabtu li, f’każijiet ġustifikati, jakkumpanjaw in-notifika tal-miżuri ta’ traspożizzjoni tagħhom b’dokument wieħed jew aktar li jispjegaw ir-relazzjoni bejn il-komponenti ta’ direttiva u l-partijiet korrispondenti tal-istrumenti ta’ traspożizzjoni nazzjonali. Fir-rigward ta’ din id-Direttiva, il-leġislatur iqis it-trażmissjoni ta’ dokumenti bħal dawn bħala ġustifikata.

(20)

Sistema li tinkludi l-ELVs u l-ALs, kull fejn tkun applikabbli, għandha tiġi kkunsidrata bħala mezz li jiffaċilita l-forniment ta’ livell għoli ta’ protezzjoni kontra l-effetti negattivi għas-saħħa jew ir-riskji għas-sigurtà li jistgħu jirriżultaw minn espożizzjoni għal kampi elettromanjetiċi. Madankollu, sistema bħal din tista’ tiġi f’konflitt ma’ kundizzjonijiet speċifiċi f’ċerti attivitajiet, bħall-użu tat-teknika tar-reżonanza manjetika fis-settur mediku. Għalhekk huwa meħtieġ li jiġu kkunsidrati dawk il-kundizzjonijet partikolari.

(21)

Minħabba l-ispeċifiċitajiet tal-forzi armati u sabiex ikun possibbli għalihom li joperaw u jinteroperaw b’mod effettiv, inklużi f’eżerċizzji militari internazzjonali konġunti, l-Istati Membri għandhom ikunu jistgħu jimplimentaw sistemi ta’ protezzjoni ekwivalenti jew aktar speċifiċi, bħal standards miftiehma internazzjonalment, per eżempju l-istandards tan-NATO, dment li jiġu evitati l-effetti negattivi għas-saħħa u r-riskji għas-sigurtà.

(22)

Dawk li jħaddmu għandhom ikunu meħtieġa jiżguraw li r-riskji li jinħolqu mill-kampi elettromanjetiċi fuq ix-xogħol jiġu eliminati jew minimizzati. Madankollu huwa possibbli li f’każijiet speċifiċi u f’ċirkostanzi debitament ġustifikati, l-ELVs stabbiliti f’din id-Direttiva jinqabżu biss temporanjament. F’każ bħal dan, dawk li jħaddmu għandhom jintalbu jieħdu l-azzjonijiet meħtieġa sabiex jerġgħu lura għal konformità mal-ELVs malajr kemm jista’ jkun.

(23)

Sistema li tiżgura livell għoli ta’ protezzjoni rigward ir-riskji avversi għas-saħħa u s-sigurtà li jistgħu jirriżultaw minn espożizzjoni għal kampi elettromanjetiċi għandha tikkunsidra b’mod xieraq gruppi speċifiċi ta’ ħaddiema li jinsabu f’riskju partikolari u tevita problemi ta’ interferenza jew effetti fuq il-funzjonament ta’ strumenti mediċi bħal protesijiet metalliċi, pacemakers u defibrillaturi kardijaċi, impjanti kokleari u impjanti oħra jew tagħmir mediku li jintlibes fuq il-ġisem. Jistgħu jinħolqu problemi ta’ interferenza b’mod speċjali bil-pacemakers f’livelli taħt l-ALs u għalhekk għandhom ikunu l-oġġett ta’ prekawzjonijiet xierqa u miżuri protettivi,

ADOTTAW DIN ID-DIRETTIVA:

KAPITOLU I

DISPOŻIZZJONIJIET ĠENERALI

Artikolu 1

Suġġett u kamp ta’ applikazzjoni

1.   Din id-Direttiva, li hija l-20 Direttiva individwali skont l-Artikolu 16(1) tad-Direttiva 89/391/KEE, tistabbilixxi rekwiżiti minimi għall-ħarsien tal-ħaddiema minn riskji għas-saħħa u s-sigurtà tagħhom li jinħolqu, jew li aktarx jinħolqu, minn espożizzjoni għal kampi elettromanjetiċi waqt xogħolhom.

2.   Din id-Direttiva tkopri l-effetti bijofiżiċi diretti u l-effetti indiretti kollha magħrufa kkaġunati mill-kampi elettromanjetiċi.

3.   Il-valuri ta’ limitu ta’ espożizzjoni (ELVs) stabbiliti f’din id-Direttiva ikopru biss rabtiet stabbiliti sew xjentifikament bejn l-effetti bijofiżiċi diretti f’perijodu ta’ żmien qasir u l-espożizzjoni għal kampi elettromanjetiċi.

4.   Din id-Direttiva ma tkoprix effetti ssuġġeriti fuq perijodu twil.

Il-Kummissjoni għandha kontinwament tirrevedi l-iżviluppi xjentifiċi l-aktar reċenti. Jekk issir disponibbli evidenza xjentifika stabbilita sew dwar l-effetti ssuġġeriti fuq perijodu twil, il-Kummissjoni għandha tqis rispons politiku xieraq, inkluż, jekk ikun xieraq, il-preżentazzjoni ta’ proposta leġislattiva biex tindirizza dawn l-effetti. Il-Kummissjoni għandha, permezz tar-rapport tagħha msemmi fl-Artikolu 15, iżżomm lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill infurmati f’dan ir-rigward.

5.   Din id-Direttiva ma tkoprix ir-riskji li jirriżultaw minn kuntatt ma’ kundutturi li fihom il-kurrent.

6.   Mingħajr preġudizzju għal dispożizzjonijiet iżjed stretti jew iżjed speċifiċi inklużi f’din id-Direttiva, id-Direttiva 89/391/KEE għandha tkompli tapplika bis-sħiħ għall-qasam kollu msemmi fil-paragrafu 1.

Artikolu 2

Definizzjonijiet

Għall-finijiet ta’ din id-Direttiva, għandhom japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:

(a)

“kampi elettromanjetiċi” tfisser kampi statiċi elettriċi, statiċi manjetiċi u kampi elettriċi, manjetiċi u elettromanjetiċi li jvarjaw mal-ħin, bi frekwenzi li jaslu sa 300 GHz;

(b)

“effetti bijofiżiċi diretti” tfisser effetti fuq il-ġisem tal-bniedem ikkaġunati direttament mill-preżenza tiegħu f’kamp elettromanjetiku, inklużi:

(i)

effetti termali, bħat-tisħin tat-tessut permezz tal-assorbiment tal-enerġija minn kampi elettromanjetiċi fit-tessut;

(ii)

effetti mhux termali, bħall-istimular tal-muskoli, in-nervituri jew l-organi tas-sensi. Dawn l-effetti jista’ jkollhom effett detrimentali fuq is-saħħa mentali u fiżika tal-ħaddiema esposti. Barra minn hekk, l-istimular tal-organi tas-sensi jista’ jwassal għal sintomi temporanji bħal sturdament jew fosfeni. Dawn l-effetti jistgħu joħolqu disturb temporanju jew jaffettwaw il-konjizzjoni jew funzjonijiet oħra tal-moħħ jew il-muskoli u għalhekk jistgħu jaffettwaw l-abbiltà ta’ ħaddiem li jaħdem b’mod sigur (jiġifieri riskji għas-sigurtà); u

(iii)

kurrenti fir-riġlejn u d-dirgħajn;

(c)

“effetti indiretti” tfisser effetti, kkaġunati mill-preżenza ta’ oġġett f’kamp elettromanjetiku, li jistgħu jsiru l-kawża ta’ periklu għas-sigurtà jew is-saħħa, bħal:

(i)

l-interferenza ma’ tagħmir u apparat elettroniku mediku, inklużi pacemakers kardijaċi u tagħmir ieħor impjantat jew tagħmir mediku li jintlibes fuq il-ġisem;

(ii)

ir-riskju ta’ projettili minn oġġetti ferromanjetiċi f’kampi manjetiċi statiċi;

(iii)

l-inizjazzjoni ta’ tagħmir elettrosplussiv (detonaturi);

(iv)

nirien u splużjonijiet li jirriżultaw mit-tqabbid ta’ materjali li jieħdu n-nar permezz ta’ xrar ikkawżat minn kampi indotti, kurrenti ta’ kuntatt jew skariki ta’ xrar; kif ukoll

(v)

kurrenti ta’ kuntatt;

(d)

“valuri ta’ limitu ta’ espożizzjoni (ELVs)” tfisser valuri stabbiliti fuq il-bażi ta’ kunsiderazzjonijiet bijofiżiċi u bijoloġiċi, b’mod partikolari fuq il-bażi ta’ effetti diretti u akuti għal terminu qasir li huma stabbiliti sew xjentifikament, jiġifieri, l-effetti termali u l-istimulazzjoni elettrika tat-tessuti;

(e)

“ELVs relatati mal-effetti fuq is-saħħa” tfisser dawk l-ELVs li, jekk jinqabżu, il-ħaddiema jistgħu jkunu soġġetti għal effetti negattivi fuq is-saħħa, bħat-tisħin termali jew l-istimulazzjoni tas-tessuti tan-nervituri u tal-muskoli;

(f)

“ELVs relatati mal-effetti fuq is-sensi” tfisser dawk l-ELVs li, jekk jinqabżu, il-ħaddiema jistgħu jkunu soġġetti għal perċezzjonijiet tas-sensi temporanjament disturbati u tibdil minuri fil-funzjonijiet tal-moħħ;

(g)

“livelli ta’ azzjoni (ALs)” tfisser livelli operattivi stabbiliti għall-fini tas-simplifikazzjoni tal-proċess tal-wiri tal-konformità mal-ELVs rilevanti jew, fejn adatt, biex jittieħdu miżuri rilevanti ta’ protezzjoni jew prevenzjoni speċifikati f’din id-Direttiva.

It-terminoloġija rigward l-AL użata fl-Anness II hija kif ġej:

(i)

għal kampi elettriċi, “ALs baxxi” u “ALs għoljin” ifissru livelli relatati mal-miżuri speċifiċi ta’ protezzjoni jew prevenzjoni speċifikati f’din id-Direttiva; kif ukoll

(ii)

għal kampi manjetiċi, “ALs baxxi” tfisser livelli tal-ELVs relatati mal-effetti fuq is-sensi u “ALs għoljin” tfisser livelli tal-ELVs relatati mal-effetti fuq is-saħħa.

Artikolu 3

Valuri ta’ limitu ta’ espożizzjoni u livelli ta’ azzjoni

1.   Il-kwantitajiet fiżiċi dwar l-espożizzjoni għall-kampi elettromanjetiċi huma indikati fl-Anness I. L-ELVs relatati mal-effetti fuq is-saħħa, l-ELVs relatati mal-effetti fuq is-sensi u l-ALs huma stabbiliti fl-Annessi II u III.

2.   L-Istati Membri għandhom jirrikjedu li min iħaddem jiżgura li l-espożizzjoni tal-ħaddiema għall-kampi elettromanjetiċi tkun limitata għall-ELVs relatati mal-effetti fuq is-saħħa u l-ELVs relatati mal-effetti fuq is-sensi stabbiliti fl-Anness II, għal effetti mhux termali, u fl-Anness III, għall-effetti termali. Il-konformità mal-ELVs relatati mal-effetti fuq is-saħħa u l-ELVs relatati mal-effetti fuq is-sensi għandha tiġi stabbilita bl-użu ta’ proċeduri ta’ evalwazzjoni rilevanti relatati mal-espożizzjoni u msemmija fl-Artikolu 4. Fejn l-espożizzjoni ta’ ħaddiema għal kampi elettromanjetiċi taqbeż l-ELVs, min iħaddem għandu jieħu azzjoni immedjata f’konformità mal-Artikolu 5(8).

3.   Għall-fini ta’ din id-Direttiva, meta jintwera li l-ALs rilevanti stabbiliti fl-Anness II u III ma jkunux qed jinqabżu, min iħaddem għandu jitqies li jkun konformi mal-ELVs relatati mal-effetti fuq is-saħħa u l-ELVs relatati mal-effetti fuq is-sensi. Fejn l-espożizzjoni taqbeż l-ALs, min iħaddem għandu jieħu azzjoni f’konformità mal-Artikolu 5(2), ħlief jekk l-evalwazzjoni mwettqa f’konformità mal-Artikolu 4(1), (2) u (3) turi li l-ELVs rilevanti ma nqabżux u li jistgħu jiġu esklużi kwalunkwe riskji għas-sigurtà.

Minkejja l-ewwel subparagrafu, l-espożizzjoni tista’ taqbeż:

(a)

ALs baxxi għal kampi elettriċi (Anness II, Tabella B1), fejn dan ikun iġġustifikat mill-prattika jew mill-proċess, dment li l-ELVs relatati mal-effetti fuq is-sensi (Anness IIa, Tabella A3) ma jinqabżux; jew

(i)

l-ELVs relatati mal-effetti fuq is-saħħa (Anness II, Tabella A2) ma jinqabżux;

(ii)

l-iskariki eċċessivi tax-xrar u l-kurrenti ta’ kuntatt (Anness II, Tabella B3) jiġu pprevenuti permezz ta’ miżuri speċifiċi ta’ protezzjoni kif stabbilit fl-Artikolu 5(6); kif ukoll

(iii)

tkun ingħatat informazzjoni lill-ħaddiema dwar is-sitwazzjonijiet imsemmija fil-punt (f) tal-Artikolu 6;

(b)

ALs baxxi għal kampi manjetiċi (Anness II, Tabella B2), fejn dan ikun iġġustifikat mill-prattika jew il-proċess, inkluż fir-ras u t-torso, matul ix-xift, dment li l-ELVs relatati mal-effetti fuq is-sensi (Anness II, Tabella A3) ma jinqabżux; jew

(i)

l-ELVs relatati mal-effetti fuq is-sensi jinqabżu temporanjament biss;

(ii)

l-ELVs relatati mal-effetti fuq is-saħħa (Anness II, Tabella A2) ma jinqabżux;

(iii)

tittieħed azzjoni, f’konformità mal-Artikolu 5(9), fejn ikun hemm sintomi temporanji skont il-punt (a) ta’ dak il-paragrafu; u

(iv)

tkun ingħatat informazzjoni lill-ħaddiema dwar is-sitwazzjonijiet imsemmija fil-punt (f) tal-Artikolu 6;

4.   Minkejja l-paragrafi 2 u 3, l-espożizzjoni tista’ taqbeż:

(a)

l-ELVs relatati mal-effetti fuq is-sensi (Anness II, Tabella A1) matul ix-xift, fejn dan ikun iġġustifikat mill-prattika jew il-proċess, dment li:

(i)

jinqabżu b’mod temporanju biss;

(ii)

l-ELVs relatati mal-effetti fuq is-saħħa (Anness II, Tabella A1) ma jinqabżux;

(iii)

ikunu ttieħdu miżuri ta’ protezzjoni speċifiċi f’konformità mal-Artikolu 5(7);

(iv)

tittieħed azzjoni f’konformità mal-Artikolu 5(9), fejn ikun hemm sintomi temporanji taħt il-punt (b) ta’ dak il-paragrafu; u

(v)

tkun ingħatat informazzjoni lill-ħaddiema dwar is-sitwazzjonijiet imsemmija fil-punt (f) tal-Artikolu 6;

(b)

l-ELVs relatati mal-effetti fuq is-sensi (Anness II, Tabella A3 u Anness III, Tabella A2) matul ix-xift, fejn dan ikun iġġustifikat mill-prattika jew il-proċess, dment li:

(i)

jinqabżu b’mod temporanju biss;

(ii)

l-ELVs relatati mal-effetti fuq is-saħħa (Anness II, Tabella A2 u Anness III, Tabella A1 u Tabella A3) ma jinqabżux;

(iii)

tittieħed azzjoni f’konformità mal-Artikolu 5(9), fejn ikun hemm sintomi temporanji taħt il-punt (a) ta’ dak il-paragrafu; u

(iv)

tkun ingħatat informazzjoni lill-ħaddiema dwar is-sitwazzjonijiet imsemmija fil-punt (f) tal-Artikolu 6;

KAPITOLU II

OBBLIGI TA’ MIN IĦADDEM

Artikolu 4

Evalwazzjoni tar-riskji u determinazzjoni tal-espożizzjoni

1.   Fit-twettiq tal-obbligi stabbiliti fl-Artikolu 6(3) u 9(1) tad-Direttiva 89/391/KEE, min iħaddem għandu jevalwa r-riskji kollha għall-ħaddiema li jirriżultaw mill-kampi elettromanjetiċi fil-post tax-xogħol u, jekk meħtieġ, ikejjel jew jikkalkula l-livelli tal-kampi elettromanjetiċi li għalihom ikunu esposti l-ħaddiema.

Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 10 tad-Direttiva 89/391/KEE u l-Artikolu 6 ta’ din id-Direttiva, dik l-evalwazzjoni tista’ ssir pubblika fuq talba skont il-liġijiet rilevanti tal-Unjoni u dawk nazzjonali. B’mod partikolari, fil-każ tal-ipproċessar tad-data personali tal-impjegati matul din l-evalwazzjoni, kull pubblikazzjoni għandha tikkonforma mad-Direttiva 95/46/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta’ Ottubru 1995 dwar il-protezzjoni ta’ individwi fir-rigward tal-ipproċessar ta’ data personali u dwar il-moviment liberu ta’ dik id-data (9) u l-liġijiet nazzjonali tal-Istati Membri li jimplimentaw dik id-Direttiva. Sakemm ma jkunx hemm interess pubbliku prevalenti fl-iżvelar, l-awtoritajiet pubbliċi li jkunu fil-pussess ta’ kopja tal-evalwazzjoni jistgħu jirrifjutaw talba għaliha jew talba biex jagħmluha pubblika, jekk l-iżvelar ikun idgħajjef il-protezzjoni tal-interessi kummerċjali ta’ min iħaddem, inklużi dawk marbuta mal-proprjetà intellettwali. Min iħaddem jista’ jirrifjuta li jiżvela jew jippubblika l-evalwazzjoni taħt l-istess kundizzjonijiet skont il-liġijiet rilevanti tal-Unjoni u dawk nazzjonali.

2.   Għall-fini tal-evalwazzjoni prevista fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu min iħaddem għandu jidentifika u jevalwa l-kampi elettromanjetiċi fil-post tax-xogħol, billi jieħu kont tal-gwida rilevanti msemmija fl-Artikolu 14 u standards jew linji gwida oħrajn rilevanti pprovduti mill-Istat Membru kkonċernat, inklużi bażijiet ta’ data dwar l-espożizzjoni. Minkejja l-obbligi ta’ min iħaddem taħt dan l-Artikolu, min iħaddem għandu wkoll ikun intitolat, fejn rilevanti, li jikkunsidra l-livelli ta’ emissjoni u data adatta oħra relatata mas-sigurtà pprovduta mill-manifattur jew id-distributur, dwar it-tagħmir, f’konformità mal-liġi rilevanti tal-Unjoni, inkluża evalwazzjoni tar-riskji, jekk applikabbli għall-kundizzjonijiet ta’ espożizzjoni fil-post tax-xogħol jew il-post tal-istallazzjoni.

3.   Jekk il-konformità mal-ELVs ma tistax tiġi ddeterminata b’mod affidabbli abbażi ta’ informazzjoni aċċessibbli faċilment, l-evalwazzjoni tal-espożizzjoni għandha titwettaq abbażi ta’ kejl jew kalkoli. F’każ bħal dan, l-evalwazzjoni għandha tikkunsidra l-inċertezzi li jikkonċernaw il-kejl jew il-kalkoli, bħall-iżbalji fin-numri, l-immudellar tas-sors, il-ġeometrija fantażma u l-proprjetajiet elettriċi ta’ tessuti u materjali iddeterminati f’konformità ma’ prattika tajba rilevanti.

4.   L-evalwazzjoni, il-kejl u/jew il-kalkoli msemmija fil-paragrafi 1, 2 u 3 ta’ dan l-Artikolu għandhom jiġu ppjanati u mwettqa minn servizzi jew persuni kompetenti f’intervalli adatti, b’kunsiderazzjoni tal-gwida mogħtija taħt din id-Direttivau b’kunsiderazzjoni partikolari tal-Artikolu 7 u 11 tad-Direttiva 89/391/KEE li tikkonċerna s-servizzi jew il-persuni kompetenti meħtieġa u l-konsultazzjoni u l-parteċipazzjoni tal-ħaddiema. Id-data miksuba mill-evalwazzjoni, il-kejl jew il-kalkoli tal-livell ta’ espożizzjoni għandha tiġi ppreservata f’forma traċċabbli adatta sabiex tippermetti konsultazzjoni fi stadju iktar tard, skont il-liġi u l-prattika nazzjonali.

5.   Meta jkun qed iwettaq l-evalwazzjoni tar-riskju skont l-Artikolu 6(3) tad-Direttiva 89/391/KEE, min iħaddem għandu jagħti attenzjoni partikolari għal dan li ġej:

(a)

l-ELVs relatati mal-effetti fuq is-saħħa, l-ELVs relatati mal-effetti fuq is-sensi u l-ALs imsemmija fl-Artikolu 3 u l-Annessi II u III għal din id-Direttiva;

(b)

il-frekwenza, il-livell, id-dewmien u t-tip ta’ espożizzjoni, inkluża d-distribuzzjoni fuq il-ġisem tal-ħaddiema u fuq il-volum tal-post tax-xogħol;

(c)

kwalunkwe effett bijofiżiku dirett;

(d)

kwalunkwe effett fuq is-saħħa u s-sigurtà tal-ħaddiema f’riskju partikolari, b’mod partikolari l-ħaddiema li jkollhom tagħmir mediku impjantat attiv jew passiv, bħal pacemakers kardijaċi, ħaddiema b’tagħmir mediku li jintlibes fuq il-ġisem, bħal pompi tal-insulina, u l-ħaddiema li jkunu tqal;

(e)

kwalunkwe effett indirett;

(f)

l-eżistenza ta’ tagħmir ta’ sostituzzjoni maħsub sabiex inaqqas il-livell ta’ espożizzjoni għall-kampi elettromanjetiċi;

(g)

informazzjoni xierqa miksuba mis-sorveljanza tas-saħħa msemmija fl-Artikolu 8;

(h)

informazzjoni pprovduta mill-manifattur tat-tagħmir;

(i)

informazzjoni oħra rilevanti relatata mas-saħħa u s-sigurtà;

(j)

sorsi multipli ta’ espożizzjoni;

(k)

espożizzjoni simultanja għall-kampi ta’ frekwenza multipla.

6.   Mhux meħtieġ li l-evalwazzjoni tal-espożizzjoni titwettaq fil-postijiet tax-xogħol miftuħin għall-pubbliku, jekk tkun diġà twettqet evalwazzjoni f’konformità mad-dispożizzjonijiet dwar il-limitazzjoni tal-espożizzjoni tal-pubbliku ġenerali għall-kampi elettromanjetiċi, jekk ir-restrizzjonijiet speċifikati f’dawk id-dispożizzjonijiet ikunu rrispettati għall-ħaddiema u jekk jiġu esklużi r-riskji għas-saħħa u s-sigurtà. Dawn il-kondizzjonijiet jitqiesu li huma rrispettati meta tagħmir maħsub għall-użu pubbliku jkun qiegħed jintuża skont kif inhu maħsub u jkun jikkonforma mal-liġi tal-Unjoni dwar il-prodotti li tistabbilixxi livelli ta’ sigurtà aktar stretti minn dawk previsti minn din id-Direttiva, u ma jkun qed jintuża ebda tagħmir ieħor.

7.   Min iħaddem għandu jkun fil-pussess ta’ evalwazzjoni tar-riskji f’konformità mal-Artikolu 9(1)(a) tad-Direttiva 89/391/KEE u għandu jidentifika liema miżuri għandhom jittieħdu f’konformità mal-Artikolu 5 ta’ din id-Direttiva. L-evalwazzjoni tar-riskju tista’ tinkludi ir-raġunijiet għalfejn min iħaddem iqis li n-natura u l-limitu tar-riskji relatati mal-kampi elettromanjetiċi jagħmlu evalwazzjoni dettaljata oħra tar-riskji mhux meħtieġa. L-evalwazzjoni tar-riskju għandha tiġi aġġornata fuq bażi regolari, b’mod parikolari jekk ikun hemm tibdil sinifikanti li minħabba fih tkun skadiet, jew jekk ir-riżultati tas-sorveljanza tas-saħħa msemmija fl-Artikolu 8 juru li dan ikun meħtieġ.

Artikolu 5

Dispożizzjonijiet immirati għall-evitar jew it-tnaqqis tar-riskji

1.   B’kunsiderazzjoni tal-progress tekniku u d-disponibbiltà tal-miżuri għall-kontroll tal-produzzjoni ta’ kampi elettromanjetiċi fis-sors, min iħaddem għandu jieħu l-azzjonijiet meħtieġa biex jiżgura li r-riskji li jinħolqu mill-kampi elettromanjetiċi fil-post tax-xogħol jiġu eliminati jew imnaqqsa għal livell minimu.

It-tnaqqis tar-riskji li jinħolqu minn espożizzjoni għall-kampi elettromanjetiċi għandu jkun ibbażat fuq il-prinċipji ġenerali ta’ prevenzjoni stabbiliti fl-Artikolu 6(2) tad-Direttiva 89/391/KEE.

2.   Fuq il-bażi tal-evalwazzjoni tar-riskju msemmija fl-Artikolu 4, ladarba l-ALs rilevanti, msemmija fl-Artikolu 3 u fl-Annessi II u III, jinqabżu u ħlief jekk l-evalwazzjoni mwettqa skont l-Artikolu 4(1), (2) u (3) turi li l-ELVs rilevanti ma jkunux qegħdin jinqabżu u li r-riskji tas-sigurtà jistgħu jiġu esklużi, min iħaddem għandu joħloq u jimplimenta pjan ta’ azzjoni li jkun jinkludi miżuri tekniċi u/jew organizzattivi għall-prevenzjoni ta’ espożizzjoni ogħla mill-ELVs relatati mal-effetti fuq is-saħħa u l-ELVs relatati mal-effetti fuq is-sensi, b’konsiderazzjoni b’mod partikolari ta’:

(a)

metodi oħra ta’ ħidma li jinvolvu inqas espożizzjoni għal kampi elettromanjetiċi;

(b)

l-għażla ta’ tagħmir li jarmi kampi elettromanjetiċi inqas intensi, b’kunsiderazzjoni tax-xoghol li għandu jsir;

(c)

miżuri tekniċi għat-tnaqqis tal-emissjoni ta’ kampi elettromanjetiċi, inkluż, fejn meħtieġ, l-użu ta’ apparat li jippermetti l-ibblokkjar, ilqugħ jew mekkaniżmi simili għall-ħarsien tas-saħħa;

(d)

miżuri adatti ta’ delimitazzjoni u aċċess, bħal sinjali, tikketti, marki fl-art, ilqugħ, li jillimitaw jew jikkontrollaw l-aċċess;

(e)

f’każ ta’ espożizzjoni għall-kampi elettriċi, miżuri u proċeduri biex jimmaniġġjaw skariki ta’ xrar u kurrenti ta’ kuntatt permezz ta’ mezzi tekniċi u permezz tat-taħriġ tal-ħaddiema;

(f)

programmi xierqa ta’ manutenzjoni għat-tagħmir tax-xogħol, il-postijiet tax-xogħol u s-sistemi tal-istazzjon tax-xogħol;

(g)

id-disinn u l-arranġament tal-postijiet tax-xogħol u l-istazzjonijiet tax-xogħol;

(h)

il-limitu tad-dewmien u l-intensità tal-espożizzjoni; kif ukoll

(i)

id-disponibbiltà ta’ tagħmir ta’ protezzjoni personali adegwat.

3.   Abbażi tal-evalwazzjoni tar-riskju msemmija fl-Artikolu 4, min iħaddem għandu joħloq u jimplimenta pjan ta’ azzjoni li għandu jinkludi miżuri tekniċi u/jew organizzattivi għall-prevenzjoni ta’ kwalunkwe riskju għall-ħaddiema f’riskju partikolari, u kwalunkwe riskju minħabba l-effetti indiretti, imsemmija fl-Artikolu 4.

4.   Barra milli jipprovdi l-informazzjoni stipulata fl-Artikolu 6 ta’ din id-Direttiva, min iħaddem għandu, skont l-Artikolu 15 tad-Direttiva 89/391/KEE, jadatta l-miżuri msemmija f’dan l-Artikolu għar-rekwiżiti tal-ħaddiema f’riskju partikolari u, fejn ikun applikabbli, għall-evalwazzjoni individwali tar-riskji, b’mod partikolari fir-rigward ta’ ħaddiema li jkunu ddikjaraw l-użu ta’ tagħmir mediku impjantat attiv jew passiv, bħal pacemakers kardijaċi jew l-użu ta’ tagħmir mediku li jintlibes fuq il-ġisem, bħal pompi tal-insulina, jew fir-rigward ta’ ħaddiema nisa tqal li jkunu nfurmaw lil min iħaddimhom bil-kundizzjoni tagħhom.

5.   Fuq il-bażi tal-evalwazzjoni tar-riskju msemmija fl-Artikolu 4, il-postijiet tax-xogħol fejn il-ħaddiema x’aktarx jiġu esposti għal kampi elettromanjetiċi li jaqbżu l-ALs għandhom jiġu indikati permezz ta’ sinjali xierqa skont l-Annessi II u III u d-Direttiva tal-Kunsill 92/58/KEE tal-24 ta’ Ġunju 1992 dwar il-ħtiġijiet minimi għall-provvista ta’ sinjali tas-sigurtà u/jew tas-saħħa fuq ix-xogħol (id-disa’ Direttiva individwali skont l-Artikolu 16(1) tad-Direttiva 89/391/KEE) (10). Iż-żoni inkwistjoni għandhom jiġu identifikati u l-aċċess għalihom għandu jiġi limitat kif xieraq. Fejn l-aċċess għal dawn iż-żoni jiġi ristrett kif adatt għal raġunijiet oħra u l-ħaddiema jiġu infurmati dwar ir-riskji li jirriżultaw mill-kampi elettromanjetiċi, is-sinjali u r-restrizzjonijiet għall-aċċess speċifiċi għall-kampi elettromanjetiċi ma għandhomx ikunu meħtieġa.

6.   Fejn japplika l-Artikolu 3(3)(a), għandhom jittieħdu miżuri speċifiċi ta’ protezzjoni, bħal taħriġ ta’ ħaddiema f’konformità mal-Artikolu 6 u l-użu ta’ mezzi tekniċi u protezzjoni personali, pereżempju l-ertjar ta’ oġġetti tax-xogħol, l-irbit ta’ oġġetti tax-xogħol mal-ħaddiema (irbit ekwipotenzjali) u, fejn ikun xieraq u f’konformità mal-Artikolu 4(1)(a) tad-Direttiva tal-Kunsill 89/656/KEE tat-30 ta’ Novembru 1989 dwar il-ħtiġiet minimi ta’ sigurtà u ta’ saħħa għall-użu ta’ tagħmir ta’ protezzjoni personali mill-ħaddiema fuq il-post tax-xogħol (it-tielet Direttiva individwali fi ħdan it-tifsira tal-Artikolu 16(1) tad-Direttiva 89/391/KEE) (11), l-użu ta’ żraben, ingwanti u ilbies protettiv iżolanti.

7.   Fejn japplika l-Artikolu 3(4)(a), għandhom jittieħdu miżuri speċifiċi ta’ protezzjoni, bħal movimenti ta’ kontroll.

8.   Il-ħaddiema ma għandhomx ikunu esposti għal effetti ogħla mill-ELVs relatati mal-effetti fuq is-sensi u l-ELVs relatati mal-effetti fuq is-saħħa, ħlief jekk jintlaħqu l-kundizzjonijiet skont l-Artikolu 10(1)(a) jew (c) jew l-Artikolu 3(3) jew (4). Jekk, minkejja l-miżuri meħuda minn min iħaddem, l-ELVs relatati mal-effetti fuq is-saħħa u l-ELVs relatati mal-effetti fuq is-sensi jinqabżu, min iħaddem għandu jieħu azzjoni immedjata sabiex inaqqas l-espożizzjoni sakemm jintlaħaq livell taħt l-ELVs. Min iħaddem għandu jidentifika u jirrekordja r-raġunijiet għaliex l-ELVs relatati mal-effetti fuq is-saħħa u l-ELVs relatati mal-effetti fuq is-sensi jkunu nqabżu, u għandu jemenda l-miżuri ta’ protezzjoni u prevenzjoni skont il-każ sabiex jipprevjeni li jerġgħu jinqabżu. Il-miżuri emendati dwar il-protezzjoni u l-prevenzjoni għandhom jiġu ppreżervati f’forma xierqa traċċabbli sabiex tippermetti l-konsultazzjoni fi stadju ulterjuri, skont il-liġi u l-prattika nazzjonali.

9.   Fejn japplikaw il-paragrafi 3 u 4 tal-Artikolu 3 u fejn il-ħaddiem jirrapporta sintomi temporanji, min iħaddem għandu jaġġorna, jekk meħtieġ, l-evalwazzjoni tar-riskji u l-miżuri ta’ prevenzjoni. Is-sintomi temporanji jistgħu jinkludu:

(a)

perċezzjonijiet tas-sensi u effetti fil-funzjonament tas-sistema ċentrali tan-nervituri fir-ras evokati minn kampi manjetiċi li jvarjaw mal-ħin; kif ukoll

(b)

effetti tal-kamp manjetiku statiku, bħal sturdament u nawsja.

Artikolu 6

L-għotja ta’ informazzjoni u taħriġ lill-ħaddiema

Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 10 u 12 tad-Direttiva 89/391/KEE, min iħaddem għandu jiżgura li l-ħaddiema li x’aktarx ikunu esposti għal riskji minn kampi elettromanjetiċi fuq ix-xogħol u/jew ir-rappreżentanti tagħhom jirċievu kwalunkwe informazzjoni u taħriġ meħtieġ relatat mal-eżitu tal-evalwazzjoni tar-riskji prevista fl-Artikolu 4 ta’ din id-Direttiva, li jikkonċernaw b’mod partikolari:

(a)

il-miżuri meħuda għall-applikazzjoni ta’ din id-Direttiva;

(b)

il-valuri u l-kunċetti tal-ELVs u l-ALs, ir-riskji possibbli assoċjati u l-miżuri preventivi meħuda;

(c)

l-effetti indiretti possibbli tal-espożizzjoni;

(d)

ir-riżultati tal-evalwazzjoni, il-kejl jew il-kalkoli tal-livelli tal-espożizzjoni għal kampi elettromanjetiċi mwettqin f’konformità mal-Artikolu 4 ta’ din id-Direttiva;

(e)

kif għandhom jiġu skoperti l-effetti avversi għas-saħħa tal-espożizzjoni u kif għandhom jiġu rrapurtati;

(f)

il-possibbiltà ta’ sintomi u sensazzjonijiet temporanji relatati mal-effetti fis-sistema ċentrali jew periferali tan-nervituri;

(g)

iċ-ċirkostanzi li fihom il-ħaddiema huma intitolati għas-sorveljanza tas-saħħa;

(h)

prattiċi tal-ħidma siguri sabiex jiġu minimizzati r-riskji li jirriżultaw minn espożizzjoni;

(i)

il-ħaddiema f’riskju partikolari, kif imsemmi fl-Artikolu 4(5)(d) u l-Artikolu 5(3) u (4) ta’ din id-Direttiva.

Artikolu 7

Konsultazzjoni u parteċipazzjoni tal-ħaddiema

Il-konsultazzjoni u l-parteċipazzjoni tal-ħaddiema u/jew ir-rappreżentanti tagħhom għandhom isiru skont l-Artikolu 11 tad-Direttiva 89/391/KEE.

KAPITOLU III

DISPOŻIZZJONIJIET MIXXELLANJI

Artikolu 8

Sorveljanza tas-saħħa

1.   Bl-għan li jsiru prevenzjoni u dijanjożi bikrija ta’ kwalunkwe effett negattiv fuq is-saħħa minħabba espożizzjoni għal kampi elettromanjetiċi, għandha ssir sorveljanza tas-saħħa xierqa skont l-Artikolu 14 tad-Direttiva 89/391/KEE. Ir-rekords tas-saħħa u d-disponibilità tagħhom għandhom jiġu pprovduti skont il-liġi u/jew il-prattika nazzjonali.

2.   F’konformità mal-liġi u l-prattika nazzjonali, ir-riżultati tas-sorveljanza tas-saħħa għandhom jinżammu f’forma adatta sabiex tkun tista’ ssir konsultazzjoni f’data iktar tard, u jkunu suġġetti għal konformità mar-rekwiżiti tal-kunfidenzjalità. Il-ħaddiema individwali, fuq talba tagħhom, għandu jkollhom aċċess għar-rekords personali dwar saħħithom.

Jekk effett tas-saħħa mhux mixtieq jew mhux mistenni jiġi rrappurtat minn ħaddiem, jew fi kwalunkwe każ meta tinstab l-espożizzjoni ogħla mill-ELVs, min iħaddem għandu jiżgura li jiġu pprovduti eżamijiet mediċi xierqa jew sorveljanza tas-saħħa individwali lill-ħaddiem(a) kkonċernat(i), skont il-liġi u l-prattika nazzjonali.

Tali eżamijiet jew sorveljanza għandhom isiru disponibbli matul is-sigħat magħżula mill-ħaddiem, u kwalunkwe spiża li tirriżulta minnha m’għandhiex titħallasmill-ħaddiem.

Artikolu 9

Pieni

L-Istati Membri għandhom jipprevedu pieni adegwati applikabbli fil-każ ta’ ksur tal-leġislazzjoni nazzjonali adottata skont din id-Direttiva. Dawn il-pieni għandhom ikunu effettivi, proporzjonati u dissważivi.

Artikolu 10

Derogi

1.   B’deroga mill-Artikolu 3, iżda mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 5(1), għandu japplika dan li ġej:

(a)

l-espożizzjoni tista’ taqbeż l-ELVs jekk l-espożizzjoni tkun relatata mal-istallazzjoni, l-ittestjar, l-użu, l-iżvilupp, il-manutenzjoni ta’ tagħmir ta’ magnetic resonance imaging (MRI) jew ir-riċerka relatata miegħu għal pazjenti fis-settur tas-saħħa, kemm-il darba l-kundizzjonijiet kollha li ġejjin jiġu rispettati:

(i)

l-evalwazzjoni tar-riskji mwettqa f’konformità mal-Artikolu 4 tkun uriet li l-ELVs inqabżu;

(ii)

b’kunsiderazzjoni tal-iżvilupp xjentifiku aġġornat, ikunu ġew applikati l-miżuri tekniċi u/jew organizzattivi kollha;

(iii)

iċ-ċirkustanzi jiġġustifikaw kif jistħoqq il-qbiż tal-ELVs;

(iv)

ikunu tqiesu l-karatteristiċi tal-post tax-xogħol, it-tagħmir tax-xogħol, jew il-prattiċi tax-xogħol; u

(v)

min iħaddem juri li l-ħaddiema għadhom protetti kontra l-effetti negattivi fuq is-saħħa u kontra r-riskji relatati mas-sigurtà, inkluż bl-iżgurar li l-istruzzjonijiet għall-użu sigur ipprovduti mill-manifattur f’konformità mad-Direttiva tal-Kunsill 93/42/KEE tal-14 ta’ Ġunju 1993 dwar tagħmir mediku (12) jiġu segwiti;

(b)

l-Istati Membri jistgħu jippermettu li tiġi implimentata sistema ta’ protezzjoni ekwivalenti jew aktar speċifika għall-membri tal-persunal li jaħdmu f’istallazzjonijiet militari operattivi jew involuti f’attivitajiet militari, inkluż f’eżerċizzji militari internazzjonali konġunti, dment li l-effetti negattivi fuq is-saħħa u r-riskji relatati mas-sigurtà ikunu kkontrollati;

(c)

l-Istati Membri jistgħu jippermettu, f’ċirkostanzi debitament ġustifikati u biss dment li jibqgħu ġustifikati, li jinqabżu temporanjament l-ELVs f’setturi speċifiċi jew għal attivitajiet speċifiċi li jaqgħu barra l-kamp ta’ applikazzjoni tal-punti (a) u (b). Għall-għanijiet ta’ dan il-punt, “ċirkostanzi debitament ġustifikati” għandha tfisser iċ-ċirkostanzi li fihom jiġu rispettati l-kondizzjonijiet li ġejjin:

(i)

l-evalwazzjoni tar-riskju mwettqa f’konformità mal-Artikolu 4 tkun uriet li l-ELVs inqabżu;

(ii)

b’kunsiderazzjoni tal-iżvilupp xjentifiku aġġornat, ikunu ġew applikati l-miżuri tekniċi u/jew organizzattivi kollha;

(iii)

il-karatteristiċi speċifiċi tal-post tax-xogħol, it-tagħmir tax-xogħol, jew il-prattiċi tax-xogħol ikunu ġew ikkunsidrati; kif ukoll

(iv)

min iħaddem juri li l-ħaddiema għadhom protetti kontra l-effetti negattivi fuq is-saħħa u r-riskji relatati mas-sigurtà, inkluż bl-użu ta’ standards u linji gwida komparabbli, aktar speċifiċi u rikonoxxuti internazzjonalment.

2.   L-Istati Membri għandhom jinformaw lill-Kummissjoni bi kwalunkwe deroga skont il-punti (b) u (c) tal-paragrafu 1 u jagħtu r-raġunijiet li jiġġustifikawhom fir-rapport imsemmi fl-Artikolu 15.

Artikolu 11

Emendi tekniċi għall-Annessi

1.   Il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta atti delegati skont l-Artikolu 12, sabiex temenda, b’mod purament tekniku, l-Annessi, sabiex:

(a)

titqies l-adozzjoni ta’ regolamenti u direttivi fil-qasam tal-armonizzazzjoni u l-istandardizzazzjoni tekniċi rigward id-disinn, il-bini, il-manifattura jew il-kostruzzjoni ta’ tagħmir tax-xogħol jew postijiet tax-xogħol;

(b)

jitqiesu l-progress tekniku, it-tibdil fl-istandards jew l-ispeċifikazzjonijiet rilevanti, u sejbiet xjentifiċi ġodda li jikkonċernaw il-kampi elettromanjetiċi;

(c)

isiru aġġustamenti tal-ALs fejn ikun hemm evidenza xjentifika ġdida, bil-kundizzjoni li min iħaddem jibqa marbut bl-ELVs eżistenti stipulati fl-Annessi II u III,

2.   Il-Kummissjoni għandha tadotta att delegat, skont l-Artikolu 12, sabiex iddaħħal fl-Anness II, malli jkunu disponibbli, linji gwida tal-ICNIRP biex tiġi limitata l-espożizzjoni għall-kampi elettromanjetiċi indotti mill-moviment tal-ġisem tal-bniedem f’kamp manjetiku statiku u permezz ta’ kampi manjetiċi li jvarjaw fiż-żmien li jkunu inqas minn 1 Hz.

3.   Fejn, fil-każ tal-emendi msemmija fil- paragrafi 1 u 2, raġunijiet imperativi ta’ urġenza jirrikjedu dan, il-proċedura pprovduta fl-Artikolu 13 għandha tapplika għall-atti delegati adottati skont dan l-Artikolu.

Artikolu 12

Eżerċizzju tad-delega

1.   Is-setgħa li tadotta atti delegati tingħata lill-Kummissjoni soġġett għall-kundizzjonijiet stabbiliti f’dan l-Artikolu.

2.   Il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta l-atti delegati msemmija fl-Artikolu 11 għal perijodu ta’ ħames snin mid-29 ta’ Ġunju 2013. Il-Kummissjoni għandha tfassal rapport fir-rigward tad-delega ta’ setgħa mhux aktar tard minn disa’ xhur qabel it-tmiem tal-perijodu ta’ ħames snin.Id-delega tas-setgħa għandha tiġi estiża b’mod taċitu għal perjodi ta’ tul identiku, sakemm il-Parlament Ewropew jew il-Kunsill ma jopponix tali estensjoni mhux aktar tard minn tliet xhur qabel it-tmiem kull perijodu.

3.   Id-delega tas-setgħat imsemmija fl-Artikolu 11 tista’ tiġi revokata fi kwalunkwe żmien mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill. Deċiżjoni ta’ revoka għandha ttemm id-delega tas-setgħa speċifikata f’dik id-deċiżjoni. Għandha tidħol fis-seħħ fil-jum wara l-pubblikazzjoni tad-deċiżjoni f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea jew f’data iktar tard speċifikata fih. M’għandhiex taffettwa l-validità ta’ kwalunkwe att delegat li diġà jkun fis-seħħ.

4.   Hekk kif tadotta att delegat, il-Kummissjoni għandha tinnotifikah simultanjament lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill.

5.   Att iddelegat adottat skont l-Artikolu 11 għandu jidħol fis-seħħ biss jekk ma tiġix espressa oġġezzjoni mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill fi żmien perijodu ta’ xahrejn min-notifika ta’ dak l-att lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill jew jekk, qabel ma jiskadi dak il-perijodu, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill ikunu t-tnejn infurmaw lill-Kummissjoni li mhumiex sejrin joġġezzjonaw. Dak il-perijodu għandu jiġi estiż b’xahrejn fuq inizjattiva tal-Parlament Ewropew jew tal-Kunsill.

Artikolu 13

Proċedura ta’ urġenza

1.   L-atti delegati adottati taħt dan l-Artikolu għandhom jidħlu fis-seħħ mingħajr dewmien u għandhom japplikaw sakemm ma tiġi espressal-ebda oġġezzjoni skont il-paragrafu 2. In-notifika ta’ att delegat adottat lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill għandha tiddikjara r-raġunijiet għall-użu tal-proċedura ta’ urġenza li għandha tkun relatata mas-saħħa u l-protezzjoni tal-ħaddiema.

2.   Il-Parlament Ewropew jew il-Kunsill jistgħu joġġezzjonaw għal att delegat skont il-proċedura msemmija fl-Artikolu 12(5). F’każ bħal dan, il-Kummissjoni għandha tirrevoka l-att mingħajr dewmien wara n-notifika tad-deċiżjoni li ssir oġġezzjoni min-naħa tal-Parlament Ewropew jew tal-Kunsill.

KAPITOLU IV

DISPOŻIZZJONIJIET FINALI

Artikolu 14

Gwidi prattiċi

Sabiex tiġi faċilitata l-implimentazzjoni ta’ din id-Direttiva, il-Kummissjoni għandha tagħmel disponibbli gwidi prattiċi li ma jorbtux mhux inqas minn sitt xhur qabel l-1 ta’ Lulju 2016. Dawk il-gwidi prattiċi għandhom, b’mod partikolari, ikunu dwar dawn il-kwistjonijiet li ġejjin:

(a)

id-determinazzjoni tal-espożizzjoni b’kunsiderazzjoni ta’ standards adatti Ewropej jew internazzjonali, inklużi:

metodi ta’ kalkolu għall-evalwazzjoni tal-ELVs,

it-teħid tal-medja spazjali ta’ kampi elettriċi u manjetiċi esterni,

gwida biex jiġu indirizzati l-inċertezzi ta’ kejl u kalkoli;

(b)

gwida dwar il-wiri tal-konformità f’tipi speċjali ta’ espożizzjoni mhux uniformi f’sitwazzjonijiet speċifiċi, abbażi ta’ dożimetrija stabbilita sew;

(c)

id-deskrizzjoni tal-“metodu tal-massimu ppeżat” għall-kampi ta’ frekwenza baxxa u tal-“ammont totali ta’ kampi ta’ frekwenza differenti” għal kampi ta’ frekwenza għolja;

(d)

it-twettiq ta’ evalwazzjoni tar-riskji u, fejn possibbli, il-forniment ta’ tekniki ssimplifikati, b’kunsiderazzjoni, b’mod partikolari, tal-ħtiġijiet tal-SMEs;

(e)

il-miżuri mmirati li jevitaw jew inaqqsu r-riskji, inklużi miżuri speċifiċi ta’ prevenzjoni skont il-livell tal-espożizzjoni u l-karatteristiċi tal-post tax-xogħol;

(f)

l-istabbiliment ta’ proċeduri ta’ ħidma ddokumentati kif ukoll miżuri ta’ informazzjoni u taħriġ speċifiċi għall-ħaddiema esposti għal kampi elettromanjetiċi matul attivitajiet relatati mal-MRI li jaqgħu taħt il-kamp ta’ applikazzjoni tal-Artikolu 10(1)(a);

(g)

l-evalwazzjoni tal-espożizzjonijiet fil-firxa ta’ frekwenza minn 100 kHz sa 10 MHz, fejn għandhom jitqiesu kemm l-effetti termali kif ukoll dawk mhux termali.

(h)

il-gwida dwar l-eżamijiet mediċi u s-sorveljanza tas-saħħa li għandha tiġi pprovduta minn min iħaddem skont l-Artikoku 8(2).

Il-Kummissjoni għandha taħdem b’kooperazzjoni mill-qrib mal-Kumitat Konsultattiv għas-Sigurtà u s-Saħħa fuq il-Post tax-Xogħol. Il-Parlament Ewropew għandu jinżamm infurmat.

Artikolu 15

Analiżi u rappurtaġġ

B’kunsiderazzjoni tal-Artikolu 1(4), ir-rapport dwar l-implimentazzjoni prattika ta’ din id-Direttiva għandu jiġi stabbilit f’konformità mal-Artikolu 17a tad-Direttiva 89/391/KEE.

Artikolu 16

Traspożizzjoni

1.   L-Istati Membri għandhom idaħħlu fis-seħħ il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi meħtieġa sabiex jikkonformaw ma’ din id-Direttiva sal-1 ta’ Lulju 2016.

Meta l-Istati Membri jadottaw dawk id-dispożizzjonijiet, għandu jkun fihom referenza għal din id-Direttiva jew ikunu akkumpanjati minn referenza bħal din fl-okkażjoni tal-pubblikazzjoni uffiċjali tagħhom. L-Istati Membri għandhom jiddeterminaw kif referenza bħal din għandha ssir.

2.   L-Istati Membri għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni t-test tad-dispożizzjonijiet ewlenin tal-liġi nazzjonali li huma jadottaw fil-qasam kopert minn din id-Direttiva.

Artikolu 17

Revoka

1.   Id-Direttiva 2004/40/KE hija revokata mid-29 ta’ Ġunju 2013.

2.   Referenzi għad-Direttiva mħassra għandhom jinftiehmu bħala referenzi għal din id-Direttiva u għandhom jinqraw skont it-tabella ta’ korrelazzjoni fl-Anness IV.

Artikolu 18

Dħul fis-Seħħ

Din id-Direttiva għandha tidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tagħha f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Artikolu 19

Destinatarji

Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmul fi Brussell, is-26 ta’ Ġunju 2013.

Għall-Parlament Ewropew

Il-President

M. SCHULZ

Għall-Kunsill

Il-President

A. SHATTER


(1)  ĠU C 43, 15.2.2012., p. 47.

(2)  Il-Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew tal-11 ta’ Ġunju 2013 (għadha mhix ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali) u d-Deċiżjoni tal-Kunsill tal-20 ta’ Ġunju 2013.

(3)  ĠU L 159, 30.4.2004, p. 1.

(4)  ĠU L 114, 26.4.2008, p. 88.

(5)  ĠU L 110, 24.4.2012, p. 1.

(6)  ĠU L 183, 29.6.1989, p. 1.

(7)  ĠU C 218, 13.9.2003, p. 1.

(8)  ĠU C 369, 17.12.2011, p. 14.

(9)  ĠU L 281, 23.11.1995, p. 31.

(10)  ĠU L 245, 26.8.1992, p. 23.

(11)  ĠU L 393, 30.12.1989, p. 18.

(12)  ĠU L 169, 12.7.1993, p. 1.


ANNESS I

KWANTITAJIET FIŻIĊI LI JIRRIGWARDAW L-ESPOŻIZZJONI GĦALL-KAMPI ELETTROMANJETIĊI

Il-kwantitajiet fiżiċi li ġejjin jintużaw sabiex jiddeskrivu l-espożizzjoni għal kampi elettromanjetiċi:

 

Il-qawwa tal-kamp elettriku (E) hija kwantità ta’ vettur li tikkorrispondi għall-forza magħmula fuq partiċella ċċarġjata irrispettivament mill-moviment tagħha fl-ispazju. Tiġi espressa f’volts kull metru (Vm–1). Għandha ssir distinzjoni bejn il-kamp elettriku ambjentali u l-kamp elettriku preżenti fil-korp (in situ) bħala riżultat tal-espożizzjoni għall-kamp elettriku ambjentali.

 

Il-kurrent fir-riġlejn u d-dirgħajn (IL) huwa l-kurrent fir-riġlejn u d-dirgħajn ta’ persuna esposta għal kampi elettromanjetiċi fil-firxa tal-frekwenza ta’ bejn 10 MHz u 110 MHz bħala riżultat ta’ kuntatt ma’ oġġett f’kamp elettromanjetiku jew il-fluss ta’ kurrenti kapaċitattivi indotti fil-ġisem espost. Dan hu espress f’ampers (A).

 

Kurrent ta’ kuntatt (IC) huwa kurrent li jidher meta persuna tiġi f’kuntatt ma’ oġġett f’kamp elettromanjetiku. Dan hu espress f’ampers (A). Stat regolari ta’ kurrent ta’ kuntatt iseħħ meta persuna tkun f’kuntatt kontinwu ma’ oġġett f’kamp elettriku. Fil-proċess li fih ikun qed isir kuntatt bħal dan, jista’ jseħħ l-iskariku ta’ xrara ma’ kurrenti tranżitorji assoċjati.

 

Iċ-ċarġ elettriku (Q) huwa kwantità adatta użata għall-iskariku ta’ xrara u huwa espress f’coulomb (C).

 

Is-saħħa tal-kamp manjetiku (H) hija kwantità ta’ vettur li, flimkien mad-densità tal-fluss manjetiku, tispeċifika kamp manjetiku fi kwalunkwe punt fl-ispazju. Tiġi espressa f’amper kull metru (Am–1).

 

Id-densità tal-fluss manjetiku (B) hija kwantità ta’ vettur li tirriżulta f’forza li taġixxi fuq ċarġis f’moviment, espressa f’tesla (T). Fi spazju liberu u f’materjali bijoloġiċi, id-densità tal-fluss manjetiku u s-saħħa tal-kamp manjetiku jistgħu jkunu interskambjati bl-użu tas-saħħa tal-kamp manjetiku ta’ H = l-ekwivalenza ta’ 1 Am–1 għad-densità tal-fluss manjetiku ta’ Formula T (madwar 1,25 microtesla).

 

Id-densità tal-qawwa (S) hija kwantità xierqa użata għall-frekwenzi għolja ħafna, fejn il-fond tal-penetrazzjoni fil-ġisem huwa baxx. Din hija l-qawwa radjanti inċidenti perpendikulari mal-wiċċ, diviża bl-erja tal-wiċċ. Din hi espressa f’watt kull metru kwadru (Wm–2).

 

L-assorbiment speċifiku tal-enerġija (SA) hija enerġija assorbita kull unità ta’ massa ta’ tessut bijoloġiku, espressa f’joule kull kilogramm (Jkg–1). F’din id-Direttiva, tintuża sabiex jiġu stabbiliti limiti għall-effetti minn radjazzjoni ta’ mikrofrekwenza b’pulsazzjonijiet.

 

Ir-rata speċifika tal-assorbiment tal-enerġija (SAR), meħuda f’medja tul il-ġisem kollu jew tul partijiet tal-ġisem, hija r-rata li biha l-enerġija tiġi assorbita għal kull unità ta’ massa tat-tessut tal-ġisem u tiġi espressa f’watt kull kilogramm (Wkg–1). SAR matul il-ġisem kollu hija kwantità li tiġi aċċettata b’mod ġenerali sabiex l-effetti termali avversi jiġu relatati mal-espożizzjoni għall-frekwenza tar-radju (RF). Minbarra l-medja SAR matul il-ġisem kollu, il-valuri lokali tas-SAR huma meħtieġa sabiex tiġi evalwata u limitata d-depożizzjoni ta’ enerġija eċċessiva f’partijiet żgħar tal-ġisem li tirriżulta minn kundizzjonijiet speċjali ta’ espożizzjoni. Eżempji ta’ kundizzjonijiet bħal dawn jinkludu: individwu espost għal RF fil-firxa baxxa tal-MHz (pereżempju minn heaters dielettriċi) u individwi esposti fil-kamp viċin ta’ antenna.

Minn dawn il-kwantitajiet, id-densità tal-fluss manjetiku (B), il-kurrent ta’ kuntatt (IC), il-kurrent fir-riġlejn u d-dirgħajn (IL), is-saħħa tal-kamp elettriku (E), is-saħħa tal-kamp manjetiku (H) u d-densità tal-qawwa (S) jistgħu jitkejlu direttament.


ANNESS II

EFFETTI MHUX TERMALI

VALURI TA’ LIMITU TA’ ESPOŻIZZJONI U LIVELLI TA’ AZZJONI F’FIRXA TA’ FREKWENZA MINN 0 HZ SA 10 MHZ

A.   VALURI TA’ LIMITU TA’ ESPOŻIZZJONI (ELVs)

ELVs aktar baxxi minn 1 Hz (Tabella A1) huma limiti għall-kampi manjetiċi statitiċi li ma jkunux effettwati mit-tessut tal-ġisem.

ELVs għal frekwenzi minn 1 Hz sa 10 MHz (Tabella A2) huma limiti għall-kampi manjetiċi indotti fil-ġisem mill-espożizzjoni għal kampi elettriċi u manjetiċi li jvarjaw fiż-żmien.

ELVs għal densità ta’ fluss manjetiku estern minn 0 sa 1 Hz

L-ELV relatati mal-effetti fuq is-sensi huma l-ELV għal kundizzjonijiet ta’ xogħol normali (Tabella A1) u huma relatati mal-isturdament u effetti fiżjoloġiċi oħrajn relatati ma’ disturbi fl-organu tal-bilanċ tal-bniedem li jirriżulta prinċipalment minn moviment f’kamp manjetiku statiku

L-ELV relatati mal-effetti fuq is-saħħa għal kundizzjonijiet ta’ xogħol ikkontrollati (Tabella A1) japplikaw fuq bażi temporanja matul xift meta dan ikun iġġustifikat mill-prattika jew il-proċess, dment li jkunu ġew adottati miżuri preventivi bħall-kontroll tal-movimenti u l-għoti ta’ informazzjoni lill-ħaddiema.

Tabella A1

ELV għal densità ta’ fluss manjetiku estern (B0) minn 0 sa 1 Hz

 

ELVs relatati mal-effetti fuq is-sensi

Kondizzjonijiet ta’ xogħol normali

2 T

Espożizzjoni lokalizzata tar-riġlejn u d-dirgħajn

8 T

 

ELVs relatati mal-effetti fuq is-saħħa

Kondizzjonijiet ta’ xogħol ikkontrollati

8 T

L-ELVs relatati mal-effetti fuq is-saħħa għal qawwa ta’ kamp elettriku intern minn 1 Hz sa 10 MHz

L-ELVs relatati mal-effetti fuq is-saħħa (Tabella A2) huma relatati mal-istimulazzjoni elettrika tat-tessuti periferiċi u ċentrali kollha tas-sistema tan-nervituri fil-ġisem, inkluż ir-ras.

Tabella A2

ELVs relatati mal-effetti fuq is-saħħa għal qawwa ta’ kamp elettriku intern minn 1 Hz sa 10 MHz

Medda ta’ frekwenza

ELVs relatati mal-effetti fuq is-saħħa

1 Hz ≤ f < 3 kHz

1,1 Vm–1 (massimu)

3 kHz ≤ f ≤ 10 MHz

3,8 × 10–4 f Vm–1 (massimu)

Nota A2-1:

‘f’ hija l-frekwenza espressa f’Hertz (Hz).

Nota A2-2:

L-ELVs relatati mal-effetti fuq is-saħħa għal kamp elettriku intern huma valuri massimi spazjali fil-ġisem kollu tas-suġġett espost.

Nota A2-3:

L-ELVs huma valuri massimi fiż-żmien li huma ugwali għall-valuri tal-Għerq Kwadrat tal-Medja (Root-Mean-Square (RMS)) immultiplikati b’√ 2 għal kampi sinusojdali. Fil-każ ta’ kampi mhux sinusojdali, l-evalwazzjoni tal-espożizzjoni mwettqa f’konformità mal-Artikolu 4 għandha tkun ibbażata fuq il-metodu tal-massimu ppeżat (qasam tal-filtering fiż-żmien), spjegat fil-gwidi prattiċi msemmija fl-Artikolu 14, iżda jistgħu jiġu applikati proċeduri oħrajn ta’ espożizzjoni pprovati u vvalidati xjentifikament, dment li jwasslu għal riżultati approssimattivament ekwivalenti u komparabbli.

L-ELVs relatati mal-effetti fuq is-sensi għal qawwa ta’ kamp elettriku intern minn 1 Hz sa 400 Hz

L-ELVs relatati mal-effetti fuq is-sensi (Tabella A3) huma relatati mal-effetti tal-kamp elettriku fuq is-sistema ċentrali tan-nervituri fir-ras, pereżempju fosfeni retinali u tibdil temporanju minuri f’xi funzjonijiet tal-moħħ.

Tabella A3

L-ELVs relatati mal-effetti fuq is-sensi għal qawwa ta’ kamp elettriku intern minn 1 Hz sa 400 Hz

Medda ta’ frekwenza

ELVs relatati mal-effetti fuq is-sensi

1 Hz ≤ f < 10 Hz

0,7/f Vm–1 (massimu)

10 Hz ≤ f < 25 Hz

0,07/f Vm–1 (massimu)

25 Hz ≤ f ≤ 400 Hz

0,0028 f Vm–1 (massimu)

Nota A3-1:

‘f’ hija l-frekwenza espressa f’Hertz (HZ)

Nota A3-2:

L-ELVs relatati mal-effetti fuq is-sensi għal kamp elettriku intern huma valuri massimi spazjali fir-ras tal-ġisem espost.

Nota A3-3:

L-ELVs huma valuri massimi fiż-żmien li huma ugwali għall-valuri tal-Għerq Kwadrat tal-Medja (Root-Mean-Square (RMS) immultiplikati b’√2 għal kampi sinusojdali. Fil-każ ta’ kampi mhux sinusojdali, l-evalwazzjoni tal-espożizzjoni mwettqa f’konformità mal-Artikolu 4 għandha tkun ibbażata fuq il-metodu tal-massimu ppeżat (qasam tal-filtering fiż-żmien), spjegat fil-gwidi prattiċi msemmija fl-Artikolu 14, iżda jistgħu jiġu applikati proċeduri oħrajn ta’ espożizzjoni pprovati u vvalidati xjentifikament, dment li jwasslu għal riżultati approssimattivament ekwivalenti u komparabbli.

B.   LIVELLI TA’ AZZJONI (ALs)

Il-kwantitajiet u l-valuri fiżiċi li ġejjin jintużaw biex jiġu speċifikati l-livelli ta’ azzjoni (ALs), li d-daqs tagħhom jiġi stabbilit biex tiġi żgurata, permezz tal-evalwazzjoni ssimplifikata, il-konformità ma’ ELVs rilevanti jew li fihom għandhom jittieħdu miżuri rilevanti ta’ protezzjoni jew prevenzjoni speċifikati fl-Artikolu 5:

ALs(E) baxxi u ALs(E) għoljin għal qawwa ta’ kamp elettriku E ta’ kampi elettriċi li jvarjaw fiż-żmien kif speċifikat fit-Tabella B1;

ALs(B) baxxi u ALs(B) għoljin għal densità ta’ fluss manjetiku B ta’ kampi manjetiċi li jvarjaw fiż-żmien kif speċifikat fit-Tabella B2;

ALs(IC) għal kurrent ta’ kuntatt kif speċifikat fit-Tabella B3;

ALs(B0) għal densità ta’ fluss manjetiku ta’ kampi manjetiċi statiċi kif speċifikat fit-Tabella B4.

L-ALs jikkorrispondu għal valuri ta’ kampi elettriċi u manjetiċi kkalkolati jew imkejla fil-post tax-xogħol fl-assenza tal-ħaddiem.

Livelli ta’ Azzjoni (ALs) għal espożizzjoni għal kampi elettriċi

ALs baxxi (Tabella B1) għal kamp elettriku estern huma bbażati fuq il-limitazzjoni tal-kamp elettriku intern taħt l-ELVs (Tabelli A2 u A3) u l-limitazzjoni tal-iskariki tax-xrar fl-ambjent tax-xogħol.

Taħt ALs għoljin, il-kamp elettriku intern ma jaqbiżx l-ELVs (Tabelli A2 u A3) u jiġu evitati l-iskariki tax-xrar fastidjużi, dment li jittieħdu l-miżuri ta’ protezzjoni msemmija fl-Artikolu 5(6).

Tabella B1

ALs għal espożizzjoni għal kampi elettriċi minn 1 Hz sa 10 MHz

Medda ta’ frekwenza

Il-qawwa tal-kamp elettriku ALs(E) [Vm–1] (RMS)

Il-qawwa tal-kamp elettriku ALs(E) [Vm–1] (RMS)

1 ≤ f < 25 Hz

2,0 × 104

2,0 × 104

25 ≤ f < 50 Hz

5,0 × 105/f

2,0 × 104

50 Hz ≤ f < 1,64 kHz

5,0 × 105/f

1,0 × 106/f

1,64 ≤ f < 3 kHz

5,0 × 105/f

6,1 × 102

3 kHz ≤ f ≤ 10 MHz

1,7 × 102

6,1 × 102

Nota B1-1:

‘f’ hija l-frekwenza espressa f’Hertz (HZ)

Nota B1-2:

L-ALs (E) baxxi u l-ALs (E) għoljin huma l-valuri tal-Għerq Kwadrat tal-Medja (Root-Mean-Square - RMS) tal-qawwa tal-kamp elettriku li huma ugwali għall-valuri massimi diviżi b’√2 għal kampi sinusojdali. Fil-każ ta’ kampi mhux sinusojdali, l-evalwazzjoni tal-espożizzjoni mwettqa skont l-Artikolu 4 għandha tkun ibbażata fuq il-metodu tal-massimu ppeżat (qasam tal-filtering fiż-żmien), spjegata fil-gwidi prattiċi msemmija fl-Artikolu 14, iżda jistgħu jiġu applikati proċeduri oħrajn ta’ espożizzjoni pprovati u vvalidati xjentifikament dment li jwasslu għal riżultati approssimattivament ekwivalenti u komparabbli.

Nota B1-3:

L-ALs jirrappreżentaw il-valuri massimi kkalkolati jew imkejla fil-pożizzjoni tal-ġisem tal-ħaddiema. Dan jirriżulta f’evalwazzjoni konservattiva tal-espożizzjoni u konformità awtomatika mal-ELVs fil-kundizzjonijiet ta’ espożizzjoni mhux uniformi kollha. Sabiex tiġi ssimplifikata l-evalwazzjoni tal-konformità mal-ELVs, imwettqa f’konformità mal-Artikolu 4, f’kundizzjonijiet speċifiċi mhux uniformi, jiġu stabbiliti fil-gwidi prattiċi msemmija fl-Artikolu 14, l-kriterji għat-teħid tal-medja spazjali tal-kampi mkejla abbażi ta’ dożimetrija stabbilita. Fil-każ ta’ sors lokalizzat ħafna f’distanza ta’ ftit ċentimetri mill-ġisem, il-kamp elettriku indott għandu jiġi ddeterminat dożimetrikament, skont il-każ.

Livelli ta’ Azzjoni (ALs) għal espożizzjoni għal kampi elettriċi

ALs baxxi (Tabella B2) huma, għal frekwenzi taħt l-400 Hz, derivati mill-ELVs relatati mal-effetti fuq is-sensi (Tabella A3) u, għal frekwenzi ogħla minn 400 Hz, mill-ELVs relatati mal-effetti fuq is-saħħa għal kamp elettriku intern (Tabella A2).

ALs għoljin (Tabella B2) huma derivati mill-ELVs relatati mal-effetti fuq is-saħħa għal kamp elettriku intern relatat mal-istimulazzjoni elettrika tat-tessuti periferiċi u awtonomi tan-nervituri fir-ras u s-sider (Tabella A2). Il-konformità mal-ALs għoljin tiżgura li l-ELVs relatati mal-effetti fuq is-saħħa ma jinqabżux, imma l-effetti relatati mal-fosfeni retinali u tibdil temporanju minuri fl-attività tal-moħħ huma possibbli, jekk l-espożizzjoni tar-ras teċċedi l-ALs baxxi għal espożizzjonijiet sa 400 Hz. F’dan il-każ, japplika l-Artikolu 5(6).

L-ALs għall-espożizzjoni tar-riġlejn u d-dirgħajn huma derivati mill-ELVs relatati mal-effetti fuq is-saħħa għal kamp elettriku intern relatat mal-istimulazzjoni elettrika tat-tessuti fir-riġlejn u d-dirgħajn b’kunsiderazzjoni li l-kamp manjetiku jkun akkoppjat b’mod aktar dgħajjef mar-riġlejn u d-dirgħajn milli mal-ġisem kollu.

Tabella B2

ALs għal espożizzjoni għal kampi manjetiċi minn 1 Hz sa 10 MHz

Medda ta’ frekwenza

Densità tal-fluss manjetiku Baxx ALs(B)[μT] (RMS)

Densità tal-fluss manjetiku Għoli ALs(B)[μT] (RMS)

Densità tal-fluss manjetiku ALs għall-espożizzjoni tar-riġlejn u d-dirgħajn għal kamp manjetiku lokalizzat [μT] (RMS)

1 ≤ f < 8 Hz

2,0 ×105/f2

3,0 × 105/f

9,0 × 105/f

8 ≤ f < 25 Hz

2,5 × 104/f

3,0 × 105/f

9,0 × 105/f

25 ≤ f < 300 Hz

1,0 × 103

3,0 × 105/f

9,0 × 105/f

300 Hz ≤ f < 3 kHz

3,0 × 105/f

3,0 × 105/f

9,0 × 105/f

3 kHz ≤ f ≤ 10 MHz

1,0 × 102

1,0 × 102

3,0 × 102

Nota B2-1:

‘f’ hija l-frekwenza espressa f’Hertz (Hz).

Nota B2-2:

L-ALs baxxi u l-ALs għoljin huma l-valuri tal-Għerq Kwadrat tal-Medja (Root-Mean-Square - RMS) ugwali għall-valuri massimi diviżi b’√2 għal kampi sinusojdali. Fil-każ ta’ kampi mhux sinusojdali, l-evalwazzjoni tal-espożizzjoni mwettqa skont l-Artikolu 4 għandha tkun ibbażata fuq il-metodu tal-massimu ppeżat (qasam tal-filtering fiż-żmien), spjegata fil-gwidi prattiċi msemmija fl-Artikolu 14, iżda jistgħu jiġu applikati proċeduri oħrajn ta’ espożizzjoni pprovati u vvalidati xjentifikament dment li jwasslu għal riżultati approssimattivament ekwivalenti u komparabbli.

Nota B2-3:

ALs għall-espożizzjoni għal kampi manjetiċi jirrappreżentaw valuri massimi fil-pożizzjoni tal-ġisem tal-ħaddiema. Dan jirriżulta f’evalwazzjoni konservattiva tal-espożizzjoni u konformità awtomatika mal-ELVs fil-kundizzjonijiet ta’ espożizzjoni mhux uniformi kollha. Sabiex tiġi ssimplifikata l-evalwazzjoni tal-konformità mal-ELVs, imwettqa f’konformità mal-Artikolu 4, f’kundizzjonijiet speċifiċi mhux uniformi, fil-gwidi prattiċi msemmija fl-Artikolu 14 ser jiġu stabbiliti l-kriterji tat-teħid tal-medja spazjali tal-kampi mkejla abbażi ta’ dożimetrija stabbilita. Fil-każ ta’ sors ferm lokalizzat f’distanza ta’ ftit ċentimetri mill-ġisem, il-kamp elettriku indott għandu jiġi ddeterminat dożimetrikament, skont il-każ.

Tabella B3

ALs għal kurrenti ta’ kuntatt IC

Frekwenza

ALs (IC) stat kostanti ta’ kurrent ta’ kuntatt [mA] (RMS)

sa 2,5 kHz

1,0

2,5 ≤ f < 100 kHz

0,4 f

100 kHz ≤ f ≤ 10 000 kHz

40

Nota B3-1:

“f” hi l-frekwenza espressa f’kilohertz (kHz).

Livelli ta’ azzjoni (ALs) għal densità tal-fluss manjetiku ta’ kampi manjetiċi statiċi

Tabella B4

ALs għal densità tal-fluss manjetiku ta’ kampi manjetiċi statiċi

Perikli

ALs(B0)

Interferenza ma’ tagħmir impjantat attiv, eż. pacemakers kardijaċi

0,5 mT

Attrazzjoni u riskju ta’ projettili fil-kamp fil-periferija ta’ sorsi b’qawwa għolja ta’ kamp manjetiku (> 100 mT)

3 mT


ANNESS III

EFFETTI TERMALI

VALURI TA’ LIMITU TA’ ESPOŻIZZJONI U LIVELLI TA’ AZZJONI F’FIRXA TA’ FREKWENZA MINN 100 kHZ SA 300 GHZ

A.   VALURI TA’LIMITU TA’ ESPOŻIZZJONI (ELVs)

L-ELVs relatati mal-effetti fuq is-saħħa għal frekwenzi minn 100 kHz sa 6 GHz (Tabella A1) huma limiti għall-enerġija assorbiti għal kull unità ta’ massa ta’ tessut tal-ġisem iġġenerati mill-espożizzjoni għall-kampi elettriċi u manjetiċi.

L-ELVs relatati mal-effetti fuq is-sensi għal frekwenzi minn 0,3 sa 6 GHz (Tabella A2) huma limiti rigward l-enerġija assorbita f’massa żgħira ta’ tessut fir-ras mill-espożizzjoni għall-kampi elettromanjetiċi.

L-ELVs relatati mal-effetti fuq is-saħħa għal frekwenzi ogħla minn 6 GHz (Tabella A3) huma limiti għad-densità tal-enerġija ta’ inċidenti ta’ mewġa elettromanjetika fuq is-superfiċje tal-ġisem.

Tabella A1

ELVs relatati mal-effetti fuq is-saħħa għal espożizzjoni għal frekwenzi minn 100 kHz sa 6 GHz

ELVs relatati mal-effetti fuq is-saħħa

Il-medja tal-valuri SAR matul kwalunkwe perijodu ta’ 6 minuti

ELVs relatati mal-istress relatat mat-tisħin tal-ġisem kollu espressi bħala medja ta’ SAR fil-ġisem

0,4 Wkg–1

ELVs relatati ma’ stress relatat mat-tisħin lokalizzat fir-ras u t-tronk espressi bħala SAR lokalizzata fil-ġisem

10 Wkg–1

ELVs relatati ma’ stress relatat mat-tisħin lokalizzat fir-riġlejn u d-dirgħajn espressi bħala SAR lokalizzata fir-riġlejn u d-dirgħajn

20 Wkg–1

Nota A1-1:

Il-massa medja ta’ SAR lokalizzat huma kull 10 grammi ta’ tessut kontigwu; is-SAR massimu li jinkiseb b’dan il-mod għandu jkun il-valur użat għall-kalkolu tal-espożizzjoni. Dawn l-10 grammi ta’ tessut huma maħsuba bħala massa ta’ tessut kontigwu bi proprjetajiet elettriċi kważi omoġenji. Meta tiġi speċifikata massa ta’ tessut kontigwu, jiġi rikonoxxut li dan il-kunċett jisa’ jintuża fid-dożimetrija komputazzjonali iżda jista’ jippreżenta diffikultajiet għall-kejl fiżiku dirett. Tista’ tintuża ġeometrija sempliċi bħal massa kubika jew sferika ta’ tessuti.

ELVs relatati mal-effetti fuq is-sensi minn 0,3 GHz sa 6 GHz

L-ELVs relatati mal-effetti fuq is-sensi (Tabella A2) huma relatati mal-evitar tal-effetti awditorji kkawżati minn espożizzjonijiet tar-ras għal radjazzjoni minn mikrofrekwenzi b’pulsazzjonijiet.

Tabella A2

ELVs relatati mal-effetti fuq is-sensi għall-espożizzjoni għal kampi elettromanjetiċi minn 0,3 sa 6 GHz

Medda ta’ frekwenza

Assorbiment speċifiku lokalizzat tal-enerġija (SA)

0,3 ≤ f ≤ 6 GHz

10 mJkg–1

Nota A2-1:

Il-massa medja ta’ SA lokalizzat hi ta’ 10 g ta’ tessut.

Tabella A3

ELVs relatati mal-effetti fuq is-saħħa għal espożizzjoni għal kampi elettromanjetiċi minn 6 GHz sa 300 GHz

Medda ta’ frekwenza

ELVs relatati mal-effetti fuq is-saħħa relatati mad-densità tal-enerġija

6 GHz ≤ f ≤ 300 GHz

50 Wm–2

Nota A3-1:

Għandha tittieħed medja tad-densità tal-enerġija għal kwalunkwe 20 cm2 ta’ żona esposta. Il-massimu tad-densitajiet spazjali tal-enerġija użata fuq medja ta’ 1 cm2 m’għandux ikun aktar minn 20 darba tal-valur ta’ 50 Wm–2. Id-densitajiet tal-enerġija minn 6 sa 10 GHz għandhom jittieħdu fuq medja ta’ kwalunkwe perijodu ta’ sitt minuti. ‘Il fuq minn 10 GHz, id-densità tal-enerġija għandha tkun fuq medja ta’ kwalunkwe perijodu ta’ 68/f1,05 -minuti (fejn f hi l-frekwenza f’GHz) biex tiġi kkumpensata l-profondità tal-penetrazzjoni progressivament iqsar, hekk kif tiżdied il-frekwenza.

B.   LIVELLI TA’ AZZJONI (ALs)

Il-kwantitajiet u l-valuri fiżiċi li ġejjin jintużaw biex jiġu speċifikati l-Livelli ta’ Azzjoni (AL), li d-daqs tagħhom jiġi stabbilit biex jiggarantixxi, permezz tal-evalwazzjoni ssimplifikata, il-konformità ma’ ELVs rilevanti jew li minħabba fihom jittieħdu miżuri rilevanti ta’ protezzjoni jew prevenzjoni speċifikati fl-Artikolu 5:

ALs(E) għal qawwa ta’ kamp elettriku E ta’ kampi elettriċi li jvarjaw fiż-żmien, kif speċifikat fit-Tabella B1;

ALs(B) għal densità ta’ fluss manjetiku B ta’ kampi manjetiċi li jvarjaw fiż-żmien, kif speċifikat fit-Tabella B1;

ALs(S) għal densità ta’ saħħa ta’ mewġiet elettromanjetiċi kif speċifikat fit-Tabella B1;

ALs(IC) għal kurrent ta’ kuntatt, kif speċifikat fit-Tabella B2;

ALs(IL) għal kurrent li jgħaddi mir-riġlejn u d-dirgħajn, kif speċifikat fit-Tabella B2;

L-ALs jikkorrispondu għal valuri tal-kamp ikkalkolati jew imkejla fil-post tax-xogħol fl-assenza ta’ ħaddiem, bħala valur massimu fil-pożizzjoni tal-ġisem jew parti speċifikata tal-ġisem.

Livelli ta’ Azzjoni (ALs) għal espożizzjoni għal kampi elettriċi u manjetiċi

ALs(E) u ALs(B) huma derivati mis-SAR jew ELVs ta’ densità tal-enerġija (Tabelli A1 u A3) abbażi tal-limiti relatati mal-effetti termali interni kkawżati mill-espożizzjoni għal kampi elettriċi u manjetiċi (esterni).

Tabella B1

ALs għall-espożizzjoni għal kampi elettriċi u manjetiċi għall-espożizzjoni għal kampi elettromanjetiċi minn 100 kHz sa 300 GHz

Medda ta’ frekwenza

Is-qawwa tal-kamp elettriku ALs(E) [Vm–1] (RMS)

Densità tal-fluss manjetiku ALs(B)[μT] (RMS)

Id-densità ta’ saħħa ALs(S) [Wm–2]

100 kHz ≤ f < 1 MHz

6,1 × 102

2,0 × 106/f

1 ≤ f < 10 MHz

6,1 × 108/f

2,0 × 106/f

10 ≤ f < 400 MHz

61

0,2

400 MHz ≤ f < 2 GHz

3 × 10–3 f½

1,0 × 10–5 f½

2 ≤ f < 6 GHz

1,4 × 102

4,5 × 10–1

6 ≤ f≤ 300 GHz

1,4 × 102

4,5 × 10–1

50

Nota B1-1:

‘f’ hija l-frekwenza espressa f’Hertz (Hz).

Nota B1-2:

[ALs(E)]2 u [ALs(B)]2 għandhom jittieħdu fuq medja ta’ perijodu ta’ 6 minuti. Għal pulsazzjonijiet ta’ RF, id-densità massima tal-enerġija li tittieħed medja tagħha fuq il-wisa’ tal-pulsazzjoni ma għandhiex taqbeż 1 000 darba l-valur rispettiv tal-ALs(S). Għal kampi bi frekwenzi differenti, l-analiżi għandha tkun ibbażata fuq l-ammont totali, kif spjegat fil-gwidi prattiċi msemmija fl-Artikolu 14.

Nota B1-3:

ALs(E) u ALs(B) jirrappreżentaw il-valuri massimi kkalkolati jew imkejla fil-pożizzjoni tal-ġisem tal-ħaddiema. Dan jirriżulta f’evalwazzjoni konservattiva tal-espożizzjoni u konformità awtomatika mal-ELVs fil-kundizzjonijiet ta’ espożizzjoni mhux uniformi kollha. Sabiex tiġi ssimplifikata l-evalwazzjoni tal-konformità mal-ELVs, imwettqa f’konformità mal-Artikolu 4, f’kundizzjonijiet speċifiċi mhux uniformi, fil-gwidi prattiċi msemmija fl-Artikolu 14 ser jiġu stabbiliti l-kriterji tat-teħid tal-medja spazjali tal-kampi mkejla abbażi ta’ dożimetrija stabbilita. Fil-każ ta’ sors lokalizzat ħafna f’distanza ta’ ftit ċentimetri mill-ġisem, il-konformità mal-ELVs għandha tiġi ddeterminata dozimetrikament, skont il-każ.

Nota B1-4:

Għandha tittieħed medja tad-densità ta’ saħħa għal kwalunkwe 20 cm2 ta’ żona esposta. Id-densitajiet massimi tal-enerġija elettrika tal-ispazju meħuda bħala medja fuq 1 cm2 m’għandhomx jaqbżu l-20 darba l-valur ta’ 50 Wm–2; Id-densitajiet ta’ saħħa minn 6 sa 10 GHz għandhom jittieħdu fuq medja ta’ kwalunkwe perijodu ta’ sitt minuti. ‘Il fuq minn 10 GHz, id-densità ta’ saħħa għandha tittieħed fuq medja ta’ kwalunkwe perijodu ta’ 68/f1,05 -minuta (fejn f hi l-frekwenza f’GHz) biex tiġi kkumpensata l-profondità tal-penetrazzjoni progressivament iqsar, hekk kif tiżdied il-frekwenza.

Tabella B2

ALs għal stat kostanti ta’ kurrenti ta’ kuntatt u kurrenti indotti fir-riġlejn u d-dirgħajn

Medda ta’ frekwenza

ALs (IC) stat kostanti ta’ kurrent ta’ kuntatt [mA] (RMS)

Kurrenti indotti fir-riġlejn u d-dirgħajn, fi kwalunkwe riġel jew driegħ, ALs(IL) [mA] (RMS)

100 kHz ≤ f < 10 MHz

40

10 MHz ≤ f ≤ 110 MHz

40

100

Nota B2-1:

[ALs(IL)]2 għandhom jittieħdu fuq medja ta’ perijodu ta’ 6 minuti.


ANNESS IV

Tabella ta’ korrelazzjoni

Direttiva 2004/40/KE

Din id-Direttiva

Artikolu 1(1)

Artikolu 1(1)

Artikolu 1(2)

Artikolu 1(2) u (3)

Artikolu 1(3)

Artikolu 1(4)

Artikolu 1(4)

Artikolu 1(5)

Artikolu 1(5)

Artikolu 1(6)

Artikolu 2(a)

Artikolu 2(a)

Artikolu 2(b)

Artikolu 2(c)

Artikolu 2(b)

Artikolu 2(d), (e) u (f)

Artikolu 2(c)

Artikolu 2(g)

Artikolu 3(1)

Artikolu 3(1)

Artikolu 3(2)

Artikolu 3(1)

Artikolu 3(2)

Artikolu 3(3)

Artikolu 3(2) u (3)

Artikolu 3(4)

Artikolu 4(1)

Artikolu 4(1)

Artikolu 4(2)

Artikolu 4(2) u (3)

Artikolu 4(3)

Artikolu 4(3)

Artikolu 4(4)

Artikolu 4(4)

Artikolu 4(5)(a)

Artikolu 4(5)(b)

Artikolu 4(5)(b)

Artikolu 4(5)(a)

Artikolu 4(5)(c)

Artikolu 4(5)(c)

Artikolu 4(5)(d)

Artikolu 4(5)(d)

Artikolu 4(5)(e)

Artikolu 4(5)(d)(i)

Artikolu 4(5)(d)(ii)

Artikolu 4(5)(d)(iii)

Artikolu 4(5)(d)(iv)

Artikolu 4(5)(e)

Artikolu 4(5)(f)

Artikolu 4(5)(f)

Artikolu 4(5)(g)

Artikolu 4(5)(h)

Artikolu 4(5)(i)

Artikolu 4(5)(g)

Artikolu 4(5)(j)

Artikolu 4(5)(h)

Artikolu 4(5)(k)

Artikolu 4(6)

Artikolu 4(6)

Artikolu 4(7)

Artikolu 5(1)

Artikolu 5(1)

Artikolu 5(2), kliem introduttiv

Artikolu 5(2), kliem introduttiv

Artikolu 5(2)(a) to (c)

Artikolu 5(2)(a) to (c)

Artikolu 5(2)(d)

Artikolu 5(2)(e)

Artikolu 5(2)(d) to (g)

Artikolu 5(2)(f) to (i)

Artikolu 5(4)

Artikolu 5(3)

Artikolu 5(5)

Artikolu 5(6)

Artikolu 5(7)

Artikolu 5(4)

Artikolu 5(8)

Artikolu 5(9)

Artikolu 5(5)

Artikolu 5(3)

Artikolu 6,kliem introduttiv

Artikolu 6, kliem introduttiv

Artikolu 6(a)

Artikolu 6(a)

Artikolu 6(b)

Artikolu 6(b)

Artikolu 6(c)

Artikolu 6(c)

Artikolu 6(d)

Artikolu 6(d)

Artikolu 6(e)

Artikolu 6(f)

Artikolu 6(e)

Artikolu 6(g)

Artikolu 6(f)

Artikolu 6(h)

Artikolu 6(i)

Artikolu 7

Artikolu 7

Artikolu 8(1)

Artikolu 8(1)

Artikolu 8(2)

Artikolu 8(3)

Artikolu 8(2)

Artikolu 9

Artikolu 9

Artikolu 10

Artikolu 10(1)

Artikolu 11(1)(c)

Artikolu 10(2)(a)

Artikolu 11(1)(a)

Artikolu 10(2)(b)

Artikolu 11(1)(b)

Artikolu 11

Artikolu 12

Artikolu 13

Artikolu 14

Artikolu 15

Artikolu 13(1)

Artikolu 16(1)

Artikolu 13(2)

Artikolu 16(2)

Artikolu 17

Artikolu 14

Artikolu 18

Artikolu 15

Artikolu 19

Anness

Anness I, Anness II u Anness III

Anness IV


Top